This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023H0622(01)
Council Recommendation on stepping up EU actions to combat antimicrobial resistance in a One Health approach 2023/C 220/01
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-azzjonijiet tal-UE għall-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi f'approċċ “Saħħa Waħda” 2023/C 220/01
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-azzjonijiet tal-UE għall-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi f'approċċ “Saħħa Waħda” 2023/C 220/01
ST/9581/2023/INIT
ĠU C 220, 22.6.2023, p. 1–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Completion | 32002H0077 | ||||
Completion | 32009H0703(01) | ||||
Completion | 52017XC0701(01) | ||||
Adoption | 52023DC0191 | 13/06/2023 |
22.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
dwar it-tisħiħ tal-azzjonijiet tal-UE għall-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi f'approċċ “Saħħa Waħda”
(2023/C 220/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 168(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
F’Lulju 2022, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, identifikat ir-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) bħala waħda mit-tliet theddidiet ewlenin għas-saħħa li għandhom jingħataw prijorità (1). Huwa stmat li aktar minn 35 000 persuna jmutu kull sena fl-UE/fiż-ŻEE bħala konsegwenza diretta ta’ infezzjoni minħabba batterji reżistenti għall-antibijotiċi (2). L-impatt fuq is-saħħa tal-AMR huwa komparabbli ma’ dak tal-influwenza, tat-tuberkulożi u tal-HIV/AIDS f’daqqa. B’mod ġenerali, l-aħħar data (3) turi xejriet li qed jiżdiedu b’mod sinifikanti fl-għadd ta’ infezzjonijiet u mwiet attribwibbli għal kważi l-kombinazzjonijiet kollha ta’ reżistenza għall-batterji-antibijotiċi, speċjalment f’ambjenti tal-kura tas-saħħa. Huwa stmat li madwar 70 % tal-każijiet ta’ infezzjonijiet b’batterji reżistenti għall-antibijotiċi kienu infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa. Barra minn hekk, l-impatt fuq is-saħħa tal-fungi reżistenti għall-fungiċidi sar aktar evidenti matul is-snin. |
(2) |
L-AMR għandha konsegwenzi serji fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ekonomija għas-sistemi tal-kura tas-saħħa. Billi titnaqqas il-kapaċità li jiġi pprevenut u ttrattat il-mard infettiv, l-AMR thedded, fost oħrajn, il-kapaċità li titwettaq kirurġija, it-trattament ta’ pazjenti immunokompromessi, it-trapjant tal-organi u t-terapija tal-kanċer. Dan jirriżulta f’kostijiet għoljin għas-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-pajjiżi tal-UE/taż-ŻEE (4). L-AMR hija wkoll theddida għas-sikurezza tal-ikel u għas-sigurtà tal-ikel peress li għandha impatt fuq is-saħħa tal-annimali u s-sistemi tal-produzzjoni. |
(3) |
L-AMR hija kwistjoni ta’ “Saħħa Waħda”, li jfisser li tinkludi s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-ambjent, u hija theddida transfruntiera multidimensjonali għas-saħħa li ma tistax tiġi indirizzata minn settur wieħed b’mod indipendenti jew minn pajjiżi individwali waħedhom. L-indirizzar tal-AMR jirrikjedi livell għoli ta’ kollaborazzjoni bejn is-setturi u bejn il-pajjiżi, inkluż fil-livell globali. |
(4) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2017“Pjan ta’ Azzjoni Ewropew ‘Saħħa Waħda’ kontra l-AMR” (il-“Pjan ta’ Azzjoni kontra l-AMR tal-2017”) (5) tiddeskrivi aktar minn 70 azzjoni li jkopru s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u l-ambjent, li l-progress tagħhom ġie mmonitorjat regolarment (6). Madankollu, hija meħtieġa aktar azzjoni, b’mod partikolari fl-oqsma tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, li tirrikjedi li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħtu aktar attenzjoni lil dawn l-oqsma, pereżempju permezz ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2019 dwar il-passi li jmiss biex l-UE ssir reġjun tal-aħjar prattika fil-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi (7) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 2021 dwar it-tisħiħ tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa (8) jikkontribwixxu għall-ħidma kontra l-AMR f’dak ir-rigward. |
(5) |
Il-Programm l-UE għas-Saħħa (9) joffri investiment imdaqqas fil-ġlieda kontra l-AMR, b’mod partikolari permezz ta’ għotjiet diretti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-miżuri tal-AMR, fost oħrajn billi jappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali “Saħħa Waħda” kontra l-AMR, il-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet kemm tal-infezzjonijiet akkwiżiti f’komunità kif ukoll dawk assoċjati mal-kura tas-saħħa u l-istrateġiji ta’ politika tal-użu tajjeb tal-antimikrobiċi. Dan għandu jservi biex jappoġġa s-segwitu ta’ din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill fl-Istati Membri kollha. Il-programm Orizzont Ewropa (10) ser jipprovdi appoġġ għal azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni u sħubija dwar “Saħħa Waħda” kontra l-AMR (11), filwaqt li l-finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment (12) u l-assistenza fl-ambitu tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (13) jistgħu jipprovdu appoġġ addizzjonali għall-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
(6) |
Il-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali “Saħħa Waħda” kontra l-AMR huma essenzjali għal rispons ikkoordinat kontra l-AMR fis-setturi kollha. Fid-dikjarazzjoni politika tal-2016 tal-laqgħa ta’ livell għoli tal-Assemblea Ġenerali dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi (14), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jaħdmu fil-livelli nazzjonali, reġjonali u globali biex jiżviluppaw, f’konformità mar-riżoluzzjoni 68.7 tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa, pjanijiet ta’ azzjoni multisettorjali, f’konformità ma’ approċċ “Saħħa Waħda” u mal-Pjan ta’ Azzjoni Globali dwar l-AMR (15). Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2016 (16) talbu lill-Istati Membri biex qabel nofs l-2017 ikollhom fis-seħħ pjan ta’ azzjoni nazzjonali kontra l-AMR, ibbażat fuq l-approċċ “Saħħa Waħda” u f’konformità mal-objettivi tal-Pjan ta’ Azzjoni Globali tad-WHO kontra l-AMR. |
(7) |
Fir-rapport ġenerali tagħha tat-18 ta’ Ottubru 2022 (17) , il-Kummissjoni sabet li, filwaqt li l-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali kienu stabbiliti fl-Istati Membri kollha, b’ħafna minnhom ibbażati fuq approċċ “Saħħa Waħda” mill-anqas sa ċertu punt, dawn il-pjanijiet ta’ azzjoni varjaw b’mod konsiderevoli fil-kontenut u fid-dettall. Hija kkonkludiet ukoll li ħafna Stati Membri għandhom jaħdmu aktar skont approċċ “Saħħa Waħda”, b’mod partikolari fir-rigward ta’ miżuri li jikkonċernaw l-ambjent, li spiss ikunu neqsin jew mhux żviluppati sew. Fl-aħħar nett, il-komponenti ewlenin, bħall-partijiet operazzjonali, ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni, ġeneralment ma kinux żviluppati sew fil-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali nnifsu, u lanqas ma kienu disponibbli f’dokumenti relatati. Barra minn hekk, l-informazzjoni dwar l-ibbaġitjar kienet fil-biċċa l-kbira nieqsa mill-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali. Dawn il-kwistjonijiet iqajmu tħassib dwar l-implimentazzjoni sostenibbli tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali u l-arranġamenti stabbiliti fl-Istati Membri biex jiġi żgurat li l-objettivi strateġiċi tagħhom jintlaħqu b’mod effettiv. L-Istati Membri għandhom għalhekk jiżguraw li jkollhom Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali bbażat fuq l-approċċ “Saħħa Waħda”, sostnut minn struttura, monitoraġġ u riżorsi xierqa. |
(8) |
Is-sorveljanza u l-monitoraġġ robusti, inkluż ix-xejriet segwenti, tal-AMR u l-konsum tal-antimikrobiċi (AMC) fil-livelli kollha fis-saħħa tal-bniedem, iżda anke fis-settur veterinarju, fis-settur tal-pjanti u fis-settur ambjentali, huma kruċjali biex jiġi vvalutat it-tixrid tal-AMR, jiġi appoġġat l-użu prudenti tal-antimikrobiċi u jiġu influwenzati r-reazzjonijiet għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-infezzjonijiet. |
(9) |
Id-disponibbiltà ta’ antibijotiċi bi spettru dejjaq hija essenzjali sabiex jiġu evitati l-iżvilupp u t-tixrid tar-reżistenza għall-antimikrobiċi. L-Istati Membri jistgħu għalhekk jieħdu miżuri speċjali biex jindirizzaw il-problemi ta’ provvista fl-oqsma umani u veterinarji. |
(10) |
L-Istati Membri jridu jiġbru data rilevanti u komparabbli dwar il-volum tal-bejgħ ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi veterinarji u dwar l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi għal kull speċi ta’ annimali (18). Filwaqt li l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) jippermettu li jittejjeb il-ġbir ta’ data u informazzjoni komparabbli u kompatibbli dwar l-AMR u l-AMC, hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Istati Membri biex jingħalqu l-lakuni eżistenti fis-sorveljanza u fil-monitoraġġ u biex tiġi żgurata l-kompletezza tad-data kemm dwar l-AMR kif ukoll dwar l-AMC fil-livelli kollha, inkluż billi tiġi rrakkomandata data li għandha tiġi rrapportata u billi jiġu żviluppati sistemi integrati għas-sorveljanza tal-AMR u tal-AMC li jinkludu s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti, l-ikel, l-ilma mormi u l-ambjent. |
(11) |
Filwaqt li għad hemm lakuni fl-għarfien dwar l-iżvilupp u t-tixrid tal-AMR permezz tal-esponiment ta’ patoġeni għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għall-prodotti bijoċidali, ir-riskju ta’ tali żvilupp ta’ reżistenza jenħtieġ li jitqies bħala parti mill-evalwazzjoni tas-sikurezza u t-teħid ta’ deċiżjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għall-prodotti bijoċidali. |
(12) |
Filwaqt li d-dimensjoni ambjentali tal-AMR ingħatat relattivament inqas attenzjoni mill-AMR fis-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, l-evidenza dejjem tikber turi li l-ambjent naturali jista’ jkun riżerva ewlenija u xprunatur tal-AMR. F’konformità mal-approċċ “Saħħa Waħda”, il-monitoraġġ ambjentali tal-AMR fl-ilmijiet ta’ taħt l-art u fl-ilmijiet tal-wiċċ, inkluż fl-ilmijiet kostali, fl-ilma mormi u fil-ħamrija agrikola huwa essenzjali biex jinftiehem aktar ir-rwol li għandha l-preżenza fl-ambjent ta’ residwi antimikrobiċi fit-tfaċċar u fit-tixrid tal-AMR, il-livelli ta’ kontaminazzjoni ambjentali u r-riskji għas-saħħa tal-bniedem. Il-monitoraġġ huwa essenzjali wkoll biex jikkomplementa d-data klinika billi jipprovdi materjal ta’ kampjunar minn popolazzjoni kbira. |
(13) |
Ir-residwi ta’ prodotti mediċinali jinsabu ħafna fl-ilmijiet ta’ taħt l-art u l-ilmijiet tal-wiċċ, inkluż fl-ilmijiet kostali u fil-ħamrija, u diversi pubblikazzjonijiet juru li r-residwi antibijotiċi jistgħu jikkontribwixxu għall-AMR. Punt ta’ dħul potenzjali tal-ġeni u l-organiżmi tal-AMR fl-ambjent huma l-impjanti għat-trattament tal-ilma mormi. |
(14) |
Filwaqt li l-proposti tal-Kummissjoni tal-ħarifa 2022 għandhom l-għan li jsaħħu l-monitoraġġ ambjentali tal-AMR fl-ilmijiet ta’ taħt l-art u fl-ilmijiet tal-wiċċ, inkluż fl-ilmijiet kostali, fl-ilma mormi u fil-ħamrija agrikola (20), il-ħtieġa li jkun hemm involviment f’approċċ “Saħħa Waħda” integrat kontra l-AMR għas-sistemi ta’ sorveljanza, inkluż l-ambjent (21). Hija meħtieġa sorveljanza integrata tas-sejbiet dwar il-mikroorganiżmi reżistenti għall-mediċini fil-bnedmin, fl-annimali, fil-pjanti, fl-ikel, fl-ilma mormi u fl-ambjent sabiex jiġu identifikati u pprevenuti malajr tifqigħat u biex tiġi indirizzata l-AMR fis-setturi kollha. Kooperazzjoni aktar mill-qrib f’dawn is-setturi tista’ twassal ukoll għal iffrankar finanzjarju. Dan il-proċess jinvolvi l-kondiviżjoni tad-data u tal-informazzjoni bejn is-setturi għal rispons aktar effettiv u kkoordinat għall-ġlieda kontra l-AMR. Id-data pprovduta minn dawn is-sistemi ta’ sorveljanza, fil-livelli amministrattivi xierqa, tista’ ttejjeb il-fehim tal-epidemjoloġija kumplessa tal-AMR biex jiġu ggwidati r-rakkomandazzjonijiet ta’ politika u biex jiġu żviluppati inizjattivi biex ikun hemm reazzjoni għar-riskji tal-AMR qabel ma jsiru emerġenzi fuq skala kbira. |
(15) |
Il-prevenzjoni u l-kontroll robusti tal-infezzjonijiet, b’mod partikolari f’ambjenti tal-kura akuta bħall-isptarijiet u f’faċilitajiet tal-kura fit-tul, jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-AMR. Il-pandemija tal-COVID-19 ġabet għarfien akbar dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet, inklużi miżuri tal-iġjene, biex jiġi promoss tnaqqis fit-trażmissjoni tal-mikrobi, inklużi dawk reżistenti. Madankollu, b’aktar minn 70 % tal-każijiet tal-AMR minħabba infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (22), hemm il-ħtieġa ta’ forniment akbar ta’ standards għoljin ta’ prevenzjoni u kontroll tal-infezzjonijiet. Dan jinkludi wkoll standards għoljin ta’ sikurezza tal-pazjenti. Meta jittieħdu azzjonijiet nazzjonali, tista’ titqies il-ħidma tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet, l-iġjene tal-idejn u s-sikurezza tal-pazjenti (23) (24) (25). |
(16) |
Filwaqt li huwa rikonoxxut sew li l-użu mhux xieraq tal-antimikrobiċi, kemm fil-bnedmin kif ukoll fl-annimali, huwa xprunatur ewlieni tal-livelli ogħla ta’ AMR, hemm rapporti konsistenti dwar in-nuqqasijiet fl-iżgurar ta’ livelli għoljin ta’ politika tal-użu tajjeb tal-antimikrobiċi fl-Istati Membri. L-użu prudenti tal-antimikrobiċi u l-istandards għoljin tal-prevenzjoni u tal-kontroll tal-infezzjonijiet fil-livelli tal-komunità, tal-isptarijiet u tal-faċilitajiet tal-kura fit-tul huma aspetti essenzjali fit-tnaqqis tat-tfaċċar u tal-iżvilupp tal-AMR. Din ir-Rakkomandazzjoni tikkomplementa r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2001 dwar l-użu prudenti tal-aġenti antimikrobiċi fil-mediċina tal-bniedem (26), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż il-prevenzjoni minn u l-kontroll ta’ infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (27), u l-linji gwida tal-2017 għall-użu prudenti tal-antimikrobiċi fis-saħħa tal-bniedem (28). Tikkomplementa wkoll ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-Unjoni li, fid-Direttiva riveduta dwar il-kodiċi tal-Unjoni relatat mal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (29), tipproponi li tintroduċi miżuri regolatorji speċifiċi biex jittejjeb l-użu prudenti tal-antimikrobiċi. |
(17) |
L-AMR twassal għal żieda fil-morbidità u fil-mortalità tal-annimali. Din tipperikola s-saħħa u l-benesseri tal-annimali u, għalhekk, il-produttività tal-annimali, li għandha impatt soċjoekonomiku kbir fis-settur agrikolu. Is-sikurezza tal-katina alimentari hija affettwata mis-saħħa u mill-benesseri tal-annimali, b’mod partikolari dawk imrobbija għall-produzzjoni tal-ikel. L-iżgurar ta’ livell għoli ta’ saħħa u benesseri tal-annimali jwassal għal reżiljenza mtejba fl-annimali, u b’hekk dawn isiru anqas vulnerabbli għall-mard, li jgħin biex jitnaqqas l-użu tal-antimikrobiċi. |
(18) |
L-applikazzjoni tal-ħama tad-dranaġġ u tad-demel bħala fertilizzanti fuq ħamrija agrikola tista’ twassal għall-iżvilupp tal-AMR permezz tat-tixrid ta’ batterji reżistenti għall-antimikrobiċi u ġeni reżistenti għall-antimikrobiċi fl-ambjent, li jkomplu jikkontaminaw il-katina alimentari. Filwaqt li hija meħtieġa aktar data, u l-irfinar tad-data eżistenti, huwa rrakkomandat li jiġu introdotti prattiki prudenti ta’ ġestjoni tad-demel. |
(19) |
L-istabbiliment ta’ miri konkreti li jistgħu jitkejlu huwa mod effettiv biex jintlaħqu l-għanijiet relatati mal-prevenzjoni u mat-tnaqqis tal-AMR f’perjodu ta’ żmien speċifikat u biex jiġi mmonitorjat il-progress (30). Saru diskussjonijiet dwar il-miri tal-AMR fuq livell internazzjonali, pereżempju fil-kuntest tat-Task Force Trans-Atlantika dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (31), l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU (32) u l-G7 (33). |
(20) |
Filwaqt li ġiet inkluża mira għal tnaqqis ta’ 50 % tal-bejgħ globali tal-UE ta’ antimikrobiċi għall-annimali tar-razzett u fl-akkwakultura sal-2030 fl-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt (34) u fil-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero (35) u t-tnaqqis fl-użu ta’ antimikrobiċi f’annimali tar-razzett għandu jiġi mmonitorjat permezz tal-miżuri ta’ appoġġ tal-politika agrikola komuni (36), bħalissa ma hemm l-ebda mira relatata mal-AMR fis-settur tas-saħħa tal-bniedem fil-livell tal-UE. Il-Kummissjoni, flimkien maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), fasslet miri konkreti kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri li jnaqqsu l-użu mhux meħtieġ tal-antimikrobiċi. Il-miri rrakkomandati fil-livell tal-Istati Membri jqisu kif xieraq kull sitwazzjoni nazzjonali u l-livelli eżistenti differenti ta’ konsum tal-antimikrobiċi u t-tixrid ta’ patoġeni reżistenti ewlenin. Dawn jirriflettu l-livell ta’ sforzi li għandhom jiġu pprovduti minn kull Stat Membru biex jintlaħqu l-miri komuni tal-UE filwaqt li ma jiġux kompromessi s-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti. Dawn jippermettu wkoll appoġġ immirat meta meħtieġ u monitoraġġ tal-progress li jkun sar fis-snin li ġejjin. |
(21) |
L-istabbiliment ta’ miri rrakkomandati fil-livell tal-UE dwar l-AMC u l-AMR huwa għodda utli biex jinkiseb u biex jiġi mmonitorjat il-progress kemm fil-fatturi sottostanti li jinfluwenzaw l-AMR, notevolment il-konsum tal-antimikrobiċi, u t-tixrid tal-AMR, b’mod partikolari fir-rigward ta’ patoġeni li joħolqu l-akbar piż u theddida għas-saħħa pubblika fl-UE. Il-miri rrakkomandati huma bbażati fuq data eżistenti rrapportata fl-ambitu tas-sorveljanza tal-UE fl-2019 (37), magħżula bħala sena bażi, minħabba li s-sitwazzjoni fl-2020 u fl-2021 titqies bħala eċċezzjonali, u għalhekk mhux xieraq li sservi bħala bażi, minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri restrittivi mhux tas-soltu stabbiliti. Il-miri rrakkomandati għandhom jikkontribwixxu għall-ilħuq ta’ għanijiet komuni u jistgħu jiġu kkomplementati b’miri nazzjonali li jkopru aspetti oħrajn relatati mal-AMR, bħall-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet, il-politika tal-użu tajjeb tal-antimikrobiċi, il-prattiki ta’ preskrizzjoni u t-taħriġ. |
(22) |
L-Ewrobarometru Speċjali tal-2022 dwar l-AMR (38) jiżvela li fl-UE għad hemm nuqqas ta’ għarfien dwar l-antibijotiċi b’nofs biss ta’ dawk li ġew mistoqsija jkunu konxji li l-antibijotiċi ma humiex effettivi kontra l-viruses, u li għad hemm differenzi kbar fl-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, kważi wieħed minn kull għaxar ċittadini tal-Unjoni qed jieħdu antibijotiċi mingħajr riċetta. Dawn ir-riżultati juru l-ħtieġa li jiżdiedu u li jittejbu l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-AMR u l-użu prudenti tal-antimikrobiċi fil-livelli kollha bħala mezz għall-promozzjoni tal-għarfien u tat-tibdil fl-imġiba. |
(23) |
L-edukazzjoni, is-sensibilizzazzjoni u t-taħriġ tal-professjonisti li jaħdmu fis-settur tas-saħħa tal-bniedem, fis-settur veterinarju, ambjentali u tal-agronomija dwar l-AMR, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet u dwar l-approċċ “Saħħa Waħda” għandhom rwol importanti fil-ġlieda kontra l-AMR, b’mod partikolari minħabba r-rwoli tagħhom bħala promoturi għall-użu prudenti tal-antimikrobiċi u edukaturi tal-pazjenti u tal-bdiewa. Il-programmi u l-kurrikuli ta’ edukazzjoni kontinwa għandhom jinkludu taħriġ transsettorjali obbligatorju u korsijiet ta’ kompetenza dwar l-AMR, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet, dwar ir-riskju ambjentali, dwar il-bijosigurtà u dwar il-politika tal-użu tajjeb tal-antimikrobiċi, kif xieraq. |
(24) |
Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), minn Lulju 2017 ġew approvati 11-il antibijotiku ġdid (jew mill-Kummissjoni jew mill-Amministrazzjoni tal-Ikel u l-Mediċini tal-Istati Uniti jew mit-tnejn li huma). B’xi eċċezzjonijiet, l-antibijotiċi li għadhom kif ġew approvati għandhom benefiċċju kliniku limitat fuq it-trattamenti eżistenti, peress li aktar minn 80 % huma minn klassijiet eżistenti fejn il-mekkaniżmi ta’ reżistenza huma stabbiliti sew u huwa previst tfaċċar rapidu tar-reżistenza. Bħalissa fil-fażi tar-Riċerka u l-Iżvilupp hemm 43 antibijotiku u kombinazzjoni ma’ entità terapewtika ġdida. Ftit minnhom biss jissodisfaw mill-anqas wieħed mill-kriterji ta’ innovazzjoni tad-WHO (jiġifieri n-nuqqas ta’ kontroreżistenza magħrufa, sit ta’ rbit ġdid, mod ta’ azzjoni u/jew klassi). B’mod ġenerali, l-antibijotiċi fil-fażi klinika u dawk approvati dan l-aħħar ma humiex biżżejjed biex jindirizzaw l-isfida ta’ żieda fit-tfaċċar u fit-tixrid tal-AMR. In-nuqqas li jiġu żviluppati u jsiru disponibbli antibijotiċi ġodda effettivi qed ikompli jagħti spinta lill-impatt tal-AMR; għalhekk, hemm ħtieġa urġenti li jiġu żviluppati u implimentati inċentivi ġodda. |
(25) |
Il-Kummissjoni għandha l-għan li ttejjeb it-tħejjija u r-rispons għal theddid transfruntier serju fil-qasam tal-kontromiżuri mediċi, b’mod partikolari billi tippromwovi riċerka u żvilupp avvanzati ta’ kontromiżuri mediċi u teknoloġiji relatati u billi tindirizza l-isfidi tas-suq. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Kummissjoni tindirizza l-falliment tas-suq tal-antimikrobiċi u tippromwovi l-iżvilupp u l-aċċessibbiltà ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-ġlieda kontra l-AMR, inkluż antimikrobiċi ġodda u qodma, dijanjostika u vaċċini kontra patoġeni reżistenti. |
(26) |
Wara l-Pjan ta’ Azzjoni kontra l-AMR tal-2017, ġew proposti diversi proposti għal mudelli ekonomiċi ġodda biex jiġu introdotti fis-suq antimikrobiċi ġodda, inkluż fil-konklużjonijiet tal-JAMRAI (39), li fil-31 ta’ Marzu 2021 ippreżenta strateġija għall-implimentazzjoni ta’ inċentivi multinazzjonali fl-Ewropa biex jiġu stimulati l-innovazzjoni tal-antimikrobiċi u l-aċċess għalihom (40). |
(27) |
Il-Kummissjoni kkummissjonat studju intitolat “bringing AMR Medical Counter Measures on the market” (indaħħlu fis-suq kontromiżuri mediċi għall-AMR) (41) li jissimula erba’ tipi ta’ mekkaniżmi ta’ inċentiv ta’ daqs finanzjarju differenti sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-antimikrobiċi: garanzija tad-dħul, benefiċċji tad-dħul fis-suq flimkien ma’ garanzija tad-dħul, benefiċċji tad-dħul fis-suq b’somma f’daqqa u pagamenti għall-ilħuq ta’ objettivi intermedji, u l-forniment ta’ għażliet għall-implimentazzjoni tagħhom fil-livell tal-UE. |
(28) |
Il-programm ta’ ħidma tal-UE għas-Saħħa 2023 (42) joffri investiment imdaqqas fil-ġlieda kontra l-AMR, b’mod partikolari permezz tal-azzjoni speċifika “Appoġġ għall-innovazzjoni u l-aċċess għall-antimikrobiċi” (43). Dan ser jippermetti l-ħolqien ta’ network li jappoġġa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-akkwist(i) ta’ kontromiżuri mediċi u kapaċitajiet ta’ riżerva għall-produzzjoni jew l-aċċess għal kontromiżuri mediċi mmirati għall-AMR. |
(29) |
L-azzjonijiet dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni appoġġati mill-programmi Orizzont 2020 u Orizzont Ewropa huma kruċjali għall-iżvilupp, għall-evalwazzjoni u għall-implimentazzjoni ta’ miżuri kontra l-AMR. L-appoġġ u l-kollaborazzjoni kontinwi jibqgħu kruċjali biex jissaħħaħ l-impatt tar-riċerka u l-innovazzjoni għad-detezzjoni, għall-prevenzjoni u għat-trattament ta’ infezzjonijiet ikkawżati minn patoġeni reżistenti u għandhom jiġu żgurati. |
(30) |
Il-vaċċini huma għodod b’saħħithom kosteffettivi għall-prevenzjoni ta’ mard komunikabbli kemm fil-bnedmin kif ukoll fl-annimali, u għalhekk għandhom il-potenzjal li jnaqqsu t-tixrid tal-infezzjonijiet tal-AMR u jnaqqsu l-użu tal-antimikrobiċi. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi promoss l-użu tat-tilqim kif ukoll l-iżvilupp, id-disponibbiltà ta’ u l-aċċess għal vaċċini. |
(31) |
Il-kooperazzjoni transsettorjali tal-Istati Membri u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati huma kruċjali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva ta’ politiki u azzjonijiet “Saħħa Waħda” tal-AMR u qiegħed jiġi propost li din il-kooperazzjoni tissaħħaħ, partikolarment permezz tan-Network tal-UE “Saħħa Waħda” dwar l-AMR (44). |
(32) |
Għandu jissaħħaħ u jiġi estiż livell għoli ta’ kooperazzjoni bejn l-Aġenziji tal-Unjoni (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (45), iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (46) u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (47) biex jinkludi l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (48) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (49), biex ikun żgurat rispons koerenti, “Saħħa Waħda”, ibbażat fuq l-evidenza għall-AMR. |
(33) |
Il-ġlieda kontra l-AMR fil-kuntest tal-approċċ “Saħħa Waħda” hija prijorità fl-Istrateġija tal-UE għas-Saħħa Globali (50), inkluż permezz tal-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet konkreti dwar l-AMR fil-kuntest tan-negozjar ta’ ftehim internazzjonali potenzjali tad-WHO dwar il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għall-pandemija (51). Filwaqt li l-attenzjoni globali għall-AMR qed tikber, huwa meħtieġ it-trawwim ta’ kooperazzjoni internazzjonali biex jiġi żgurat rispons ikkoordinat mill-komunità globali u appoġġ adegwat integrat lejn il-prijoritajiet stabbiliti fil-livelli globali u reġjonali għall-isforzi ta’ finanzjament, riċerka u politika. F’dak ir-rigward għandu jkun hemm kooperazzjoni msaħħa, b’mod partikolari fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti, il-G7, il-G20 u mal-organizzazzjonijiet kwadripartitiċi (l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) (52), il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) (53), l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH) (54) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) (55)). Din ir-rakkomandazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet tal-Unjoni f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fit-Trattati, b’mod partikolari permezz ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill skont l-Artikolu 218 TFUE. |
(34) |
Is-segwitu għall-Pjan ta’ Azzjoni kontra l-AMR tal-2017 u ta’ din ir-Rakkomandazzjoni għandu jiġi mmonitorjat regolarment biex jitkejjel il-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi tagħhom u jiġu identifikati l-lakuni fl-isforzi biex tiġi indirizzata l-AMR. |
ADOTTA R-RAKKOMANDAZZJONI LI ĠEJJA:
A. Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali kontra l-AMR
B'DAN JINKORAĠĠIXXI LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
1. |
Ikollhom stabbiliti sa tal-14 ta’ Ġunju 2024, u jaġġornaw u jimplimentaw b’mod regolari Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali kontra l-AMR (“Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali”), ibbażati fuq l-approċċ “Saħħa Waħda” u filwaqt li jqisu l-objettivi tal-Pjan ta’ Azzjoni Globali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u d-Dikjarazzjoni tal-2016 tal-laqgħa ta’ livell għoli tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Assemblea Ġenerali dwar l-AMR.
Filwaqt li jqisu approċċ kosteffettiv u bbażat fuq l-evidenza, il-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-AMR għandhom b'mod partikolari:
|
2. |
Jallokaw, b’appoġġ mill-Kummissjoni fejn rilevanti, riżorsi umani u finanzjarji xierqa għall-implimentazzjoni effettiva tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali. |
3. |
Jevalwaw, regolarment, u mill-inqas kull tliet snin, l-eżiti tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali u jieħdu azzjonijiet biex jindirizzaw is-sejbiet ta’ dawn l-evalwazzjonijiet u ta’ inputs rilevanti oħrajn, filwaqt li jqisu sejbiet ġodda u xejriet emerġenti. |
4. |
Jiżguraw li l-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali u l-evalwazzjoni regolari tal-eżiti tagħhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fi żmien sitt xhur wara t-tlestija tal-evalwazzjoni. |
B. Is-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-AMR u tal-konsum tal-antimikrobiċi (AMC)
B'DAN JINKORAĠĠIXXI LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
5. |
Jeliminaw il-lakuni eżistenti fis-sorveljanza u fil-monitoraġġ u jiżguraw il-kompletezza tad-data, inkluż data f’ħin reali u aċċess f’waqtu għad-data fejn xieraq sal-2030, kemm dwar l-AMR kif ukoll dwar l-AMC fil-livelli kollha (eż. il-komunità, l-isptarijiet u l-faċilitajiet tal-kura fit-tul) biex jiġi appoġġat l-użu prudenti tal-antimikrobiċi fis-saħħa tal-bniedem, billi:
|
B'DAN JILQA' B'SODISFAZZJON L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI:
6. |
Tkompli tivvaluta abbażi tal-opinjonijiet tal-mard tal-annimali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikkawżat minn batterji reżistenti għall-antimikrobiċi, biex taċċerta jekk huwiex meħtieġ li tiġi elenkata kwalunkwe waħda minn dawk il-mardiet fir-Regolament (UE) 2016/429 (57) bil-għan li jiġu kategorizzati għal kwalunkwe sorveljanza regolatorja, kontroll jew miżura ta’ ġestjoni oħra. |
C. Il-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet
B'DAN JINKORAĠĠIXXI LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
7. |
Jiżguraw li jiddaħħlu fis-seħħ miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ kontroll tal-infezzjonijiet fis-saħħa tal-bniedem u li dawn jiġu monitorjati kontinwament biex jikkontribwixxu għal-limitazzjoni tat-tixrid ta’ patoġeni reżistenti għall-antimikrobiċi, b’mod partikolari billi:
|
8. |
Jieħdu miżuri biex itejbu s-saħħa u l-benesseri tal-annimali li jipproduċu l-ikel sabiex inaqqsu l-okkorrenza u t-tixrid ta’ mard infettiv fil-biedja u sussegwentement inaqqsu l-ħtieġa tal-użu ta’ antimikrobiċi, b’mod partikolari billi:
|
9. |
Jagħmlu użu minn prattiki tajbin, ibbażati fuq l-evidenza, ta’ ġestjoni tad-demel u prattiki tajbin ta’ ġestjoni tal-ħama tad-dranaġġ filwaqt li jindirizzaw l-applikazzjoni tagħhom fl-agrikoltura biex jitnaqqas l-esponiment ambjentali għal sustanzi bi proprjetajiet antimikrobiċi u għad-determinanti tal-AMR. |
B'DAN JILQA' B'SODISFAZZJON L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI TIEĦU L-AZZJONI LI ĠEJJA, F'KOOPERAZZJONI MILL-QRIB MAL-ISTATI MEMBRI:
10. |
Tiżviluppa, b’koordinazzjoni mal-ECDC, linji gwida tal-UE dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet fis-saħħa tal-bniedem, filwaqt li tqis approċċ kosteffetiv, partikolarment għall-isptarijiet u għall-faċilitajiet tal-kura fit-tul sa [tliet snin wara l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill]. Meta jiġu żviluppati dawn il-linji gwida, għandhom jitqiesu l-linji gwida internazzjonali u għandha tiġi żgurata kollaborazzjoni mill-qrib mas-soċjetajiet professjonali Ewropej u nazzjonali. |
D. Politika tal-użu tajjeb tal-antimikrobiċi u l-użu prudenti tal-antimikrobiċi
B'DAN JINKORAĠĠIXXI LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
11. |
Jiżguraw li jdaħħlu fis-seħħ miżuri fis-saħħa tal-bniedem biex jappoġġaw l-użu prudenti ta’ aġenti antimikrobiċi, f’ambjenti tal-kura tas-saħħa, inkluż ambjenti tal-kura tas-saħħa primarja u faċilitajiet ta’ kura fit-tul, u kura komunitarja b’mod partikolari billi:
|
12. |
Ikollhom fis-seħħ programmi għall-ġbir u r-rimi sikur ta’ antimikrobiċi mhux użati, skaduti u żejda mill-komunità u minn sptarijiet u faċilitajiet tal-kura fit-tul, azjendi agrikoli, fornituri tal-mediċina veterinarja, bini veterinarju u faċilitajiet tal-manifattura tal-antimikrobiċi. |
B'DAN JILQA' B'SODISFAZZJON L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI TIEĦU L-AZZJONI LI ĠEJJA, F'KOOPERAZZJONI MILL-QRIB MAL-ISTATI MEMBRI:
13. |
Taħdem lejn l-iżvilupp ta’ linji gwida tal-UE għat-trattament ta’ infezzjonijiet komuni kbar fil-bnedmin u għall-profilassi perioperattiva fil-bnedmin, li jkunu jinkludu informazzjoni dwar l-użu ta’ testijiet dijanjostiċi adegwati, il-ħtieġa tal-antibijotiċi, l-għażla tal-antibijotiku xieraq (jekk meħtieġ), id-doża u l-intervalli tad-doża, u t-tul tat-trattament/tal-profilassi, filwaqt li titqies l-aħjar prattika disponibbli, id-disponibbiltà tal-antibijotiċi u l-ħtieġa li jiġi żgurat l-aktar użu ottimali u prudenti tagħhom. Meta jiġu żviluppati dawn il-linji gwida, għandu jitqies il-ktieb tal-antibijotiċi AWaRe tad-WHO (63) u għandha tiġi żgurata kollaborazzjoni mill-qrib mas-soċjetajiet professjonali Ewropej u nazzjonali. Barra minn hekk, b’rikonoxximent tal-fatt li x-xejriet ta’ reżistenza fl-organiżmi jistgħu jvarjaw f’reġjuni differenti, ir-rekwiżiti kliniċi speċifiċi għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri individwali. |
B'DAN JILQA' B'SODISFAZZJON L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI U JĦEĠĠEĠ LILL-ISTATI MEMBRI BIEX JIEĦDU L-AZZJONIJIET LI ĠEJJIN:
14. |
Iqisu r-riskju tal-iżvilupp ta’ reżistenza għall-antimikrobiċi umani u veterinarji mill-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew ta’ prodotti bijoċidali, abbażi ta’ riċerka u evidenza xjentifika, bħala parti mill-evalwazzjoni tas-sikurezza u t-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar dawn il-prodotti u r-rieżami tad-deċiżjonijiet kif xieraq jekk toħroġ evidenza ġdida. Fejn meħtieġ, għandhom jiġu implimentati kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet xierqa għall-użu għall-prodotti kkonċernati. |
E. Miri rrakkomandati għall-konsum tal-antimikrobiċi u għar-reżistenza għall-antimikrobiċi
B'DAN JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
15. |
Jieħdu miżuri nazzjonali xierqa bil-għan li jiżguraw li, sal-2030, il-konsum totali ta’ antibijotiċi fil-bnedmin (f’Doża Definita ta’ Kuljum (DDD) għal kull 1 000 abitant kuljum), fis-setturi tal-komunità u tal-isptarijiet flimkien, inkluż fil-faċilitajiet tal-kura fit-tul u f’kuntesti ta’ kura fid-dar, jitnaqqas b’20 % fl-Unjoni meta mqabbel mas-sena bażi 2019. |
16. |
Jieħdu miżuri nazzjonali xierqa bil-għan li jiżguraw li, sal-2030, mill-anqas 65 % tal-konsum totali tal-antibijotiċi fil-bnedmin jappartjeni għall-Grupp ta’ Aċċess tal-antibijotiċi kif definit fil-klassifika AWaRe tad-WHO (64). |
17. |
Jieħdu miżuri nazzjonali xierqa bil-għan li jiżguraw li, sal-2030, l-inċidenza totali ta’ infezzjonijiet fid-demm bi Staphylococcus aureus reżistenti għall-metiċillina (MRSA) (għadd għal kull 100 000 tal-popolazzjoni) titnaqqas bi 15 % fl-UE, meta mqabbla mas-sena bażi 2019. |
18. |
Jieħdu miżuri nazzjonali xierqa bil-għan li jiżguraw li, sal-2030, l-inċidenza totali ta’ infezzjonijiet fid-demm b’Escherichia coli tat-tielet ġenerazzjoni reżistenti għaċ-ċefalosporini (għadd għal kull 100 000 tal-popolazzjoni) titnaqqas b’10 % fl-UE, meta mqabbla mas-sena bażi 2019. |
19. |
Jieħdu miżuri nazzjonali xierqa bil-għan li jiżguraw li, sal-2030, l-inċidenza totali ta’ infezzjonijiet fid-demm bi Klebsiella pneumoniae reżistenti għall-karbapenem (għadd għal kull 100 000 tal-popolazzjoni) titnaqqas b’5 % fl-UE, meta mqabbla mas-sena bażi 2019.
Il-kontribut individwali rrakkomandat mill-Istati Membri biex jintlaħqu dawn il-miri tal-Unjoni huma ppreżentati fl-Anness ta' din ir-Rakkomandazzjoni. |
20. |
Jistabbilixxu indikaturi u jaqsmu l-aħjar prattika dwar l-użu tagħhom, li jappoġġaw l-ilħuq tal-miri rrakkomandati kif ukoll miri dwar aspetti oħrajn relatati mal-AMR bħall-kontroll tal-prevenzjoni tal-infezzjonijiet, il-politika tal-użu tajjeb tal-antimikrobiċi, il-prattiki ta’ preskrizzjoni u t-taħriġ. |
B'DAN JILQA' B'SODISFAZZJON L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI U JĦEĠĠEĠ LILL-ISTATI MEMBRI BIEX JIEĦDU L-AZZJONIJIET LI ĠEJJIN:
21. |
Jistabbilixxu miżuri xierqa biex jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-mira tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt u tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero ta’ tnaqqis ta’ 50 % tal-bejgħ globali tal-UE ta’ antimikrobiċi użati għall-annimali tar-razzett u fl-akkwakultura sal-2030. |
F. Għarfien, edukazzjoni u taħriġ
B'DAN JINKORAĠĠIXXI LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
22. |
Jiżguraw, f’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u professjonali kif ukoll mal-partijiet ikkonċernati, u bl-għajnuna ta’ għarfien pedagoġiku u dwar l-imġiba, li l-programmi ta’ edukazzjoni kontinwa u l-kurrikuli nazzjonali, fost oħrajn fil-mediċina, fl-infermerija, fil-professjoni tal-qwiebel, fil-farmaċija, fid-dentistrija, fil-mediċina veterinarja, fl-agrikoltura u l-agronomija, u fix-xjenzi ambjentali u ekoloġiċi jinkludu taħriġ u kompetenza transsettorjali obbligatorji dwar l-AMR, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet, dwar ir-riskji ambjentali, dwar il-bijosigurtà u dwar il-politika tal-użu tajjeb tal-antimikrobiċi, inkluż l-użu prudenti tal-antimikrobiċi, kif xieraq. |
23. |
Iqajmu sensibilizzazzjoni fost il-professjonisti pubbliċi u tas-saħħa li jaħdmu fis-settur tas-saħħa tal-bniedem u fis-settur veterinarju dwar l-eżistenza ta’ programmi għall-ġbir u għar-rimi sikur ta’ antimikrobiċi mhux użati, skaduti u żejda u l-importanza ta’ dawk il-programmi fil-prevenzjoni tal-AMR, u jaqsmu l-aħjar prattika. |
24. |
Iżidu u jtejbu l-komunikazzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar l-AMR u l-użu prudenti tal-antimikrobiċi biex jiġu promossi l-għarfien u t-tibdil fl-imġiba billi:
|
25. |
Jinformaw u jikkoordinaw dwar l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni msemmija hawn fuq u l-kampanji ta’ komunikazzjoni bejniethom, mal-Kummissjoni, mal-Aġenziji rilevanti tal-Unjoni, u ma’ korpi rilevanti oħrajn, sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tagħhom. |
B'DAN JILQA' B'SODISFAZZJON L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI:
26. |
Tappoġġa u tikkomplementa l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-Istati Membri dwar l-AMR u l-użu prudenti tal-antimikrobiċi b’azzjonijiet ta’ komunikazzjoni pan-Ewropej li jqisu approċċ kosteffettiv u abbażi tal-ħtiġijiet tal-Istati Membri. |
27. |
Tappoġġa lill-Istati Membri fit-taħriġ kontinwu u t-tagħlim tul il-ħajja tal-professjonisti li jaħdmu fis-settur tas-saħħa tal-bniedem, fis-settur veterinarju u fis-settur tal-agronomija dwar it-theddida tal-AMR u l-prevenzjoni tagħha skont l-approċċ “Saħħa Waħda” permezz ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ bħall-inizjattiva għal Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel (65). |
G. Ir-riċerka u l-iżvilupp u inċentivi għall-innovazzjoni u għall-aċċess għall-antimikrobiċi u kontromiżuri mediċi oħrajn għall-AMR
B'DAN JILQA' B'SODISFAZZJON L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI U JĦEĠĠEĠ LILL-ISTATI MEMBRI BIEX JIEĦDU L-AZZJONIJIET LI ĠEJJIN:
28. |
Jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni teknoloġika b’inċentivi tat-tip push għad-detezzjoni, għall-prevenzjoni u għat-trattament ta’ infezzjonijiet fil-bnedmin ikkawżati minn patoġeni reżistenti għall-antimikrobiċi, inkluż l-istabbiliment ta’ sħubija Ewropea dwar “Saħħa Waħda” kontra l-AMR, u l-investiment sinifikanti fiha biex ikunu jistgħu jsiru l-koordinazzjoni, l-allinjament u l-finanzjament ta’ riċerka u innovazzjoni transsettorjali. |
29. |
Jippromwovu, b’mod koordinat ma’ inizjattivi nazzjonali u ta’ pajjiżi differenti, l-iżvilupp ta’ u l-aċċessibbiltà għall-antimikrobiċi u kontromiżuri mediċi oħrajn rilevanti għall-ġlieda kontra l-AMR fil-bnedmin, partikolarment testijiet dijanjostiċi u tilqim immirat lejn patoġeni reżistenti għall-antimikrobiċi. |
GĦAL DAK IL-GĦAN, IL-KUNSILL JILQA' B'SODISFAZZJON L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI:
a. |
tkompli tappoġġa lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta’ patoġeni reżistenti għall-antimikrobiċi ta’ prijorità fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri, fl-immappjar ta’ kontromiżuri mediċi eżistenti, futuri u nieqsa għall-AMR, u fid-definizzjoni tal-profili tal-prodotti fil-mira f’konformità ma’ inizjattivi nazzjonali; |
b. |
tappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp ta’ kontromiżuri mediċi tal-AMR, b’mod partikolari billi tikkoordina l-finanzjament ta’ riċerka tranżnazzjonali u l-iżvilupp fi stadju tard ta’ kontromiżuri mediċi tal-AMR, inklużi provi kliniċi għall-antimikrobiċi; |
c. |
ittejjeb il-kontinwità tal-provvista tal-antimikrobiċi u kontromiżuri mediċi oħra għall-AMR fl-UE, b’mod partikolari, b’komunikazzjoni mal-Istati Membri, billi tappoġġa u tikkoordina l-inizjattivi tal-Istati Membri dwar il-manifattura, l-akkwist u l-kumulazzjoni ta’ riżerva u billi tindirizza x-xkiel fil-livell tal-UE; |
d. |
ittejjeb it-tbassir tad-domanda, tivvaluta u tindirizza l-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista tal-antibijotiċi, u timplimenta azzjonijiet immirati għall-kumulazzjoni ta’ riżerva tal-antibijotiċi kif xieraq, biex tevita n-nuqqasijiet. |
30. |
Tikkontribwixxi għat-tfassil u l-governanza ta’ skema multinazzjonali ta’ inċentivi tat-tip pull tal-Unjoni sabiex ittejjeb l-innovazzjoni, l-iżvilupp ta’ antimikrobiċi ġodda u l-aċċess għal antimikrobiċi eżistenti u ġodda fejn l-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fuq bażi volontarja. Skema bħal din tista’ eż. tieħu l-forma ta’ garanzija tad-dħul, premjijiet għad-dħul fis-suq flimkien ma’ garanzija tad-dħul, premjijiet għal dħul fis-suq b’somma f’daqqa jew pagamenti mal-progress tax-xogħlijiet u tista’ tkun finanzjata fil-livell tal-UE, il-livell nazzjonali jew kofinanzjata, kif xieraq. |
31. |
Tiġbor flimkien ir-riżorsi, tieħu azzjonijiet kollaborattivi, tikkontribwixxi finanzjarjament għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ inċentiv tat-tip pull, u timpenja ruħha li tipparteċipa fin-network (66) imsemmi fil-programm ta’ ħidma tal-UE għas-Saħħa għall-2023. |
32. |
Tirrieżamina regolarment l-iskema u l-impatt tagħha fuq l-iżvilupp u l-aċċessibbiltà tal-antimikrobiċi. |
33. |
Tinċentiva l-iżvilupp u l-introduzzjoni fis-suq ta’ alternattivi effettivi u bbażati fuq l-evidenza għall-użu ta’ antimikrobiċi u vaċċini għas-saħħa tal-annimali. |
H. Kooperazzjoni
B'DAN JINKORAĠĠIXXI LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
34. |
Jirrapportaw id-data dwar l-AMR u dwar il-konsum tal-antimikrobiċi lis-Sistema Globali ta’ Sorveljanza tar-Reżistenza għall-Antimikrobiċi u tal-Użu tagħhom (GLASS) (67). |
35. |
Jieħdu opportunitajiet tal-laqgħat regolari tan-Network tal-UE “Saħħa Waħda” dwar l-AMR u ta’ kumitati u gruppi ta’ ħidma rilevanti oħrajn li jiddiskutu l-AMR biex:
|
36. |
Isaħħu l-kooperazzjoni dwar l-AMR bejn il-professjonisti li jaħdmu fis-settur tas-saħħa tal-bniedem, is-settur veterinarju, is-settur ambjentali u s-settur agronomiku u mal-partijiet ikkonċernati, sabiex jittejjeb l-approċċ “Saħħa Waħda” kontra l-AMR. |
B'DAN JILQA' B'SODISFAZZJON L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI:
37. |
Issaħħaħ il-kooperazzjoni dwar l-AMR bejn l-EFSA, l-EMA, l-ECDC, l-EEA u l-ECHA u ssaħħaħ l-approċċ “Saħħa Waħda” kontra l-AMR permezz ta’ grupp ta’ ħidma tal-AMR bejn l-aġenziji. Il-grupp ta’ ħidma se:
|
38. |
Jiżviluppa qafas ta’ monitoraġġ biex jiġu vvalutati l-progress u r-riżultati miksuba fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni kontra l-AMR tal-2017 u ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
I. Globali
B'DAN JILQA' B'SODISFAZZJON L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI U JĦEĠĠEĠ LILL-ISTATI MEMBRI BIEX JIEĦDU L-AZZJONIJIET LI ĠEJJIN:
39. |
Jippromwovu l-iżvilupp, u l-implimentazzjoni minn pajjiżi terzi, ta’ standards mill-Korpi Internazzjonali li Jistabbilixxu l-Istandards, b’mod partikolari:
|
40. |
Jaħdmu għall-prevenzjoni tal-AMR permezz tal-approċċ “Saħħa Waħda” billi jsaħħu l-kapaċitajiet f’kooperazzjoni mal-Kwadripartitiku kif deskritt fit-Triq ta’ Azzjoni 5 tal-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt Saħħa Waħda (2022-2026) (OH JPA) żviluppat mill-Kwadripartitiku (73). |
41. |
Jaħdmu għall-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet konkreti u rilevanti dwar l-AMR billi jsegwu approċċ “Saħħa Waħda” fil-kuntest ta’ negozjati dwar ftehim internazzjonali potenzjali tad-WHO dwar il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għall-pandemija, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/451 (74). |
42. |
Jappoġġaw l-inizjattivi tad-WHO biex titħejja gwida dwar kif għandhom jiġu applikati prattiki tajba ta’ manifattura għall-immaniġġar tal-iskart u tal-ilma mormi fil-kuntest tal-produzzjoni tal-antimikrobiċi skont id-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tad-WHO tat-30 ta’ Novembru 2018 dwar dik il-kwistjoni (75). |
43. |
Jappellaw sabiex l-AMR tidher bħala prijorità politika għolja fl-ambjenti tal-G7 u tal-G20, li jwassal għal impenji ambizzjużi fil-livell globali, inkluż biex il-piż finanzjarju li jinħoloq mill-inċentivi tat-tip push u pull għall-antimikrobiċi jinqasam b’mod ġust fost il-pajjiżi tal-G20 jew tal-G7. |
44. |
Jappellaw sabiex il-konferenza ta’ Livell Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-AMR ippjanata għall-2024 iżżid l-impenji dinjija biex nindirizzaw l-AMR. |
45. |
Jappoġġaw u jinvolvu ruħhom b’mod attiv fil-“Pjattaforma ta’ Sħubija bejn Diversi Partijiet Ikkonċernati tal-AMR” (76) tal-Kwadripartitiku, biex jgħinu fl-istabbiliment ta’ viżjoni globali kondiviża u biex jibnu aktar kunsens dwar l-AMR. |
46. |
Jipprovdu kapaċità ta’ żvilupp u jappoġġaw azzjonijiet tal-AMR f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju, b’mod partikolari permezz ta’:
|
J. Rapportar
B'DAN JILQA' B'SODISFAZZJON L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI:
47. |
Tirrapporta lill-Kunsill erba’ snin wara l-adozzjoni dwar is-segwitu għal din ir-Rakkomandazzjoni. |
Magħmul fil-Lussemburgu, l-13 ta' Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PEHRSON
(1) https://health.ec.europa.eu/publications/hera-factsheet-health-union-identifying-top-3-priority-health-threats_mt.
(2) https://www.ecdc.europa.eu/sites/default/files/documents/Health-burden-infections-antibiotic-resistant-bacteria.pdf.
(3) https://www.ecdc.europa.eu/en/news-events/eaad-2022-launch.
(4) https://www.oecd.org/health/health-systems/AMR-Tackling-the-Burden-in-the-EU-OECD-ECDC-Briefing-Note-2019.pdf.
(5) https://health.ec.europa.eu/system/files/2020-01/amr_2017_action-plan_0.pdf.
(6) https://health.ec.europa.eu/system/files/2022-04/amr_2018-2022_actionplan_progressreport_en.pdf.
(7) Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2019 dwar il-passi li jmiss biex l-UE ssir reġjun tal-aħjar prattika fil-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi.
(8) Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2021 dwar it-tisħiħ tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa.
(9) Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas-Saħħa”) għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 ( ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).
(11) https://cordis.europa.eu/programme/id/HORIZON_HORIZON-HLTH-2024-DISEASE-09-01; https://research-and-innovation.ec.europa.eu/system/files/2022-02/ec_rtd_he-partnerships-onehealth-amr.pdf.
(12) https://www.eib.org/en/index.htm.
(13) Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta' Appoġġ Tekniku (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1).
(14) https://digitallibrary.un.org/record/845917#record-files-collapse-header.
(15) https://www.who.int/publications/i/item/9789241509763.
(16) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar il-passi li jmiss fil-qafas ta' approċċ “Saħħa Waħda” biex tiġi miġġielda r-reżistenza għall-antimikrobiċi.
(17) https://health.ec.europa.eu/publications/overview-report-member-states-one-health-national-action-plans-against-antimicrobial-resistance_mt.
(18) f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2019/6 dwar il-prodotti mediċinali veterinarji.
(19) Ir-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2022 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (ĠU L 314, 6.12.2022, p. 26).
(20) Il-Proposta tal-Kummissjoni tas-26 ta' Ottubru 2022 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, id-Direttiva 2006/118/KE dwar il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament u d-Direttiva 2008/105/KE dwar standards ta' kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma. COM (2022) 540 final u l-proposta tal-Kummissjoni tas-26 ta' Ottubru 2022 għal Direttiva dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (riformulazzjoni) COM(2022) 541 final).
(21) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Study on a future-proofing analysis of the 2017 AMR action plan: rapport finali, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022, https://data.europa.eu/doi/10.2875/636347.
(22) https://www.ecdc.europa.eu/en/publications-data/health-burden-infections-antibiotic-resistant-bacteria-2016-2020
(23) WHO: Core components for infection prevention and control programmes (https://www.who.int/teams/integrated-health-services/infection-prevention-control/core-components)
(24) WHO guidelines on Hand Hygiene in Health Care (https://www.who.int/publications/i/item/9789241597906)
(25) Global patient safety action plan 2021–2030: towards eliminating avoidable harm in health care. Ġinevra: L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; 2021. Liċenzja: CC BY-NC-SA 3.0 IGO
(26) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2001 dwar l-użu prudenti tal-aġenti antimikrobiċi fil-mediċina tal-bniedem (ĠU L 34, 5.2.2002, p. 13).
(27) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż il-prevenzjoni minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (ĠU C 151, 3.7.2009, p. 1).
(28) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52017XC0701(01).
(29) Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kodiċi tal-Unjoni dwar prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li tħassar id-Direttiva 2001/83/KE [u li temenda Direttivi] u d-Direttiva 2009/35/KE.
(30) ECDC, EFSA and EMA Joint Scientific Opinion on a list of outcome indicators as regards surveillance of antimicrobial resistance and antimicrobial consumption in humans and food-producing animals.
(31) https://www.cdc.gov/drugresistance/tatfar/index.html.
(32) https://sdgs.un.org/goals.
(33) https://www.g7germany.de/resource/blob/974430/2042058/5651daa321517b089cdccfaffd1e37a1/2022-05-20-g7-health-ministers-communique-data.pdf.
(34) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent - COM/2020/381 final.
(35) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Perkors għal Pjaneta b'Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta' Azzjoni tal-UE:“Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” COM(2021) 400.
(36) Abbażi tal-indikatur tar-riżultati R.43 (sehem ta' unitajiet ta' bhejjem ikkonċernati minn azzjonijiet appoġġati biex jillimitaw l-użu tal-antimikrobiċi) tar-Regolament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK (Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(37) Abbażi tad-data eżistenti disponibbli min-Network Ewropew ta' Sorveljanza tar-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (EARS-Net).
(38) https://europa.eu/eurobarometer/surveys/detail/2632.
(39) https://eu-jamrai.eu/.
(40) https://eu-jamrai.eu/wp-content/uploads/2021/03/EUjamrai_D9.2_Strategy-for-a-multi-country-incentive-in-Europe_INSERM-FHI.pdf.
(41) Il-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali, Studju dwar l-introduzzjoni ta' kontromiżuri mediċi tal-AMR fis-suq: rapport finali, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2023, https://data.europa.eu/doi/10.2925/442912.
(42) https://health.ec.europa.eu/publications/2023-eu4health-work-programme_mt.
(43) https://health.ec.europa.eu/system/files/2022-11/wp2023_annex_en.pdf.
(44) https://health.ec.europa.eu/antimicrobial-resistance/events_mt?f%5B0%5D=topic_topic%3A173.
(45) https://www.efsa.europa.eu/eu.
(46) https://www.ecdc.europa.eu/en.
(47) https://www.ema.europa.eu/en.
(48) https://www.eea.europa.eu/about-us.
(49) https://echa.europa.eu/.
(50) https://health.ec.europa.eu/system/files/2023-02/international_ghs-report-2022_en.pdf.
(51) https://www.who.int/news-room/questions-and-answers/item/pandemic-prevention--preparedness-and-response-accord.
(52) https://www.fao.org/home/en.
(53) https://www.unep.org/.
(54) https://www.woah.org/en/home/.
(55) https://www.who.int/.
(56) The Quadripartite Organizations established the Technical Group on Integrated Surveillance on Antimicrobial use and resistance (who.int)
(57) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 084, 31.3.2016, p. 1).
(58) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2018/C 466/01 tas-7 ta' Diċembru 2018 dwar kooperazzjoni msaħħa kontra l-mard li jista' jiġi evitat bit-tilqim (ĠU C 466, 28.12.2018, p. 1).
(59) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(60) https://oceans-and-fisheries.ec.europa.eu/funding/emfaf_en.
(61) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Linji gwida strateġiċi għal akkwakultura tal-UE li tkun aktar sostenibbli u kompetittiva għall-perjodu bejn l-2021 u l-2030 COM(2021) 236 final.
(62) tekniki tal-inġinerija tad-DNA limitati għall-użu ta' speċijiet li jkunu għaddew minn valutazzjoni tar-riskju b'eżitu favorevoli.
(63) https://www.who.int/publications/i/item/WHO-MHP-HPS-EML-2022.02.
(64) https://www.who.int/publications/i/item/2021-aware-classification.
(65) https://food.ec.europa.eu/horizontal-topics/official-controls-and-enforcement/legislation-official-controls/better-training-safer-food_mt.
(66) CP-p-23-16 Appoġġ għall-innovazzjoni u l-aċċess għall-antimikrobiċi.
(67) https://www.who.int/initiatives/glass.
(68) https://www.ippc.int/en/.
(69) Foodborne antimicrobial resistance (fao.org)
(70) https://www.fao.org/fao-who-codexalimentarius/sh-proxy/en/?lnk=1&url=https%253A%252F%252Fworkspace.fao.org%252Fsites%252Fcodex%252FStandards%252FCXC%2B61-2005%252FCXC_061e.pdf.
(71) https://www.fao.org/fao-who-codexalimentarius/sh-proxy/ar/?lnk=1&url=https%253A%252F%252Fworkspace.fao.org%252Fsites%252Fcodex%252FStandards%252FCXG%2B94-2021%252FCXG_94e.pdf.
(72) https://www.fao.org/fao-who-codexalimentarius/sh-proxy/en/?lnk=1&url=https%253A%252F%252Fworkspace.fao.org%252Fsites%252Fcodex%252FStandards%252FCXG%2B77-2011%252FCXG_077e.pdf
(73) One health joint plan of action (2022–2026): working together for the health of humans, animals, plants and the environment (who.int)
(74) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/451 tat-3 ta' Marzu 2022 li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati f'isem l-Unjoni Ewropea għal ftehim internazzjonali dwar il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji, kif ukoll emendi komplementari għar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005), ĠU L 92, 21.3.2022, p. 1.
(75) https://apps.who.int/gb/ebwha/pdf_files/EB144/B144_19-en.pdf.
(76) https://www.fao.org/antimicrobial-resistance/quadripartite/the-platform/en/.
(77) https://europa.eu/capacity4dev/tei-jp-tracker/tei/sustainable%C2%A0health-security-africa.
(78) https://mptf.undp.org/fund/amr00.
(79) https://research-and-innovation.ec.europa.eu/research-area/health/edctp_en.
(80) https://icars-global.org/
(81) https://gardp.org/
(82) https://www.reactgroup.org/
ANNESS
COM(2023) 191 final
Il-kontributi tal-Istati Membri biex jintlaħqu l-miri rakkomandati tal-UE stipulati fil-punt E ta' din ir-Rakkomandazzjoni (1).
1.
Miri nazzjonali rakkomandati dwar il-konsum totali ta’ antibijotiċi fis-setturi tal-komunità u tal-isptarijiet flimkien, inkluż fil-faċilitajiet tal-kura fit-tul (DDD għal kull 1 000 abitant kuljum)
Stat Membru |
Konsum totali ta' antibijotiċi fis-setturi tal-komunità u tal-isptarijiet flimkien, inkluż fil-faċilitajiet tal-kura fit-tul (DDD għal kull 1 000 abitant kuljum) fl-2019 (2) |
Mira rakkomandata għat-tnaqqis sal-2030 |
NL |
9,5 |
3 % |
AT |
11,6 |
3 % |
EE |
11,8 |
3 % |
SE |
11,8 |
3 % |
DE |
12,6 (3) |
9 % |
SI |
13,0 |
9 % |
LV |
13,9 |
9 % |
HU |
14,4 |
9 % |
FI |
14,7 |
9 % |
DK |
15,3 |
9 % |
LT |
16,1 |
9 % |
CZ |
16,9 |
9 % |
HR |
18,8 |
9 % |
PT |
19,3 |
9 % |
SK |
19,3 |
9 % |
BG |
20,7 |
18 % |
MT |
20,7 |
18 % |
LU |
21,1 |
18 % |
BE |
21,4 |
18 % |
IT |
21,7 |
18 % |
IE |
22,8 |
27 % |
PL |
23,6 |
27 % |
ES |
24,9 |
27 % |
FR |
25,1 |
27 % |
RO |
25,8 |
27 % |
CY |
30,1 |
27 % |
EL |
34,1 |
27 % |
2.
Il-miri nazzjonali rakkomandati dwar il-perċentwal tal-konsum tal-antibijotiċi tal-grupp Access mill-konsum tal-antibijotiċi kollha (Access, Watch, Reserve, Unclassified) elenkati fil-klassifika AWaRe tad-WHO (4)
Stat Membru |
Perċentwal tal-konsum tal-antibijotiċi tal-grupp Access mill-konsum tal-antibijotiċi kollha (Access, Watch, Reserve, Unclassified) elenkati fil-klassifikazzjoni AWaRe fl-2019 (5) |
Mira rakkomandata sal-2030 |
DK |
79,1 |
Mill-inqas 65 % |
FI |
73,2 |
|
FR |
72,0 |
|
NL |
71,2 |
|
SE |
71,0 |
|
IE |
70,3 |
|
LV |
68,6 |
|
BE |
67,9 |
|
LT |
67,5 |
|
ES |
63,0 |
|
HR |
62,7 |
|
SI |
62,1 |
|
PT |
61,4 |
|
EE |
61,3 |
Mill-inqas 65 % |
PL |
60,4 |
|
CZ |
60,2 |
|
LU |
59,5 |
|
AT |
58,1 |
|
RO |
52,8 |
|
HU |
50,5 |
|
MT |
49,9 |
|
IT |
48,9 |
|
CY |
48,9 |
|
EL |
46,8 |
|
BG |
45,1 |
|
SK |
42,4 |
|
DE |
L-ebda data (6) |
3.
Miri nazzjonali rakkomandati dwar l-inċidenza ta’ infezzjonijiet fid-demm bi Staphylococcus aureus (MRSA) reżistenti għall-metiċillina (għadd għal kull 100 000 tal-popolazzjoni)
Stat Membru |
Inċidenza ta' infezzjonijiet fid-demm bi Staphylococcus aureus (MRSA) reżistenti għall-metiċillina (għadd ta' infezzjonijiet fid-demm (7) għal kull 100 000 tal-popolazzjoni) fl-2019 |
Mira rakkomandata għat-tnaqqis sal-2030 |
NL |
0,4 |
3 % |
DK |
0,8 |
3 % |
EE |
0,8 |
3 % |
FI |
1,1 |
3 % |
SE |
1,3 |
3 % |
BG |
1,5 |
3 % |
LV |
1,9 |
6 % |
LU |
2,1 |
6 % |
AT |
2,2 |
6 % |
LT |
2,2 |
6 % |
SI |
2,4 |
6 % |
BE |
2,6 |
6 % |
HR |
2,7 |
6 % |
IE |
3,1 |
6 % |
CZ |
3,1 |
6 % |
DE |
3,6 |
10 % |
MT |
3,8 |
10 % |
HU |
4,2 |
10 % |
ES |
4,2 |
10 % |
PL |
4,3 |
10 % |
EL |
4,6 |
10 % |
SK |
5,0 |
10 % |
FR |
5,6 |
18 % |
CY |
6,9 |
18 % |
PT |
11,4 |
18 % |
IT |
13,6 |
18 % |
RO |
13,7 |
18 % |
4.
Miri nazzjonali rakkomandati dwar l-inċidenza ta’ infezzjonijiet fid-demm b’Escherichia coli reżistenti għaċ-ċefalosporina tat-tielet ġenerazzjoni (għadd għal kull 100 000 tal-popolazzjoni)
Stati Membri |
Inċidenza ta' infezzjonijiet fid-demm (8) bl-Escherichia coli reżistenti għaċ-ċefalosporina tat-tielet ġenerazzjoni (għadd għal kull 100 000 tal-popolazzjoni) fl-2019 |
Mira rakkomandata għat-tnaqqis sal-2030 |
EL |
2,6 |
0 % |
BG |
4,3 |
0 % |
NL |
4,5 |
0 % |
LV |
5,0 |
0 % |
HR |
5,3 |
0 % |
LT |
5,6 |
0 % |
HU |
5,7 |
0 % |
CY |
6,2 |
5 % |
RO |
6,3 |
5 % |
SK |
6,4 |
5 % |
CZ |
6,6 |
5 % |
DK |
6,6 |
5 % |
AT |
7,1 |
10 % |
PL |
7,4 |
10 % |
SI |
7,7 |
10 % |
ES |
7,8 |
10 % |
EE |
7,9 |
10 % |
FI |
8,0 |
10 % |
IE |
8,3 |
10 % |
FR |
8,6 |
10 % |
SE |
9,6 |
10 % |
LU |
10,1 |
12 % |
PT |
10,3 |
12 % |
DE |
12,0 |
12 % |
MT |
12,4 |
12 % |
BE |
13,2 |
12 % |
IT |
23,2 |
12 % |
5.
Miri nazzjonali rakkomandati dwar l-inċidenza ta’ infezzjonijiet fid-demm bil-Klebsiella pneumoniae reżistenti għall-karbapenem (għadd għal kull 100 000 tal-popolazzjoni)
Stat Membru |
Inċidenza ta' infezzjonijiet fid-demm bil-Klebsiella pneumoniae reżistenti għall-karbapenema (9) (għadd għal kull 100 000 tal-popolazzjoni) fl-2019 |
Mira rakkomandata għat-tnaqqis sal-2030 |
EE |
0,00 |
0 % |
LV |
0,00 |
0 % |
NL |
0,02 |
0 % |
SE |
0,03 |
0 % |
SI |
0,05 |
2 % |
FI |
0,06 |
2 % |
DK |
0,07 |
2 % |
CZ |
0,09 |
2 % |
HU |
0,09 |
2 % |
IE |
0,11 |
2 % |
LU |
0,16 |
2 % |
DE |
0,20 |
2 % |
AT |
0,20 |
2 % |
FR |
0,22 |
2 % |
BE |
0,27 |
2 % |
SK |
0,52 |
4 % |
LT |
0,54 |
4 % |
ES |
0,76 |
4 % |
HR |
1,20 |
4 % |
PL |
1,38 |
4 % |
MT |
2,13 |
4 % |
BG |
2,29 |
4 % |
CY |
2,61 |
5 % |
PT |
2,93 |
5 % |
RO |
7,12 |
5 % |
IT |
8,51 |
5 % |
EL |
13,05 |
5 % |
(1) Xi Stati Membri għamlu progress fl-indirizzar tal-AMR jew il-konsum tal-antimikrobiċi mis-sena bażi tal-2019.
(2) Data min-Network Ewropew ta' Sorveljanza tal-Konsum tal-Antimikrobiċi (ESAC-Net). Id-data dwar il-popolazzjoni ġejja mill-Eurostat.
(3) Il-Ġermanja ma rrappurtatx data dwar il-konsum għas-settur tal-isptarijiet lil ESAC-Net. Il-konsum totali ġie stmat abbażi tal-proporzjon medju tal-UE tal-konsum tas-settur tal-isptarijiet bħala parti tal-konsum totali.
(4) https://www.who.int/publications/i/item/2021-aware-classification
(5) Data min-Network Ewropew ta' Sorveljanza tal-Konsum tal-Antimikrobiċi (ESAC-Net). Id-data dwar il-popolazzjoni ġejja mill-Eurostat.
(6) Il-Ġermanja ma rrappurtatx data dwar il-konsum għas-settur tal-isptarijiet lil ESAC-Net. Għalhekk, dan il-perċentwal ma jistax jiġi kkalkulat.
(7) Abbażi tad-data eżistenti dwar l-iżolati invażivi disponibbli min-Network Ewropew ta' Sorveljanza tar-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (EARS-Net), li fiha l-iżolati invażivi huma l-aktar (>99 %) mill-infezzjonijiet tad-demm b'perċentwal żgħir ħafna (<1 %) ta' iżolati mill-meningitides. Id-data dwar il-popolazzjoni ġejja mill-Eurostat.
(8) Abbażi tad-data eżistenti dwar l-iżolati invażivi disponibbli min-Network Ewropew ta' Sorveljanza tar-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (EARS-Net), li fiha l-iżolati invażivi huma l-aktar (>99 %) mill-infezzjonijiet tad-demm b'perċentwal żgħir ħafna (<1 %) ta' iżolati mill-meningitides. Id-data dwar il-popolazzjoni ġejja mill-Eurostat.
(9) Abbażi tad-data eżistenti dwar l-iżolati invażivi disponibbli min-Network Ewropew ta' Sorveljanza tar-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (EARS-Net), li fiha l-iżolati invażivi huma l-aktar (>99 %) mill-infezzjonijiet tad-demm b'perċentwal żgħir ħafna (<1 %) ta' iżolati mill-meningitides. Id-data dwar il-popolazzjoni ġejja mill-Eurostat.