Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D2787

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2787 tat-8 ta’ Diċembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/732 b’appoġġ għall-Mekkaniżmu tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-investigazzjoni tal-użu allegat ta’ armi kimiċi u bijoloġiċi jew ta’ tossina

    ST/15730/2023/INIT

    ĠU L, 2023/2787, 11.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2787/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2787/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2787

    11.12.2023

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2787

    tat-8 ta’ Diċembru 2023

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/732 b’appoġġ għall-Mekkaniżmu tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-investigazzjoni tal-użu allegat ta’ armi kimiċi u bijoloġiċi jew ta’ tossina

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi

    (1)

    Fit-2 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/732 (1), li pprevediet perjodu ta’ 36 xahar, li jibda fid-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta’ dik id-Deċiżjoni, għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tiegħu (il-“perjodu ta’ implimentazzjoni”).

    (2)

    Il-perjodu ta’ implimentazzjoni kellu jintemm fl-14 ta’ Diċembru 2023.

    (3)

    Fit-22 ta’ Settembru 2023, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta’ Diżarm (UNODA), li huwa responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/732, talab estensjoni mingħajr spejjeż ta’ 13-il xahar tal-perjodu ta’ implimentazzjoni.

    (4)

    L-estensjoni tal-perjodu ta’ implimentazzjoni sal-14 ta’ Jannar 2025 ma għandha ebda implikazzjoni fir-rigward ta’ riżorsi finanzjarji.

    (5)

    Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2020/732 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/732, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fl-14 ta’ Jannar 2025.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    N. CALVIÑO SANTAMARÍA


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/732 tat-2 ta’ Ġunju 2020 b’appoġġ għall-Mekkaniżmu tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-investigazzjoni tal-użu allegat ta’ armi kimiċi u bijoloġiċi jew ta’ tossina (ĠU L 172 I, 3.6.2020, p. 5).


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2787/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top