EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D2711

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2711 tal-5 ta’ Diċembru 2023 li tagħti derogi lil Stat Membru mir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data dwar ċerti varjabbli fl-istatistika relatata mal-persuni u mal-unitajiet domestiċi (notifikata bid-dokument C(2023) 7725)

C/2023/7725

ĠU L, 2023/2711, 7.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2711/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2711/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2711

7.12.2023

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2711

tal-5 ta’ Diċembru 2023

li tagħti derogi lil Stat Membru mir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data dwar ċerti varjabbli fl-istatistika relatata mal-persuni u mal-unitajiet domestiċi

(notifikata bid-dokument C(2023) 7725)

(It-test bl-Iżvediż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2019/1700, jistgħu jingħataw derogi meta s-sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru tkun teħtieġ adattamenti kbar għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament jew tal-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skontu.

(2)

L-Iżvezja ressqet talba li tingħata derogi temporanji mir-rekwiżiti statistiċi l-ġodda tar-Regolament (UE) 2019/1700, introdotti mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/126 (2) u implimentati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2094 (3).

(3)

L-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni tindika li t-talba tal-Istat Membru għad-derogi hija dovuta għall-ħtieġa ta’ adattamenti kbar fis-sistemi nazzjonali tal-istatistika sabiex ikun hemm konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2019/1700, kif issupplimentat mir-Regolament Delegat (UE) 2023/126 u implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2094.

(4)

Jenħtieġ li d-derogi mir-Regolament Delegat (UE) 2023/126 u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2094 jingħataw lill-Iżvezja.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Lill-Iżvezja jingħatawlha d-derogi kif stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Iżvezja.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Paolo GENTILONI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 261 I, 14.10.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/126 tal-21 ta’ Ottubru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titolu tal-varjabbli għad-dominju tal-konsum (ĠU L 17, 19.1.2023, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2094 tat-28 ta’ Ottubru 2022 li jispeċifika l-elementi tekniċi tas-settijiet tad-data, li jistabbilixxi l-formati tekniċi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni u li jispeċifika l-arranġamenti dettaljati u l-kontenut tar-rapporti tal-kwalità dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ kampjunarju fid-dominju tal-konsum (ĠU L 281, 31.10.2022, p. 23).


ANNESS

Għall-fini tal-ġbir tad-data tal-Istħarriġ dwar il-Baġits tal-Unitajiet Domestiċi tal-2026, l-Iżvezja qed tingħata d-derogi li ġejjin:

Ir-Regolament Delegat (UE) 2023/126: deroga għat-trażmissjoni tad-data dwar il-varjabbli “ Konsum skont il-klassifikazzjoni tal-konsum individwali skont l-iskop (COICOP) ” fil-livell ta’ erba’ ċifri minflok fil-livell ta’ ħames ċifri tal-COICOP.

Fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2094 tal-Kummissjoni: deroga għat-trażmissjoni tad-data dwar il-varjabbli “ Konsum skont il-klassifikazzjoni tal-konsum individwali skont l-iskop (COICOP) ” fil-livell ta’ erba’ ċifri minflok fil-livell ta’ ħames ċifri tal-COICOP.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2711/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top