Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D2487

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2487 tad-9 ta’ Novembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

    ST/13640/2023/INIT

    ĠU L, 2023/2487, 10.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2487/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2487/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2487

    10.11.2023

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2487

    tad-9 ta’ Novembru 2023

    li temenda d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-23 ta’ Diċembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK (1), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (“CAR”).

    (2)

    Fis-27 ta’ Lulju 2023, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2693 (2023). Dik ir-Riżoluzzjoni tistabbilixxi li l-miżuri ta’ embargo fuq l-armi u r-rekwiżiti ta’ notifika relatati ma għandhomx jibqgħu japplikaw għall-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat, u l-għoti ta’ assistenza, pariri u taħriġ lill-forzi tas-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, inkluż l-istituzzjonijiet statali tal-infurzar tal-liġi ċivili.

    (3)

    Għalhekk id-Deċiżjoni 2013/798/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fid-Deċiżjoni 2013/798/PESK, l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fil-paragrafu 1, il-punt (g) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    “(g)

    il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u spare parts għal dawk imsemmija qabel, u l-għoti ta’ assistenza, pariri u taħriġ relatati lill-forzi tas-sigurtà tar-RĊA, inkluż istituzzjonijiet statali tal-infurzar tal-liġi ċivili; jew”;

    (2)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat minn qabel dwar it-twettiq ta’ kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni kif permess fil-punti (a), (b), (c), (d), (f) u (i) tal-paragrafu 1.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    N. CALVIÑO SANTAMARÍA


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 51).


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2487/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top