Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D2463

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2463 tat-3 ta’ Novembru 2023 dwar il-pubblikazzjoni tal-gwida għall-utent li tistabbilixxi l-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2023)720)

    C/2023/7207

    ĠU L, 2023/2463, 10.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2463/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2463/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2463

    10.11.2023

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2463

    tat-3 ta’ Novembru 2023

    dwar il-pubblikazzjoni tal-gwida għall-utent li tistabbilixxi l-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (notifikata bid-dokument C(2023)720)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-gwida għall-utent ġiet adottata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/131/UE (2) u ġiet sussegwentement emendata bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE) 2017/2285 (3) u (UE) 2020/1802 (4). Billi għad baqa’ aktar emendi xi jsiru, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/131/UE tiġi sostitwita fl-interess taċ-ċarezza.

    (2)

    L-objettiv tal-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) tal-Unjoni huwa li tippromwovi titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet permezz tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali, l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ din is-sistema, l-għoti ta’ tagħrif dwar il-prestazzjoni ambjentali, djalogu miftuħ mal-pubbliku u ma’ partijiet interessati oħra u l-involviment attiv tal-impjegati.

    (3)

    Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet interessati jingħataw aktar tagħrif u gwida dwar il-passi meħtieġa biex jipparteċipaw fl-EMAS. Dak it-tagħrif u dik il-gwida għandhom jinżammu aġġornati abbażi tal-esperjenza miksuba mill-operat tal-EMAS u b’reazzjoni għall-ħtiġijiet addizzjonali ta’ gwida li jiġu identifikati.

    (4)

    Dan l-aħħar, ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 ġie emendat fir-rigward tal-valur referenzjarju tal-indikaturi ewlenin u l-analiżi strutturata tal-kuntest tal-organizzazzjoni. Jenħtieġ li dawk il-bidliet jiġu riflessi fil-gwida għall-utent. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-gwida dwar il-metodu tal-kampjunar għall-verifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet multisiti tiġi ssimplifikata u li tittejjeb l-istruttura tal-gwida għall-utent. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li jiġu pprovduti aktar eżempji sabiex il-gwida għall-utent issir aktar faċli għall-utent u biex potenzjalment jiżdied l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet fl-EMAS,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-gwida għall-utent, li tistabbilixxi l-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali tal-Unjoni stabbilita fl-Anness, hija b’dan ippubblikata.

    Artikolu 2

    Titħassar id-Deċiżjoni 2013/131/UE.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Virginijus SINKEVIČIUS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)   L 342, 22.12.2009, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/131/UE tal-4 ta’ Marzu 2013 li tistabbilixxi l-gwida għall-utent u twaqqaf il-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (notifikata bid-dokument C(2013) 1114) (ĠU L 76, 19.3.2013, p. 1).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2285 tas-6 ta’ Diċembru 2017 li temenda l-gwida għall-utent li tistabbilixxi l-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (notifikata bid-dokument C(2017) 8072) (ĠU L 328, 12.12.2017, p. 38).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1802 tas-27 ta’ Novembru 2020 li temenda l-gwida għall-utent u li tistabbilixxi l-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (notifikata bid-dokument C(2020) 8151) (ĠU L 402, 1.12.2020, p. 51).


    ANNESS

    GWIDA GĦALL-UTENT TAL-EMAS

    Kontenut

    Introduzzjoni 8

    1.

    X’inhi l-EMAS? 8

    2.

    Kostijiet u benefiċċji tal-EMAS 8

    3.

    Appoġġ tal-EMAS għall-SMEs 11

    4.

    Metodu “EMAS Easy” 11

    5.

    Sinerġiji ma’ leġiżlazzjoni u strumenti volontarji oħra 11

    6.

    Rikonoxximent ta’ sistemi u ta’ approċċi oħrajn ta’ ġestjoni għall-EMAS 14

    7.

    It-tmien passi lejn l-EMAS 14

    8.

    Atturi u istituzzjonijiet involuti fl-implimentazzjoni u fiż-żamma tal-EMAS Gwida pass pass għall-EMAS 16

    Pass 1:

    Ippjana u ħejji 17

    1.1.

    Definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistrazzjoni fl-EMAS ġewwa u barra l-UE 17

    1.2.

    Entità li tirreġistra fl-EMAS 18

    1.2.1.

    Organizzazzjonijiet li joperaw f’sit wieħed jew f’post wieħed. 19

    1.2.2.

    Organizzazzjoni li topera f’siti/f’postijiet differenti. 19

    1.2.3.

    L-organizzazzjonijiet li għalihom ma jistax jiġi ddefinit sit speċifiku b’mod xieraq. 20

    1.2.4.

    Organizzazzjonijiet li jiġġestixxu siti differenti f’żona mifruxa. 20

    1.2.5.

    Organizzazzjonijiet li jikkontrollaw spazji kondiviżi temporanji. 21

    1.2.6.

    Organizzazzjonijiet differenti f’post wieħed 22

    1.2.7.

    Kunċett ta’ raggruppament – l-Artikolu 37 tar-Regolament dwar l-EMAS 22

    1.3.

    Impenn ta’ ġestjoni għas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali 23

    1.4.

    Twettiq ta’ analiżi ambjentali 24

    1.4.1.

    Determinazzjoni tal-kuntest tal-organizzazzjoni 25

    1.4.2.

    Identifikazzjoni tal-partijiet interessati u tal-ħtiġijiet u tal-aspettattivi tagħhom 26

    1.4.3.

    L-identifikazzjoni tar-rekwiżiti legali applikabbli u ta’ obbligi oħrajn ta’ konformità relatati mal-ambjent 27

    1.4.4.

    L-Identifikazzjoni ta’ aspetti ambjentali diretti u indiretti 28

    1.4.5.

    Dokumenti ta’ Referenza Settorjali – l-Artikolu 46(1) tar-Regolament dwar l-EMAS 29

    1.4.6.

    Valutazzjoni tas-sinifikat tal-aspetti ambjentali 33

    1.4.7.

    Evalwazzjoni tar-rispons mill-investigazzjoni ta’ inċidenti preċedenti 35

    1.4.8

    Determinazzjoni u dokumentazzjoni tal-opportunitajiet u tar-riskji 35

    1.4.9.

    Eżaminar ta’ proċessi, prattiki u proċeduri eżistenti 36

    Pass 2:

    Definizzjoni tal-politika ambjentali. 36

    2.1.

    Definizzjoni ta’ politika ambjentali 36

    Pass 3:

    Żvilupp ta’ programm ambjentali 37

    Pass 4:

    Stabbiliment u implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali 39

    4.1.

    Stabbiliment tar-riżorsi, tal-kompiti, tar-responsabbiltà u tal-awtorità 40

    4.2.

    Stabbiliment ta’ proċedura għad-determinazzjoni tal-obbligi ta’ konformità u għall-evalwazzjoni tal-konformità 40

    4.3

    L-involviment, il-kompetenza, it-taħriġ u s-sensibilizzazzjoni tal-impjegati 42

    4.4.

    Stabbiliment ta’ proċedura għall-komunikazzjoni interna u esterna 44

    4.5.

    Id-dokumentazzjoni u l-kontroll tad-dokumenti 45

    4.6.

    Ippjanar u kontroll operazzjonali 47

    4.7.

    Tħejjija u rispons f’każ ta’ emerġenza 48

    4.8.

    Monitoraġġ, kejl u analiżi tal-prestazzjoni ambjentali 49

    4.9.

    Proċedura għat-trattament tan-nuqqas ta’ konformità u għat-teħid ta’ azzjoni korrettiva.. 49

    Pass 5:

    Awditu intern 50

    5.1.

    Stabbiliment ta’ proċedura ta’ awditu ambjentali intern. 50

    5.1.1.

    Frekwenza tal-awditi 51

    5.1.2.

    Attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-awditjar ambjentali intern 51

    5.1.3.

    Rapportar dwar il-konklużjonijiet tal-awditu ambjentali 52

    5.2.

    Rieżami tal-ġestjoni – l-Anness II A.9.3 tar-Regolament dwar l-EMAS 52

    Pass 6:

    Ħolqien tad-dikjarazzjoniambjentali. 53

    6.1

    Tħejjija tad-dikjarazzjoni ambjentali 54

    6.1.1

    Rekwiżiti minimi għad-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS 54

    6.1.2.

    Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ambjentali 56

    6.1.3.

    Indikaturi rilevanti oħrajn tal-prestazzjoni ambjentali 61

    6.1.4.

    Akkontabilità lokali 61

    6.1.5.

    Aġġornament tad-dikjarazzjoni ambjentali 62

    6.1.6.

    Aċċess pubbliku 62

    Pass 7:

    Verifika esterna 62

    7.1.

    Verifika minn parti terza 63

    7.1.1.

    Min għandu l-permess jivverifika u jivvalida l-EMAS 63

    7.1.2.

    Verifika mill-verifikatur ambjentali 64

    7.1.3.

    Frekwenza tal-verifiki 65

    7.2.

    Metodu tal-kampjunar 67

    7.2.1.

    Rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ proċedura ta’ kampjunar għall-valutazzjoni ta’ organizzazzjonijiet b’ħafna siti 67

    7.2.2.

    Kriterji ta’ eliġibbiltà għall-applikazzjoni tal-metodu tal-kampjunar. 67

    7.2.3.

    Rekwiżiti għall-organizzazzjoni applikanti 68

    7.2.4.

    Kriterji għall-esklużjoni tas-siti mill-proċedura ta’ kampjunar 68

    7.2.5.

    Linji gwida għall-użu ta’ proċedura ta’ kampjunar għall-valutazzjoni ta’ organizzazzjonijiet b’diversi siti 69

    7.2.6.

    Proċedura għall-applikazzjoni tal-metodu tal-kampjunar għal organizzazzjonijiet b’diversi siti 69

    7.2.7.

    Għażla u kalkolu tal-kampjun 70

    7.2.8.

    Proċedura fil-każ ta’ devjazzjonijiet 71

    7.2.9.

    Dokumentazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-dikjarazzjoni ambjentali li tiġġustifika d-daqs tal-kampjun u l-proċedura tal-kampjunar. 72

    7.3.

    Rapport tal-verifikatur ambjentali 72

    7.4.

    Validazzjoni tad-dikjarazzjoni ambjentali 73

    Pass 8:

    Reġistrazzjoni fir-reġistru tal-EMAS 73

    8.1.

    Il-proċess ta’ reġistrazzjoni 73

    8.1.1.

    Dokumenti meħtieġa għar-reġistrazzjoni fl-EMAS. 75

    8.1.2.

    Reġistrazzjoni 75

    8.1.3.

    Durata tal-proċess ta’ reġistrazzjoni 75

    8.1.4.

    Sospensjoni jew tħassir ta’ reġistrazzjoni fl-EMAS 76

    8.1.5

    Titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali bl-EMAS 76

    8.2

    L-Użu tal-logo tal-EMAS 77

    8.2.1

    Min jista’ juża l-logo? 78

    8.2.2

    Min jagħti l-logo? 78

    8.2.3

    Limiti għall-użu tal-logo 79

    Lista ta’ illustrazzjonijiet

    Illustrazzjoni 1

    Interazzjoni integrattiva ta’ sistemi ta’ ġestjoni standardizzati differenti 11

    Illustrazzjoni 2

    Vantaġġi tal-EMAS lil hinn mill-EN ISO 14001 12

    Illustrazzjoni 3

    Vantaġġi oħra tal-EMAS 13

    Illustrazzjoni 4

    It-tmien fażijiet għall-EMAS 14

    Illustrazzjoni 5

    Skeda taż-żmien għall-proċess ta’ reġistrazzjoni 15

    Illustrazzjoni 6

    Tliet eżempji ta’ operazzjonijiet ikkonċentrati f’sit wieħed 19

    Illustrazzjoni 7

    Eżempji ta’ organizzazzjonijiet li jikkontrollaw siti differenti f’żona mxerrda 21

    Illustrazzjoni 8

    Eżempji ta’ spazji kondiviżi 21

    Illustrazzjoni 9

    Eżempju ta’ organizzazzjoni li tinsab f’sit kondiviż 22

    Illustrazzjoni 10

    Eżempji ta’ fatturi interni u esterni li jiddeterminaw il-kuntest tal-organizzazzjoni 26

    Illustrazzjoni 11

    Eżempji ta’ partijiet interessati u aspettattivi possibbli (sors: UGA-GS). 27

    Illustrazzjoni 12

    Setturi li għalihom huma disponibbli Dokumenti ta’ Referenza Settorjali 30

    Illustrazzjoni 13

    Eżempju ta’ metodu biex jiġu integrati l-SRDs 30

    Illustrazzjoni 14

    Aspetti ambjentali tipiċi fil-kunsiderazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott 32

    Illustrazzjoni 15

    Eżempju ta’ matriċi tal-evalwazzjoni bl-analiżi ABC 35

    Illustrazzjoni 16

    Interazzjoni tal-analiżi ambjentali, tal-politika ambjentali, tal-objettivi u tal-miri ambjentali, tal-miżuri ppjanati u tal-programm ambjentali 38

    Illustrazzjoni 17

    Dijagramma sekwenzjali tal-korsijiet ta’ taħriġ fis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali 43

    Illustrazzjoni 18

    Proċedura għat-trattament tad-dokumenti f’sistema ta’ ġestjoni ambjentali 46

    Illustrazzjoni 19

    Ġestjoni tal-pjanijiet f’każ ta’ emerġenza 48

    Illustrazzjoni 20

    Eżempju tal-allokazzjoni ta’ żoni għall-indikaturi ewlenin “Użu tal-art fir-rigward tal-bijodiversità” 58

    Illustrazzjoni 21

    L-atturi ewlenin u s-sistema ta’ governanza tal-EMAS 76

    Illustrazzjoni 22

    Il-logo tal-EMAS 77

    Lista ta’ Tabelli

    Tabella 1

    “OECD Handbook on Environmental Due Diligence in Mineral and Metal Supply Chains” 31

    Tabella 2

    Eżempji tal-aspetti ambjentali u tal-impatti tagħhom fuq l-ambjent 33

    Tabella 3

    Valutazzjoni tal-aspetti ambjentali bl-użu tal-eżempju tal-iskart 34

    Tabella 4

    Eżempji ta’ interazzjoni bejn l-objettivi, il-miri, u l-miżuri ambjentali 39

    Tabella 5

    Eżempju ta’ rieżami tal-konformità legali 41

    Tabella 6

    Eżempju ta’ rieżami tal-konformità ma’ rekwiżiti ambjentali oħrajn 42

    Tabella 7

    Eżempji tal-użu tal-indikaturi ewlenin fl-amministrazzjoni pubblika jew f’organizzazzjonijiet simili 59

    Tabella 8

    Eżempju tal-użu tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fis-settur tal-produzzjoni 60

    Tabella 9

    Frekwenza tal-verifika meħtieġa skont ir-Regolament dwar l-EMAS 66

    Tabella 10

    Korpi responsabbli għad-diversi reġistrazzjonijiet 74

    Introduzzjoni

    L-organizzazzjonijiet li jixtiequ jikkontribwixxu għal mudelli ta’ produzzjoni u ta’ konsum aktar sostenibbli fis-soċjetà tagħna jiffaċċjaw l-isfidi li jagħmlu l-prodotti u s-servizzi li jipprovdu aktar sostenibbli tul il-katina tal-provvista kollha, billi jużaw ir-riżorsi b’mod aktar effiċjenti, u jnaqqsu l-impatti ambjentali u klimatiċi tagħhom.

    Il-punt tas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali bħall-EMAS (1) huwa li jgħinu lill-organizzazzjonijiet itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom filwaqt li jiffrankaw ukoll il-kostijiet. Meta l-UE stabbiliet l-EMAS fl-1993, l-għan kien li tipprovdi għodda ta’ ġestjoni lill-organizzazzjonijiet li jistgħu jużaw biex jevalwaw, jirrapportaw, u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. L-EMAS tappoġġa l-konformità ambjentali billi, pereżempju, tissodisfa r-rekwiżiti ta’ rapportar għal atti legali bħad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (2), id-Direttiva dwar ir-Rapportar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (3) jew tappoġġa lill-kumpaniji fit-twettiq tad-diliġenza dovuta ambjentali skont id-Direttiva li jmiss dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva (4).

    Din il-gwida tiddeskrivi l-karatteristiċi ewlenin tal-iskema u tispjega liema organizzazzjonijiet jeħtieġ li jieħdu sehem. L-għan huwa li ssir aktar faċli għall-organizzazzjonijiet li jissieħbu fl-iskema, u b’hekk tiżdied l-adozzjoni. B’mod aktar ġenerali, ir-Regolament dwar l-EMAS huwa mfassal ukoll biex jarmonizza l-implimentazzjoni fl-Istati Membri kollha u joħloq qafas leġiżlattiv komuni. Din il-Gwida għall-Utenti tal-EMAS (5) tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 46(5) tar-Regolament dwar l-EMAS.

    1.   X’inhi l-EMAS?

    L-EMAS hija għodda li għandha għad-dispożizzjoni tagħha kull organizzazzjoni attiva fi kwalunkwe settur ekonomiku fl-UE jew barra minnha li tixtieq:

    tieħu r-responsabbiltà għall-impatt ambjentali u ekonomiku tagħha.

    ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha.

    tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet ikkonċernati dwar dik il-prestazzjoni.

    L-EMAS tippermetti lill-organizzazzjonijiet jidentifikaw u jirreġistraw b’mod sistematiku l-impatti ambjentali tagħhom. Fuq din il-bażi, jistgħu jiżviluppaw strateġija sabiex itejbu s-sostenibbiltà ambjentali tagħhom. Bl-għajnuna tal-EMAS, kumpanija tista’ twieġeb it-tliet mistoqsijiet li ġejjin:

    1.

    x’inhu l-impatt ambjentali tagħna llum?

    2.

    kif nistgħu ntejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħna?

    3.

    kif se nilħqu dak l-għan?

    2.   Kostijiet u benefiċċji tal-EMAS

    L-implimentazzjoni tal-EMAS tinvolvi kostijiet interni u esterni, bħall-appoġġ ta’ konsulenza, ir-riżorsi umani biex jimplimentaw u jsegwu l-miżuri, l-ispezzjonijiet, it-tariffi tar-reġistrazzjoni, eċċ. Il-kostijiet u l-benefiċċji jvarjaw ħafna, skont fatturi bħad-daqs tal-organizzazzjoni, it-tip ta’ attivitajiet, il-prattiki attwali ta’ ġestjoni ambjentali, u l-pajjiż ikkonċernat. Ir-reġistrazzjoni fl-EMAS hija investiment, peress li ġeneralment twassal għal iffrankar sinifikanti kif ukoll għal benefiċċji reputazzjonali meta jitqies li l-pubbliku qed isir dejjem aktar esiġenti fir-rigward tas-sostenibbiltà, u dan iwassal għal aktar profitt. L-istudji juru li l-organizzazzjonijiet iżidu d-dħul tagħhom u, b’hekk, jirkupraw il-kostijiet ta’ implimentazzjoni malajr, l-aktar fi żmien sena jew sentejn.

    B’mod ġenerali, is-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali bħall-EMAS jgħinu lill-organizzazzjonijiet itejbu l-effiċjenza fir-riżorsi tagħhom, inaqqsu r-riskji, u jkunu ta’ eżempju tajjeb bid-dikjarazzjoni pubblika tagħhom ta’ prassi tajba.

    L-iffrankar miksub jisboq il-kost tal-implimentazzjoni ta’ skema.

    Prestazzjoni ambjentali mtejba.

    L-indikaturi għandhom juru titjib dimostrabbli, u, b’hekk, tnaqqis fl-impatt ambjentali, maż-żmien.

    Aktar iffrankar f’termini ta’ effiċjenza

    Żieda fl-iffrankar annwali għall-organizzazzjonijiet ta’ kull daqs li jisboq il-kostijiet annwali taż-żamma tal-EMAS.

    Żgurar tal-konformità ambjentali u proċessi ta’ kontroll intern aħjar

    Anqas ksur tal-liġi ambjentali jfisser relazzjonijiet aħjar mal-awtoritajiet regolatorji.

    Relazzjonijiet aħjar mal-partijiet ikkonċernati

    Żieda fil-fiduċja fost il-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari fl-amministrazzjoni pubblika u fil-kumpaniji tas-servizzi.

    Aktar opportunitajiet tas-suq

    Akkontabilità aħjar fir-rigward tal-klijenti eżistenti u opportunitajiet imtejbin ta’ gwadann ta’ swieq ġodda. L-EMAS tista’ tippermetti wkoll lill-kumpaniji reġistrati juru li għandhom il-mezzi tekniċi sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti kuntrattwali għall-ġestjoni ambjentali fl-offerti pubbliċi. L-organizzazzjonijiet jistgħu jħeġġu lill-fornituri tagħhom biex ikollhom fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni ambjentali bħala parti mill-politika ambjentali tagħhom stess. Ir-reġistrazzjoni fl-EMAS tista’ tiffaċilita l-proċeduri interni bejn negozju u ieħor għaż-żewġ partijiet.

    Għajnuna regolatorja

    Benefiċċju mill-għajnuna regolatorja (6). Diversi Stati Membri joffru wkoll vantaġġi lill-organizzazzjonijiet reġistrati fl-EMAS fil-qafas tal-liġijiet u tar-regolamenti ambjentali nazzjonali u reġjonali. Dan jista’ jfisser obbligi simplifikati ta’ rapportar, anqas spezzjonijiet, tariffi aktar baxxi għall-iskart u perjodi itwal qabel ma jkollhom jiġġeddu l-permessi.

    Għajnuna regolatorja – xi eżempji

    Fl-2022, Spanja daħħlet liġi ġdida dwar l-iskart li tipprovdi għajnuna regolatorja għall-organizzazzjonijiet reġistrati fl-EMAS. Dawn ma humiex meħtieġa jissottomettu pjan għall-minimizzazzjoni tal-iskart perikoluż jekk diġà jkollhom miri għat-tnaqqis tal-iskart perikoluż, u din l-informazzjoni tkun inkluża fid-dikjarazzjoni ambjentali validata.

    Fil- Bulgarija , il-Ministeru għall-Ambjent u għall-Ilma jnaqqas it-tariffi għall-użu tal-ilma bi 30 % għall-organizzazzjonijiet reġistrati fl-EMAS. Din l-għajnuna regolatorja, introdotta fl-2017, hija inċentiv kbir għall-kumpaniji tal-ġestjoni tal-ilma u għan-negozji li jikkonsmaw ammonti kbar ta’ ilma sabiex jirreġistraw bħala utenti tal-EMAS. S’issa, tnejn mill-24 kumpanija tal-provvista tal-ilma tal-Bulgarija implimentaw l-EMAS.

    Fil- Portugall , skont ir-Reġim Ġenerali tal-Ġestjoni tal-Iskart, ċerti entitajiet speċifiċi u sistemi individwali tal-ġestjoni tal-fluss irreġistrati fl-EMAS huma eżentati mill-awditjar tal-parti teknika tal-bilanċ tal-attività.

    Inċentivi finanzjarji – xi eżempji

    Fil- Belġju , is-Service Public de Wallonie jipprovdi sussidji ogħla għall-investiment f’kumpaniji li huma rreġistrati fl-EMAS.

    Il-pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Kroazja jiffinanzja l-investiment f’miżuri ta’ tranżizzjoni ekoloġika fis-settur tat-turiżmu. L-attivitajiet eliġibbli jinkludu t-titjib tal-lukandi fil-livell tal-Ekotikketta tal-UE u tal-EMAS. L-EMAS tgħodd ukoll bħala evidenza ta’ konformità mal-Prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (inċentiv validu mill-2022 sal-2023).

    Fil-Pajjiż Bask, l-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS fis-settur tal-kostruzzjoni huma eżentati milli jħallsu depożitu meħtieġ skont il-qafas legali tal-2012 għall-produzzjoni u għall-ġestjoni tal-iskart mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni. B’riżultat ta’ dan, 10 % tar-reġistrazzjonijiet Baski fl-EMAS jinsabu fis-settur tal-bini, bin-numri tar-reġistrazzjoni jiżdiedu b’mod kostanti.

    Fil-Portugall, l-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS jibbenefikaw minn tnaqqis ta’ 5 % tat-tariffa tal-iskariku tal-effluwenti.

    Miżuri ta’ appoġġ ta’ politika – xi eżempji.

    Il-pjan ta’ azzjoni nazzjonali tal-2011 tal-Bulgarija għall-akkwist pubbliku ekoloġiku ddikjara li l-korpi tas-settur pubbliku li jiġġestixxu l-proċeduri ta’ akkwist għandhom jinkludu kriterji ambjentali, inkluża l-EMAS, f’sejħiet għall-offerti f’ċerti livelli. L-awtoritajiet muniċipali Bulgari li joħorġu s-sejħiet għal offerti fis-settur tal-ġestjoni tal-iskart issa jeħtieġu l-EMAS jew sistema ta’ ġestjoni ekwivalenti. Bħalissa, is-settur tal-ġestjoni tal-iskart jirrappreżenta l-biċċa l-kbira tar-reġistrazzjonijiet.

    L-Ordinanza tal-Iżvezja dwar is-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali fl-aġenziji tal-gvern (2009:907), li tkopri kważi 200 aġenzija bħal din, tħeġġiġhom jimplimentaw l-EMAS. Mill-2009, tliet aġenziji pubbliċi rreġistraw mal-EMAS.

    L-istudji jikkonfermaw l-effett pożittiv ta’ dawn l-inċentivi (7). F’xi Stati Membri, l-Istat jissussidja l-isforzi għall-introduzzjoni tal-EMAS. L-informazzjoni dwar dawn il-miżuri ta’ appoġġ tista’ tinkiseb mill-korp kompetenti f’kull pajjiż. Kompendju tal-promozzjoni u tal-appoġġ ta’ politika tal-EMAS fl-Istati Membri tal-UE huwa disponibbli online (8). Il-Kummissjoni tipprovdi wkoll informazzjoni ġenerali dwar l-introduzzjoni tal-EMAS u l-implimentazzjoni tagħha fil-prattika. Pereżempju, il-Helpdesk tal-EMAS tagħha jipprovdi informazzjoni u għodod sabiex jappoġġa l-implimentazzjoni.

    L-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-UE 2003/361, huma kklassifikati bħala “organizzazzjonijiet żgħar”. Negozju jkun SME jekk ma jkollux aktar minn 249 impjegat u jiġġenera bejgħ annwali ta’ mhux aktar minn EUR 50 miljun jew ikollu total tal-karta bilanċjali li ma jaqbiżx it-EUR 43 miljun.

    It-terminu “organizzazzjonijiet żgħar” jinkludi wkoll awtoritajiet lokali li jservu anqas minn 10 000 abitant jew awtoritajiet oħrajn li jimpjegaw anqas minn 250 persuna li jew għandhom baġit annwali li ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun jew total annwali tal-karta bilanċjali ta’ mhux aktar minn EUR 43 miljun.

    3.   Appoġġ tal-EMAS għall-SMEs

    L-organizzazzjonijiet iż-żgħar (SMEs) jibbenefikaw ukoll minn:

    aċċess faċli għall-informazzjoni u għall-programmi ta’ appoġġ imfasslin għall-ħtiġijiet tagħhom (9);

    tariffi tar-reġistrazzjoni (10) mfasslin sabiex iħeġġu l-parteċipazzjoni.

    miżuri ta’ għajnuna teknika.

    4.   Metodu “EMAS Easy”

    Għalkemm mhux imsemmi fir-Regolament, il-metodu “EMAS Easy”  (11) għandu jitqies bħala għodda għall-użu minn organizzazzjonijiet żgħar. Jista’ jgħinhom jimplimentaw ir-rekwiżiti kollha tal-EMAS malajr, mingħajr ma jonfqu ħafna flus u b’mod sempliċi.

    Is-sett ta’ għodod tal-EMAS Easy (12), li jipprovdi mudelli standardizzati, huwa utli għal proġetti ta’ raggruppament. Jippermetti lill-organizzazzjonijiet parteċipanti “jaqsmu” konsulent kwalifikat fl-EMAS, jew jikkummissjonaw verifikatur ambjentali konġunt għall-proċess ta’ ċertifikazzjoni finali jekk ikun neċessarju.

    Approċċi ta’ ġestjoni ambjentali b’livell limitu baxx u sistemi oħrajn ta’ ġestjoni ambjentali spiss jikkoinċidu u jkopru r-rekwiżiti tal-EMAS f’partijiet minnhom. Għalhekk, jistgħu jintużaw bħala parti minn tranżizzjoni pass pass lejn l-EMAS, u b’hekk jitnaqqsu l-isforzi meħtieġa u jiffaċilitaw ir-reġistrazzjoni fl-EMAS.

    5.   Sinerġiji ma’ leġiżlazzjoni u strumenti volontarji oħra

    L-EMAS tikkomplementa l-istandards u ċ-ċertifikati eżistenti. Jekk organizzazzjoni diġà tkun qiegħda tuża sistemi ta’ ġestjoni bħall-ISO 14001 jew l-ISO 9001 għall-kwalità, l-ISO 50001 għall-enerġija, jew l-ISO 45001 għas-sistemi ta’ ġestjoni tas-saħħa u tas-sikurezza okkupazzjonali, dan inaqqas il-ħidma meħtieġa minħabba li l-EMAS tista’ tibni fuq proċessi ta’ ġestjoni eżistenti. Dan għaliex l-EMAS taħdem fuq l-istess prinċipju “ippjana-agħmel-ikkontrolla-aġixxi” u tinkludi proċessi simili.

    Illustrazzjoni 1

    Interazzjoni integrattiva ta’ sistemi ta’ ġestjoni standardizzati differenti (sors: l-Umweltbundesamt, UBA)

    Image 1

    F’termini ta’ rekwiżiti ambjentali, l-EMAS tmur lil hinn minn ħafna sistemi u skemi eżistenti ta’ ġestjoni ambjentali. Kif juru l-karatteristiċi ewlenin li ġejjin, hija aktar esiġenti minn sistemi oħrajn ta’ ġestjoni ambjentali bħall-ISO 14001:

    titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali.

    il-ħatra ta’ rappreżentant maniġerjali superjuri.

    il-ħtieġa ta’ analiżi ambjentali.

    id-dimostrazzjoni sistematika tal-konformità legali.

    l-istabbiliment ta’ objettivi ambjentali fir-rigward ta’ aspetti diretti u indiretti kkwantifikati fis-sitt indikaturi ewlenin obbligatorji.

    l-involviment tal-impjegati.

    il-komunikazzjoni, it-trasparenza u r-rapportar permezz tad-dikjarazzjoni ambjentali.

    Illustrazzjoni 2

    Vantaġġi tal-EMAS lil hinn mill-EN ISO 14001 (sors: l-Umweltbundesamt)

    Image 2

    L-EMAS toffri wkoll benefiċċji ta’ politika bħall-effiċjenza materjali, impatti ambjentali iżgħar, appoġġ fit-tnaqqis tal-impronta klimatika fit-triq lejn il-kisba tan-newtralità klimatika (13), u appoġġ fil-valutazzjoni tal-katina tal-provvista. Tista’ tinkludi wkoll elementi obbligatorji ta’ rapportar korporattiv sostenibbli u l-promozzjoni tal-akkwist pubbliku ekoloġiku.

    Illustrazzjoni 3

    Vantaġġi oħrajn tal-EMAS

    Image 3

    Skont id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali, sistema ta’ ġestjoni ambjentali hija meqjusa bħala l-aħjar teknika disponibbli għall-installazzjonijiet industrijali. Għalhekk, l-organizzazzjonijiet li joperaw installazzjonijiet industrijali jistgħu jibbenefikaw mill-EMAS b’żewġ modi. L-EMAS tippromwovi titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali ta’ installazzjonijiet bħal dawn jew tgħin sabiex jinżammu livelli ta’ prestazzjoni għoljin. Tappoġġa wkoll il-konformità legali.

    Hemm diversi sinerġiji bejn l-EMAS u l-leġiżlazzjoni ambjentali eżistenti. Eżempju huwa d-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (14), li tikklassifika l-EMAS bħala l-aħjar teknika disponibbli (15) u tagħti għajnuna regolatorja lill-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fl-EMAS. Oqsma oħrajn li fihom l-EMAS tikkomplementa l-leġiżlazzjoni eżistenti huma l-ġestjoni tal-iskart, l-ekodisinn tal-prodotti u tas-servizzi, l-effiċjenza enerġetika, u l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

    Id-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS u l-informazzjoni ġġenerata fi ħdan sistema ta’ ġestjoni ambjentali jistgħu jservu wkoll bħala inputs primarji għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. L-EMAS tista’ tintuża sabiex tissodisfa standards volontarji ta’ rapportar, bħal dawk mill-Inizjattiva Globali ta’ Rapportar (16) jew rekwiżiti legali, bħal dawk tad-Direttiva Ewropea dwar ir-Rapportar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (17). Barra minn hekk, l-approċċ ta’ ġestjoni tal-EMAS huwa qrib l-istrumenti volontarji u l-leġiżlazzjoni pendenti mfassla sabiex tevita u tnaqqas l-impatti avversi fil-ktajjen tal-valur globali – magħrufin bħala obbligi ta’ diliġenza dovuta (18). L-EMAS tipprovdi qafas xieraq għat-twettiq tad-diliġenza dovuta ambjentali u tista’ sservi bħala bażi għall-ġestjoni tas-sostenibbiltà aktar ġenerali fil-katina tal-valur.

    6.   Rikonoxximent ta’ sistemi u ta’ approċċi oħrajn ta’ ġestjoni għall-EMAS - l-Artikolu 45 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Skont ir-Regolament dwar l-EMAS, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tirrikonoxxi s-sistemi eżistenti ta’ ġestjoni ambjentali jew partijiet minnhom bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti rilevanti skont ir-Regolament dwar l-EMAS. Ir-rikonoxximent uffiċjali ta’ wħud mill-partijiet jew tal-partijiet kollha ta’ dawn is-sistemi jista’ jiffaċilita t-tranżizzjoni ta’ organizzazzjoni għall-EMAS.

    Il-proċedura hija deskritta hawn taħt.

    (a)

    L-Istati Membri jibagħtu talba bil-miktub lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali jew ta’ partijiet minnha.

    (b)

    It-talba trid tanalizza u tispeċifika l-partijiet rilevanti ta’ dik is-sistema u dawk l-elementi tagħha li jikkorrispondu għall-EMAS. Trid tiġi pprovduta l-evidenza ta’ ekwivalenza għall-EMAS.

    (c)

    Il-Kummissjoni tissottometti l-proposta lill-Kumitat tal-EMAS (stabbilit skont l-Artikolu 49 tar-Regolament).

    (d)

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE jippubblika d-dettalji tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali rikonoxxuta, jew ta’ partijiet minnha, wara li l-Kumitat ikun approvahom.

    Ma hemm l-ebda ħtieġa li l-organizzazzjonijiet li jkunu implimentaw sistema ta’ ġestjoni ambjentali rikonoxxuta jew partijiet minnha jkollhom komponenti li diġà jkunu rikonoxxuti li jiġu vvalidati mill-ġdid meta jaqilbu għall-EMAS. L-organizzazzjonijiet li jinsabu fil-proċess tal-implimentazzjoni tal-EMAS jistgħu jikkonsultaw pubblikament id-deċiżjoni rilevanti ta’ rikonoxximent tal-Kummissjoni jew jikkuntattjaw lill-korp kompetenti tagħhom sabiex jitolbu jekk approċċ jew sistema ta’ ġestjoni ambjentali li diġà japplikaw tkunx sistema rikonoxxuta (19).

    S’issa, il-Kummissjoni ħarġet żewġ deċiżjonijiet li rrikonoxxew li partijiet minn sistemi oħrajn ta’ ġestjoni ambjentali huma ekwivalenti għall-EMAS: Eco-Lighthouse, in-Norveġja (20) u Eco-profit, l-Awstrija (21).

    7.   It-tmien passi lejn l-EMAS

    Il-kapitoli li ġejjin jiddeskrivu liema preparazzjonijiet organizzazzjoni jeħtieġ li tagħmel qabel ma tintroduċi l-EMAS, mill-ippjanar sar-reġistrazzjoni (ara l-Illustrazzjoni 4 hawn taħt) u jispjegaw il-proċedura f’aktar dettall.

    Illustrazzjoni 4

    It-tmien passi lejn l-EMAS

    Image 4

    Qabel ma tintroduċi l-EMAS, organizzazzjoni jeħtiġilha tqis il-ħtieġa għal żmien, għal għarfien, għal esperti, u għal riżorsi finanzjarji. Il-proċeduri ta’ ġestjoni tagħha jistgħu jiġu ttestjati, jinbidlu, jew jiġu ssostitwiti matul il-proċess. Ikun hemm bżonn li jitħarrġu l-impjegati, jitħejjew l-awditi, u jiġu abbozzati d-dikjarazzjonijiet ambjentali. L-organizzazzjoni jkollha bżonn tiġi awditjata wkoll minn verifikatur ambjentali estern.

    Ikunu meħtieġa aktar riżorsi, b’mod partikolari għall-attivitajiet li ġejjin:

    servizzi ta’ konsulenza esterna biex jgħinu fl-introduzzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali f’konformità mal-EMAS (jekk l-organizzazzjoni ma jkollhiex il-ħiliet u r-riżorsi neċessarji).

    persunal intern.

    taħriġ tal-impjegati.

    verifika ambjentali (awditu estern) minn verifikatur ambjentali.

    trażmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa lill-korp kompetenti għar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-EMAS.

    it-tariffi ta’ reġistrazzjoni, jekk applikabbli.

    l-investimenti possibbli, inkluż fit-teknoloġiji, fil-prodotti, fis-servizzi, u fl-akkwist ekoloġiċi.

    Sabiex jitnaqqsu l-isforzi u l-kostijiet, l-organizzazzjonijiet għandhom jivverifikaw qabel ma jibdew jekk:

    tkunx applikabbli għajnuna regolatorja (22);

    ikunx disponibbli kwalunkwe mudell, għodda (23) jew linji gwida mingħajr ħlas.

    hemmx xi opportunitajiet ta’ finanzjament fil-livell tal-Istati Membri jew tal-UE.

    hemmx xi possibbiltà li l-proċess ta’ valutazzjoni u/jew ta’ reġistrazzjoni jiġi ssimplifikat (24) (eż. bl-użu tar-reġistrazzjoni ta’ grupp jew tar-reġistrazzjoni ta’ diversi siti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu 7.2.).

    Bħala medja, tgħaddi madwar sena mill-bidu tal-proċess sakemm il-korp kompetenti jżid l-organizzazzjoni mar-reġistru tal-EMAS. Il-proċess jista’ jkun iqsar għal organizzazzjonijiet iżgħar, iżda jista’ jkun twil għal korporazzjonijiet kbar, minħabba l-passi ta’ koordinazzjoni kumplessi involuti. Il-pjan tal-proġett (Illustrazzjoni 5) juri eżempji tal-perjodu ta’ żmien ġeneralment meħtieġ għad-diversi passi sabiex tinkiseb il-validazzjoni/ir-reġistrazzjoni bl-aktar mod effettiv u affidabbli possibbli.

    Illustrazzjoni 5

    Skeda taż-żmien għall-proċess ta’ reġistrazzjoni

    Image 5

    Qabel ma jibdew jippjanaw l-introduzzjoni tal-EMAS, l-organizzazzjonijiet l-ewwel għandhom jivvalutaw liema rekwiżiti, offerti u possibbiltajiet ikunu applikabbli u liema jaqdu s-sitwazzjoni partikolari tagħhom.

    L-istudji tal-każ għal setturi differenti huma disponibbli fuq is-sit web tal-Helpdesk tal-UE dwar l-EMAS (25). Xi gvernijiet u organizzazzjonijiet reġjonali żviluppaw ukoll l-għodod ta’ implimentazzjoni tagħhom stess tal-EMAS. Pereżempju, kemm il-Klabb tal-EMAS fil-Katalonja (26) kif ukoll il-Ministeru għall-Ambjent tal-Bavarja (il-Ġermanja) (27) żviluppaw settijiet ta’ għodod. Sabiex issir taf aktar, jista’ jkun utli li tikkuntattja lill-korpi kompetenti fil-pajjiżi fejn huma bbażati l-organizzazzjonijiet ikkonċernati.

    8.   Atturi u istituzzjonijiet involuti fl-implimentazzjoni u fiż-żamma tal-EMAS

    Verifikatur ambjentali  (28)

    Il-verifikatur ambjentali kif imsemmi fl-Artikolu 2(20) tar-Regolament dwar l-EMAS huwa:

    korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kif definit fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew kwalunkwe assoċjazzjoni jew grupp ta’ tali korpi, li jkun kiseb akkreditazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament; jew

    persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni jew grupp ta’ tali persuni li jkunu ngħataw akkreditazzjoni mill-Istati Membri skont il-proċeduri tagħhom u l-istituzzjonijiet rilevanti, f’konformità mar-Regolament dwar l-EMAS.

    Il-verifikaturi ambjentali jivverifikaw jekk l-analiżi ambjentali, il-politika ambjentali, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u l-proċeduri ta’ awditjar ambjentali ta’ organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom jissodisfawx ir-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-EMAS. Jikkonfermaw ukoll li l-informazzjoni u d-data fid-dikjarazzjoni ambjentali u fi kwalunkwe aġġornament għal dik id-dikjarazzjoni jkunu affidabbli, kredibbli u akkurati. Il-verifikaturi ambjentali huma soġġetti għal monitoraġġ mill-korpi ta’ akkreditazzjoni jew ta’ liċenzjar.

    L-informazzjoni dwar il-verifikaturi ambjentali akkreditati/liċenzjati tista’ tinkiseb mill-korpi kompetenti tal-EMAS jew mill-korp ta’ akkreditazzjoni jew ta’ liċenzjar tal-EMAS fil-pajjiż tal-UE fejn tkun ibbażata l-organizzazzjoni. Informazzjoni dwar verifikaturi ambjentali xierqa minn Stati Membri għajr dawk tal-organizzazzjoni hija disponibbli permezz tar-reġistru tal-EMAS tal-UE (29).

    Korpi kompetenti  (30)

    Il-korpi kompetenti jinħatru mill-Istati Membri. Bħala korpi indipendenti u newtrali, normalment ikunu responsabbli għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ibbażati fl-Istat Membru tagħhom fl-UE, iżda jistgħu jkunu responsabbli wkoll għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ibbażati barra mill-UE. Jimmonitorjaw ukoll ir-reġistrazzjoni u t-tiġdid tar-reġistrazzjoni, inklużi s-sospensjoni jew it-tħassir tar-reġistrazzjonijiet. Il-post tal-kwartieri ġenerali jew taċ-ċentru ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni normalment jiddetermina liema korp kompetenti għandu jiġi kkuntattjat għar-reġistrazzjoni (għal aktar dettalji, ara l-Kapitolu 7.1, Verifika minn parti terza).

    Awtorità tal-infurzar

    L-awtoritajiet tal-infurzar huma korpi maħturin mill-Istati Membri biex jimmonitorjaw il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali applikabbli u, meta neċessarju, ħalli jieħdu miżuri bl-għan li jinfurzaw dik il-leġiżlazzjoni. Ir-responsabbiltajiet ta’ dawn l-awtoritajiet huma bbażati fuq regolamenti nazzjonali fil-pajjiż ikkonċernat għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali.

    Gwida pass pass għall-EMAS

    Pass 1:   Ippjana u ħejji

    1.1.   Definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistrazzjoni fl-EMAS ġewwa u barra l-UE – l-Anness II A.4.3 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Kull organizzazzjoni għandha tiddefinixxi u tiddokumenta l-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha. Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni jeħtiġilha tikkunsidra:

    kwistjonijiet esterni u interni.

    l-obbligi ta’ konformità.

    l-unitajiet organizzazzjonali, il-funzjonijiet u l-konfini fiżiċi tagħha.

    l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha.

    l-awtorità u l-ħila tagħha li teżerċita kontroll u influwenza.

    L-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi kollha assoċjati mas-sit li għandu jiġi rreġistrat (jew is-siti għar-reġistrazzjoni ta’ diversi siti) iridu jkunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali.

    L-EMAS hija applikabbli ġewwa u barra l-UE (“EMAS globali”) għal siti f’diversi pajjiżi tal-UE u terzi li jistgħu jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistrazzjoni. Organizzazzjonijiet li jinsabu barra mill-UE, b’siti esklużivament barra mill-UE, jistgħu jirreġistraw ukoll fl-EMAS.

    Organizzazzjoni b’numru ta’ siti fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiżi terzi tista’ tapplika għar-reġistrazzjoni korporattiva ta’ dawn is-siti kollha jew ta’ xi wħud minnhom (l-Artikolu 3(2) tar-Regolament dwar l-EMAS). F’każ bħal dan, l-organizzazzjoni jeħtiġilha tikkuntattja lill-verifikatur(i) ambjentali u lill-korp kompetenti rilevanti kmieni sabiex tiċċara kwalunkwe kwistjoni tal-lingwa relatata mad-dokumentazzjoni meħtieġa għar-reġistrazzjoni.

    Għal kwistjonijiet speċifiċi marbutin mal-EMAS Globali, jekk jogħġbok ikkonsulta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/832/UE tas-7 ta’ Diċembru 2011 dwar Gwida għal Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE, Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi u Reġistrazzjoni Globali skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 (31).

    Mistoqsijiet ta’ gwida għat-tħejjija u għall-ippjanar tar-reġistrazzjoni fl-EMAS.

    L-organizzazzjoni hija organizzazzjoni żgħira kif iddefinita fl-introduzzjoni għal din il-gwida għall-utenti?

    Kemm-il sit jappartjeni għall-organizzazzjoni li fiha għandha tiġi introdotta l-EMAS?

    Għal liema settur ekonomiku tappartjeni l-organizzazzjoni?

    Hemm xi programm ta’ appoġġ jew forma oħra ta’ appoġġ disponibbli fl-Istat Membru jew fir-reġjun ikkonċernat, jew saħansitra fil-livell lokali?

    Hemm dokument ta’ referenza speċifiku għall-industrija għas-settur li għalih tappartjeni l-organizzazzjoni? (Ara l-Kapitolu 1.4.5. għal aktar informazzjoni.)

    Liema sistemi ta’ ġestjoni jew approċċi ta’ ġestjoni ambjentali oħrajn diġà qegħdin jiġu implimentati fi ħdan l-organizzazzjoni?

    Dawn l-approċċi jew is-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali diġà huma rikonoxxuti bħala pass sekondarju fit-triq lejn l-EMAS?

    Hemm xi rekwiżiti oħrajn ta’ rapportar li magħhom l-organizzazzjoni tikkonforma jew tixtieq tikkonforma volontarjament, jew li għalihom hija soġġetta skont rekwiżiti legali li jistgħu jiġu kkombinati mar-rapportar tal-EMAS?

    L-organizzazzjoni għandha ħafna siti komparabbli fejn għandha tiġi implimentata l-EMAS?

    Jekk l-organizzazzjoni għandha siti differenti fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiżi terzi, tixtieq timplimenta l-EMAS f’dawn is-siti u tirreġistrahom taħt numru tar-reġistrazzjoni uniku?

    Liema verifikatur ambjentali huwa eliġibbli sabiex jivvaluta l-attività tiegħu?

    Liema korp kompetenti huwa responsabbli għall-organizzazzjoni?

    Hemm raggruppament ta’ implimentazzjoni tal-EMAS fl-ambjent lokali jew reġjonali tal-organizzazzjoni li tista’ tingħaqad miegħu?

    Min – fi ħdan il-maniġment superjuri tal-organizzazzjoni – għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-EMAS?

    Jekk l-organizzazzjoni tkun organizzazzjoni żgħira, l-applikazzjoni tal-metodu “EMAS Easy” hija possibbli?

    Liema membru tal-persunal għandu jkun involut bħala rappreżentant tal-ġestjoni ambjentali? Hemm xi rappreżentant ieħor għal oqsma speċifiċi (skart, kontroll tal-emissjonijiet, sikurezza, eċċ.) fi ħdan l-organizzazzjoni li lilu jista’ jiġi fdat dan il-kompitu?

    Għandu jkun hemm tim ambjentali li jappoġġa lir-rappreżentant tal-ġestjoni ambjentali? Jekk iva, liema membri tal-persunal għandhom ikunu fit-tim? Jistgħu jintużaw strutturi eżistenti oħrajn fi ħdan l-organizzazzjoni għal dan l-għan?

    Liema riżorsi (finanzjarji, tekniċi) huma disponibbli jew jeħtieġ li jkunu disponibbli sabiex l-EMAS tiġi implimentata u mantnuta b’suċċess?

    1.2.   Entità li tirreġistra fl-EMAS – l-Artikolu 2(21) u 2(22) tar-Regolament dwar l-EMAS

    Skont ir-Regolament dwar l-EMAS:

    “Organizzazzjoni” tfisser kumpanija, korporazzjoni, ditta, intrapriża, awtorità jew istituzzjoni, li tinsab ġewwa jew barra l-UE, jew parti jew kombinazzjoni minnha, kemm jekk inkorporata kif ukoll jekk le, pubblika, jew privata li jkollha l-funzjonijiet u amministrazzjoni tagħha stess.

    “Sit” tfisser lokalità ġeografika distinta taħt il-kontroll tal-ġestjoni ta' organizzazzjoni li tkopri l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi, inklużi l-infrastruttura, it-tagħmir, u l-materjali kollha; sit huwa l-iżgħar entità li għandha tiġi kkunsidrata għar-reġistrazzjoni.

    “Reġistrazzjoni korporattiva” tfisser reġistrazzjoni unika tas-siti kollha jew ta’ xi wħud minnhom ta’ organizzazzjoni b’siti li jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiżi terzi.

    L-organizzazzjonijiet jeħtiġilhom jiddefinixxu b’mod korrett l-entità li għandha tiġi rreġistrata, u li se timplimenta l-EMAS. Huwa vitali li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati permezz ta’ aktar trasparenza u akkontabilità. Għall-kuntrarju ta’ sistemi oħrajn ta’ ġestjoni ambjentali, l-EMAS tista’ tiġi applikata biss għal siti sħaħ, u mhux għal partijiet minn sit. Għalhekk, sit wieħed huwa l-iżgħar entità li organizzazzjoni tista’ tirreġistra fl-EMAS.

    Mill-bidu nett, il-parteċipanti fl-EMAS għandhom iżommu f’moħħhom li l-verifikaturi ambjentali, u meta xieraq, il-korpi kompetenti, għandhom vuċi dwar liema entitajiet jeħtiġilhom jiġu rreġistrati (ara l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009). Bl-istess mod, il-parteċipanti kollha huma meħtieġa jipproduċu dikjarazzjoni ambjentali li trid tinkludi deskrizzjoni ċara u mhux ambigwa tal-organizzazzjoni jew tas-sit li jkun qed jiġi rreġistrat fl-EMAS u sommarju tal-attivitajiet, tal-prodotti u tas-servizzi tiegħu, u tar-relazzjoni tiegħu ma’ kwalunkwe organizzazzjoni prinċipali (ara l-Anness IV, il-punt B(a) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009).

    Dawn ir-rekwiżiti jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ikollhom fehim tajjeb tal-fatturi ambjentali li għandhom impatti ambjentali sinifikanti f’kull wieħed mis-siti tagħhom. Għalhekk, il-parteċipanti jingħataw il-parir li jkollhom ġustifikazzjonijiet ċari u motivati għal kull sit li jkunu għażlu għar-reġistrazzjoni. Dan jippreparahom ukoll għar-rekwiżiti tad-dikjarazzjoni ambjentali u għal kwalunkwe mistoqsija, b’mod partikolari minn verifikaturi u minn korpi kompetenti, iżda wkoll minn partijiet interessati oħrajn. Il-korp kompetenti jista’ jirrifjuta r-reġistrazzjoni jekk l-entità magħżula għar-reġistrazzjoni ma tikkorrispondix għad-definizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2(22) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009. Għalhekk, l-organizzazzjonijiet għandhom jikkonsultaw lill-korpi kompetenti mill-bidu tal-proċess ta’ implimentazzjoni tal-EMAS.

    Jekk organizzazzjoni tikkunsidra li tirreġistra sit wieħed biss jew diversi siti b’mod separat, id-deċiżjoni tagħha għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin. L-ewwel nett, ir-reġistrazzjoni separata għandha tiġi kkunsidrata bir-reqqa. Organizzazzjoni jeħtiġilha tkun tista’ turi l-kapaċità tagħha li timmonitorja u twettaq kontrolli fuq aspetti ambjentali sinifikanti tas-sit u turi bil-provi li l-entità li beħsiebha tirreġistra ma ġietx isseparata intenzjonalment minn siti oħrajn bi prestazzjoni batuta. It-tieni, il-komunikazzjoni mal-pubbliku hija element importanti tal-EMAS. Bħala l-aħjar prattika, organizzazzjoni għandha tinforma lill-pubbliku b’mod ċar u li jinftiehem fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha dwar għaliex għażlet li tissepara xi siti mir-reġistrazzjoni.

    1.2.1.    Organizzazzjonijiet li joperaw f’sit wieħed jew f’post wieħed.

    L-aktar każ sempliċi għar-reġistrazzjoni fl-EMAS huwa meta l-operazzjonijiet tal-organizzazzjoni jsiru f’sit wieħed. Sit wieħed normalment jirreferi għal sitwazzjoni li fiha numru ta’ binjiet u ta’ żoni li jappartjenu għall-organizzazzjoni li tkun qiegħda tiġi vvalutata u rreġistrata jistgħu jkunu mdawrin b’ċint.

    Illustrazzjoni 6

    Tliet eżempji ta’ operazzjonijiet ikkonċentrati fuq sit wieħed.

    Image 6

    Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, hija kwistjoni sempliċi ta’ determinazzjoni ta’ x’jikkostitwixxi sit u fejn jinsabu l-konfini tiegħu. Pereżempju:

    fabbrika bil-faċilitajiet neċessarji kollha sabiex twettaq l-attivitajiet tagħha (ħżin, uffiċċji, żoni kontigwi ta’ ħżin għall-materja prima u għall-iskart, impjant tat-trattament tad-drenaġġ, żona ta’ parkeġġ, eċċ.) li jinsabu fl-istess post (Illustrazzjoni 6, l-eżempju 1); u

    resort turistiku li jinkludi l-binja ta’ lukanda, ġonna, żoni ta’ pixxini, ristorant, binja teknika, eċċ.

    Organizzazzjoni li topera f’sit wieħed biss hija l-aktar każ sempliċi minħabba li l-ġestjoni u l-pożizzjoni ġeografika jkunu mwaħħdin. Huwa irrilevanti jekk binjiet individwali jkollhomx indirizzi postali differenti minħabba li sit jista’ jkollu żewġ entraturi, pereżempju, waħda sabiex jiġu aċċessati l-uffiċċji u waħda għat-trakkijiet sabiex jidħlu minn triq oħra (Illustrazzjoni 6, l-eżempju 2). Xi kultant, ir-rotot tat-traffiku pubbliku jgħaddu bejn binjiet u żoni jew binjiet oħrajn li jappartjenu għal organizzazzjonijiet oħrajn li jinsabu fin-nofs. Dan ikun ifisser li s-sit ma jkunx jista’ jingħalaq fi ħdan żona b’ċint wieħed, iżda mhux b’tali mod li organizzazzjoni ma tkunx tista’ titqies bħala sit. Organizzazzjoni b’attivitajiet ta’ produzzjoni u b’bini tal-ħżin fil-qrib f’żona mhux kontigwa wkoll jitqiesu li jifformaw sit wieħed (Illustrazzjoni 6, l-eżempju 3).

    1.2.2.    Organizzazzjoni li topera f’siti/f’postijiet differenti.

    Skont ir-Regolament dwar l-EMAS, il-parteċipanti li għandhom operazzjonijiet f’diversi siti jistgħu jagħżlu li jirreġistraw is-siti individwalment, jew li jirreġistraw bħala “organizzazzjoni” (iddefinita fl-Artikolu 2(21) u 2(22)). Irrispettivament minn din l-għażla, l-organizzazzjoni jew is-sit ikun meħtieġ juri titjib kontinwu fil-prestazzjoni tiegħu f’aspetti u f’impatti sinifikanti f’konformità mad-dikjarazzjoni, mal-programm u mal-miri ambjentali tal-organizzazzjoni. L-organizzazzjoni jkollha wkoll tiċċara u tiġġustifika l-għażla tagħha ta’ sit jew ta’ taħlita ta’ siti. Bħala prassi tajba, l-organizzazzjonijiet li jfittxu li jirreġistraw fil-qafas tal-EMAS, kemm jekk fis-settur privat kif ukoll f’dak pubbliku, għandhom ikunu lesti wkoll li jiċċaraw u jiġġustifikaw l-intenzjonijiet tagħhom fir-rigward ta’ siti li jkunu għadhom mhux reġistrati għall-partijiet ikkonċernati tagħhom.

    Eżempji ta’ setturi:

    banek

    aġenziji tal-ivvjaġġar

    ktajjen ta’ ħwienet tal-bejgħ bl-imnut

    konsulenti.

    a.   Bl-istess prodotti jew servizzi jew bħalhom

    L-organizzazzjonijiet spiss joperaw f’diversi siti/postijiet ġeografiċi, iżda bl-istess prodotti jew servizzi jew bħalhom u bi proċeduri ta’ ġestjoni komuni. Il-banek, l-aġenziji tal-ivvjaġġar, il-ktajjen ta’ ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u l-konsulenti huma eżempji ta’ dawn. F’każijiet hekk, l-attivitajiet fid-diversi siti għandhom aspetti u impatti ambjentali simili, huma soġġetti għal sistema ta’ ġestjoni ambjentali simili, u joperaw fi ħdan l-istess strutturi. Eżempji ta’ dawn jinkludu fergħat, uffiċċji kummerċjali, u installazzjonijiet operazzjonali u ta’ workshops.

    L-organizzazzjoni jaf tkun tixtieq li dawn is-siti jiġu vvalidati flimkien, jew permezz ta’ reġistrazzjoni korporattiva jew bħala sit uniku. Sabiex tikseb reġistrazzjoni korporattiva, organizzazzjoni għandha tkun tista’ turi lill-verifikatur li l-proċeduri u l-politika ta’ ġestjoni ambjentali tagħha jkunu applikati b’mod konsistenti fil-postijiet kollha. Organizzazzjonijiet bħal dawn spiss jużaw l-istess proċeduri ta’ ġestjoni, bħal manwal ta’ ġestjoni ambjentali kondiviż, fil-postijiet/fis-siti kollha. Jekk organizzazzjoni tkun tista’ turi li għandha kontroll ta’ ġestjoni sħiħ fuq is-siti kollha li tixtieq tirreġistra u li dawn jirrispettaw l-istess proċeduri, il-verifika tista’ tkun anqas impenjattiva u jaf ma jkollhiex għalfejn titwettaq fis-siti kollha. Din tissejjaħ it-“teknika ta’ kampjunar”, u aktar informazzjoni hija disponibbli fil-Pass 7.2. Metodu tal-kampjunar.

    b.   Bi prodotti jew servizzi differenti

    Jekk organizzazzjoni topera f’diversi postijiet, b’sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll differenti, flimkien ma’ aspetti u ma’ impatti ambjentali differenti, allura t-teknika ta’ kampjunar ma tistax tiġi applikata għall-verifika, billi kull sit ikollu proċeduri u impatti operatorji differenti. L-organizzazzjoni tagħżel jekk tirreġistrax kull sit b’mod separat jew b’numru tar-reġistrazzjoni uniku.

    Fi kwalunkwe każ, is-siti kollha jeħtiġilhom jiġu vverifikati b’mod individwali u d-data ambjentali miġbura trid tiġi rrapportata b’mod separat fid-dikjarazzjoni ambjentali. Organizzazzjoni tista’ tibda billi tirreġistra xi siti uniċi u mbagħad tgħaqqadhom taħt numru tar-reġistrazzjoni wieħed bħala organizzazzjoni waħda.

    1.2.3.    Organizzazzjoni li għaliha ma jistax jiġi ddefinit sit speċifiku b’mod xieraq.

    Ċerti organizzazzjonijiet, bħal dawk fis-setturi ta’ distribuzzjoni tas-servizzi, ta’ servizzi ta’ konsenja, tat-telekomunikazzjoni, tat-trasport, u tal-ġbir tal-iskart, jistgħu jbatu meta jiġu sabiex jiddefinixxu sit jew post speċifiku għall-attivitajiet tagħhom. Fil-fatt, dawn it-tipi ta’ attivitajiet jista’ jkollhom jew ma jkollhomx uffiċċji u imħażen, u l-infrastruttura tagħhom tista’ tkun imxerrda fi bnadi differenti. Dan japplika għall-kumpaniji tat-tisħin, tal-ilma, tal-gass, tad-distribuzzjoni tal-elettriku jew tat-telekomunikazzjoni, jew għall-mezzi (vetturi, kontenituri tal-iskart, antenni, magni tal-flus, eċċ.), bħal fil-każ tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni, jew tal-ġbir tal-iskart.

    Eżempji ta’ setturi:

    id-distribuzzjoni tas-servizzi (is-sħana, l-ilma, il-gass, l-elettriku, eċċ.)

    it-telekomunikazzjonijiet

    it-trasport

    il-ġbir tal-iskart

    Għall-organizzazzjonijiet li għalihom sit ma jistax jiġi stabbilit b’mod faċli, huwa importanti b’mod partikolari li fil-każ ta’ dubju kemm l-organizzazzjonijiet u kemm il-verifikaturi jikkonsultaw lill-korp kompetenti biex jaraw jekk l-entità magħżula jixirqilhiex li tiġi rreġistrata f’konformità mal-prinċipji tal-EMAS. Dawn l-organizzazzjonijiet jeħtiġilhom jistabbilixxu l-operazzjonijiet u l-infrastruttura tagħhom b’mod ċar, jintegrawhom b’mod komprensiv fis-sistema ta’ ġestjoni tagħhom, u jiddeskrivuhom b’mod preċiż fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħhom. F’organizzazzjonijiet bħal dawn, huwa importanti li r-responsabbiltajiet għal aspetti ambjentali sinifikanti jiġu ddefiniti b’mod ċar u li l-verifikatur ikollu evidenza li l-organizzazzjoni jkollha proċedura xierqa fis-seħħ sabiex tikkontrolla dawn l-aspetti.

    1.2.4.    Organizzazzjonijiet li jiġġestixxu siti differenti f’żona mifruxa.

    Hemm każijiet li fihom organizzazzjoni, minkejja li tikkontrolla faċilitajiet differenti f’żona definita, ma tkunx tista’ topera kull sit b’mod separat, u f’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-impatti ambjentali tagħhom ikunu marbutin ma’ xulxin. Pereżempju, organizzazzjoni li tipproduċi l-elettriku permezz ta’ turbini eoliċi li jinsabu fl-istess żona, (irrispettivament minn kemm tkun kbira dik iż-żona). Organizzazzjoni li tipproduċi l-elettriku mill-pannelli solari tiffaċċja sitwazzjoni simili (Illustrazzjoni 7).

    Taħlita possibbli oħra tista’ tkun li l-istess organizzazzjoni tiġġenera l-elettriku kemm permezz ta’ turbini eoliċi kif ukoll permezz ta’ pannelli solari li jinsabu f’postijiet differenti (attivitajiet u siti ta’ produzzjoni differenti). Fl-aħħar nett, il-pannelli solari u t-turbini eoliċi jistgħu jkunu jinsabu flimkien fl-istess żona.

    Bl-istess mod, impjant tal-enerġija idroelettrika li jkollu diversi strutturi u infrastrutturi li jinsabu tul xmara, iżda li xorta waħda jkunu funzjonali għall-iskop primarju, jista’ jitqies bħala wieħed sħiħ.

    F’dan il-każ, il-faċilitajiet separati jistgħu jitqiesu bħala organizzazzjoni waħda għar-reġistrazzjoni fl-EMAS jew jistgħu jiġu rreġistrati flimkien taħt reġistrazzjoni korporattiva.

    Illustrazzjoni 7

    Eżempji ta’ organizzazzjonijiet li jikkontrollaw siti differenti f’żona mxerrda.

    Image 7

    1.2.5.    Organizzazzjonijiet li jikkontrollaw spazji kondiviżi temporanji.

    Hemm modi ġodda ta’ kif jintużaw l-ispazji, u issa huwa komuni għal diversi organizzazzjonijiet li jikkondividu spazju ta’ ħidma konġunta jew kċina “fantażma”, pereżempju. F’dawn il-każijiet, irid ikun ċar jekk l-EMAS hijiex se tiġi implimentata fil-livell ta’ ħidma konġunta (is-sit kollu), u għalhekk jiġi rreġistrat l-ispazju, jew jekk xi wħud biss mill-attivitajiet ospitati f’dawn l-ispazji jkunux se jimplimentaw l-EMAS.

    Illustrazzjoni 8

    Eżempji ta’ spazji kondiviżi

    Image 8

    Il-kċejjen fantażma huma spazji ta’ kċina mikrijin għal diversi attivitajiet ta’ catering, kemm jekk fl-istess ħin kif ukoll jekk f’ħinijiet differenti. F’dan il-każ, is-sit huwa l-kċina, irrispettivament mill-utenti li jistgħu jiġu u jmorru.

    Jekk l-organizzazzjonijiet iwettqu operazzjonijiet f’siti li ma jkunux tagħhom għal perjodi definiti ta’ żmien, il-verifikatur jiċċekkja s-sistema ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni u l-prestazzjoni ambjentali tagħha f’siti temporanji magħżulin li jitqiesu rappreżentattivi tal-kapaċità ta’ ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni.

    Il-verifikatur japplika tekniki ta’ kampjunar tal-awditjar li jissodisfaw standards ta’ prassi tajba meta jivverifikaw l-effettività tal-proċeduri f’faċilità magħżula. L-organizzazzjoni trid turi li tkun adottat proċeduri u teknoloġiji xierqa għas-siti speċifiċi fejn trid topera temporanjament.

    Eżempji ta’ setturi:

    kumpaniji tal-kostruzzjoni

    kumpaniji tat-tindif

    fornituri tas-servizzi

    ċirkli.

    Għalhekk, siti temporanji jiġu vverifikati fuq il-post bħala parti mill-proċess ta’ verifika. L-attivitajiet tagħhom jiġu rreġistrati, u mhux biss il-post fejn jinsabu.

    1.2.6.    Organizzazzjonijiet differenti f’post wieħed

    Organizzazzjoni, jew parti minn organizzazzjoni, tista’ tokkupa parti minn bini jew minn faċilità, bħal fl-Illustrazzjoni 9. F’dan il-każ, is-sit huwa l-art jew l-ispazju li tokkupa l-organizzazzjoni, għalkemm barra minn hekk tista’ tikkondividi spazji ma’ organizzazzjonijiet oħrajn, bħal parkeġġi tal-karozzi. Dan jista’ japplika kemm għal attivitajiet mhux relatati li jinsabu fl-istess bini kif ukoll għal attivitajiet li jista’ jkollhom rabtiet ma’ xulxin.

    F’dan il-każ, kull organizzazzjoni, bis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħha, jeħtieġ li tiġi rreġistrata b’mod separat.

    Illustrazzjoni 9

    Eżempju ta’ organizzazzjoni li tinsab f’sit kondiviż.

    Image 9

    1.2.7.    Kunċett ta’ raggruppament – l-Artikolu 37 tar-Regolament dwar l-EMAS

    “Raggruppament” huwa mod kif wieħed jimplimenta l-EMAS bħala grupp, utli għall-organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-istess settur ta’ attività jew li jinsabu fl-istess żona ġeografika. L-organizzazzjonijiet minn setturi differenti (in-negozju, l-amministrazzjoni, eċċ.) jistgħu jifformaw raggruppamenti wkoll. Imbagħad, dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu jikkollaboraw fuq il-proċess ta’ implimentazzjoni u jipproċedu sabiex jirreġistraw individwalment.

    Sabiex jitnaqqsu l-ostakli għad-dħul għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar li jixtiequ jintroduċu l-EMAS, l-amministrazzjonijiet lokali jew reġjonali f’xi Stati Membri jistgħu jorganizzaw servizzi ta’ konsulenza u ta’ appoġġ f’“raggruppamenti”. Dawn jistgħu jew jagħmlu dan waħedhom jew f’kooperazzjoni mal-kmamar tal-industrija u tal-kummerċ, mal-assoċjazzjonijiet tal-industrija u ma’ korpi oħrajn.

    Il-formazzjoni tar-raggruppamenti hija approċċ kosteffettiv iffokat fuq l-apprendiment kondiviż. Il-parteċipanti jitgħallmu l-kunċetti bażiċi tal-EMAS f’workshops, li kull wieħed minnhom ikopri suġġetti speċifiċi tal-EMAS, b’eżempji prattiċi. Il-parteċipanti jibbenefikaw ukoll mill-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u tal-esperjenzi tagħhom, u b’hekk jimmotivaw lil xulxin. Il-kelliema dwar suġġetti speċjali jmexxu workshops bħala pjattaforma ta’ għarfien.

    Kull organizzazzjoni mir-raggruppament tiġi rreġistrata b’mod separat.

    Eżempju ta’ raggruppament: il-Ministeru għall-Ambjent tal-Bavarja jissussidja l-introduzzjoni inizjali ta’ skemi ta’ ġestjoni ambjentali, bħall-EMAS, inklużi l-validazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni, u l-awditjar estern. Dan is-sussidju huwa disponibbli biss għall-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fi grupp ta’ proġett (5 sa 15-il parteċipant), organizzat minn sponsor tal-proġett. B’hekk, l-utenti jiffrankaw il-kostijiet tal-konsultazzjoni u jibbenefikaw min-networking u mill-appoġġ minn parteċipanti oħrajn.

    1.3.   Impenn ta’ ġestjoni għas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali – l-Anness II A.5.1, 5.3, B.2 (32)

    Billi jirreġistra fl-EMAS, l-ogħla livell tal-maniġment jimpenja ruħu li jipprovdi tmexxija u akkontabilità fil-ġestjoni ambjentali u li jippromwovi titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali. X’inhu l-aħjar mod li bih il-maniġment superjuri jista’ jwettaq dan? Għandu jikkunsidra kwistjonijiet strateġiċi fundamentali, bħal:

    il-mudell tan-negozju kif huwa relatat ma’ kwistjonijiet ta’ ħarsien tal-ambjent?

    il-kunsiderazzjonijiet relatati mal-ġestjoni ambjentali kif jistgħu jiġu integrati b’mod sinifikattiv fl-operazzjonijiet tan-negozju u kif jistgħu jinħolqu sinerġiji?

    liema oqsma tal-implimentazzjoni tal-ġestjoni ambjentali jeħtieġ li jsiru fil-livell ta’ ġestjoni?

    fejn hija neċessarja u utli d-delega?

    Ir-Regolament dwar l-EMAS juża t-terminu “l-ogħla korp ta’ ġestjoni” (jew il-maniġment superjuri) sabiex jirreferi għall-aktar korp maniġerjali superjuri fi ħdan l-organizzazzjonijiet, responsabbli għad-definizzjoni tal-objettivi tal-kumpanija u għat-teħid tad-deċiżjonijiet neċessarji.

    Huwa importanti li jiġi ddefinit b’mod ċar min huwa responsabbli għal kull kompitu.

    Il-maniġment superjuri jeħtieġlu jaħtar rappreżentant tal-maniġment superjuri speċifiku wieħed jew aktar, li jkollu rwol u responsabbiltajiet definiti b’mod ċar, u l-awtorità, indipendentement mir-responsabbiltajiet l-oħrajn tiegħu. Dan sabiex jiġi żgurat li s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali li tkun se tiġi introdotta jew implimentata tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-EMAS b’mod sħiħ u tiffunzjona f’kull ħin. Ir-rappreżentant tal-ġestjoni ambjentali jista’ jkun ukoll membru tal-maniġment superjuri nnifsu u possibbilment ikollu xi esperjenza preċedenti fil-ġestjoni ambjentali.

    F’organizzazzjonijiet b’sistema ta’ ġestjoni ambjentali uniformi u kkontrollata ċentralment u mingħajr differenzi sinifikanti bejn is-siti, jeħtieġ li tinħatar persuna waħda biss għas-siti kollha.

    F’organizzazzjonijiet li fihom is-siti jvarjaw b’mod sinifikanti, joperaw b’mod indipendenti fil-biċċa l-kbira, jew jinsabu f’pajjiżi differenti, għandhom jinħatru aktar minn persuna waħda.

    Dawn huma sempliċiment linji gwida għall-organizzazzjonijiet, billi kull każ għandu jitqies skont il-merti tiegħu stess. Jekk ikun hemm xi dubju, huwa rrakkomandat li jinħatru persuni addizzjonali u li jiġu ddefiniti b’mod ċar ir-responsabbiltajiet differenti tagħhom.

    Il-maniġment u l-persunal jeħtieġ li jiġu nnotifikati bir-rwol, bir-responsabbiltajiet u bil-kompetenzi ta’ dan ir-rappreżentant tal-maniġment superjuri. Ir-rappreżentant tal-maniġment superjuri jkollu rwoli, responsabbiltajiet, u awtorità speċifikati b’mod ċar biex:

    jiżgura li tiġi stabbilita, implimentata u miżmuma sistema ta’ ġestjoni ambjentali f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-EMAS.

    jirrapporta lill-maniġment superjuri dwar il-prestazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, jinformahom dwar l-aspetti b’saħħithom u batuti tagħha u kwalunkwe titjib neċessarju.

    jiżgura li l-konformità ma’ rekwiżiti oħrajn, bħal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, li fihom jaf ma jkollux l-għarfien neċessarju, tiġi vverifikata minn persuni interni jew esterni oħrajn.

    L-organizzazzjonijiet iż-żgħar, b’mod partikolari, normalment jikkombinaw dawn ir-rwoli. Sabiex sistema ta’ ġestjoni ambjentali taħdem b’mod effettiv, ir-rappreżentanti tal-maniġment jeħtieġ li jkollhom biżżejjed awtorità. Idealment, dawn għandhom ikunu parti mill-maniġment tal-kumpanija (jew tal-anqas jaħdmu mill-qrib miegħu), ikunu indipendenti u jkunu fdati mill-maniġers u mill-persunal. Dawn jikkoordinaw il-proċess ta’ ġestjoni ambjentali u huma l-punt ta’ kuntatt għal mistoqsijiet kemm mill-forza tax-xogħol kif ukoll mill-maniġment superjuri, kif ukoll minn partijiet terzi. Jistgħu jiġu appoġġati minn “tim tal-EMAS”. Jekk ikun possibbli, il-membri ta’ dan it-tim għandhom jiġu mill-oqsma rilevanti kollha tal-organizzazzjoni, bħall-produzzjoni, il-ġestjoni tal-faċilitajiet, il-bejgħ, jew l-akkwist, u għandu jkollhom l-usa’ għarfien espert ambjentali possibbli (eż. uffiċjal għall-kontroll tal-emissjonijiet jew għall-immaniġġjar tal-iskart).

    Ta’ min jagħmel użu wkoll mill-istrutturi eżistenti. Pereżempju, il-kumitat tas-sikurezza okkupazzjonali tal-kumpanija jew is-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità jistgħu jiġu estiżi sabiex jinkludu jew jintegraw is-suġġetti tal-EMAS. It-tim tal-EMAS jista’ jwettaq l-awditu ambjentali tal-organizzazzjoni, iżda jikkontribwixxi wkoll l-għarfien, l-esperjenza u l-proposti li jirriżultaw għad-disinn u għat-titjib fil-passi ulterjuri kollha.

    Ir-Regolament dwar l-EMAS jiddefinixxi “analiżi ambjentali” bħala “analiżi komprensiva inizjali tal-aspetti ambjentali, l-impatti ambjentali u l-prestazzjoni ambjentali relatati mal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi ta’ organizzazzjoni.”

    1.4.   Twettiq ta’ analiżi ambjentali – l-Artikolu 4(1a), l-Anness I, l-Anness II B.3 tar-Regolament dwar l-EMAS (33)

    L-ewwel pass fl-implimentazzjoni tal-EMAS huwa li ssir analiżi dettaljata tal-istruttura interna u tal-attivitajiet ta’ organizzazzjoni. L-għan huwa li jiġu identifikati l-aspetti ambjentali (definiti bħala “element tal-attivitajiet, il-prodotti jew is-servizzi ta’ organizzazzjoni li għandu jew li jista’ jkollu impatt fuq l-ambjent”) (34) assoċjati mal-impatt ambjentali tal-organizzazzjoni. Din il-valutazzjoni sservi bħala punt tat-tluq għall-istabbiliment ta’ sistema formali ta’ ġestjoni ambjentali.

    L-analiżi ambjentali tkopri l-oqsma li ġejjin, deskritti fil-fond hawn taħt:

    a.

    id-determinazzjoni tal-kuntest tal-organizzazzjoni.

    b.

    l-identifikazzjoni tal-partijiet interessati u tal-ħtiġijiet u tal-aspettattivi tagħhom.

    c.

    l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti legali applikabbli relatati mal-ambjent.

    d.

    l-identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali diretti u indiretti kollha.

    e.

    il-valutazzjoni tas-sinifikat tal-aspetti ambjentali.

    f.

    il-valutazzjoni ta’ inċidenti preċedenti.

    g.

    id-determinazzjoni tal-opportunitajiet u r-riskji.

    h.

    l-eżaminar tal-proċessi, tal-prattiki, u tal-proċeduri eżistenti.

    L-organizzazzjoni għandha tiftakar li jkollha tiddivulga l-aspetti ambjentali li tidentifika, flimkien mar-riżultati tal-evalwazzjoni tagħha, lill-partijiet ikkonċernati esterni u dan l-eżerċizzju jikkostitwixxi l-ewwel inventarju sistematiku u dokumentat tagħha ta’ dawn l-elementi.

    L-analiżi ambjentali inizjali deskritta fl-Anness I ma għandhiex tiġi konfuża mar-rieżami tal-ġestjoni deskritt fl-Anness II Nru 9.3 jew mal-awditu intern deskritt fl-Anness II Nru 9.2, flimkien mal-Anness III. L-Annessi II u III jikkonċernaw miżuri li għandhom jitwettqu regolarment ladarba tkun fis-seħħ is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali.

    L-analiżi ambjentali hija parti importanti mill-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali, u l-organizzazzjonijiet jeħtiġilhom jistabbilixxu proċeduri sabiex jiżguraw li l-aspetti ambjentali identifikati fl-analiżi ambjentali inizjali jingħataw segwitu kif xieraq. L-aspetti ambjentali u l-pressjonijiet ambjentali relatati jistgħu jinbidlu, u hekk ukoll l-attivitajiet tal-organizzazzjoni nnifisha. Jekk iseħħu bidliet sostanzjali fl-organizzazzjoni, l-analiżi ambjentali jeħtieġ li tiġi aġġornata/kkompletata f’konformità mal-Artikolu 8 (35), mhux aktar tard milli matul l-awditi interni. Organizzazzjoni għandha żżomm ukoll rendikont tal-iżviluppi, tal-prattiki jew tas-sejbiet tar-riċerka l-ġodda li jistgħu jgħinu fir-rivalutazzjoni tas-sinifikat tal-aspetti ambjentali u tal-ħtieġa għal valutazzjoni ambjentali ġdida fil-każ ta’ bidla sinifikanti fl-operazzjonijiet tagħha.

    L-analiżi ambjentali inizjali deskritta fl-Anness I ma għandhiex tiġi konfuża mar-rieżami tal-ġestjoni deskritt fl-Anness II Nru 9.3 jew mal-awditu intern deskritt fl-Anness II Nru 9.2, flimkien mal-Anness III. L-Annessi II u III jittrattaw miżuri li għandhom jitwettqu b’mod regolari ladarba tiġi stabbilita s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali.

    1.4.1.   Determinazzjoni tal-kuntest tal-organizzazzjoni – l-Anness I Nru 1, l-Anness II A.4.1 tar-Regolament dwar l-EMAS

    L-organizzazzjoni jeħtieġ li tidentifika l-fatturi interni u esterni li jistgħu jaffettwaw l-introduzzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, kemm jekk b’mod pożittiv kif ukoll b’mod negattiv.

    Mistoqsijiet ewlenin

    Liema kwistjonijiet huma strateġikament rilevanti, u kif jaffettwaw l-istabbiliment u s-suċċess tal-ġestjoni ambjentali? Kemm huma sinifikanti l-fatturi esterni u interni, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatti pożittivi jew negattivi tagħhom?

    Liema fatturi, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet ambjentali, jistgħu jinfluwenzaw l-organizzazzjoni jew jiġu influwenzati minnha?

    Id-determinazzjoni tal-kuntest ta’ organizzazzjoni tipprovdi l-punt tat-tluq relatat mal-kontenut għall-ġestjoni ambjentali u l-integrazzjoni tagħha fl-ippjanar strateġiku tan-negozju. Tista’ tkun utli wkoll għal temi ta’ sostenibbiltà lil hinn mill-ambjent. Iridu jitqiesu l-kundizzjonijiet ambjentali rilevanti, bħall-klima, il-kwalità tal-arja jew tal-ilma, l-użu tar-riżorsi, u l-bijodiversità. Kundizzjonijiet esterni oħrajn (kulturali, soċjali, politiċi, legali, regolatorji, finanzjarji, teknoloġiċi, kompetittiva, eċċ.) jistgħu jiġu kkunsidrati. Kundizzjonijiet interni, bħall-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi, id-direzzjoni strateġika, il-kultura, u l-kapaċità, għandhom jiġu skrutinizzati wkoll, kif muri fl-Illustrazzjoni 10 hawn taħt.

    Fid-determinazzjoni tal-kuntest, ir-rappreżentant tal-maniġment superjuri ambjentali għandu jibbaża fuq l-għarfien espert tat-tim tal-EMAS, jekk diġà jkun jeżisti, u ta’ dipartimenti rilevanti oħrajn, sabiex jiġu identifikati dawn il-fatturi ta’ influwenza.

    Illustrazzjoni 10

    Eżempji ta’ fatturi interni u esterni li jiddeterminaw il-kuntest tal-organizzazzjoni.

    Image 10

    1.4.2.   L-identifikazzjoni tal-partijiet interessati u tal-ħtiġijiet u tal-aspettattivi tagħhom – l-Anness I Nru 2, l-Anness II A. 4.2 tar-Regolament dwar l-EMAS

    L-Anness I tar-Regolament dwar l-EMAS jinnota li, fil-kuntest tal-analiżi ambjentali inizjali tagħhom, l-organizzazzjonijiet għandhom jidentifikaw il-partijiet interessati u jaċċertaw x’inhuma l-ħtiġijiet u l-aspettattivi tagħhom. Il-partijiet interessati huma partijiet ikkonċernati kemm fi ħdan l-organizzazzjoni, bħall-impjegati jew il-fornituri ta’ servizzi fil-bini tagħha stess, kif ukoll barra mill-organizzazzjoni, bħall-awtoritajiet pubbliċi, il-klijenti, l-investituri, il-fornituri, il-ġirien jew gruppi oħrajn li huma jew li jistgħu jiġu affettwati mill-attivitajiet, mill-prodotti, u mis-servizzi tal-organizzazzjoni.

    Dan huwa importanti minħabba li l-partijiet interessati jista’ jkollhom ċerti aspettattivi dwar l-organizzazzjoni, jew dwar l-aspetti u l-impatti ambjentali tagħha, li jistgħu jippreżentaw riskji jew opportunitajiet fir-rigward tal-organizzazzjoni u tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha.

    Jista’ jkun utli li l-mistoqsijiet ta’ hawn taħt isiru lill-partijiet interessati identifikati, bl-għan li jiġi analizzat il-kuntest.

    X’inhuma r-rekwiżiti jew l-aspettattivi tagħhom fir-rigward tal-mod kif l-organizzazzjoni tittratta l-ambjent?

    Dan jirriżulta f’obbligi ta’ konformità? Liema minn dawn ir-rekwiżiti u l-aspettattivi jridu jiġu segwiti jew huma segwiti volontarjament?

    L-identifikazzjoni tal-partijiet interessati u tal-aspettattivi tagħhom tista’ tipprovdi għarfien utli dwar l-impatt ta’ xi aspetti ambjentali, kif ukoll dwar il-kriterji użati għall-valutazzjoni tas-sinifikat tagħhom (Illustrazzjoni 11). L-organizzazzjonijiet għandhom jinkorporaw il-kwistjonijiet identifikati fil-ġestjoni ambjentali tagħhom.

    B’mod kruċjali, meta organizzazzjoni tiddeċiedi li tissodisfa b’mod volontarju l-ħtiġijiet jew l-aspettattivi li ma humiex soġġetti għal obbligi legali, u tinformahom fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha, dawn isiru parti mill-impenji vinkolanti tagħha. Impenji volontarji bħal dawn tipikament ikunu parti mid-dikjarazzjonijiet ta’ missjoni, mill-pjanijiet jew mill-istrateġiji organizzazzjonali, jew mill-memoranda ta’ qbil (ittra ta’ intenzjoni), u jkunu riflessi wkoll fi ftehimiet kuntrattwali.

    Illustrazzjoni 11

    Eżempji ta’ partijiet interessati u aspettattivi possibbli (sors:l-Umweltbundesamt).

    Image 11

    1.4.3.   L-identifikazzjoni tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli u ta’ obbligi oħrajn ta’ konformità relatati mal-ambjent – l-Anness I Nru 3, l-Anness II A. 6.1.3 u B. 4 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Il-valutazzjoni ambjentali tinkludi l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti legali applikabbli dwar kwistjonijiet ambjentali. Huwa utli wkoll li jsir inventarju sistematiku u komplut ta’ tali reġistru legali ambjentali u li jsir tqabbil mal-permessi applikabbli, inklużi l-valuri ta’ limitu u rekwiżiti jew dispożizzjonijiet oħrajn, u sejbiet uffiċjali oħrajn, bħal atti amministrattivi.

    Ir-reġistrazzjoni tar-rekwiżiti legali ambjentali rilevanti għall-organizzazzjoni tgħin lill-organizzazzjoni tidentifika dawk ir-rekwiżiti li għadhom ma ġewx issodisfati u timmonitorja l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni rilevanti. Qabel il-verifika u l-validazzjoni, dawn in-nuqqasijiet fil-konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti għandhom jitneħħew billi tittieħed azzjoni korrettiva.

    Meta tirreġistra l-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti għall-organizzazzjoni, kun af li t-tali leġiżlazzjoni tista’ tkun tapplika madwar l-UE kollha, fil-livell tal-Istati Membri, jew biss fuq livell reġjonali jew lokali.

    Jekk l-organizzazzjonijiet li jinsabu barra mill-UE jkunu jixtiequ jimplimentaw l-EMAS, huma jeħtiġilhom, meta jirreġistraw l-obbligi legali fil-qasam ambjentali, iqisu kemm ir-regolamenti applikabbli għalihom f’pajjiżhom stess kif ukoll dawk li jkopru organizzazzjonijiet simili fl-Istati Membri fejn iridu japplikaw għar-reġistrazzjoni (36).

    Jista’ jkun utli li wieħed jieħu nota tar-regolamenti li jispeċifikaw kif l-awtoritajiet għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom f’konformità mar-regolamenti legali dwar l-aspetti ambjentali, li għandu effett indirett fuq l-organizzazzjonijiet. Pereżempju, organizzazzjoni li tkun qiegħda tħejji applikazzjoni għal permess tista’ tħares b’mod utli lejn regolamenti bħal dawn, anki jekk ma jkunu jimponu l-ebda obbligu dirett fuq l-organizzazzjoni nnifisha, sabiex jgħinuha tqis id-dispożizzjonijiet anċillari mistennijin. Madankollu, peress li regolamenti bħal dawn japplikaw biss b’mod kondizzjonali għal dik l-organizzazzjoni, hija tista’ wkoll toqgħod lura milli tirreġistrahom.

    L-istess kunsiderazzjoni tapplika għall-konformità ma’ obbligi vinkolanti. Billi ma jinħoloq l-ebda obbligu dirett minn regolament amministrattiv, ma huwiex obbligatorju li dan jingħata kunsiderazzjoni. Madankollu, minbarra r-rekwiżiti legali applikabbli f’termini tal-ambjent, l-organizzazzjonijiet dejjem ikollhom rekwiżiti legali oħra li għandhom iqisu, iżda li ma jkunux marbutin direttament mal-ambjent. Pereżempju, ir-regolamenti dwar il-kostruzzjoni tal-bini spiss jinkludu rekwiżiti dwar il-protezzjoni kontra n-nirien. Huwa utli li speċifikazzjonijiet bħal dawn, li huma rilevanti għall-aspetti ambjentali u għall-konformità, jiġu inklużi fir-rieżami legali u jiġu mmonitorjati.

    Ir-rieżami legali jista’ jinkludi wkoll dokumenti mhux legali oħrajn, bħal ftehimiet kuntrattwali u impenji volontarji li l-organizzazzjoni tkun daħlet għalihom flimkien mal-partijiet interessati (ara wkoll il-kapitolu preċedenti, 1.4.2.).

    1.4.4.   L-identifikazzjoni ta’ aspetti ambjentali diretti u indiretti – l-Anness I Nru 4, l-Anness II A.6.1.2 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Aspett ambjentali huwa element tal-attivitajiet, tal-prodotti jew tas-servizzi ta’ organizzazzjoni li jinteraġixxi jew jista’ jinteraġixxi mal-ambjent u li, għalhekk, jista’ jkollu impatt fuqu, jew diversi tipi ta’ impatt. L-EMAS teħtieġ li l-organizzazzjonijiet jeżaminaw l-aspetti ambjentali tal-attivitajiet tagħhom u kwalunkwe impatt ambjentali li jista’ jkollhom. L-organizzazzjonijiet jeħtiġilhom jikkunsidraw ukoll jekk jistgħux jikkontrollaw dawn direttament permezz tal-attivitajiet, il-prodotti, u s-servizzi tagħhom, jew jinfluwenzawhom biss indirettament. Dan huwa partikolarment importanti fir-rigward tal-aspetti ambjentali tal-attività ewlenija ta’ organizzazzjoni. L-aspetti ambjentali kollha identifikati, kemm jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, iridu jiġu elenkati f’inventarju.

    “Aspett ambjentali dirett” tfisser aspett ambjentali assoċjat mal-attivitajiet, mal-prodotti, u mas-servizzi tal-organizzazzjoni nnifisha, li fuqhom hija jkollha kontroll dirett tal-ġestjoni.

    “Aspett ambjentali indirett” tfisser aspett ambjentali li jista’ jirriżulta mill-interazzjoni ta’ organizzazzjoni ma’ partijiet terzi u li jista’ jiġi influwenzat sa livell raġonevoli minn organizzazzjoni.

    L-organizzazzjonijiet jeħtiġilhom iqisu l-aspetti ambjentali kemm diretti kif ukoll indiretti.

    Fir-rigward tal-aspetti ambjentali diretti, organizzazzjoni tipikament ikollha kontroll fuq attivitajiet bħal dawn:

    id-disinn tal-prodott.

    l-użu tar-riżorsi (eż., l-enerġija u l-materja prima, l-addittivi u l-materjali awżiljarji, u l-prodotti nofshom lesti, inklużi l-ilma, il-fawna u l-flora).

    l-emissjonijiet minn faċilitajiet fuq il-post (eż. sustanzi niġġiesa li jagħmlu ħsara lill-klima u sustanzi niġġiesa tal-arja oħrajn, storbju, vibrazzjonijiet, sħana, dawl, irwejjaħ, trab).

    l-iskariki f’korpi tal-ilma u minnhom, inkluża l-infiltrazzjoni fl-ilma ta’ taħt l-art (eż., sustanzi niġġiesa, sħana, mikrobi).

    il-ġenerazzjoni tal-iskart, ir-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid, it-trasport u r-rimi ta’ skart solidu u ta’ skart ieħor, b’mod partikolari l-iskart perikoluż.

    l-użu u l-kontaminazzjoni tal-ħamriji.

    kwistjonijiet lokali (il-ħsejjes, il-vibrazzjoni, l-irwejjaħ, it-trab, id-dehra viżiva, eċċ.).

    aspetti tat-trasport ta’ prodotti u ta’ oġġetti meħtieġa biex jiġu pprovduti s-servizzi.

    it-trasport ta’ persunal għal vjaġġi ta’ negozju (dan jista’ jinvolvi kontroll indirett).

    ir-riskju ta’ aċċidenti ambjentali.

    sitwazzjonijiet ta’ emerġenza oħrajn.

    u, potenzjalment, inċidenti mhux intenzjonati.

    L-aspetti ambjentali diretti tal-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet jistgħu jkunu relatati mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti, mal-impenji ambjentali vinkolanti, u mar-rekwiżiti u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permessi (eż., livelli limitu). Dan ifisser li jekk ikunu ġew stabbiliti livelli limitu jew rekwiżiti oħrajn għal ċerti sustanzi niġġiesa, l-emissjonijiet korrispondenti għandhom jiġu kklassifikati bħala aspetti ambjentali diretti.

    Dan japplika, b’mod partikolari, għal:

    installazzjonijiet li jeħtieġu permessi uffiċjali biex jitħaddmu.

    installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2010/75/UE (id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali).

    installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2012/18/UE (id-Direttiva Seveso III).

    impjanti li jużaw ħafna enerġija f’termini ta’ elettriku, tisħin jew tkessiħ, u installazzjonijiet soġġetti għal kontrolli u spezzjonijiet ambjentali.

    Eżempji ta’ aspetti ambjentali diretti:

    emissjonijiet fl-arja.

    emissjonijiet fl-ilma.

    skart.

    użu tar-riżorsi naturali u tal-materja prima.

    kwistjonijiet lokali (storbju, vibrazzjoni, irwejjaħ).

    użu tal-art.

    emissjonijiet fl-arja li jinħolqu mit-trasport; u

    riskji ta’ aċċidenti ambjentali u ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

     

     

     

    Eżempji ta’ aspetti indiretti:

    kwistjonijiet marbutin maċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott.

    investiment kapitali.

    servizzi ta’ assigurazzjoni.

    akkwist.

    il-ġestjoni tal-avvenimenti.

    deċiżjonijiet amministrattivi u ta’ ppjanar.

    prestazzjoni ambjentali tal-kuntratturi, tas-sottokuntratturi, u tal-fornituri.

    għażla u kompożizzjoni tas-servizzi eż., tat-trasport, tal-catering.

    L-aspetti ambjentali diretti jistgħu jkunu relatati wkoll ma’ kwistjonijiet mhux regolati (eż., l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn installazzjonijiet mhux koperti mill-ETS, l-użu tal-art, l-istorbju, eċċ.).

    Organizzazzjoni tista’ tinfluwenza l-aspetti ambjentali indiretti sa ċertu punt permezz tal-interazzjoni tagħha ma’ partijiet terzi, iżda tali influwenza ma hijiex garantita. Tista’, pereżempju, tinfluwenza indirettament l-aspetti u l-impatti ambjentali li jirriżultaw mill-attivitajiet ta’ partijiet terzi, bħal fornituri, sottofornituri jew klijenti, jew impjegati.

    1.4.5.    Dokumenti ta’ Referenza Settorjali – l-Artikolu 46(1) tar-Regolament dwar l-EMAS

    Il-Kummissjoni tipprovdi dokumenti ta’ referenza speċifiċi għall-industrija għal ċerti setturi, magħrufin bħala dokumenti ta’ referenza settorjali (SRDs) (37). Dawn jelenkaw l-aħjar prattiki ta’ ġestjoni ambjentali u indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur. Jinkludu wkoll parametri referenzjarji ta’ prestazzjoni u metodi għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet, li jistgħu jkunu ta’ għajnuna għall-awditjar ambjentali.

    Jekk l-SRDs ikunu disponibbli għal settur partikolari, l-organizzazzjoni kkonċernata għandha tikkonsultahom meta tidentifika u tevalwa l-aspetti u l-impatti ambjentali magħrufin f’dak is-settur.

    L-SRDs għandhom żewġ objettivi: li jgħinu lill-organizzazzjonijiet jidentifikaw l-aktar aspetti ambjentali importanti u li jiżguraw l-applikazzjoni uniformi tar-Regolament dwar l-EMAS. Jekk jeżisti SRD għal settur, organizzazzjoni jeħtiġilha tqisu meta timplimenta l-EMAS, u l-verifikaturi ambjentali jeħtiġilhom jivverifikaw li dan ikun sar, speċjalment fir-rigward tal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-EMAS, li jirrikjedi li l-organizzazzjonijiet jirreferu għall-SRDs fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħhom.

    Ġew żviluppati dokumenti ta’ referenza għas-setturi li ġejjin (38):

    Illustrazzjoni 12

    Is-setturi li għalihom huma disponibbli dokumenti ta’ referenza settorjali.

    Image 12

    L-organizzazzjonijiet jistgħu jqisu l-SRDs billi jħarsu lejn il-prattiki tajbin ta’ ġestjoni ambjentali elenkati hemmhekk, li jaqgħu fi tliet gruppi:

    prattiki li ma humiex rilevanti għall-organizzazzjoni.

    prattiki diġà implimentati mill-organizzazzjoni; u

    prattiki li għandhom jitqiesu għall-għanijiet u għall-azzjonijiet futuri.

    Dan huwa eżempju ta’ kif organizzazzjoni tista’ tuża d-dokumenti ta’ referenza settorjali:

    Illustrazzjoni 13

    Mod wieħed ta’ kif jiġu integrati l-SRDs.

    Image 13

    L-użu ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali fl-analiżi ambjentali inizjali jista’ jgħin sabiex tiġi viżwalizzata l-pożizzjoni tal-organizzazzjoni, f’sens ambjentali, li jgħinuha tistabbilixxi l-prijoritajiet. L-użu tal-SRDs jgħin ukoll sabiex jiġi ffrankat iż-żmien, billi jipprovdu mod rapidu kif wieħed jitgħallem dwar il-prassi u t-teknoloġiji tajbin rilevanti għal settur. Jipprovdu wkoll informazzjoni u input utli għall-implimentazzjoni ta’ tali prassi u teknoloġiji, inklużi l-vantaġġi u l-kostijiet tagħhom.

    Barra minn hekk, organizzazzjoni għandha tikkunsidra liema mill-indikaturi msemmijin fid-dokumenti ta’ referenza settorjali applikabbli diġà jkunu qegħdin jitkejlu u, jekk jissemma parametru referenzjarju dwar il-prestazzjoni, sa liema punt l-organizzazzjoni diġà qiegħda tilħaq dak il-parametru referenzjarju. Din l-informazzjoni tista’ tiġi inkluża fl-għodda li l-organizzazzjoni tuża sabiex tkejjel u timmonitorja l-prestazzjoni ambjentali tagħha (pereżempju, spreadsheet bid-data u bl-indikaturi rilevanti) u ssir referenza għaliha wkoll fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha meta tipprovdi informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħha. Fil-prinċipju, l-organizzazzjonijiet għandu jkollhom l-għan li jikkunsidraw iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-attivitajiet, tal-prodotti u tas-servizzi tagħhom meta jivvalutaw l-aspetti ambjentali tagħhom. Għandhom jeżaminaw l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja. Filwaqt li dawn jistgħu jvarjaw skont in-natura tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni, tipikament jinkludu l-kisba tal-materja prima, l-akkwist u x-xiri, l-iżvilupp u d-disinn, il-produzzjoni, it-trasport, id-distribuzzjoni, l-użu, it-trattament fi tmiem il-ħajja, u r-rimi finali. Madankollu, l-organizzazzjonijiet ma humiex meħtieġa jwettqu valutazzjoni sħiħa taċ-ċiklu tal-ħajja.

    L-organizzazzjonijiet huma mistennijin jidentifikaw u jindirizzaw l-impatti ambjentali sinifikanti mhux biss fl-operazzjonijiet tagħhom stess, iżda wkoll fil-katina tal-valur tagħhom. Fil-livell internazzjonali, dawn l-aspettattivi huma kodifikati fil-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali u jinvolvu l-implimentazzjoni ta’ proċess ta’ diliġenza dovuta. Fl-UE, il-Kummissjoni pproponiet regoli obbligatorji dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-diliġenza dovuta ambjentali, li jkopru l-operazzjonijiet proprji tal-kumpanija, is-sussidjarji, kif ukoll il-ktajjen tal-valur upstream u downstream (39).

    Bl-EMAS, l-organizzazzjonijiet iqisu wkoll l-aspetti ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u tas-servizzi tagħhom u l-impatti li jirriżultaw u jieħdu azzjoni biex jindirizzawhom. Minħabba l-ħafna paralleli bejn l-approċċ ta’ diliġenza dovuta u l-ġestjoni ambjentali, l-EMAS tista’ tintuża bħala qafas għall-istabbiliment u għall-implimentazzjoni tal-proċessi ta’ diliġenza dovuta. It-tabella ta’ hawn taħt tqabbel il-passi fi proċess ta’ diliġenza dovuta, kif deskritt fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta (40) għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju, u l-elementi korrispondenti ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali bħall-EMAS.

    Tabella 1

    “OECD Handbook on Environmental Due Diligence in Mineral and Metal Supply Chains”

    Pass rilevanti tal-Qafas ta’ Diliġenza Dovuta tal-OECD

    Elementi ġenerali tal-EMAS

    Jifforma parti mill-Pass 1 u mill-Pass 2 tal-Proċess tal-OECD ta’ Diliġenza Dovuta ta’ Mġiba Responsabbli fin-Negozju

    Il-fehim tal-kuntest li fih topera intrapriża, inklużi l-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-partijiet ikkonċernati tagħha u r-rekwiżiti legali tagħha

    Pass 1: L-integrazzjoni tal-RBC fil-politiki u fis-sistemi ta’ ġestjoni

    L-iżgurar tat-tmexxija u tal-impenn tal-maniġment superjuri ta’ intrapriża, filwaqt li jiġu ddeterminati politika ambjentali, strutturi organizzazzjonali u proċessi għall-ġestjoni ambjentali.

    L-iżgurar tar-riżorsi, tal-kompetenzi u tal-komunikazzjoni interna adegwata neċessarji

    Pass 2: L-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti avversi fl-operazzjonijiet, fil-ktajjen tal-provvista u fir-relazzjonijiet kummerċjali;

    L-identifikazzjoni, il-valutazzjoni, u l-komunikazzjoni internament tal-aspetti u tal-impatti ambjentali u tar-riskji u tal-opportunitajiet assoċjati

    Pass 3: Il-waqfien, il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tal-impatti avversi

    L-istabbiliment tal-objettivi ambjentali.

    L-ippjanar u t-teħid ta’ azzjoni

    Pass 4: It-traċċar tal-implimentazzjoni u tar-riżultati

    It-traċċar tal-implimentazzjoni bl-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità ambjentali

    Il-kisba ta’ titjib kontinwu

    Pass 5: Il-komunikazzjoni ta’ kif jiġu indirizzati l-impatti

    L-iżgurar ta’ komunikazzjoni esterna adegwata dwar is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u tal-eżiti tagħha

    Pass 6: Il-provvista ta’ rimedju jew il-kooperazzjoni fih meta xieraq u l-Pass 3: Il-waqfien, il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tal-impatti avversi

    L-indirizzar tan-nuqqas ta’ konformità u t-teħid ta’ azzjoni korrettiva

    L-aspetti ambjentali kollha għandhom jiġu kkwantifikati kemm jista’ jkun bl-użu ta’ indikaturi awtomagħżulin. Inkella, tal-anqas għandhom jiġu kklassifikati b’mod kwalitattiv. Billi l-aspetti ambjentali sinifikanti jridu jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjoni ambjentali bħala indikaturi ewlenin tal-EMAS, huwa rrakkomandat li dawn l-indikaturi ewlenin jiġu inklużi bħala parametri meta jiġu ddeterminati l-aspetti ambjentali (spjegazzjonijiet aktar dettaljati u ħarsa ġenerali lejn l-indikaturi ewlenin fil-Pass 6, Dikjarazzjoni Ambjentali).

    Illustrazzjoni 14

    Aspetti ambjentali tipiċi li għandhom jitqiesu f’ċiklu tal-ħajja tal-prodott (Sors: Linja Gwida tas-Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali tal-EMAS għall-prattika operazzjonali, il-Kamra tal-Industrija u tal-Kummerċ fil-Bavarja)

    Image 14

    L-organizzazzjoni tista’ tiżviluppa proċedura għall-identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali kollha. Dan jista’ jsir billi:

    isir rieżami tas-sorsi kollha ta’ informazzjoni li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs u l-outputs (fatturi tax-xiri, apparti tal-kejl, data dwar it-tagħmir, eċċ.).

    jiġi vverifikat liema materja prima, provvisti, prodotti nofshom lesti jew prodotti u oġġetti oħrajn jintużaw jew liema prodotti, skart, effluwenti, emissjonijiet, eċċ. jiġu skarikati (id-dipartimenti tax-xiri u tal-bejgħ spiss ikunu punti tat-tluq utli).

    jiġu identifikati l-aspetti ambjentali li għandhom jitqiesu bħala riżultat tal-leġiżlazzjoni ambjentali applikabbli u/jew fi kwalunkwe permess, liċenzja ambjentali, u dokumenti simili li jaffettwaw is-sit(i).

    isiru żjarat fis-sit(i) biex jiġu vverifikati l-inputs u l-outputs tal-proċessi fuq il-post (jittieħdu n-noti, isiru tpinġijiet kif meħtieġ).

    jinħolqu jew jinkisbu l-pjanti tas-siti u l-abbozzi tas-sitwazzjonijiet.

    jiġi identifikat il-persunal ewlieni (il-maniġment u l-ħaddiema); l-impjegati involuti fis-sistemi interni kollha jistgħu jintalbu jipprovdu l-informazzjoni.

    tintalab informazzjoni mingħand is-sottokuntratturi, li jistgħu jaffettwaw b’mod sinifikanti l-prestazzjoni ambjentali ta’ organizzazzjoni.

    il-kunsiderazzjoni ta’ aċċidenti tal-passat, tar-riżultati mill-monitoraġġ u mill-ispezzjonijiet.

    ir-reġistrazzjoni tal-kundizzjonijiet fil-bidu jew mat-tlestija tal-attivitajiet jew fil-bidu u fl-għeluq tal-proċessi u tal-perikli identifikati fil-proċess.

    L-immappjar ekoloġiku fil-metodoloġija EMAS Easy (41) huwa mod tajjeb kif jiġu rreġistrati b’mod ċar l-aspetti ambjentali, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-organizzazzjonijiet iż-żgħar.

    Kull aspett ambjentali identifikat huwa assenjat impatt ambjentali, kif muri fit-Tabella 2 hawn taħt.

    Tabella 2

    Eżempji tal-aspetti ambjentali u tal-impatti tagħhom fuq l-ambjent

    Attività

    Aspett ambjentali

    Impatt ambjentali

    Traffiku

    żjut tal-magni kkonsmati, konsum tal-fjuwil.

    emissjonijiet tal-vettura

    brix tat-tajers (trab fin)

    tniġġis tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja

    effett serra, storbju

    Kostruzzjoni

    konsum tal-materja prima primarja (tar-riżorsi)

    emissjonijiet fl-arja, storbju, vibrazzjonijiet, eċċ. mill-makkinarju tal-kostruzzjoni

    konsum tal-art

    disponibbiltà ta’ materja prima

    storbju, tniġġis tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja

    qerda tal-kopertura tal-art

    telf tal-bijodiversità

    Servizzi tal-uffiċċji

    konsum ta’ materjali, eż., karta, toner

    konsum tal-elettriku (iwassal għal emissjonijiet indiretti ta’ CO2)

    tniġġis ambjentali minn skart muniċipali mħallat

    effett serra

    Industrija kimika

    konsum tal-materja prima primarja (tar-riżorsi)

    ilma mormi

    emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili

    emissjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

    disponibbiltà ta’ materja prima

    tniġġis tal-ilma

    ożonu fotokimiku

    qerda tas-saff tal-ożonu

    1.4.6.   Valutazzjoni tas-sinifikat tal-aspetti ambjentali – l-Anness I Nru 5, l-Anness II Nru 6.1.2 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Ladarba jkunu ġew identifikati l-aspetti u l-impatti tagħhom, il-pass li jmiss ikun li ssir valutazzjoni fid-dettall ta’ kull wieħed minnhom sabiex jiġi ddeterminat is-sinifikat tal-aspetti ambjentali.

    L-aspetti ambjentali rreġistrati kollha għandhom jiġu evalwati b’mod kwalitattiv jew kwantitattiv bl-użu ta’ kriterji awtomagħżulin. Il-kriterji, li għandhom ikunu komprensivi, għandhom iqisu l-leġiżlazzjoni. Għandu jkun possibbli wkoll li dawn jiġu vverifikati b’mod indipendenti.

    L-organizzazzjoni għandha tidentifika l-aspetti ambjentali tal-attivitajiet, tal-prodotti u tas-servizzi tagħha li għandhom impatti ambjentali sinifikanti, filwaqt li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja fil-valutazzjoni.

    Fil-valutazzjoni tas-sinifikat tal-impatti ambjentali tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni, għandhom jitqiesu dawn li ġejjin:

    il-potenzjal għall-ħsara jew għall-benefiċċji għall-ambjent, inklużi l-bijodiversità u n-nies, permezz tal-użu tal-materjali u tal-enerġija, l-iskariki, l-iskart u l-emissjonijiet, eċċ.

    l-istat tal-ambjent lokali, reġjonali jew globali u l-vulnerabbiltà tiegħu bħala riżultat tal-impatti ambjentali tal-organizzazzjoni.

    id-daqs, in-numru, il-frekwenza u r-riversibbiltà tal-aspetti jew tal-impatti.

    il-preżenza ta’ leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti u r-rekwiżiti tagħha.

    l-attivitajiet tal-organizzazzjoni li għandhom kostijiet u benefiċċji ambjentali sinifikanti.

    kemm huwa importanti l-impatt ambjentali tal-organizzazzjoni għall-partijiet ikkonċernati u għall-impjegati tagħha, f’termini tal-aspettattivi u tal-ħtiġijiet tagħhom.

    Il-valutazzjoni għandha tivverifika kemm l-organizzazzjoni tista’ tinfluwenza dawn l-aspetti ambjentali u jekk tistax tnaqqas l-impatti ambjentali assoċjati ma’ kull aspett. Il-valutazzjoni għandha tkopri operazzjonijiet normali, kif ukoll inċidenti u emerġenzi, għal attivitajiet tal-passat, kurrenti u futuri.

    Abbażi ta’ dawn il-kriterji, l-organizzazzjoni tista’ tistabbilixxi proċedura interna sabiex tivvaluta s-sinifikat tal-aspetti ambjentali jew tuża għodod oħrajn għal dan l-għan. L-organizzazzjonijiet iż-żgħar jistgħu jużaw l-għodod ta’ implimentazzjoni tal-EMAS (42), li fihom informazzjoni u proċeduri utli ħafna, jew l-EMAS Easy, (43) jew għodod ipprovduti mill-Istati Membri individwali, jekk applikabbli.

    L-impatt ambjentali ta’ kull aspett ambjentali għandu jiġi kklassifikat skont:

    id-daqs – il-livell tal-emissjonijiet, il-konsum tal-enerġija, u tal-ilma, eċċ.

    is-severità — il-perikli, it-tossiċità, eċċ.

    il-frekwenza/il-probabbiltà

    it-tħassib tal-partijiet interessati.

    ir-rekwiżiti legali.

    Tabella 3

    Valutazzjoni tal-aspetti ambjentali bl-użu tal-eżempju tal-iskart.

    Kriterji tal-valutazzjoni

    Eżempju

    Liema prodotti jew attivitajiet tal-organizzazzjoni jistgħu jaffettwaw ħażin l-ambjent?

    Skart: skart muniċipali mħallat, skart mill-imballaġġ, skart perikoluż

    Il-kobor tal-aspetti li jistgħu jaffettwaw l-ambjent

    Kwantità ta’ skart: ħafna, kwantità medja, ftit

    Is-severità tal-aspetti li jistgħu jaffettwaw l-ambjent

    Kemm huwa perikoluż l-iskart u kemm huwa tossiku l-materjal: ħafna, b’mod medju, ftit

    Il-frekwenza ta’ aspetti li jistgħu jaffettwaw l-ambjent

    Għolja, medja, baxxa

    Is-sensibilizzazzjoni fost il-pubbliku u l-ħaddiema dwar l-aspetti assoċjati mal-organizzazzjoni

    Severa, ftit, ebda lment

    Dawk tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni li huma rregolati b’leġiżlazzjoni ambjentali

    Il-permessi skont il-liġijiet dwar l-iskart, l-obbligi ta’ monitoraġġ

    Nota: Huwa utli li jiġu kkwantifikati l-kriterji u s-sinifikat globali ta’ aspetti partikolari.

    L-iskema ta’ evalwazzjoni żviluppata mill-Aġenzija Federali Ġermaniża għall-Ambjent bl-użu ta’ analiżi ABC (ara l-Illustrazzjoni 15) hija eżempju ta’ kif għandu jiġi evalwat is-sinifikat tal-aspetti ambjentali tal-attivitajiet, tal-prodotti, u tas-servizzi ta’ organizzazzjoni. Fuq il-bażi tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni u tal-kundizzjonijiet tas-sit, l-aspetti ambjentali huma kklassifikati fil-kategoriji A sa C, f’ordni ta’ importanza dejjem tonqos. Il-potenzjal għall-verifika tal-aspett ambjentali rispettiv huwa maqsum ukoll fi tliet kategoriji, minn I sa III, f’ordni ta’ tnaqqis tar-rilevanza.

    Illustrazzjoni 15

    Eżempju ta’ matriċi ta’ evalwazzjoni bl-analiżi ABC (sors: Id-Dikjarazzjoni Ambjentali tal-Aġenzija Federali Ġermaniża għall-Ambjent, 2020)

    Image 15

    Ladarba jkunu ġew identifikati l-aspetti ambjentali sinifikanti, huwa rrakkomandat, bħala t-tieni pass, li l-organizzazzjoni tidentifika l-faċilitajiet u l-proċessi assoċjati rilevanti għall-ambjent korrispondenti. Dan jippermetti li l-aspetti rilevanti għall-ambjent jiġu identifikati aktar faċilment. B’mod partikolari, id-definizzjoni sussegwenti tal-miri u tal-miżuri għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali ssir aktar faċli. L-aspetti ambjentali identifikati għandhom ikunu marbutin ukoll mar-rapportar dwar l-indikaturi inklużi aktar tard fid-dikjarazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni. Ir-riżultati tal-identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali għandhom jiġu integrati sistematikament fis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali. B’mod partikolari, għandhom jitqiesu wkoll fid-deċiżjonijiet strateġiċi (44).

    1.4.7.   Evalwazzjoni tar-rispons mill-investigazzjoni ta’ inċidenti preċedenti – l-Anness I, Nru 6 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Il-feedback mill-investigazzjoni ta’ inċidenti preċedenti jiġi evalwat u inkorporat ukoll fis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali f’kull ċiklu bħala miżura sabiex tiġi evitata r-rikorrenza tar-riskju (miżura preventiva).

    Din l-evalwazzjoni tista’ ssir permezz ta’ riċerka mal-kumpaniji tal-assigurazzjoni, eċċ. sabiex jiġi analizzat jekk kienx hemm inċidenti fil-passat. L-evalwazzjoni ta’ dawn u d-definizzjoni ta’ miżuri xierqa.

    1.4.8   Determinazzjoni u dokumentazzjoni tal-opportunitajiet u tar-riskji – l-Anness I Nru 7, l-Anness II A. 6.1 tar-Regolament dwar l-EMAS

    L-organizzazzjoni tiddetermina u tiddokumenta r-riskji u l-opportunitajiet assoċjati mal-aspetti ambjentali tagħha, l-obbligi ta’ konformità u kwistjonijiet u rekwiżiti oħrajn identifikati aktar ’il fuq. L-opportunitajiet u r-riskji għandhom jiġu ddeterminati u ddokumentati għas-suġġetti li ġejjin:

    il-kuntest organizzazzjonali (kwistjonijiet interni u esterni)

    il-partijiet interessati.

    l-impenji vinkolanti

    l-aspetti ambjentali.

    Dan jippermetti l-identifikazzjoni bikrija ta’ fatturi li għandhom impatt pożittiv (opportunitajiet) jew negattiv (riskji) fuq il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni. B’dan il-mod, l-opportunitajiet jistgħu jiġu mmirati, u r-riskji jistgħu jitnaqqsu. L-opportunitajiet jinkludu l-iffrankar tal-kostijiet permezz tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda jew kooperazzjoni mtejba mal-partijiet interessati. Ir-riskji jistgħu jinkludu d-danni ambjentali li jseħħu upstream fil-katina tal-provvista, l-impatti potenzjali tat-tibdil fil-klima fuq is-sit tal-organizzazzjoni, iż-żieda fl-aspettattivi ambjentali mill-partijiet interessati, jew il-bidliet fil-leġiżlazzjoni li l-organizzazzjoni tkun għadha ma indirizzatx b’mod adegwat. L-organizzazzjoni tiffoka fuq l-opportunitajiet u fuq ir-riskji li jgħinuha tikseb titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali u tevita effetti mhux mixtieqa jew aċċidenti.

    Għal organizzazzjonijiet żgħar u medji li jixtiequ jibbenefikaw minn rekwiżiti simplifikati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar l-EMAS, huwa importanti li jintwera, bħala parti mill-identifikazzjoni tar-riskji, li ma jkun hemm l-ebda riskju ambjentali sinifikanti.

    L-opportunitajiet u r-riskji reġistrati u dokumentati b’mod sistematiku huma importanti fl-ippjanar ta’ azzjonijiet sussegwenti.

    Il-vantaġġi tal-identifikazzjoni tal-opportunitajiet/tar-riskji huma li:

    jiġu rrikonoxxuti x-xejriet fit-tul, jiġi identifikat il-lok għall-manuvra u jiġu evitati żviluppi mhux mixtieqa.

    tiġi sostnuta l-vijabbiltà futura tal-organizzazzjoni permezz ta’ ġestjoni li tħares ’il quddiem.

    jiżdiedu r-rispons u t-tolleranza għal avvenimenti ambjentali potenzjali, għal tibdil fil-kundizzjonijiet ambjentali, u għall-impatti negattivi assoċjati.

    tiżdied iċ-ċertezza legali.

    Hemm ħafna metodi sabiex jiġu vvalutati l-opportunitajiet u r-riskji, eż., il-modalitajiet ta’ ħsara ambjentali u l-analiżi tal-effetti, l-analiżi ABC (ara l-Illustrazzjoni 15) jew l-analiżi SWOT.

    1.4.9.   Eżamiar tal-proċessi, tal-prassi u tal-proċeduri eżistenti – l-Anness I Nru 8 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Dan jinvolvi r-rieżami tal-proċessi, il-prattiki u l-proċeduri eżistenti tal-organizzazzjoni u d-determinazzjoni ta’ dawk li huma rilevanti għall-ġestjoni ambjentali. Kważi ħadd ma jibda mill-bidu nett. Il-linji gwida interni għas-separazzjoni tal-iskart jew għall-konservazzjoni tal-enerġija spiss ikunu diġà fis-seħħ jew ikun hemm uffiċjali għall-iskart, għall-materjali perikolużi, għas-sustanzi perikolużi, għall-enerġija, għall-iġjene, eċċ. li jistgħu jiġu inklużi fis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali. Hawnhekk jistgħu jintużaw ukoll approċċi ta’ ġestjoni ambjentali (ara t-taqsima “Rikonoxximent ta’ sistemi u ta’ approċċi ta’ ġestjoni oħrajn għall-EMAS”) jew sistemi ta’ ġestjoni eżistenti bħall-ġestjoni tal-kwalità.

    “Politika ambjentali” tfisser l-intenzjonijiet u d-direzzjoni globali ta’ organizzazzjoni marbuta mal-prestazzjoni ambjentali tagħha kif imfissra b’mod formali mill-maniġment fi skala għolja (…). Din tipprovdi qafas għall-azzjoni u għat-tfassil ta’ objettivi u miri ambjentali.

    Pass 2:   Definizzjoni tal-politika ambjentali.

    2.1.   Definizzjoni tal-politika ambjentali – l-Anness II A.5.2 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Il-politika ambjentali trid tinkludi impenn għal:

    konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi u ma’ rekwiżiti oħrajn marbutin mal-aspetti ambjentali.

    prevenzjoni tat-tniġġis.

    titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali.

    Il-politika ambjentali hija qafas għall-azzjoni u għall-istabbiliment ta’ objettivi u ta’ miri ambjentali strateġiċi (ara hawn taħt). Trid tkun ċara u trid tindirizza l-prijoritajiet ewlenin li fuqhom jistgħu jkomplu jiġu ddefiniti l-objettivi u l-miri speċifiċi.

    Fil-politika ambjentali, il-maniġment superjuri jistabbilixxi viżjoni ta’ kif jara lilu nnifsu jindirizza l-ħarsien tal-ambjent. Dan għandu jsir kmieni fil-proċess ta’ implimentazzjoni, iżda mhux qabel it-tlestija tal-analiżi ambjentali, li tifforma l-bażi tal-politika. Il-maniġment superjuri jeħtieġlu jiżgura li din il-politika ambjentali tiġi implimentata u applikata wkoll fl-organizzazzjoni.

     

    Il-mistoqsijiet ta’ hawn taħt jistgħu jgħinu fit-tiswir tas-suġġetti li għandhom ikunu koperti mill-politika ambjentali.

    X’impatt għandhom l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tal-organizzazzjoni fuq l-ambjent? Dan għandu jiġi identifikat fl-analiżi ambjentali inizjali.

    Kemm huwa importanti l-ħarsien tal-ambjent għall-organizzazzjoni u għall-partijiet interessati?

    X’inhi lesta li tagħmel l-organizzazzjoni biex tħares l-ambjent u twettaq impenji speċifiċi oħrajn rilevanti għall-kuntest li topera fih?

    Il-politika ambjentali kif taqbel mal-filosofija tal-organizzazzjoni u ma’ kwistjonijiet etiċi usa’?

     

    Il-politika ambjentali hija l-linja gwida ċentrali għall-iżvilupp ulterjuri tal-EMAS u hija ppubblikata fid-dikjarazzjoni ambjentali. Tifforma l-qafas għad-definizzjoni ta’ għanijiet, ta’ miri (objettivi individwali) u ta’ miżuri relatati mal-ambjent u għandha tkun adattata għall-kultura korporattiva.

    Il-politika ambjentali tista’ tiġi integrata fil-linji gwida korporattivi eżistenti jew fil-politika korporattiva tal-organizzazzjoni. Barra minn hekk, għandha tiġi kkomunikata lil kull min jaħdem għal jew f’isem l-organizzazzjoni u tkun disponibbli għall-partijiet interessati (permezz ta’ tqassim dirett, fuq l-internet, fuq intranet, fuq bord tal-avviżi, fi briefing, eċċ.).

    Fil-każ ta’ bidliet sinifikanti, il-politika ambjentali għandha tiġi adattata. Huwa importanti li d-dikjarazzjoni ambjentali sħiħa, inkluż kwalunkwe aġġornament, tinżamm kompletament aċċessibbli u aġġornata mill-organizzazzjoni tal-EMAS.

    “Programm ambjentali” tfisser deskrizzjoni tal-miżuri meħudin, tar-responsabbiltajiet assunti u tal-mezzi użati jew previsti sabiex jinkisbu l-objettivi u l-miri ambjentali, kif ukoll tal-iskadenzi għall-ksib tagħhom.

    “Objettiv ambjentali” tfisser għan ambjentali ġenerali, li jirriżulta

    mill-politika ambjentali, li organizzazzjoni tkun iddeċidiet li tilħaq. Kull meta jkun prattikabbli, jiġi kkwantifikat.

    “Mira ambjentali” tfisser rekwiżit ta’ prestazzjoni dettaljat li jirriżulta

    mill-objettivi ambjentali u applikabbli għal organizzazzjoni jew għal partijiet minnha, li jeħtieġ li jiġu stabbiliti u ssodisfati sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

    Pass 3:   Żvilupp ta’ programm ambjentali – l-Anness II A.6.2.1, B.5 tar-Regolament dwar l-EMAS

    F’dan il-pass, jiġu stabbiliti objettivi u miri speċifiċi u jiġu żviluppati miżuri sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali. Dawn huma msemmijin fir-Regolament dwar l-EMAS bħala l-programm ambjentali. L-objettivi jridu jkunu marbutin b’mod ċar u mhux ambigwu mal-aspetti ambjentali sinifikanti, jikkontribwixxu għall-politika ambjentali tal-organizzazzjoni u jwasslu għal titjib attwali fil-prestazzjoni ambjentali tal-aspetti ambjentali diretti u indiretti. Il-programm ambjentali jittraduċi l-politika ambjentali tal-organizzazzjoni fil-prattika ta’ kuljum u jixpruna titjib kontinwu. L-Illustrazzjoni 16 ta’ hawn taħt turi eżempju tal-interazzjoni bejn il-politika ambjentali, l-analiżi ambjentali, l-objettivi u l-miżuri ambjentali.

    Illustrazzjoni 16

    Interazzjoni tal-analiżi ambjentali, tal-politika ambjentali, tal-objettivi u tal-miri ambjentali, tal-miżuri ppjanati u tal-programm ambjentali (Sors: Linja Gwida tas-Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali tal-EMAS għall-prattika operazzjonali, il-Kamra tal-Industrija u tal-Kummerċ fil-Bavarja)

    Image 16

    Jekk il-partijiet rilevanti tad-dokumenti ta’ referenza settorjali msemmijin fl-Artikolu 46 tar-Regolament dwar l-EMAS ikunu disponibbli għas-settur ikkonċernat, l-organizzazzjonijiet għandhom jagħmlu użu minnhom. Għandhom jintużaw meta jiġu stabbiliti u rrieżaminati l-miri u l-objettivi ambjentali tal-organizzazzjoni skont l-aspetti ambjentali rilevanti identifikati waqt l-analiżi ambjentali. Madankollu, l-issodisfar tal-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza identifikati ma huwiex obbligatorju, minħabba li l-EMAS tħalli f’idejn l-organizzazzjonijiet infushom biex jivvalutaw il-fattibbiltà tagħhom u kif jimplimentaw l-aħjar prattiki, f’termini ta’ kostijiet u ta’ benefiċċji.

    Il-programm ambjentali jinkludi r-responsabbiltajiet, perjodu ta’ żmien realistiku, u r-riżorsi meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi. Huwa għodda li tgħin lill-organizzazzjoni tippjana u timplimenta t-titjib minn jum għall-ieħor. Il-programm għandu jiġi aġġornat kontinwament, u għandu jkun dettaljat biżżejjed sabiex jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-progress fir-rigward tal-għanijiet. Ir-riżultati tal-analiżijiet ambjentali interni iservu bħala l-bażi għall-istabbiliment tal-objettivi u tal-miri u għall-iżgurar ta’ titjib kontinwu.

    L-ewwel nett, huma stabbiliti objettivi ambjentali ġenerali bħat-“tnaqqis tal-emissjonijiet li jagħmlu ħsara lill-klima” jew it-“titjib tal-effiċjenza enerġetika”. Ir-riżorsi finanzjarji, tekniċi jew umani meħtieġa għall-implimentazzjoni ma humiex għanijiet ambjentali fihom infushom; sempliċiment iservu biex jinkisbu. Imbagħad, l-objettivi ambjentali jiġu speċifikati fid-dettall u assenjati skadenza fil-mira, eż. “Tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 fil-produzzjoni b’20 % fi żmien 3 snin mid-data X” jew “Tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil tal-flotta tal-vetturi b’10 % sad-data Y”. Il-miri għandhom jiġu speċifikati b’mod ċar kemm jista’ jkun.

    Il-miri għandhom ikunu SMART.

    Specific (speċifiċi) – kull mira trid tindirizza kwistjoni waħda.

    Measurable (jistgħu jitkejlu) – kull mira għandha tiġi espressa f’termini kwantitattivi.

    Achievable (jistgħu jinkisbu) – il-miri jridu jkunu jistgħu jintlaħqu.

    Realistic (realistiċi) — il-miri għandhom ikunu eżiġenti u jħeġġu titjib kontinwu; iżda m’għandhomx ikunu ambizzjużi żżejjed. Dejjem jistgħu jiġu riveduti ladarba jkunu ntlaħqu.

    Time-bound (marbutin mal-ħin) – għandu jkun hemm skadenza għall-kisba ta’ kull mira.

    Il-miri għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-aspetti ambjentali sinifikanti tal-organizzazzjoni u tal-obbligi ta’ konformità assoċjati magħha, filwaqt li jitqiesu r-riskji u l-opportunitajiet tagħha kif identifikati fl-analiżi ambjentali. Għandha tingħata prijorità lil dawn l-aspetti ambjentali.

    Il-pass li jmiss huwa li jitfasslu miżuri konkreti li huma neċessarji sabiex jintlaħqu l-miri. Il-miżuri ma jistgħux jiġu konfużi mal-miri ambjentali.

    Tabella 4:

    Eżempji ta’ interazzjoni bejn l-objettivi, il-miri, u l-miżuri ambjentali

    Objettiv ambjentali (għan ġenerali)

    Image 17

    Mira (mira individwali)

    Image 18

    Miżura

    Il-minimizzazzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ skart perikoluż

    It-tnaqqis tal-użu tas-solventi organiċi fil-proċess b’20 % fi żmien 3 snin

    L-użu mill-ġdid is-solventi kemm jista’ jkun

    Ir-riċiklaġġ tas-solventi organiċi

    It-tnaqqis fl-emissjonijiet li jagħmlu ħsara lill-klima

    It-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 fil-produzzjoni b’20 % fi żmien 3 snin miż-żmien tax-xenarju bażi X

    Il-konverżjoni ta’ tisħin minn qabel li jaħdem bil-gass ta’ partijiet ifformati sabiex tintuża s-sħana mormija minn żoni ta’ produzzjoni oħrajn

    It-titjib tal-effiċjenza enerġetika

    Il-fjuwil użat mill-flotta tal-vetturi għandu jitnaqqas b’10 % sal-iskadenza Y

    Is-sostituzzjoni ta’ vettura b’magna ta’ kombustjoni interna fil-flotta b’vettura li taħdem bl-elettriku, u l-użu ta’ elettriku ekoloġiku

    Il-persuna jew it-tim responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ kull miżura u meta u kif se tiġi ffinanzjata għandhom jiġu speċifikati, jekk ikun neċessarju. Dan jgħin sabiex tiġi ddeterminata l-prijorità tal-miżuri potenzjali kollha ta’ titjib billi jiġi stmat l-isforz (investiment, kostijiet tal-persunal) kontra l-iffrankar. Il-miżuri ta’ prijorità għolja għandhom jiġu inklużi l-ewwel fil-programm ambjentali (45).

    Il-kompiti u r-responsabbiltajiet koperti mill-programm ambjentali u mill-awtoritajiet responsabbli huma dokumentati u kkomunikati wkoll internament. L-impjegati kollha għandhom jiġu infurmati dwar il-miżuri ppjanati u jirċievu aġġornamenti regolari tal-progress.

    Aktar tard, il-programm ambjentali huwa integrat fid-dikjarazzjoni ambjentali – spiss f’forma ta’ tabella – u ppubblikat. Jekk l-ismijiet jew il-kostijiet ma jiġux ippubblikati, tista’ ssir disponibbli verżjoni b’anqas kontenut. Madankollu, il-verifikatur ambjentali jara wkoll il-programm ambjentali dettaljat.

    Huwa importanti li l-objettivi ddefiniti jintrabtu b’mod konsistenti mal-elementi l-oħrajn, bħall-indikaturi, l-impenji vinkolanti, l-opportunitajiet/ir-riskji, u l-partijiet ikkonċernati.

    F’każ ta’ bidliet sinifikanti, il-programm ambjentali jiġi aġġustat.

    Pass 4:   Stabbiliment u implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentalil-Artikolu 4(1b), l-Anness II tar-Regolament dwar l-EMAS

    Is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (46) hija l-parti tas-sistema ta’ ġestjoni globali li tinkludi l-istruttura organizzazzjonali, l-attivitajiet ta’ ppjanar, ir-responsabbiltajiet, il-proċeduri, il-proċessi u l-mezzi għall-istabbiliment, għall-implimentazzjoni, għat-twettiq, għar-rieżami u għall-issoktar tal-politika ambjentali u għall-ġestjoni tal-aspetti ambjentali.

    Matul l-analiżi ambjentali (Pass 1), b’mod partikolari fl-analiżi tal-ambjent u fl-identifikazzjoni ta’ aspetti ambjentali sinifikanti, diġà nħolqu bażi tad-data u network bejn l-impjegati u l-maniġment – żewġ pedamenti ta’ ġestjoni ambjentali b’suċċess. Il-kompitu issa huwa li tiġi stabbilita sistema ta’ ġestjoni li tiffunzjona bi strutturi u bi proċessi speċifiċi. L-għan huwa li l-ġestjoni ambjentali tiġi integrata fil-proċessi tan-negozju rilevanti. Ir-rekwiżiti huma deskritti fl-Anness II tar-Regolament dwar l-EMAS. L-organizzazzjonijiet bl-ISO 14001 diġà għandhom ikunu konformi mal-Anness II, il-parti A tar-Regolament dwar l-EMAS, li huwa wkoll parti mill-ISO 14001.

    4.1.   Stabbiliment tar-riżorsi, tal-kompiti, tar-responsabbiltà u tal-awtorità – l-Anness II, A.5.1., A.5.3, A.7.1. tar-Regolament dwar l-EMAS

    Ir-Regolament dwar l-EMAS jistipula li l-ġestjoni tal-organizzazzjoni tipprovdi tmexxija u impenn fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali. Għalhekk, hemm bżonn ta’ kooperazzjoni u ta’ appoġġ attivi mid-diversi livelli tal-maniġment tal-organizzazzjoni. Dan huwa l-uniku mod sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi finanzjarji, umani, u tekniċi neċessarji jkunu disponibbli. Ir-rekwiżiti tal-EMAS għandhom jiġu integrati fil-proċessi tan-negozju u fl-objettivi ambjentali marbutin mad-direzzjoni strateġika li l-organizzazzjoni ssegwi.

    Ir-riżorsi, ir-rwoli, il-kompiti, ir-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet jeħtieġ li jiġu stabbiliti, iddokumentati, u kkomunikati. Il-kompiti rilevanti kollha mwettqin minn kull min huwa involut fil-ġestjoni ambjentali huma deskritti. Dan jista’ jsir permezz ta’ organigrammi, deskrizzjonijiet tax-xogħol jew tal-post tax-xogħol, l-assenjazzjoni ta’ kompiti speċifiċi, eċċ.

    Id-definizzjoni tal-kompiti, tar-responsabbiltajiet u tal-awtoritajiet hija partikolarment rilevanti għall-karigi li ġejjin:

    il-ġestjoni korporattiva u organizzazzjonali

    il-ġestjoni tan-negozju jew tas-sit

    il-ġestjoni tad-diviżjonijiet u tad-dipartimenti

    ir-rappreżentanti tal-ġestjoni ambjentali

    it-tim tal-EMAS u l-awdituri interni jew il-verifikaturi ambjentali

    l-impjegati li għandhom influwenza fuq il-ġestjoni ambjentali f’oqsma bħall-produzzjoni, il-ġestjoni tal-faċilitajiet, l-iżvilupp tal-prodotti, ix-xiri, il-ġestjoni tal-kwalità, is-sikurezza okkupazzjonali, l-IT, u l-monitoraġġ

    il-fornituri esterni, il-fornituri ta’ servizzi u s-sħab kummerċjali.

    Il-maniġment superjuri tal-organizzazzjoni jrid jaħtar rappreżentant tal-maniġment, jiġifieri persuna li fl-aħħar mill-aħħar tkun responsabbli għas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali. Ir-rwol tiegħu bħala rappreżentant tal-maniġment huwa li jiżgura li r-rekwiżiti kollha tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali jkunu implimentati, ikunu qegħdin jaħdmu u jkunu aġġornati, kif ukoll li t-tim tal-maniġment ġenerali jinżamm informat dwar kif tkun qiegħda taħdem is-sistema. Ir-rappreżentant għandu jirrapporta dwar l-aspetti b’saħħithom u d-dgħufijiet tiegħu u dwar kwalunkwe titjib meħtieġ, għandu jkun kwalifikat u esperjenzat fi kwistjonijiet ambjentali, fir-rekwiżiti legali u fil-ġestjoni relatati mal-ambjent. Għandu jkun kapaċi jikkoordina u jmexxi gruppi ta’ ħidma. Sa fejn ikun possibbli u wkoll skont id-daqs tal-organizzazzjoni, dawn il-kompetenzi għandhom ikunu disponibbli “internament”.

    4.2.   Stabbiliment ta’ proċedura għad-determinazzjoni tal-obbligi ta’ konformità u għall-evalwazzjoni tal-konformità – l-Anness II, A.6.1.3, B.4, u A.9.1.2. tar-Regolament dwar l-EMAS

    Il-konformità hija rekwiżit ewlieni skont ir-Regolament dwar l-EMAS. It-terminu “obbligi ta’ konformità” jista’ jkopri:

    ir-rekwiżiti ambjentali applikabbli għal organizzazzjoni fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni tal-UE, nazzjonali, reġjonali jew lokali, flimkien ma’ kunsens dedikat, bħall-permessi ambjentali.

    ir-rekwiżiti ambjentali li joriġinaw minn sorsi oħrajn bħall-impenji volontarji u l-ftehimiet kummerċjali, u l-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-partijiet interessati li l-organizzazzjoni tkun iddeċidiet li tikkonforma magħhom.

    Organizzazzjoni li ma tissodisfax l-obbligi ta’ konformità tagħha ma tistax tiġi rreġistrata fl-EMAS. L-EMAS tistipula li l-organizzazzjonijiet iridu jistabbilixxu proċessi għal dawn:

    id-determinazzjoni ta’ rekwiżiti ġuridiċi u oħrajn fuq bażi kontinwa u aġġornata.

    it-twettiq ta’ rieżamijiet tal-konformità u ż-żamma tad-dokumentazzjoni rilevanti.

    Dawn il-proċessi huma interkonnessi ħafna, billi r-rieżamijiet tal-konformità ma jistgħux ikunu effettivi mingħajr fehim tajjeb tal-obbligi ta’ konformità. Il-proċess għad-determinazzjoni tal-obbligi ta’ konformità jrid jiżgura li l-informazzjoni dwar l-obbligi ta’ konformità tkun dokumentata, kompluta, aġġornata, tinftiehem, u disponibbli għall-membri rilevanti tal-persunal.

    Għandhom jiġu inklużi l-elementi li ġejjin:

    l-istabbiliment tar-responsabbiltajiet u tal-awtoritajiet.

    l-iżgurar tar-riżorsi.

    id-determinazzjoni tal-frekwenza tal-azzjoni u tal-fluss tal-informazzjoni.

    L-evalwazzjoni tal-konformità tindirizza l-obbligi ta’ konformità ddeterminati kollha, filwaqt li tqis il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-organizzazzjoni. Eżempju huwa muri fit-Tabella 5 hawn taħt.

    Il-valutazzjoni ta’ jekk l-organizzazzjonijiet humiex konformi mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti kollha mhux dejjem tkun faċli. Bażijiet tad-data legali aċċessibbli liberament, servizzi mħallsin li jipprovdu informazzjoni dwar il-bidliet legali jew il-kooperazzjoni ma’ fornituri esterni tas-servizzi huma ta’ għajnuna.

    Hemm soluzzjonijiet speċjali tal-IT li jistgħu jitfasslu skont il-ħtiġijiet tal-organizzazzjoni sabiex dejjem tkun tista’ tinżamm ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi rilevanti fir-rigward tar-rekwiżiti legali. Uħud minn dawn is-soluzzjonijiet joffru kontenut aktar avvanzat li jista’ jintuża biex jiġu identifikati, iddelegati, u kkontrollati d-dmirijiet assoċjati, minbarra l-ġestjoni purament tar-regolamentazzjoni.

    Tabella 5

    Eżempju ta’ rieżami tal-konformità legali

    Il-liġi ambjentali applikabbli

    Rekwiżiti speċifiċi għal organizzazzjoni

    Status/evidenza tal-konformità

    Azzjoni meħtieġa

    Liġi dwar l-Iskart (liġi nazzjonali)

    Permess għall-ħżin tal-iskart meħtieġ

    Nuqqas ta’ konformità

    Il-permess skada

    Applikazzjoni għal permess ġdid

    L-implimentazzjoni ta’ proċedura li tiżgura applikazzjoni f’waqtha għall-permessi qabel ma jiskadu

    Liġi dwar l-Iskart (liġi nazzjonali)

    Is-segregazzjoni tal-iskart trid issir għal tal-anqas 50 % tal-iskart

    Konformità

    Is-segregazzjoni tal-iskart tilħaq 60 % tal-iskart

    Mhux Applikabbli

    Liġi dwar l-Emissjonijiet tal-Arja (liġi nazzjonali)

    Limiti tal-emissjonijiet (NOx, SOx, partikoli, eċċ.)

    Konformità

    Riżultati tal-kejl taħt il-limiti

    Mhux Applikabbli

    Liġi dwar l-Emissjonijiet tal-Arja (liġi nazzjonali)

    Approvazzjoni tal-bojler

    Konformità

    Permess validu sal-31/12/2023

    Mhux Applikabbli

    Liġi dwar il-Protezzjoni Kontra l-Istorbju (liġi nazzjonali)

    Limitu tal-istorbju fuq il-fruntiera tat-Tramuntana (żona abitata):

    55 dB matul il-jum

    45 dB billejl

    Konformità

    Riżultati tal-kejliet taħt il-limitu permissibbli

    Mhux Applikabbli

    Liġi dwar l-Ilma (liġi nazzjonali)

    Permess għall-astrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art

    Konformità

    Permess validu għal 3 snin oħrajn

    Mhux Applikabbli

    Liġi dwar l-Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra (Regolament tal-UE)

    Limiti allokati għall-gassijiet serra

    Konformità

    Emissjonijiet annwali taħt il-limitu

    Opportunità: il-bejgħ ta’ xi drittijiet ta’ emissjonijiet huwa possibbli

    Liġi dwar il-Gassijiet F (Regolament tal-UE)

    Prevenzjoni tal-ħruġ ta’ gassijiet F fl-atmosfera

    Nuqqas ta’ konformità

    It-test tat-tnixxija falla

    Skeda tat-test tat-tnixxija li għandha tiġi implimentata

    Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Produtturi (liġi nazzjonali)

    Ir-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-karti għar-rimi għandu jsir għal minimu ta’ 85 % tal-imballaġġ introdott fis-suq

    Konformità

    Ir-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-karti introdott fis-suq laħaq is-86 % fl-2022

    Mhux Applikabbli

    Minbarra r-rekwiżiti legali, l-organizzazzjonijiet jistgħu jqisu rekwiżiti ambjentali oħrajn.

    Eżempji huma pprovduti fit-Tabella 6 hawn taħt.

    Tabella 6

    Eżempju ta’ rieżami tal-konformità ma’ rekwiżiti ambjentali oħrajn

    Rekwiżiti applikabbli

    Rekwiżiti speċifiċi

    Status/evidenza tal-konformità

    Azzjoni meħtieġa

    Impenn dwar it-titjib tal-kwalità tal-arja fiż-żona tal-belt iffirmat minn kumpanija

    Bidla fil-fjuwil mill-faħam għall-gass naturali sa tmiem l-2023

    Nuqqas ta’ konformità

    Kompitu mhux komplut, iżda d-dokumentazzjoni teknika tħejjiet, u l-finanzjament ġie żgurat

    L-informar lill-partijiet interessati dwar id-dewmien.

    L-issoktar skont il-pjan

    Kuntratt mal-kuntrattur tal-iskart (riċiklatur)

    Skart tal-injam – kontenut massimu permissibbli ta’ elementi mhux tal-injam 5 kg/Mg

    Konformità

    L-ebda pretensjoni mill-kuntrattur

    Titjib fit-trattament tal-iskart għal segregazzjoni ta’ 100 %

    Karta/kartun – ndewwa massima ta’ 15 %

    Konformità

    L-ebda pretensjoni mill-kuntrattur

    Mhux Applikabbli

    Plastiks – skart tal-poliuretan segregat minn plastiks oħrajn

    Konformità

    L-ebda pretensjoni mill-kuntrattur

    Mhux Applikabbli

    Programm ambjentali stabbilit mill-organizzazzjoni b’rispons għall-ilmenti mill-ġirien dwar l-istorbju u l-impatt viżwali

    Trasport tqil (trakkijiet) mhux permess jopera billejl (22:00-06:00)

    Nuqqas ta’ konformità

    minħabba domanda tas-suq temporanjament ogħla, it-trasport tqil ġie permess meta jkun neċessarju

    Mistoqsijiet lill-ġirien dwar l-aċċettazzjoni tal-istorbju tagħhom

    Il-verifika għal miżuri ta’ kumpens

    It-tħawwil ta’ siġar sabiex jifformaw ostaklu ekoloġiku fil-fruntiera tat-Tramuntana tas-sit

    Konformità

    It-tħawwil tas-siġar komplut

    Il-forniment tal-manutenzjoni xierqa

    Il-frekwenza tar-rieżami tal-konformità jeħtieġ li tiżgura li organizzazzjoni tkun tista’ taġġorna r-rieżami tal-konformità legali tagħha u rekwiżiti ambjentali oħrajn b’mod regolari, inklużi dawk li l-organizzazzjoni tkun ħadet impenn għalihom.

    4.3   L-involviment, il-kompetenza, it-taħriġ u s-sensibilizzazzjoni tal-impjegati – l-Anness II A7.2, B.6 tar-Regolament dwar l-EMAS

    L-involviment attiv tal-impjegati huwa l-bażi għal sistema ta’ ġestjoni ambjentali ta’ suċċess. L-implimentazzjoni taħdem biss fit-tul jekk is-sistema u l-miżuri assoċjati jkunu mfasslin b’mod konġunt, mifhuma u aċċettati mill-forza tax-xogħol. Għal din ir-raġuni, huwa utli li tiġi introdotta sistema ta’ parteċipazzjoni tal-impjegati minn kmieni fil-livelli kollha, bl-involviment tar-rappreżentanti tal-impjegati. Il-progress fl-implimentazzjoni tal-EMAS għandu jiġi enfasizzat bħala suċċessi kondiviżi.

    Huwa importanti li l-persuni kollha li jwettqu attivitajiet b’impatti ambjentali sinifikanti jitħarrġu dwar l-organizzazzjoni. Minħabba dan, il-ħiliet u t-taħriġ l-ewwel jeħtieġ jiġu identifikati, u mbagħad jiġu indirizzati kif xieraq. Il-miżuri mwettqin għandhom jiġu ddokumentati. It-taħriġ u l-apprendiment kontinwu huma partikolarment rakkomandati jew saħansitra meħtieġa fil-każ ta’ bidliet fil-proċessi interni, ta’ segwitu għal aċċidenti jew għal inċidenti, ta’ bidliet fir-rekwiżiti legali, jew meta jinħatru impjegati ġodda.

    L-organizzazzjoni jeħtiġilha tfassal, timplimenta u żżomm proċedura sabiex tidentifika l-ħtiġijiet ta’ taħriġ u tagħmel dak kollu li jkun neċessarju sabiex tiżgura li l-persunal involut fis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali jkollu għarfien xieraq dwar dawn li ġejjin:

    il-politika ambjentali tal-organizzazzjoni

    ir-rekwiżiti legali u rekwiżiti ambjentali oħrajn li japplikaw għall-organizzazzjoni

    l-objettivi u l-miri stabbiliti għall-organizzazzjoni inġenerali u għall-oqsma ta’ ħidma speċifiċi tiegħu.

    l-aspetti u l-impatti ambjentali u l-metodoloġija biex dawn jiġu mmonitorjati.

    ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tiegħu fis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali.

    Kull min jaħdem għall-organizzazzjoni jew f’isimha għandu jkun konxju mir-rwol tiegħu fl-EMAS u mill-benefiċċji ambjentali tas-sistema. Kull wieħed minnhom għandu jingħata taħriġ dwar is-sensibilizzazzjoni ambjentali u dwar is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni, jew tal-anqas ikollu aċċess għalih.

    Illustrazzjoni 17

    Dijagramma sekwenzjali tal-korsijiet ta’ taħriġ fis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali

    Image 19

     

    F’xi proġetti ta’ raggruppamenti tal-EMAS fil-Ġermanja, il-“karta tal-identità ambjentali” personalizzata li saret disponibbli fis-sett ta’ għodod tal-EMAS Easy uriet il-valur tagħha fil-prattika f’ħafna kumpaniji, l-aktar fiż-żgħar. Din tikseb livell għoli ta’ impenn u ta’ sensibilizzazzjoni ta’ kull impjegat individwali fl-EMAS.

     

    L-impjegati, il-fornituri, il-kuntratturi, eċċ. tal-organizzazzjoni għandhom jiżviluppaw għarfien dwar l-aspetti u l-impatti ambjentali sinifikanti assoċjati mal-attivitajiet tagħhom u kif dawn jistgħu jgħinuhom itejbuhom permezz tal-prestazzjoni personali tagħhom. Dan jeħtieġ li r-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ kull individwu u l-konsegwenzi tad-devjazzjoni mill-proċessi stabbiliti jiġu kkomunikati b’mod ċar.

    L-impjegati involuti b’mod attiv huma forza li tixpruna titjib ambjentali kontinwu u b’suċċess u jikkontribwixxu sabiex l-EMAS issir pedament ta’ suċċess fl-organizzazzjoni. Għalhekk, l-impjegati għandhom jiġu mmotivati speċjalment mill-maniġment superjuri, pereżempju permezz ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni jew stħarriġiet, sabiex jipparteċipaw u jikkontribwixxu b’mod attiv jew billi jintegraw regolarment kwistjonijiet ambjentali fl-aġenda tal-maniġment u tal-persunal. F’dan il-kuntest, huwa importanti li kemm il-maniġment superjuri kif ukoll l-impjegati jagħtu feedback kontinwu lil xulxin dwar l-aspettattivi u l-ħtiġijiet jew il-kritika u l-apprezzament tagħhom.

    Il-parteċipazzjoni tal-impjegati fl-EMAS tista’ tkun ibbażata, pereżempju, fuq skema ta’ suġġerimenti għall-impjegati, fuq programmi ta’ inċentivi, fuq xogħol fi grupp relatat mal-proġett, fuq kumitati ambjentali jew fuq it-tim tal-EMAS maħtur b’mod permanenti. Fil-prinċipju, tagħmel sens li l-impjegati jkunu involuti b’mod attiv fil-passi kollha.

    Pereżempju, jistgħu jkunu involuti fl-attivitajiet li ġejjin (47):

    l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni tal-aspetti sinifikanti.

    l-istabbiliment u r-reviżjoni tal-proċeduri u/jew tal-istruzzjonijiet.

    il-proposta ta’ objettivi u ta’ miri ambjentali.

    il-parteċipazzjoni f’awditu ambjentali intern.

    it-tfassil jew l-aġġornament tad-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS.

     

     

    Il-Kummissjoni stabbiliet Ambaxxaturi tal-EMAS, inkluż mill-maniġment, li jikkomunikaw messaġġi personali qosra lill-persunal li jenfasizzaw kif inaqqsu l-impatt ambjentali tagħhom stess. Is-sensibilizzazzjoni tal-persunal jissaħħaħ aktar permezz ta’ network ta’ korrispondenti tal-EMAS fis-servizzi kollha li jipparteċipaw f’kampanji ta’ sensibilizzazzjoni organizzati ċentralment, u jservu bħala punt fokali għall-informazzjoni ambjentali u għal azzjoni volontarja fil-livell tas-servizz. L-involviment tal-persunal huwa wkoll dimensjoni ewlenija tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Ekoloġizzazzjoni ( https://commission.europa.eu/about-european-commission/organisational-structure/people-first-modernising-european-commission/people-first-greening-european-commission_mt ) li tistabbilixxi, bħala l-objettiv ewlieni tagħha, kif tfittex li tikseb in-newtralità klimatika fl-operazzjonijiet tagħha ta’ kuljum sal-2030.

     

    Stħarriġ komprensiv tal-impjegati huwa għodda utli ħafna fil-fażi inizjali tal-introduzzjoni tal-EMAS. Ta’ spiss wera li jista’ jipprovdi rispons utli sabiex jitnaqqsu l-impatti ambjentali, li jistgħu jsiru parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u mill-identità korporattiva.

    4.4.   Stabbiliment ta’ proċedura għall-komunikazzjoni interna u esterna – l-Anness II A 7.4. tar-Regolament dwar l-EMAS

    L-aċċess miftuħ, it-trasparenza u l-għoti ta’ informazzjoni ambjentali huma karatteristiċi ewlenin tal-EMAS li jiddistingwuha minn sistemi eżistenti oħrajn ta’ ġestjoni ambjentali. Din hija r-raġuni għaliex trid tiġi stabbilita, mmonitorjata u kkoreġuta proċedura għall-komunikazzjoni interna, u esterna jekk ikun neċessarju. L-obbligi vinkolanti jridu jiġu inklużi u l-kanali ta’ komunikazzjoni speċifiċi, l-intervalli taż-żmien u suġġetti speċifiċi jridu jiġu speċifikati .

    Il-komunikazzjoni interna u esterna tajba mill-impjegati sal-maniġment (minn isfel għal fuq) u viċi versa (minn fuq għal isfel), hija essenzjali. Il-kanali possibbli jinkludu l-intranet, il-fuljetti, il-pubblikazzjonijiet interni, il-bullettini, l-iskema ta’ suġġeriment tal-kumpanija, il-laqgħat, u l-bordijiet tal-bullettin.

    L-organizzazzjoni tirrikonoxxi l-ħtieġa għal komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, u l-valur tagħhom. Għalhekk, l-organizzazzjonijiet tal-EMAS huma impenjati li jinvolvu ruħhom fi djalogu mal-pubbliku u li jinformaw lill-partijiet interessati dwar l-impatti ambjentali tal-attivitajiet, tal-prodotti, u tas-servizzi tal-organizzazzjonijiet. Dan jinkludi l-pubblikazzjoni u t-tixrid tad-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS. Eżempji oħra ta’ opportunitajiet ta’ komunikazzjoni esterna jinkludu l-internet, sit web, il-midja soċjali, jiem ta’ kampanja, stqarrijiet għall-istampa, fuljetti u l-użu tal-logo tal-EMAS fejn ikun permess u possibbli (48). Huwa importanti li inkjesti u lmenti esterni jittieħdu b’serjetà u li dawn jiġu indirizzati billi jinħolqu proċessi fissi għall-immaniġġjar tal-ilmenti. B’mod partikolari fis-settur tal-media soċjali li jimxi b’pass mgħaġġel, hija kruċjali azzjoni kompetenti, rapida u professjonali sabiex tiġi protetta l-immaġni tal-organizzazzjoni.

    4.5.   Dokumentazzjoni u kontroll tad-dokumenti – l-Anness II, A.7.5 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Dokumentazzjoni xierqa sservi sabiex tiżgura t-tħaddim bla xkiel tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali fl-operazzjonijiet tagħha ta’ kuljum u l-fluss intern tal-informazzjoni. Hija wkoll soġġetta għall-awditu mill-verifikatur ambjentali. Minn naħa waħda, id-dokumentazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-EMAS. Min-naħa l-oħra, tissodisfa l-ħtiġijiet u l-kundizzjonijiet tal-organizzazzjoni f’termini ta’ monitoraġġ affidabbli tal-proċessi tan-negozju u tal-iżgurar tal-kontinwità tal-operat.

    L-organizzazzjoni għandha żżomm biżżejjed informazzjoni dokumentata sabiex tiżgura l-fiduċja li l-proċessi jkunu twettqu kif ippjanat (49).

    Għandu jkun hemm dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali li tkun tkopri dawn li ġejjin:

    il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali

    l-analiżi ambjentali

    ir-riżultati tar-rieżami tal-ġestjoni

    l-obbligi legali

    l-aspetti u l-impatti ambjentali sinifikanti

    l-opportunitajiet u r-riskji

    il-politika ambjentali

    l-objettivi, il-miri (objettivi speċifiċi) u l-miżuri ambjentali

    il-ħiliet u r-responsabbiltajiet

    il-komunikazzjoni

    it-taħriġ

    il-monitoraġġ tal-proċessi jew tal-attivitajiet (ambjentalment) rilevanti, b’mod partikolari l-funzjonijiet, ir-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet meħtieġa għas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, il-proċedura għall-kontroll tas-sekwenza, il-proċessi operazzjonali u l-istruzzjonijiet tax-xogħol.

    l-istat tat-tħejjija u r-rispons f’każ ta’ emerġenza

    il-monitoraġġ, il-kejl, l-analiżi, u l-evalwazzjoni

    in-nuqqas ta’ konformità u l-azzjoni korrettiva

    l-awditi interni

    azzjoni oħra li l-organizzazzjoni qieset li tkun neċessarja sabiex tiġi żgurata l-effettività tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali.

    Id-dokumenti jintużaw sabiex jirregolaw il-proċessi. Dawn huma struzzjoni u, għalhekk, iridu jiġu ttrattati, irrilaxxati, u ġestiti skont ċerti proċeduri.

    Ir-rekords jintużaw sabiex tiġi ppreservata l-evidenza. Dawn huma ġabriet tad-data ambjentalment rilevanti, ġurnali (djarji operazzjonali), rapporti ambjentali eċċ. Iservu bħala dokumentazzjoni traċċabbli għall-attivitajiet rilevanti u jipprovdu data għal titjib kontinwu fil-kumpanija.

    L-organizzazzjoni għandha toħloq, iżżomm u timmonitorja informazzjoni dokumentata b’mod suffiċjenti biex tiżgura sistema ta’ ġestjoni ambjentali xierqa, adegwata, u effettiva.

    Għandha tingħata attenzjoni partikolari għaż-żamma tar-rekords.

    Tista’ tintuża firxa wiesgħa ta’ informazzjoni sabiex tiġi ddokumentata s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali. Għalhekk, huwa importanti li jiġi stabbilit tikkettar ċar (eż., titolu, data, awtur jew numru ta’ referenza) u format xieraq (eż. f’termini ta’ lingwa, ta’ verżjoni tas-software, ta’ grafika, elettroniku jew stampat), u li jiġi żgurat li l-kontenut jiġi ppreżentat b’mod aġġornat u faċli għall-utent u f’forma rieżaminabbli.

    Sabiex jiġi żgurat li d-dokumenti jkunu disponibbli meta jkunu meħtieġa u protetti minn użu ħażin jew minn telf, it-tweġibiet għall-mistoqsijiet ta’ hawn taħt iridu jkunu magħrufin.

    Min huma d-destinatarji? Xi drittijiet ta’ aċċess għandu jkollhom (jaqraw, ibiddlu)?

    Fejn huwa post xieraq għall-ħżin?

    Kif jintuża d-dokument?

    Kif tiġi żgurata l-ħażna fit-tul (eż., back-ups regolari)?

    Kif jiġu identifikati l-aġġornamenti u l-bidliet?

    Kif jiġi ttrattat l-arkivjar wara li d-dokumenti jkunu skadew/isiru invalidi?

    Dokumenti dwar proċeduri li jiddeskrivu KIF, META u minn MIN għandhom jiġu ttrattati.

    It-trattament tad-dokumenti esterni u d-distribuzzjoni tagħhom għandhom jiġu ġestiti bir-reqqa wkoll. Id-dokumenti jinkludu l-leġiżlazzjoni u l-istandards, l-informazzjoni mill-awtoritajiet lokali u mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-manwali tal-utenti għat-tagħmir, il-ġabriet ta’ skedi dwar is-sikurezza u l-protezzjoni tas-saħħa, u l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijenti.

     

    Eżempji ta’ rekords huma dokumenti li fihom jew li jiddeskrivu:

    il-konsum tal-elettriku, tal-ilma, u tal-materja prima

    il-ġenerazzjoni tal-iskart (l-iskart perikoluż u mhux perikoluż)

    l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra

    l-inċidenti, l-aċċidenti u l-ilmenti

    ir-rekwiżiti legali

    ir-rapporti dwar l-awditi ambjentali u l-valutazzjonijiet tal-ġestjoni

    ir-rapporti tal-ispezzjonijiet

    l-aspetti ambjentali sinifikanti

    in-nuqqas ta’ konformità, u l-azzjoni korrettiva u preventiva

    il-komunikazzjoni u t-taħriġ

    il-proposti tal-persunal

    is-sessjonijiet ta’ ħidma u s-seminars.

     

    Il-proċedura għat-trattament tad-dokumenti trid issegwi l-fluss muri fl-Illustrazzjoni 18 ta’ hawn taħt.

    Illustrazzjoni 18

    Proċedura għat-trattament tad-dokumenti f’sistema ta’ ġestjoni ambjentali

    Image 20

    Is-sistema għandha tiżgura li l-verżjonijiet differenti tad-dokumenti jibqgħu disponibbli, u li d-dokumenti jibqgħu leġġibbli u faċilment identifikabbli.

    Eżempji ta’ proċeduri:

    għall-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni tal-aspetti sinifikanti.

    għall-ġestjoni tal-konformità legali.

    għall-ġestjoni tal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati.

    għall-ġestjoni tal-monitoraġġ u tal-kejl.

    għall-ġestjoni tat-tħejjija f’każ ta’ emerġenza.

    għall-ġestjoni tan-nuqqas ta’ konformità u tal-azzjoni korrettiva u preventiva.

    għall-identifikazzjoni u għall-ġestjoni tal-ħiliet, tat-taħriġ u tas-sensibilizzazzjoni.

    għall-ġestjoni tal-komunikazzjoni.

    għall-ġestjoni tad-dokumenti.

    għall-ġestjoni tar-reġistri.

    għall-ġestjoni tal-awditi interni.

    L-istruzzjonijiet tax-xogħol jistipulaw proċeduri operazzjonali speċifiċi. Għandhom jispjegaw l-importanza tal-attività, ir-riskju ambjentali assoċjat magħha, it-taħriġ speċifiku għall-persunal li huwa responsabbli sabiex iwettaqha, u s-superviżjoni xierqa. L-istruzzjonijiet tax-xogħol iridu jkunu ċari u faċli sabiex jinftiehmu, eż., bl-użu ta’ stampi, ta’ pittogrammi jew indikazzjonijiet simili.

    Ħafna organizzazzjonijiet jiġbru fil-qosor l-informazzjoni bil-miktub meħtieġa għall-EMAS f’manwal ambjentali aċċessibbli ċentralment jew f’manwal ta’ ġestjoni ambjentali. Dan ikun fih l-informazzjoni li għandha tiġi ddokumentata għall-elementi kollha msemmijin fil-bidu ta’ dan il-kapitolu. Jiżgura li d-dokumenti importanti kollha jkunu disponibbli malajr u b’mod ċar, u li tkun disponibbli l-informazzjoni dokumentata kollha meħtieġa mill-EMAS. Huwa jista’ jiġi integrat fil-pjan ta’ ġestjoni annwali tal-organizzazzjoni. Il-manwal ma għandux għalfejn ikun estensiv jew ikkumplikat. Għandu jinforma lill-persunal dwar kif l-organizzazzjoni tkun stabbiliet u strutturat is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha, ir-relazzjoni bejn id-diversi partijiet tagħha, u r-rwol ta’ kull parti kkonċernata fis-sistema. Manwal bħal dan ma huwiex obbligatorju, iżda huwa prassi tajba. Bid-diġitalizzazzjoni, is-sistemi ta’ ffajljar elettroniku saru dejjem aktar komuni.

    Skont l-Artikolu 26 tar-Regolament dwar l-EMAS, l-organizzazzjonijiet iż-żgħar jibbenefikaw minn rekwiżiti simplifikati dwar id-dokumentazzjoni: il-verifika jew il-validazzjoni għalhekk titfassal b’tali mod li l-organizzazzjonijiet iż-żgħar ikollhom jiddokumentaw biss il-proċeduri tagħhom sa ċertu punt.

    Il-Kumpass tal-EMAS tal-Bavarja jipprovdi materjali tax-xogħol, bil-Ġermaniż, sabiex jgħin fit-tħejjija ta’ manwal ambjentali.

    Jekk diġà jkun hemm sistema ta’ dokumentazzjoni fis-seħħ, eż., għall-ġestjoni tal-kwalità jew tas-sikurezza okkupazzjonali, jagħmel sens li d-dokumenti tal-EMAS jiġu integrati fiha jew li tiġi ottimizzata sabiex jiġi evitat xogħol doppju u titnaqqas il-burokrazija.

    4.6.   Ippjanar u kontroll operazzjonali – l-Anness II A.8.1 tar-Regolament dwar l-EMAS

    L-ippjanar u l-kontroll operazzjonali jinkludu l-attivitajiet kollha ta’ investigazzjoni, ta’ ppjanar u ta’ implimentazzjoni meħtieġa sabiex jiġu evitati jew imminimizzati impatti ambjentali sinifikanti jew jiġu indirizzati r-riskji u l-opportunitajiet. Jistgħu jkopru wkoll attivitajiet bħall-manutenzjoni tat-tagħmir, il-ftuħ u l-għeluq, il-ġestjoni tal-kuntratturi li jkunu fuq il-post, u s-servizzi pprovduti mill-fornituri jew mill-bejjiegħa.

    Jeħtieġ li jkun hemm proċeduri biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati, biex jiġu stabbiliti l-miri, u biex titkejjel il-prestazzjoni ambjentali (preferibbilment permezz ta’ indikaturi ambjentali ċari). Il-proċeduri jridu jiddefinixxu l-kundizzjonijiet normali. Iridu jiġu stabbiliti u deskritti l-kundizzjonijiet anormali u l-emerġenzi wkoll. Il-proċeduri ta’ kontroll operazzjonali għandhom ikunu ddokumentati tajjeb u jkunu soġġetti għal awditi interni.

    Il-kontrolli operazzjonali jistgħu jieħdu forom differenti. L-aktar effettivi huma dawk li jindirizzaw l-impatti ambjentali fis-sors, pereżempju billi jeliminaw prodotti jew operazzjonijiet dannużi jew billi jissostitwixxu sustanzi perikolużi b’oħrajn anqas perikolużi. Il-kontrolli tal-inġinerija ġeneralment jinvolvu l-użu ta’ tagħmir jew ta’ teknoloġija biex jiġi kkontrollat il-mod kif titwettaq operazzjoni. Pereżempju, dan jista’ jsir billi tiġi introdotta l-awtomatizzazzjoni tal-proċessi li ttejjeb l-effiċjenza enerġetika ta’ installazzjoni jew billi jiġu installati baċiri ta’ konteniment li jipprevjenu t-tniġġis tal-ilma u tal-ħamrija fil-każ ta’ inċident. Il-kontrolli amministrattivi jinkludu pjanijiet, regoli, proċeduri, struzzjonijiet, taħriġ, u spezzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jiggwidaw kif in-nies jaħdmu jew iwettqu l-attivitajiet tagħhom. Dan jista’ jinkludi proċeduri ta’ ħidma għall-operat ta’ tagħmir u ta’ installazzjonijiet, kif ukoll regoli għal akkwist jew għal ekodisinn b’kuxjenza ambjentali.

    L-iskema tal-proċess tal-EMAS “ippjana-agħmel-ikkontrolla-aġixxi” tappoġġa wkoll l-istabbiliment ta’ ġestjoni tal-katina tal-valur tal-provvista sostenibbli u proċessi adegwati ta’ diliġenza dovuta. L-ewwel nett, il-kumpaniji għandu jkollhom stampa ċara tal-ktajjen tal-valur tal-provvista tagħhom, li wħud minnhom huma kumplessi u globali. Imbagħad, l-impatti ambjentali kurrenti u potenzjali għandhom jiġu identifikati u jingħataw prijorità. Fuq dik il-bażi, għandhom jiġu ffissati miri, u għandhom jiġu stabbiliti, implimentati u rrieżaminati miżuri, sabiex ir-riżultat ikun titjib kontinwu fil-katina tal-valur tal-provvista. Element ċentrali meħtieġ mill-EMAS qiegħed jistabbilixxi rekwiżiti ambjentali għall-akkwist u għall-iżvilupp tal-prodotti u tas-servizzi. Ir-rekwiżiti ambjentali għall-akkwist jistgħu, pereżempju, jiġu miftiehma f’kuntratti permezz ta’ kodiċi ta’ kondotta u vverifikati permezz ta’ awditi.

    Il-kontrolli operazzjonali jistgħu jiġu applikati individwalment jew flimkien. Pereżempju, il-kontrolli amministrattivi jistgħu jintużaw sabiex jiġi żgurat li l-kontrolli tal-inġinerija jiġu applikati b’mod konsistenti u jaħdmu kif suppost. In-numru u t-tipi ta’ kontrolli operazzjonali meħtieġa jiddependu mill-kumplessità tal-attivitajiet ta’ organizzazzjoni u mill-aspetti ambjentali sinifikanti.

    Jekk jiġu ppjanati bidliet fil-proċessi tax-xogħol, dawn iridu jiġu mmonitorjati, u l-konsegwenzi jridu jiġu evalwati biex ikunu jistgħu jittieħdu kontromiżuri xierqa jekk ikunu neċessarji.

    Il-konsegwenzi ambjentali ta’ bidliet mhux intenzjonati jridu jitqiesu wkoll.

    Bl-EMAS, l-aspetti ambjentali indiretti ta’ organizzazzjoni jiġu ġestiti, minbarra l-aspetti ambjentali diretti u l-impatt fuq is-siti. L-analiżi ambjentali mwettqa matul l-evalwazzjoni tal-aspetti ambjentali (ara l-Pass 1, Ippjanar u tħejjija) turi fejn iseħħu l-impatti ambjentali fil-ktajjen tal-valur upstream u downstream. Issa l-kompitu huwa li jiġu rrikonoxxuti l-proċessi eżistenti u li jiġu stabbiliti proċessi oħrajn effettivi ġodda biex jiġu evitati l-impatti potenzjali fuq l-ambjent u ħalli jiġu mminimizzati jew eliminati l-impatti ambjentali eżistenti. Għal dak l-għan, iridu jiġu stabbiliti rekwiżiti ambjentali f’kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott jew servizz (eż. għall-iżvilupp ta’ prodott jew servizz, l-akkwist, jew il-proċessi esternalizzati) u stabbiliti fl-istruzzjonijiet proċedurali u tax-xogħol rilevanti. Ir-rekwiżiti ambjentali essenzjali għandhom jiġu kkomunikati lis-sħab kuntrattwali tal-organizzazzjoni. Jekk ikun neċessarju, il-klijenti u partijiet ikkonċernati oħrajn jeħtiġilhom jingħataw informazzjoni ambjentali dwar it-trasport u l-konsenja, l-użu, it-trattament fi tmiem il-ħajja u r-rimi finali tal-prodotti u tas-servizzi. Il-proċessi esternalizzati u l-aspetti ambjentali, ir-riskji u l-opportunitajiet iridu jiġu mmonitorjati.

    4.7.    Tħejjija u rispons f’każ ta’ emerġenza – l-Anness II A.8.2 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Għandhom jiġu identifikati sitwazzjonijiet potenzjali ta’ emerġenza li jistgħu jħallu impatt fuq l-ambjent. Iridu jiġu stabbiliti proċessi li, idealment, jevitaw dawk is-sitwazzjonijiet, jew jillimitaw l-impatt tagħhom, permezz ta’ rispons ippjanat (ara l-Illustrazzjoni 19). Għalhekk, l-impatti ambjentali negattivi (ippjanati/mhux ippjanati) jiġu evitati jew immitigati.

    Il-miżuri ta’ tħejjija u rispons f’każ ta’ emerġenza għandhom jiġu rrieżaminati regolarment bl-għan li jiġu evitati emerġenzi. Il-proċessi u l-pjanijiet ta’ emerġenza għandhom jiġu ttestjati regolarment, jekk ikun possibbli. Huwa rrakkomandat li l-inċidenti jew is-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jiġu ddokumentati, u mhux biss dawk li seħħew, iżda wkoll li kważi seħħew. Dan jgħin sabiex jiġi identifikat u jixxejjen il-periklu potenzjali fi żmien xieraq.

    Illustrazzjoni 19

    Ġestjoni tal-pjanijiet f’każ ta’ emerġenza.

    Image 21

    L-impjegati u partijiet interessati oħra għandhom jiġu informati u jitħarrġu dwar il-miżuri ta’ tħejjija għal emerġenza u ta’ prevenzjoni tal-perikli. Il-qasam tat-tħejjija għal emerġenza huwa l-interfaċċa bejn l-EMAS u s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali. L-għarfien espert tal-esperti tal-organizzazzjoni jista’ jintuża f’dan il-punt minħabba li l-aċċidenti ambjentali spiss jinvolvu wkoll riskji għall-impjegati. Il-valutazzjonijiet tal-perikli jew il-briefings dwar is-sikurezza, li huma obbligi legali għall-organizzazzjoni fi kwalunkwe każ, jistgħu jiġu estiżi faċilment sabiex jinkludu aspetti ambjentali. L-aġenziji esterni, bħall-awtoritajiet ambjentali, l-assoċjazzjonijiet tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà tal-impjegaturi jew id-dipartiment lokali tat-tifi tan-nar jistgħu jkunu involuti wkoll fl-iżvilupp ta’ approċċ ta’ emerġenza.

    4.8.   Monitoraġġ, kejl u analiżi tal-prestazzjoni ambjentali – l-Anness II A.9.1 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Sabiex iżżomm rendikont tal-effettività tal-EMAS, l-organizzazzjoni għandha timmonitorja u tkejjel il-prestazzjoni ambjentali tagħha. Imbagħad għandha tanalizza u tevalwa r-riżultati sabiex dawn li ġejjin ikunu jistgħu jiġu aġġustati b’mod regolari:

    l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha, bħall-emissjonijiet fl-atmosfera, l-ilma mormi, l-istorbju, il-materja prima u l-konsum tal-enerġija.

    il-politika u l-programm ambjentali tagħha.

    is-sensibilizzazzjoni ambjentali tal-impjegati.

    l-organizzazzjoni għandha tasal għal konklużjonijiet siewja mir-riżultati biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha.

    Iridu jitqiesu r-rekwiżiti legali dwar il-monitoraġġ, u l-kriterji għall-monitoraġġ, bħall-frekwenza tal-ispezzjonijiet, u l-metodoloġija użata trid tikkonforma magħhom.

    Informazzjoni dwar dawn ta’ hawn fuq hija utli biex jiġu żgurati:

    il-konformità mar-rekwiżiti legali u mar-regolamenti.

    l-evalwazzjoni akkurata tal-prestazzjoni ambjentali.

    dikjarazzjoni ambjentali kompluta u trasparenti.

    Jistgħu jitkejlu u jiġu mmonitorjati fatturi oħrajn ukoll skont il-ħtiġijiet tal-organizzazzjoni, bħal dawn li ġejjin:

    l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha.

    il-politika u l-objettivi ambjentali.

    il-livell ta’ sensibilizzazzjoni fost l-impjegati, eċċ.

    Jista’ jintuża biss tagħmir tal-kejl ikkalibrat jew ittestjat għall-kejl, kif xieraq. Dak it-tagħmir irid jiġi vverifikat b’mod regolari u, jekk ikun neċessarju, jiġi ssostitwit jew jinżamm, u r-rekords iridu jinżammu.

    4.9.   Proċedura għat-trattament tan-nuqqas ta’ konformità u għat-teħid ta’ azzjoni korrettiva – l-Anness II, A.10.2 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Nuqqas ta’ konformità tfisser kwalunkwe nuqqas ta’ ssodisfar tar-rekwiżiti speċifikati fir-Regolament dwar l-EMAS. Dan jinkludi kwalunkwe rekwiżit legali vinkolanti, permess u rekwiżit vinkolanti volontarju. Meta tinstab kwistjoni ta’ nuqqas ta’ konformità, il-korp kompetenti jista’ jipposponi wkoll ir-reġistrazzjoni tal-EMAS f’każijiet bħal dawn.

    Minkejja ppjanar tajjeb, il-kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità minħabba żbalji umani jew żbalji ta’ eżekuzzjoni mhux dejjem jistgħu jiġu evitati, anke f’organizzazzjonijiet reġistrati fl-EMAS. Huwa importanti li dan jiġi indirizzat u li tiġi żviluppata kultura kostruttiva bl-għan li jiġu rrikonoxxuti d-devjazzjonijiet u tittieħed azzjoni korrettiva. Skont is-severità, ir-reġistrazzjoni fl-EMAS tista’ tiġi sospiża sakemm tittieħed azzjoni ta’ rimedju, jew tista’ saħansitra titneħħa.

    In-nuqqas ta’ konformità jista’ jiġi identifikat fil-qafas tal-kontroll tal-fluss, tal-awditjar ambjentali, tal-valutazzjoni tal-ġestjoni, tal-ispezzjonijiet jew tax-xogħol ta’ kuljum.

    L-organizzazzjoni jaf tkun tixtieq tfassal, timplimenta u żżomm proċedura sabiex tittratta nuqqas ta’ konformità kurrenti jew potenzjali mar-rekwiżiti tal-EMAS. Il-proċedura tista’ tispeċifika kif:

    jiġi identifikat u kkoreġut in-nuqqas ta’ konformità.

    jiġu investigati l-kawża u l-effetti tan-nuqqas ta’ konformità.

    tiġi vvalutata l-ħtieġa għal azzjoni sabiex il-każ ma jerġax iseħħ.

    jiġu rreġistrati r-riżultati tal-azzjonijiet korrettivi li jkunu ttieħdu.

    tiġi vvalutata l-ħtieġa għal miżuri biex jiġi evitat nuqqas ta’ konformità.

    tiġi implimentata azzjoni preventiva xierqa ta’ sabiex jiġi evitata nuqqas ta’ konformità.

    tiġi rrieżaminata l-effettività tal-azzjonijiet korrettivi u ta’ prevenzjoni.

    jiġu informati l-partijiet rilevanti.

     

    Eżempju ta’ nuqqas ta’ konformità potenzjali

    Għalkemm l-organizzazzjoni għandha direttiva proċedurali li tirrikjedi li d-dwal jintfew, dan ma jseħħx, u dan jirriżulta f’konsum tal-enerġija mhux meħtieġ. Dan ikun nuqqas ta’ konformità. L-analiżi tal-kawża ewlenija (l-impjegati jinsew) u miżura preventiva speċifika, bħall-installazzjoni ta’ detetturi tal-moviment, iservu sabiex jimminimizzaw in-nuqqas ta’ konformità u jwasslu għal titjib (bl-iffrankar tal-enerġija).

    Eżempji oħrajn jistgħu jkunu:

    reġistrazzjonijiet mhux xierqa.

    żball fis-senjalar taż-żona ta’ depożitu tal-iskart.

    informazzjoni mhux kompluta dwar żoni perikolużi jew sustanzi perikolużi.

    proċeduri interni li ma jistgħux jiġu aċċessati mill-impjegati.

    apparati tat-tifi tan-nar użati temporanjament sabiex iżommu l-bibien miftuħin, imbagħad jitħallew hemm minflok ma jiġu rritornati lura fil-post tal-ħżin xieraq tagħhom.

    F’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, l-organizzazzjoni jeħtiġilha:

    Twettaq analiżi tal-kawża ewlenija (50)

    twieġeb għalih u, jekk ikun neċessarju, tieħu miżuri xierqa sabiex tikkontrollah u tikkoreġih u tittratta l-konsegwenzi tiegħu, b’mod partikolari sabiex jittaffew l-impatti ambjentali negattivi.

    tevalwa l-ħtieġa għal azzjoni sabiex tiġi eliminata l-kawża.

    tieħu kwalunkwe azzjoni neċessarja u tivverifika l-effettività tagħha.

    jekk neċessarju, timmodifika s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali.

    In-natura tan-nuqqas ta’ konformità u kwalunkwe azzjoni sussegwenti meħuda, kif ukoll ir-riżultati tal-azzjoni korrettiva meħuda, iridu jiġu rreġistrati u inklużi fl-informazzjoni dokumentata (ara l-Kapitolu 4.5 preċedenti).

    Ir-rappreżentant tal-maniġment superjuri għall-ambjent nominat huwa responsabbli li jidentifika n-nuqqas ta’ konformità u jniedi l-azzjoni korrettiva u normalment ikun appoġġat minn persunal responsabbli nominat ieħor. Barra minn hekk, kwalunkwe impjegat jista’ jagħmel dan ukoll. B’mod partikolari, l-impjegati għandhom ikunu konxji tal-ħtieġa li jiġi żgurat l-aktar żmien ta’ rispons rapidu possibbli.

    Pass 5:   Awditu intern – l-Artikolu 9, l-Anness III tar-Regolament dwar l-EMAS

    5.1.    Stabbiliment ta’ proċedura ta’ awditu ambjentali intern.

    Awditu ambjentali intern huwa l-evalwazzjoni sistematika, dokumentata, perjodika u oġġettiva tal-prestazzjoni ambjentali, tas-sistema ta’ ġestjoni u tal-proċessi għall-ħarsien tal-ambjent ta’ organizzazzjoni. Ma għandux jiġi konfuż mal-analiżi ambjentali inizjali (ara wkoll il-Kapitolu 1.4.).

    L-organizzazzjoni jeħtiġilha tistabbilixxi proċedura ta’ awditu intern bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni. Din trid tkopri r-responsabbiltajiet u r-rekwiżiti għall-ippjanar u għat-twettiq tal-awditi, għar-rapportar tar-riżultati u għaż-żamma tar-rekords, għad-determinazzjoni tal-kriterji tal-awditjar, tal-kamp ta’ applikazzjoni, tal-frekwenza, u tal-metodi.

    L-objettiv tal-awditu ambjentali huwa li jiddetermina:

    jekk is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tissodisfax ir-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-EMAS.

    jekk din ġietx implimentata u hijiex miżmuma tajjeb jew le.

    jekk il-maniġment tal-organizzazzjoni jirċevix l-informazzjoni li jeħtieġ sabiex jevalwa l-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni.

    il-konformità mal-politika u mal-programm tal-organizzazzjoni, li jridu jinkludu l-konformità mar-rekwiżiti legali u ma’ rekwiżiti oħrajn relatati mal-ambjent.

    kemm l-EMAS qed taħdem b’mod effettiv.

    L-awditu ambjentali intern ivarja mill-awditu estern minħabba li huwa primarjament awtoawditjar tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali għal skopijiet interni, u r-riżultati tiegħu jibqgħu fi ħdan l-organizzazzjoni. Għalhekk, in-“nuqqasijiet” identifikati ma għandhom l-ebda influwenza fuq l-istatus tar-reġistrazzjoni fl-EMAS iżda għandhom jintużaw bħala inċentiv sabiex is-sistema tiġi adattata u tittejjeb. L-awditu estern mill-verifikaturi ambjentali normalment iseħħ wara li tkun tħejjiet id-dikjarazzjoni ambjentali. L-awditu intern jipprovdi bażi għall-awditu estern.

    L-organizzazzjoni jeħtiġilha twettaq l-attivitajiet ta’ hawn taħt.

    Tfassal programm tal-awditjar.

    Tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-awditu. Dan se jkun jiddependi fuq id-daqs tal-organizzazzjoni u fuq it-tip tagħha. Il-kamp ta’ applikazzjoni jrid jispeċifika l-oqsma koperti, l-attivitajiet li għandhom jiġu awditjati, il-kriterji ambjentali li għandhom jitqiesu u l-perjodu għandu jiġi kopert.

    Tispeċifika r-riżorsi meħtieġa sabiex jitwettaq l-awditu, pereżempju, persunal imħarreġ sewwa b’għarfien tajjeb dwar l-attività, l-aspetti tekniċi, l-aspetti ambjentali u r-rekwiżiti legali.

    Tiżgura li l-attivitajiet kollha tal-organizzazzjoni jitwettqu f’konformità ma’ proċeduri definiti minn qabel.

    Tidentifika problemi potenzjali ġodda u tistabbilixxi miżuri sabiex tipprevjeni milli jseħħu.

    Il-persunal involut fl-awditu jeħtieġlu jipprova jibqa’ oġġettiv u indipendenti u jkollu fehim ċar tal-objettivi ambjentali stabbiliti, kif ukoll tar-rwol speċifiku ta’ kull parti kkonċernata (diretturi, maniġers intermedji, impjegati, awdituri ambjentali, eċċ.). Spiss jista’ jkun utli li jintuża tim ta’ awdituri li jinkludi persuni minn oqsma differenti. L-awditu jista’ jitwettaq minn persunal intern jew minn partijiet esterni, bħal konsulenti, maniġers ambjentali minn organizzazzjonijiet oħrajn, awdituri ambjentali.

    Ir-riżultat tal-awditu ambjentali huwa li jiġi żgurat li l-attivitajiet kollha tal-organizzazzjoni jitwettqu skont proċeduri stabbiliti minn qabel. Barra minn hekk, jistgħu jiġu identifikati problemi potenzjali u miżuri korrettivi u preventivi.

    5.1.1.    Frekwenza tal-awditi

    L-organizzazzjoni jeħtiġilha twettaq l-awditi ambjentali interni kull sena f’intervalli ppjanati sabiex ikollha ħarsa ġenerali tajba tal-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha. Iċ-ċiklu tal-awditjar, li jkopri l-attivitajiet kollha tal-organizzazzjoni, irid jitlesta fi żmien 3 snin (51). Dan ifisser li l-oqsma kollha tal-organizzazzjoni jridu jkunu ġew awditjati tal-anqas darba matul dak il-perjodu. L-organizzazzjonijiet iż-żgħar jistgħu jtawlu dan il-perjodu għal 4 snin (52).

    Il-frekwenza tal-awditi għal kull attività speċifika tvarja skont l-affarijiet li ġejjin:

    in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attività kkonċernata.

    is-sinifikat tal-impatti ambjentali assoċjati.

    l-importanza u l-urġenza tal-problemi identifikati mill-awditi preċedenti.

    l-istorja ta’ problemi ambjentali.

    Attivitajiet kumplessi b’impatt ambjentali aktar sinifikanti jridu jsirulhom awditi aktar ta’ spiss.

    5.1.2.    Attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-awditjar ambjentali intern

    Maniġer tal-awditjar jista’ jinħatar sabiex jorganizza u jiġġestixxi l-awditu ambjentali. Sabiex jiġi implimentat il-programm tal-awditjar, il-kompiti għandhom jitqassmu fi ħdan it-tim tal-awditjar. Il-listi ta’ kontroll jistgħu jappoġġaw l-awditu ambjentali wkoll. Il-programm tal-awditjar għandu jiġi kkomunikat lill-parteċipanti kollha sabiex jiġi żgurat li l-proċess jaħdem mingħajr xkiel.

    L-awditu normalment jikkonsisti fi spezzjonijiet fuq il-post, f’intervisti mal-impjegati, u f’rieżami tad-dokumenti. Dan jinkludi, pereżempju, it-tqabbil tal-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali mal-objettivi u mal-miżuri stabbiliti, l-eżaminar tal-kundizzjonijiet u tat-tagħmir operattivi, tar-rekords, tal-proċeduri bil-miktub u ta’ dokumentazzjoni rilevanti oħra. Dan għandu l-għan li jivvaluta l-fehim tal-organizzazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali. Kompitu ieħor huwa l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-attività partikolari awditjata. Dan jgħin sabiex jiġi ddeterminat jekk ir-regolamenti u l-obbligi applikabbli jkunux qegħdin jiġu rrispettati u jekk l-objettivi u l-miri ambjentali fformulati fil-programm ambjentali jkunux qegħdin jintlaħqu. Dan jikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-aspetti b’saħħithom u tad-dgħufijiet tas-sistema ta’ ġestjoni. L-awditu ambjentali jrid jiddetermina wkoll jekk is-sistema fis-seħħ tkunx adegwata biex jiġu ġestiti b’mod effettiv u xieraq ir-responsabbiltajiet u l-prestazzjoni ambjentali. Il-konformità ma’ dawn il-kriterji kollha tiġi vverifikata fuq bażi ta’ kampjun.

    L-impjegati għandhom jittrattaw din is-sitwazzjoni bħala opportunità biex jiddikjaraw b’mod miftuħ fejn jaraw lok għal titjib potenzjali. L-għan tal-awditu ambjentali huwa li jidentifika l-aspetti dgħajfin possibbli fis-sistema. Flimkien mal-impjegati, il-verifikaturi jistgħu jidentifikaw u jiżviluppaw opportunitajiet għall-bidla u għat-titjib.

    Jekk l-impjegati tal-kumpanija jwettqu l-awditu ambjentali, huwa rrakkomandat li jiġu involuti l-impjegati minn oqsma jew minn siti tax-xogħol oħrajn sabiex tiġi evitata l-“għama operazzjonali” u biex tiġi żgurata l-oġġettività neċessarja.

    Fl-aħħar nett, ir-riżultati tal-awditu ambjentali jiġu evalwati u jitfasslu l-konklużjonijiet, li għandhom jinġabru fil-qosor f’rapport. Ir-riżultati jipprovdu bażi importanti għall-iżvilupp ulterjuri tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u tal-prestazzjoni ambjentali.

    5.1.3.    Rapportar dwar il-konklużjonijiet tal-awditu ambjentali

    L-għan tar-rapport tal-awditjar huwa li jipprovdi lill-maniġment superjuri:

    evidenza bil-miktub dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-awditu.

    informazzjoni dwar kemm intlaħqu l-objettivi.

    informazzjoni dwar jekk l-objettivi humiex konformi mal-politika ambjentali tal-organizzazzjoni jew le.

    informazzjoni dwar l-istat ta’ konformità mar-rekwiżiti legali u ma’ rekwiżiti oħra relatati mal-ambjent, u informazzjoni dwar il-miżuri meħuda sabiex jiġi żgurat li tkun tista’ tintwera l-konformità.

    informazzjoni dwar l-affidabbiltà u l-effettività tas-sistema ta’ ġestjoni.

    l-azzjonijiet korrettivi proposti, jekk ikun hemm bżonn.

    Ir-rapport irid jiġi sottomess lir-rappreżentant tal-maniġment tal-EMAS, li jiffinalizza l-azzjonijiet korrettivi meta jiġi identifikat nuqqas ta’ konformità (jew nuqqas ta’ konformità mal-obbligi legali).

    5.2.   Rieżami tal-ġestjoni – l-Anness II A.9.3 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Il-maniġment superjuri għandu jirrieżamina s-sistema ta’ ġestjoni regolarment (tal-anqas darba fis-sena) sabiex jiżgura li din tkun adattata għall-iskop tagħha u jivverifika l-effettività, l-idoneità, u l-adegwatezza tagħha.

    Ir-rieżami tal-ġestjoni jrid jitwettaq regolarment f’intervalli ppjanati. It-twaqqit u l-frekwenza tar-rieżami tal-ġestjoni jistgħu jiġu awtodeterminati. Madankollu, ir-rieżami tal-ġestjoni jrid jitlesta qabel l-ewwel reġistrazzjoni u mat-tiġdid tar-reġistrazzjoni kull 3 snin (kull 4 snin għal organizzazzjonijiet żgħar). Ir-rieżami tal-ġestjoni jrid jiġi ddokumentat kif xieraq. Ir-rieżami tal-ġestjoni jitħejja u jiġi akkumpanjat mir-rappreżentant tal-maniġment superjuri għall-ambjent.

    Ir-rappreżentant ambjentali jista’ jiġbor l-input li ġej għall-maniġment superjuri tal-organizzazzjoni:

    l-istatus tal-miżuri mir-rieżamijiet tal-ġestjoni preċedenti.

    il-bidliet fl-aspetti ambjentali, fl-analiżi tal-kuntest, fl-impenji vinkolanti, u fir-riskji u fl-opportunitajiet.

    il-grad ta’ lħuq tal-objettivi u tal-miri ambjentali.

    informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni, inklużi n-nuqqas ta’ konformità u l-azzjoni korrettiva, il-monitoraġġ u l-kejl tar-riżultati, il-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli u ma’ obbligi vinkolanti oħrajn, ir-riżultati tal-awditi interni.

    l-adegwatezza tar-riżorsi.

    il-kummenti rilevanti mill-partijiet interessati, inklużi lmenti, u miżuri ta’ komunikazzjoni esterna.

    l-opportunitajiet għal titjib kontinwu.

    Bħala riżultat tar-rieżami tal-ġestjoni, il-maniġment superjuri għandu, bħala minimu:

    joħroġ konklużjonijiet dwar l-idoneità, l-adegwatezza u l-effettività kontinwi tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali.

    jiddeċiedi dwar l-opportunitajiet għal titjib kontinwu.

    jiddeċiedi dwar il-ħtieġa għal bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, inklużi r-riżorsi meħtieġa.

    jiddefinixxi kwalunkwe miżura meħtieġa jekk il-miri ambjentali ma jintlaħqux.

    jiddiskuti modi kif tittejjeb l-integrazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali fi proċessi oħrajn tan-negozju.

    jidentifika kwalunkwe implikazzjoni għad-direzzjoni strateġika tal-organizzazzjoni.

    B’mod partikolari, ir-Regolament dwar l-EMAS jenfasizza l-importanza li s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tiġi integrata fl-istrateġija organizzazzjonali. Għaldaqstant, il-maniġment superjuri jieħu rwol ta’ tmexxija fil-ġestjoni ambjentali u jixpruna t-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali. Huwa importanti li jiġu pprovduti riżorsi u infrastruttura xierqa. Barra minn hekk, il-maniġers fil-livelli kollha u fl-oqsma kollha tal-organizzazzjoni għandhom ikunu involuti f’dan il-proċess u jipparteċipaw sa minn stadju bikri tar-reġistrazzjoni u tal-evalwazzjoni tal-aspetti ambjentali. Dan l-impenn iżid il-viżibbiltà tal-ġestjoni ambjentali u għandu jżid ukoll il-motivazzjoni fost il-forza tax-xogħol kollha sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali.

     

    Eżempji ta’ mistoqsijiet għall-maniġment superjuri

    Ir-rappreżentant ambjentali jista’ jkun involut fil-proċess ta’ rieżami tal-ġestjoni u jkun disponibbli sabiex jipprovdi kjarifika għall-maniġment superjuri dwar il-kwistjonijiet ta’ hawn taħt.

    X’korsijiet ta’ azzjoni jirriżultaw mir-riżultati tal-awditu ambjentali intern?

    L-għanijiet ambjentali stabbiliti ntlaħqu? Jekk le: għaliex?

    Qegħdin nikkonformaw mal-impenji vinkolanti kollha? Hemm bżonn ta’ azzjoni dwar oħrajn ġodda?

    Hemm xi żviluppi ġodda fir-rekwiżiti ġuridiċi u f’rekwiżiti oħrajn fir-rigward tal-aspetti ambjentali?

    Għandna bżonn naġġornaw il-politika ambjentali tagħna?

    Kif nevalwaw il-prestazzjoni ambjentali tagħna?

    Il-kompiti u r-responsabbiltajiet definiti għadhom biżżejjed u adattati?

    Nużaw ir-riżorsi tagħna b’mod korrett u effiċjenti?

    X’inhuma s-suġġerimenti għal titjib potenzjali?

    L-impjegati huma involuti?

    Kemm hija effettiva l-komunikazzjoni interna u esterna tagħna?

    Hemm xi lment jew kumment minn partijiet esterni, u x’rispons irċivew?

    Kienet meħtieġa azzjoni korrettiva u x’inhu l-istatus?

    Ġew implimentati azzjonijiet minn rieżamijiet tal-ġestjoni preċedenti?

    Kien hemm xi tibdil sinifikanti? Jekk iva, il-valutazzjoni ambjentali ġiet addattata?

     

    Pass 6:   Ħolqien tad-dikjarazzjoni ambjentali.

    “Dikjarazzjoni ambjentali” tfisser l-informazzjoni komprensiva mogħtija lill-pubbliku u lil partijiet interessati oħrajn rigward: l-istruttura u l-attivitajiet tal-organizzazzjoni; il-politika ambjentali u s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħha; l-aspetti u l-impatti ambjentali tagħha; il-programm, l-objettivi u l-miri ambjentali tagħha; il-prestazzjoni ambjentali u l-konformità mal-obbligi legali applikabbli relatati mal-ambjent.

    6.1   Tħejjija tad-dikjarazzjoni ambjentali – l-Anness IV tar-Regolament dwar l-EMAS

    Il-karatteristika speċjali tal-EMAS hija t-trasparenza permezz tar-rapportar ambjentali pubbliku. Din hija waħda mill-karatteristiċi uniċi tal-EMAS li tiddistingwiha minn sistemi ta’ ġestjoni ambjentali oħrajn. Tagħmilha faċli biex il-pubbliku jifhem l-impenn tal-organizzazzjoni li tieħu azzjonijiet ambjentali li jikkontribwixxu għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tagħha.

    Ir-rappreżentant tal-maniġment superjuri ambjentali jissorvelja t-tħejjija u l-abbozzar tad-dikjarazzjoni ambjentali. Huwa rrakkomandat li l-maniġment superjuri jikteb daħla li fiha jenfasizza l-importanza tal-ħarsien tal-ambjent u r-raġunijiet għall-parteċipazzjoni fis-sistema EMAS.

     

    Pereżempju, id-dikjarazzjoni ambjentali tista’ tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-organizzazzjoni sabiex turi lill-partijiet interessati tagħha x’qiegħda tagħmel sabiex tħares l-ambjent. Għal aktar informazzjoni, aqra l-istudju tal-każ Writing and disseminating the environmental statement.

     

    Il-kontenut tad-dikjarazzjoni ambjentali jrid jiġi vverifikat minn verifikatur ambjentali liċenzjat/akkreditat u jrid jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku (53).

    Għandha tiġi pprovduta wkoll verżjoni elettronika lill-korpi kompetenti li huma responsabbli sabiex itellgħuha fir-reġistru tal-EMAS tal-Kummissjoni Ewropea (54).

    Il-ġabriet tad-dikjarazzjonijiet ambjentali jinżammu wkoll f’post ċentrali fir-reġistri nazzjonali tal-EMAS fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri.

    6.1.1   Rekwiżiti minimi għad-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS — l-Anness IV B tar-Regolament dwar l-EMAS

    L-organizzazzjoni tista’ tiddeċiedi dwar id-dettalji, l-istruttura u d-disinn tad-dikjarazzjoni, dment li l-kontenut tagħha jkun ċar, affidabbli, kredibbli u korrett.

    Il-kontenut minimu speċifikat jista’ jiġi ssupplimentat b’informazzjoni u b’kemm-il messaġġ u immaġni l-organizzazzjoni tqis xierqa.

    Id-dikjarazzjoni ambjentali trid tinkiteb bil-lingwa uffiċjali tal-pajjiż fejn jinsab is-sit jew l-organizzazzjoni. Meta sit ikun jinsab barra mill-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tkun irreġistrata, id-dikjarazzjoni ambjentali trid tkun disponibbli f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dak il-pajjiż. Meta tiġi ppubblikata dikjarazzjoni ambjentali ġenerali f’bosta siti u pajjiżi, trid tiġi ppubblikata jew f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tkun irreġistrata jew f’lingwa miftiehma mal-korp kompetenti.

    L-organizzazzjoni hija libera li tinkludi d-dikjarazzjoni ambjentali tagħha fir-rapport annwali tagħha jew f’rapporti oħrajn, bħal rapport dwar is-sostenibbiltà. Meta tiġi integrata fid-dokumenti ta’ rapportar ta’ dak it-tip, trid issir distinzjoni ċara bejn l-informazzjoni vvalidata u dik mhux ivvalidata. Id-dikjarazzjoni ambjentali trid tkun identifikata b’mod ċar (eż., billi jintuża l-logo tal-EMAS) u d-dokument irid jinkludi spjegazzjoni qasira tal-proċess ta’ validazzjoni fil-kuntest tal-EMAS.

    It-tħejjija tad-dikjarazzjoni ambjentali tinkludi tal-anqas il-kontenut li ġej:

    a)

    sommarju tal-attivitajiet u tal-prodotti u tas-servizzi tal-organizzazzjoni, u tar-relazzjoni tagħha ma’ kull organizzazzjoni prinċipali kif xieraq u deskrizzjoni ċara u mhux ambigwa tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistrazzjoni fl-EMAS li tinkludi lista tas-siti inklużi f’din ir-reġistrazzjoni.

    Jistgħu jintużaw ċarts, mapep, dijagrammi sekwenzjali, ritratti mill-ajru, eċċ. sabiex tintwera d-dikjarazzjoni ambjentali. Barra minn hekk, għandhom jiżdiedu l-kodiċijiet NACE sabiex jiddeskrivu l-attività.

    b)

    Il-politika ambjentali tal-organizzazzjoni u deskrizzjoni fil-qosor tal-istruttura ta’ governanza tagħha li tappoġġa s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni.

    Il-politika ambjentali tal-organizzazzjoni trid tiġi inkluża bis-sħiħ fid-dikjarazzjoni ambjentali. Deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, tal-ħidma u tal-istruttura organizzazzjonali tista’ tiġi mmappjata b’mod ċar.

    c)

    Deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali diretti u indiretti sinifikanti kollha li jirriżultaw f'impatti ambjentali sinifikanti tal-organizzazzjoni u deskrizzjoni qasira tal-approċċ li jintuża biex jiġi determinat is-sinifikat tagħhom flimkien ma' spjega tan-natura tal-impatti kif relatati ma' dawn l-aspetti.

    Għandu jkun hemm deskrizzjoni qasira tal-proċedura għad-determinazzjoni tas-sinifikat ta’ dawn l-aspetti. L-aspetti ambjentali diretti u indiretti għandhom jiġu elenkati b’mod separat. L-impatti ambjentali li għandhom jiġu deskritti jistgħu jintwerew permezz ta’ tabelli jew dijagrammi.

    d)

    Deskrizzjoni tal-objettivi u l-miri ambjentali fir-rigward tal-aspetti u l-impatti ambjentali sinifikattivi.

    Fuq il-bażi tal-programm ambjentali, bl-għanijiet ambjentali u bil-miri speċifiċi tiegħu, jistgħu jintużaw l-indikaturi sabiex jiġi vvalutat il-progress rispettiv fit-titjib tal-prestazzjoni ambjentali fir-rigward tal-aspetti ambjentali ewlenin tal-organizzazzjoni u sabiex din titqiegħed u tiġi spjegata fil-kuntest tal-miżuri speċifiċi meħudin jew ippjanati għal dak l-għan.

    Jekk il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni se tiġi marbuta mal-industrija tagħha, id-dokument ta’ referenza settorjali, meta jkun disponibbli, jista’ jgħin biex dan isir. Għandha ssir referenza għall-aħjar prattiki ta’ ġestjoni ambjentali rilevanti deskritti fid-dokument ta’ referenza settorjali sabiex jiġu identifikati u possibbilment tingħata prijorità lill-miżuri u lill-azzjonijiet sabiex (tkompli) tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali. L-organizzazzjoni għandha tivvaluta r-rilevanza u l-applikabbiltà tal-aħjar prassi ta’ ġestjoni ambjentali u tal-parametri referenzjarji fuq il-bażi tal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati, u fuq il-bażi tal-aspetti tekniċi u finanzjarji.

    e)

    Deskrizzjoni tal-azzjonijiet implimentati u ppjanati biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali, jinkisbu l-għanijiet u jintlaħqu l-miri u tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti legali marbuta mal-ambjent.

    Fejn tkun disponibbli, għandha ssir referenza għall-aħjar prattiki ta’ ġestjoni ambjentali ppreżentati fid-dokumenti ta' referenza settorjali msemmija fl-Artikolu 46.

    f)

    Sommarju tad-data disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni fir-rigward tal-aspetti ambjentali sinifikanti.

    Id-data murija tista’ tinkludi informazzjoni dwar l-inputs u l-outputs attwali. Jeħtieġ ukoll:

    tippreżenta l-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni b’mod imparzjali.

    tkun tista’ tinftiehem faċilment u ma tkunx ambigwa.

    tippermetti tqabbil minn sena għal sena sabiex jiġi vvalutat jekk il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni tkunx tjiebet (inkluż il-progress fil-miri); għal dan l-għan, ir-rapport irid ikopri tal-anqas 3 snin ta’ attività, jekk id-data tkun disponibbli.

    tippermetti, meta xieraq, tqabbil bejn valuri ta’ referenza settorjali, nazzjonali jew reġjonali differenti (parametri referenzjarji); u

    jekk ikun neċessarju, tippermetti tqabbil mal-ispeċifikazzjonijiet mir-regolamenti legali.

    B’appoġġ ta’ dan, l-organizzazzjoni tiddefinixxi fil-qosor il-kamp ta’ applikazzjoni kopert minn kull indikatur, filwaqt li tqis il-limitazzjonijiet organizzazzjonali u materjali, l-idoneità għall-iskop u l-proċedura ta’ kalkolu.

    Imkejla skont l-għanijiet u l-miri ambjentali tal-programm ambjentali, id-data korrispondenti għandha tiġi kkumpilata u mmappjata għall-aspetti ambjentali ewlenin fuq il-bażi tal-indikaturi ewlenin u ta’ indikaturi rilevanti oħrajn tal-prestazzjoni ambjentali diġà disponibbli. Il-formati grafiċi għall-immappjar tal-iżviluppi maż-żmien huma partikolarment adattati għal dan l-għan.

    Mhux dejjem ikun possibbli li l-prestazzjoni ambjentali tiġi espressa f’ċifri. Fatturi anqas tanġibbli bħall-bidliet fl-imġiba, it-titjib fil-proċessi eċċ. għandhom rwol daqstant importanti. Jekk ma tkun disponibbli l-ebda ċifra, l-organizzazzjoni tirrapporta dwar l-aspetti rilevanti tal-prestazzjoni tagħha billi tuża indikaturi kwalitattivi.

    Meta jagħżlu l-indikaturi li għandhom jintużaw għar-rapportar dwar il-prestazzjoni ambjentali tagħhom, l-organizzazzjonijiet għandhom iqisu l-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi għall-industrija fid-dokument ta’ referenza settorjali, meta jkunu jeżistu dokumenti bħal dawn għall-industrija kkonċernata. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ambjentali għandha tispjega wkoll sa liema punt intużaw il-parametri referenzjarji rilevanti tal-prestazzjoni tal-aħjar prattika. Trid tispjega wkoll jekk l-indikaturi ewlenin ġewx adattati fuq il-bażi tad-dokument ta’ referenza, jew għaliex ma ntużawx.

    L-indikaturi ewlenin jiffukaw fuq sitt oqsma ewlenin: l-effiċjenza enerġetika, l-emissjonijiet, l-ilma, l-effiċjenza tal-materjali, l-iskart, u l-bijodiversità.

    g)

    Referenza għad-dispożizzjonijiet legali ewlenin li għandhom jitqiesu mill-organizzazzjoni biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti legali marbuta mal-ambjent u stqarrija dwar il-konformità legali.

    Il-parteċipazzjoni fl-EMAS teħtieġ konformità mal-leġiżlazzjoni. Id-dikjarazzjoni ambjentali tippermetti lil organizzazzjoni turi kif tissodisfa dak ir-rekwiżit. Dan jista’ jsir, pereżempju, billi jintużaw tabelli u/jew graffs biex il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti jitqabblu mal-valuri mkejlin jew ikkalkolati mill-organizzazzjoni.

    Ma huwiex meħtieġ li d-dikjarazzjoni ambjentali tippreżenta r-regolamenti legali rilevanti kollha. Deskrizzjoni qasira ta’ kif għandu jiġi indirizzat ir-rekwiżit ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni u referenza għall-aktar regolamenti u obbligi importanti huma biżżejjed f’dan il-kuntest.

    h)

    L-isem u n-numru ta’ akkreditazzjoni tal-verifikatur ambjentali u d-data tal-validazzjoni.

    Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 25(8), hija meħtieġa konferma tal-konformità mar-rekwiżiti għad-dikjarazzjoni ambjentali. Inkella, tista’ tintuża wkoll id-dikjarazzjoni ffirmata mill-verifikatur ambjentali f’konformità mal-Anness VII.

    Fid-dikjarazzjoni ambjentali ma għandhomx jiġu identifikati jew deskritti l-elementi tad-dokumenti ta’ referenza settorjali (l-indikaturi, l-aħjar prattiki ta’ ġestjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji tal-prestazzjoni) li ma jitqisux li jkunu rilevanti għall-aspetti ambjentali sinifikanti li l-organizzazzjoni tkun identifikat fl-analiżi ambjentali tagħha.

    L-organizzazzjonijiet jistgħu jinkludu informazzjoni fattwali addizzjonali fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħhom relatata mal-attivitajiet, mal-prodotti, u mas-servizzi tagħhom, jew mal-konformità tagħhom ma’ rekwiżiti speċifiċi.

    Id-dikjarazzjoni ambjentali tista’ tiġi integrata f’dokumenti oħrajn ta’ rapportar tal-organizzazzjoni (eż. ir-rapporti dwar il-ġestjoni, is-sostenibbiltà, jew ir-responsabbiltà soċjali korporattiva). F’dak il-każ, trid issir distinzjoni ċara bejn l-informazzjoni vvalidata u dik mhux ivvalidata. Id-dikjarazzjoni ambjentali trid tkun identifikata b’mod ċar (eż., billi jintuża l-logo tal-EMAS) u d-dokument għandu jinkludi spjegazzjoni qasira tal-proċess ta’ validazzjoni fil-kuntest tal-EMAS.

    6.1.2.   Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ambjentali — l-Anness IV C tar-Regolament dwar l-EMAS

    Ir-rapportar dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ambjentali (imsejħin indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali wkoll) huwa obbligatorju għall-organizzazzjonijiet kollha. Dak ir-rapportar irid jipprovdi data dwar l-input/l-impatt attwali. Jekk id-divulgazzjoni tkun taffettwa b’mod negattiv il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjali jew industrijali tal-organizzazzjoni, meta kunfidenzjalità bħal din tkun stipulata fid-dritt nazzjonali jew Komunitarja sabiex ikun protett interess ekonomiku leġittimu, l-organizzazzjoni jista’ jkollha permess sabiex tindiċizza din l-informazzjoni fir-rapportar tagħha, eż. billi tiġi stabbilita sena bażi (bin-numru tal-indiċi 100) li minnha jidher l-iżvilupp tal-input/tal-impatt attwali.

    Madankollu, fil-valutazzjoni tar-rilevanza ta’ dawn l-indikaturi fil-kuntest tal-aspetti u tal-impatti ambjentali sinifikanti tagħha, organizzazzjoni tista’ tikkunsidra indikatur ewlieni wieħed jew aktar li ma jkunx rilevanti għal dawk l-aspetti u l-impatti. F’dak il-każ, ma jkollhiex bżonn tippreżenta informazzjoni dwar dawk l-indikaturi ewlenin iżda jeħtiġilha tipprovdi spjegazzjoni ċara u motivata għal dan fid-dikjarazzjoni ambjentali.

    Kull indikatur ewlieni huwa magħmul minn numru A (li jindika l-inputs/l-outputs annwali totali fiż-żona kkonċernata) u numru B (li jindika valur ta’ referenza għall-attività tal-organizzazzjoni). In-numru R, ir-relazzjoni bejn dawk iż-żewġ numri, jipproduċi l-indikaturi ewlenin (numru A / numru B = numru R, indikatur ewlieni). Informazzjoni dwar it-tliet elementi kollha ta’ kull indikatur hija meħtieġa għall-oqsma ewlenin kollha.

    L-indikaturi ewlenin jintużaw sabiex titkejjel il-prestazzjoni ambjentali fl-oqsma ewlenin ta’ hawn taħt u jiġu rrapportati għall-inputs/għall-outputs bħala totali annwali għan-numru A kif ġej.

    ✓   Enerġija

    a)

    il-konsum dirett totali tal-enerġija bħala l-konsum totali tal-enerġija.

    b)

    il-konsum totali tal-enerġija rinnovabbli bħala konsum totali tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

    L-indikatur imsemmi fil-punt (b) jinkludi l-perċentwali tal-konsum annwali tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli li tkun ipproduċiet fir-realtà l-organizzazzjoni. L-enerġija li din tkun xtrat mingħand fornitur tal-enerġija mhijiex inkluża f’dan l-indikatur u tista' titqies bħala parti mill-miżuri tal-“akkwist ekoloġiku”.

    c)

    il-ġenerazzjoni totali tal-enerġija rinnovabbli bħala l-ġenerazzjoni totali tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

    Preferibbilment, l-enerġija għandha tiġi rrapportata f’kWh, f’MWh, f’GJ, jew f’unitajiet metriċi oħrajn li jintużaw b’mod komuni sabiex tiġi rrapportata l-enerġija kkonsmata jew iġġenerata.

    Jekk jiġu kkonsmati, inkella fil-każ tal-enerġija rinnovabbli, jekk jiġu ġġenerati tipi differenti ta’ enerġija (eż., elettriku, sħana, fjuwils jew oħrajn), il-konsum jew il-ġenerazzjoni annwali tagħhom iridu jiġu rrapportati b’mod separat kif ikun rilevanti.

    Il-produzzjoni totali tal-enerġija rinnovabbli għandha tiġi rrapportata biss jekk l-enerġija rinnovabbli prodotta mill-organizzazzjoni tisboq b’mod sinifikanti l-enerġija rinnovabbli totali kkonsmata minnha, jew jekk l-enerġija rinnovabbli prodotta mill-organizzazzjoni ma kinitx ikkonsmata minnha.

    ✓   Emissjonijiet

    a)

    l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra, f’minimu ta’ CO2, ta’ CH4, ta’ N2O, ta’ HFCs, ta’ PFCs, ta’ NF3, u ta’ SF6, espressi f’tunnellati metriċi ta’ ekwivalenti ta’ CO2.

    b)

    l-emissjonijiet totali tal-arja, tal-anqas l-emissjonijiet ta’ SO2, ta’ NOX u ta’ PM, espressi f’kilogrammi jew f’tunnellati.

    L-organizzazzjoni għandha tikkonsidra tirrapporta dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont metodoloġija stabbilita bħall-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra.

    Nota: Minħabba l-impatti ambjentali differenti ta’ dawn l-emissjonijiet, id-diversi ċifri ma għandhomx sempliċiment jingħaddu flimkien. L-approċċ sabiex jiġu kkwantifikati l-emissjonijiet, b’mod speċjali l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ sustanzi niġġiesa, jeħtieġ bażi solida u aċċettata. L-ewwel nett, l-organizzazzjonijiet jeħtiġilhom iqisu r-rekwiżiti legali eżistenti. Dan japplika primarjament għal organizzazzjonijiet li l-faċilitajiet tagħhom jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Iskema tal-Unjoni Ewropea għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet jew tar-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti. F’każijiet oħra, metodi komuni Ewropej jew nazzjonali/reġjonali, eż., il-kalkolatur tas-CO2 tal-Aġenzija Federali tal-Ambjent tal-Awstrija jew ta’ korpi nazzjonali oħra, jistgħu jiġu applikati fejn disponibbli.

    ✓   Ilma

    il-konsum totali tal-ilma espress f’unitajiet ta’ volum bħal litri jew m3.

    Huwa utli li jiġu indirizzati t-tipi differenti ta’ konsum tal-ilma u ssir diżaggregazzjoni tad-data dwar il-konsum skont is-sors tal-ilma, eż., l-ilma tal-wiċċ jew l-ilma ta’ taħt l-art.

    Informazzjoni utli oħra tista’ tinkludi data dwar il-volum tal-ilma mormi, l-ilma mormi ttrattat u użat mill-ġdid, it-trattament tal-ilma tal-maltemp, u tal-ilma griż.

    ✓   Effiċjenza tal-materjali

    Il-fluss tal-massa tal-materjali rilevanti użati, bħall-materja prima, il-materjali awżiljarji, il-materjali tal-input, il-prodotti nofshom lesti jew oħrajn (minbarra s-sorsi tal-enerġija u l-ilma), preferibbilment espressi f’unitajiet ta’ piż (eż. kilogrammi jew tunnellati), il-volum (eż., m3) jew f’unitajiet metriċi oħrajn użati b’mod komuni fis-settur.

    Jekk jintużaw tipi differenti ta’ materjali, il-fluss tal-massa annwali tagħhom għandu jiġi rrapportat separatament b’mod xieraq, eż., diżaggregat skont l-użu tagħhom. Skont l-attività tal-organizzazzjoni, dan jinkludi, pereżempju, materja prima bħall-metall, l-injam, jew sustanzi kimiċi, iżda anke prodotti intermedji.

    ✓   Skart

    a)

    l-iskart totali ġġenerat, diżaggregat skont it-tip ta’ skart.

    b)

    il-volum totali ta’ skart perikoluż.

    Idealment, il-kwantitajiet ta’ skart għandhom jiġu espressi f’unitajiet ta’ piż (eż., kilogrammi jew tunnellati), f’unitajiet ta’ volum (eż., m3), jew f’unitajiet metriċi oħrajn użati b’mod komuni fl-għelieqi.

    L-informazzjoni dwar l-iskart u l-iskart perikoluż hija obbligatorja skont ir-Regolament dwar l-EMAS. Fil-prattika, irriżulta utli li l-ġenerazzjoni tal-iskart taż-żewġ flussi tiġi diżaggregata skont it-tip ta’ skart. Ir-riżultati tal-valutazzjoni ambjentali, inklużi l-obbligi legali rilevanti dwar l-informazzjoni fuq il-ġenerazzjoni tal-iskart, għandhom jintużaw bħala bażi. Tista’ tiġi pprovduta informazzjoni aktar dettaljata skont is-sistema nazzjonali ta’ klassifikazzjoni tal-iskart li timplimenta d-Direttiva Qafas Ewropea dwar l-Iskart (55) jew il-Katalgu ta’ Skart Ewropew (56).

    Ir-referenza għal listi twal tat-tipi ta’ skart individwali tista’ tkun kontroproduttiva u mhux adatta għall-finijiet ta’ komunikazzjoni, peress li tista’ toħloq konfużjoni. Għalhekk, ir-raggruppament tal-informazzjoni skont il-Katalgu ta’ Skart Ewropew (57) huwa għażla xierqa. Fil-każ ta’ organizzazzjonijiet b’ħafna tipi differenti ta’ skart, irriżulta utli, f’konformità mal-prinċipju Pareto, li jiġu elenkati l-frazzjonijiet tal-iskart bl-akbar ishma tal-volum separatament u li l-bqija jiġi rraggruppat f’ċifra waħda. Imbagħad, it-tipi differenti ta’ skart, bħall-metall, il-plastik, il-karta, il-ħama, l-irmied eċċ. jistgħu jiġu elenkati skont il-piż jew il-volum. Dan għandu jsir b’mod partikolari jekk ċerti simplifikazzjonijiet amministrattivi jkunu marbutin miegħu.

    Tista’ tkun utli wkoll informazzjoni dwar l-ammonti ta’ skart irkuprat, irriċiklat, użat għall-produzzjoni tal-enerġija jew mibgħut f’landfills.

    ✓   Użu tal-art b’rabta mal-bijodiversità

    Il-bijodiversità (58) hija qasam kumpless tal-oqsma prinċipali koperti mill-indikaturi ewlenin (59). Ċerti oqsma (it-tibdil fil-klima, l-emissjonijiet/it-tniġġis) diġà koperti minn indikaturi oħrajn (eż., il-konsum tal-enerġija u tal-ilma, l-emissjonijiet, l-iskart) jikkontribwixxu wkoll għat-telf tal-bijodiversità.

    Bħala indikatur ewlieni, il-bijodiversità trid tiġi rrappreżentata bl-istess mod għall-organizzazzjonijiet kollha, tal-anqas bl-użu tal-art, u espressa f’unitajiet ta’ erja (eż. m2 jew ha) fil-kategoriji ta’ hawn taħt:

    l-użu totali tal-art.

    l-erja totali ssiġillata.

    l-erja totali orjentata lejn in-natura fuq il-post.

    l-erja totali orjentata lejn in-natura barra mis-sit.

    “Żona ssiġillata” hija żona fejn il-ħamrija oriġinali tgħattiet (eż., toroq, bini, żoni ta’ parkeġġ), li jagħmilha impermeabbli. Dik l-impermeabbiltà jista’ jkollha impatt fuq l-ambjent.

    Żona ekoloġika jew “żona orjentata lejn in-natura” hija żona li primarjament tippreserva jew tirrestawra n-natura. Żoni kważi naturali/ekoloġiċi jistgħu jkunu jinsabu fis-sit tal-organizzazzjoni u jistgħu jinkludu bjut, faċċati, sistemi tad-drenaġġ tal-ilma jew karatteristiċi oħrajn iddisinjati, adattati, jew ġestiti biex tiġi promossa l-bijodiversità. Żoni kważi naturali jistgħu jkunu jinsabu wkoll barra mis-sit tal-organizzazzjoni jekk ikunu proprjetà tal-organizzazzjoni jew ġestiti minnha u primarjament iservu għall-promozzjoni tal-bijodiversità.

    Illustrazzjoni 20

    Eżempju tal-allokazzjoni ta’ żoni għall-indikaturi ewlenin “Użu tal-art fir-rigward tal-bijodiversità”.

    Image 22

    Mhux l-indikaturi kollha tal-bijodiversità huma rilevanti għall-organizzazzjonijiet kollha u mhux kollha jistgħu jiġu applikati meta l-ewwel jiġu indirizzati dawn l-aspetti fi ħdan is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali. Il-valutazzjoni ambjentali għandha tipprovdi gwida tajba dwar liema fatturi huma rilevanti. L-organizzazzjoni ma għandhiex tqis biss l-impatti lokali, iżda wkoll l-impatti diretti u indiretti fuq il-bijodiversità, eż., permezz tal-estrazzjoni tal-materja prima, l-akkwist, il-katina tal-provvista, il-produzzjoni u l-prodotti, it-trasport u l-loġistika, u l-kummerċjalizzazzjoni u l-komunikazzjoni. Ma hemm l-ebda indikatur f’dan il-qasam li huwa rilevanti bl-istess mod għall-organizzazzjonijiet kollha.

    Il-valur ta’ referenza annwali għall-attività tal-organizzazzjoni huwa espress min-numru B u jiġi ddeterminat billi jintużaw il-kriterji li ġejjin.

    Il-valur ta’ referenza jrid:

    ikun jinftiehem.

    jirrifletti bl-aħjar mod l-attività annwali kumplessiva tal-organizzazzjoni.

    jippermetti deskrizzjoni xierqa tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni, filwaqt li jqis in-natura u l-attivitajiet speċifiċi tal-organizzazzjoni.

    ikun valur ta’ referenza komuni għas-settur li fih topera l-organizzazzjoni, bħal:

    l-output annwali totali jew il-valur miżjud gross totali fl-industriji tal-manifattura.

    in-numru totali ta’ impjegati f’industriji mhux tal-manifattura (servizzi, amministrazzjoni).

    in-numru totali ta’ soġġorni ta’ ljieli (fil-każ tas-settur tal-akkomodazzjoni).

    in-numru totali ta’ abitanti ta’ żona (fil-każ ta’ amministrazzjoni pubblika).

    it-tunnellati ta’ skart ipproċessat (għal organizzazzjonijiet li joperaw fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart).

    l-enerġija totali prodotta (għal organizzazzjonijiet attivi fil-qasam tal-produzzjoni tal-enerġija).

    jiżgura l-komparabbiltà tad-data ppreżentata fid-dikjarazzjoni ambjentali maż-żmien. Ladarba jiġi stabbilit, dan il-valur ta’ referenza jrid jintuża wkoll f’dikjarazzjonijiet ambjentali futuri.

    Il-valur ta’ referenza B jista’ jiġi ddeterminat mill-organizzazzjoni nnifisha, soġġetta għall-konformità mal-kriterji ta’ hawn fuq. Dan jeħtieġ li l-prestazzjoni ambjentali tiġi deskritta b’mod preċiż, u li l-komparabbiltà tinżamm fuq perjodu ta’ mill-inqas 3 snin.

    Il-valur ta’ referenza B mhux neċessarjament irid ikun l-istess għal kull indikatur ewlieni. Pereżempju, l-enerġija tat-tisħin spiss tkun irrappreżentata l-aħjar fir-rigward taż-żona. Għal indikaturi oħrajn, ir-relazzjoni mal-prodotti jew in-numru ta’ impjegati jkun aktar xieraq.

    L-indikaturi ewlenin kollha jistgħu jiġu ppreżentati wkoll billi jintużaw valuri ta’ referenza standard tal-industrija oħrajn. L-użu ta’ valuri ta’ referenza xierqa individwalment jiżgura preżentazzjoni aħjar tal-prestazzjoni ambjentali, filwaqt li jitqiesu n-natura u l-attivitajiet speċifiċi tal-organizzazzjoni.

    Bidla fil-valur ta’ referenza għandha tiġi spjegata fid-dikjarazzjoni ambjentali. Fil-każ ta’ bidla, l-organizzazzjoni jeħtiġilha tiżgura li d-data tkun komparabbli għal tal-anqas 3 snin billi tikkalkula mill-ġdid id-data għas-snin preċedenti billi tuża l-valur ta’ referenza li għadu kif ġie stabbilit.

    Tabella 7

    Eżempji tal-użu tal-indikaturi ewlenin fl-amministrazzjoni pubblika jew f’organizzazzjonijiet simili

    Indikatur ewlieni

    Input/output annwali (A)

    Valur ta’ referenza annwali tal-organizzazzjoni (B)

    Proporzjon A/B

    Enerġija

    Konsum annwali tal-enerġija f’MWh jew f’GJ

    Erja f’m2

    Numru ta’ impjegati

    MWh/m2 u/jew kWh/m2

    Materjali

    Konsum annwali ta’ karta f’tunnellati

    Numru ta’ impjegati

    Tunnellati/persuna u/jew numru ta’ folji/persuna/jiem

    Ilma

    Konsum annwali tal-ilma (m3)

    Numru ta’ impjegati

    m3/persuna u/jew l/persuna

    Skart

    Volum annwali ta’ skart f’tunnellati

    Volum annwali ta’ skart perikoluż f’kilogrammi

    Numru ta’ impjegati

    Tunnellati ta’ skart/persuna u/jew kg/persuna

    kg skart perikoluż/persuna

    Użu tal-art b’rabta mal-bijodiversità

    Konsum tal-art f’m2 ta’ żona abitata (inkluża l-erja ssiġillata)

    Numru ta’ impjegati

    m2 ta’ żona abitata/persuna u/jew m2 erja ssiġillata/persuna

    Emissjonijiet ta’ gassijiet serra

    Emissjonijiet annwali ta’ gassijiet serra f’tunnellati metriċi ta’ CO2e (CO2e = ekwivalenti ta’ CO2)

    Numru ta’ impjegati (f’termini ta’ vjaġġi għal negozju, postijiet tax-xogħol, rotot tax-xogħol)

    Erja f’m2

    Tunnellati ta’ CO2e/persuna u/jew kg ta’ CO2e/persuna

    Jew m2


    Tabella 8

    Eżempju tal-użu tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fis-settur tal-produzzjoni

    Indikatur ewlieni

    Input/output annwali (A)

    Valur ta’ referenza annwali tal-organizzazzjoni (B)

    Proporzjon A/B

    Enerġija

    Konsum annwali tal-enerġija f’MWh jew f’GJ

    Valur miżjud gross annwali totali.

    (F’miljuni ta’ euro) (*) jew

    Output fiżiku annwali totali (tunnellati)

    MWh/miljun euro

    jew

    MWh/tunnellata ta’ prodott

    Materjali

    Fluss tal-massa annwali tal-materjali

    differenti użati, f’tunnellati

    Valur miżjud gross annwali totali.

    (F’miljuni ta’ euro) (*) jew

    Output fiżiku annwali totali

    (tunnellati)

    Għal kull wieħed mill-materjali differenti użati:

    Materjal f’tunnellati/miljun euro jew

    Materjal f’tunnellati/tunnellata ta’ prodott

    Ilma

    Konsum annwali f’m3

    Valur miżjud gross annwali totali.

    (F’miljuni ta’ euro) (*) jew

    Output fiżiku annwali totali

    (tunnellati)

    m3/miljun euro

    jew

    m3/tunnellata ta’ prodott

    Skart

    Volum annwali ta’ skart f’tunnellati

    Volum annwali ta’ skart perikoluż f’kilogrammi

    Valur miżjud gross annwali totali.

    (F’miljuni ta’ euro) (*) jew

    Output fiżiku annwali totali

    (tunnellati)

    Tunnellati ta’ skart/miljun euro

    jew

    Tunnellati ta’ skart/tunnellata ta’ prodott

    Tunnellati ta’ skart perikoluż/miljun euro

    jew

    Tunnellati ta’ skart perikoluż/tunnellata

    prodott

    Użu tal-art b’rabta mal-bijodiversità

    Konsum tal-art f’m2 ta’ żona abitata (inkluża l-erja ssiġillata)

    Valur miżjud gross annwali totali.

    (F’miljuni ta’ euro) (*)

    jew

    Output fiżiku annwali totali

    (tunnellati)

    m2 ta’ żona abitata u/jew

    m2 ta’ żona ssiġillata/miljun euro

    jew

    m2 ta’ żona abitata u/jew

    m2 tal-erja ssiġillata/tunnellata ta’ prodott

    Emissjonijiet ta’ gassijiet serra

    Emissjonijiet annwali ta’ gassijiet serra f’

    tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2

    Valur miżjud gross annwali totali.

    (F’miljuni ta’ euro) (*)

    jew

    Output fiżiku annwali totali

    (tunnellati)

    Tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2/miljun euro jew

    Tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2/tunnellata ta’ prodott

    6.1.3.    Indikaturi rilevanti oħrajn tal-prestazzjoni ambjentali

    Id-Direttiva dwar ir-Rapportar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (CSRD – id-Direttiva (UE) 2022/2464) timmodernizza u ssaħħaħ ir-regoli għar-rapportar ta’ informazzjoni soċjali u ambjentali minn kumpaniji kbar u minn intrapriżi żgħar u medji kkwotati. Il-kumpaniji soġġetti għas-CSRD ikollhom jirrapportaw f’konformità mal-Istandards Ewropej dwar ir-Rapportar tas-Sostenibbiltà (ESRS), jinkludu din l-informazzjoni fir-rapporti ta’ ġestjoni tagħhom, u jaraw li tiġi awditjata esternament. L-ESRS jistipulaw rekwiżiti ta’ rapportar ambjentali fir-rigward tat-tibdil fil-klima (ESRS E1), tat-tniġġis (ESRS E2), tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar (ESRS E3), tal-bijodiversità u tal-ekosistemi (ESRS E4), u tal-użu tar-riżorsi u tal-ekonomija ċirkolari (ESRS E5). Kull meta wieħed mis-suġġetti koperti minn dawk l-istandards ikun rilevanti għal kumpanija, jeħtieġ li tiddivulga l-istrutturi ta’ governanza, l-istrateġiji, il-politiki, il-miri, u l-azzjonijiet relatati kif ukoll il-metriċi tal-prestazzjoni magħżulin. Dawn l-oqsma ta’ rapportar huma simili għall-elementi u għal-loġika tal-EMAS. Għalhekk, l-EMAS tgħin lill-kumpaniji jiġġeneraw l-informazzjoni ambjentali meħtieġa għall-konformità mal-ESRS.

     

    L-organizzazzjonijiet jaf ikunu jixtiequ jużaw indikaturi differenti sabiex jirrappreżentaw l-inputs/l-outputs annwali totali f’oqsma differenti. Pereżempju, organizzazzjoni tas-servizzi tista’ tuża n-“numru ta’ impjegati” bħala l-valur ta’ referenza (B) għall-qasam sekondarju amministrattiv tagħha u ieħor differenti, eż., in-“numru ta’ klijenti”, għas-servizz ipprovdut innifsu.

     

    Huwa importanti li wieħed jifhem il-loġika wara l-istabbiliment tal-indikaturi u tal-elementi ta’ flessibbiltà pprovduti fir-Regolament dwar l-EMAS (l-Anness IV għar-Regolament dwar l-EMAS).

    Jekk organizzazzjoni tkun tixtieq tuża indikatur ieħor minflok indikatur ewlieni elenkat fl-Anness IV sabiex tirrifletti aħjar il-prestazzjoni ambjentali tagħha, dak l-indikatur irid jinkludi wkoll speċifikazzjoni A tal-input/output u speċifikazzjoni B tal-valur ta’ referenza. L-użu ta’ din id-dispożizzjoni flessibbli dejjem għandu jkun iġġustifikat b’referenza għall-valutazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni sabiex jintwera kif l-għażla magħżula tgħin sabiex tiġi riflessa aħjar il-prestazzjoni ambjentali rilevanti (60).

    6.1.4.   Akkontabilità lokali — l-Anness IV D tar-Regolament dwar l-EMAS

    L-akkontabilità lokali għandha rwol importanti fl-EMAS. Għalhekk, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha dwar l-impatti ambjentali sinifikanti għal kull sit.

    Fil-każijiet kollha, l-informazzjoni dwar l-iżviluppi fl-indikaturi ewlenin trid tiġi pprovduta fuq bażi ta’ sit b’sit. Jekk tintuża l-proċedura deskritta fit-Taqsima 7.2. ta’ din il-Gwida għall-Utenti sabiex jiġu vvalutati organizzazzjonijiet b’diversi siti, dik l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta fil-livell korporattiv, dment li dawn iċ-ċifri jirriflettu b’mod akkurat l-iżviluppi fil-livell tas-siti.

    Barra minn hekk, għandu jitqies il-fatt li t-titjib kontinwu jista’ jinkiseb fis-siti permanenti, u rarament f’siti temporanji. Jekk dan l-aspett ikollu rwol, dan għandu jissemma fil-valutazzjoni ambjentali. Għandha titqies il-possibbiltà li jiġu introdotti miżuri alternattivi bħal indikaturi anqas “tanġibbli” (kwalitattivi) oħrajn.

    6.1.5.   Aġġornament tad-dikjarazzjoni ambjentali — l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Meta organizzazzjoni rreġistrata tippjana li tintroduċi bidliet sostanzjali, l-organizzazzjoni jeħtiġilha twettaq analiżi ambjentali ta’ dawn il-bidliet, inklużi l-aspetti u l-impatti ambjentali tagħhom.

    Wara l-analiżi ambjentali tal-bidliet, l-organizzazzjoni jeħtiġilha taġġorna l-analiżi ambjentali inizjali, timmodifika l-politika ambjentali, il-programm ambjentali u s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, u tirrevedi u taġġorna d-dikjarazzjoni ambjentali sħiħa kif meħtieġ (61).

    Organizzazzjoni jeħtiġilha tħejji dikjarazzjoni ambjentali u tivvalidaha kull 3 snin f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness IV. L-organizzazzjonijiet iż-żgħar jistgħu jitolbu eżenzjoni lill-korp kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar l-EMAS, sabiex iħejju l-aġġornament kull sentejn, li però jiġi vvalidat mill-verifikatur ambjentali kull 4 snin. It-talba għal eżenzjoni tingħata mill-korp kompetenti dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 7(1).

    6.1.6.   Aċċess pubbliku — l-Anness IV E tar-Regolament dwar l-EMAS

    L-organizzazzjoni jeħtiġilha tiżgura li kwalunkwe parti interessata jkollha aċċess faċli u liberu għad-dikjarazzjoni ambjentali. Għal dan l-għan, preferibbilment id-dikjarazzjoni ambjentali għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-organizzazzjoni bil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn jinsab is-sit jew l-organizzazzjoni.

    Fil-każ ta’ dikjarazzjoni ambjentali waħda għal organizzazzjoni sħiħa b’diversi siti reġistrati, l-organizzazzjoni jeħtiġilha tiżgura li d-dikjarazzjoni ambjentali jkun fiha wkoll l-informazzjoni rilevanti għas-siti individwali.

    Meta tiġi ppubblikata dikjarazzjoni ambjentali ġenerali f’bosta siti u pajjiżi, din trid tiġi ppubblikata jew f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tkun irreġistrata jew b’lingwa miftiehma mal-korp kompetenti responsabbli għar-reġistrazzjoni.

    Jekk id-dikjarazzjoni ambjentali tkun se titqiegħed għad-dispożizzjoni f’lingwi oħrajn ukoll, il-kontenut tad-dokument tradott irid ikun konsistenti mal-kontenut tad-dikjarazzjoni ambjentali oriġinali vvalidata mill-verifikatur ambjentali u trid tindika biċ-ċar li tkun traduzzjoni tad-dokument ivvalidat.

    Pass 7:   Verifika esterna — l-Artikoli 18 u 19 tar-Regolament dwar l-EMAS

    “Verifika” tfisser il-proċess ta’ valutazzjoni tal-konformità mwettaq minn verifikatur ambjentali sabiex jintwera jekk analiżi ambjentali, il-politika ambjentali, is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u l-awditu ambjentali intern ta’ organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom jissodisfawx ir-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-EMAS.

    “Validazzjoni” tfisser il-konferma mill-verifikatur ambjentali li jkun wettaq il-verifika, li l-informazzjoni u d-data fid-dikjarazzjoni ambjentali ta’ organizzazzjoni u fid-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata jkunu affidabbli, kredibbli, u korretti u jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-EMAS.

    7.1.    Verifika minn parti terza

    “Verifikatur ambjentali” huwa korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kif definit fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew kwalunkwe assoċjazzjoni jew grupp li jkun kiseb l-akkreditazzjoni skont dan ir-Regolament; jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jew kwalunkwe assoċjazzjoni jew grupp ta’ persuni bħal dawn li tkun kisbet liċenzja biex tagħmel verifika u validazzjoni skont ir-Regolament dwar l-EMAS.

    7.1.1.   Min għandu l-permess jivverifika u jivvalida l-EMAS?

    Il-verifikaturi ambjentali li jkunu akkreditati jew liċenzjati biss jistgħu jwettqu l-verifika.

    L-organizzazzjoni tista’ tikkuntattja lill-korp kompetenti tal-EMAS fl-Istat Membru tagħha, jew lill-korp ta’ akkreditazzjoni jew ta’ liċenzjar tal-EMAS li jkun responsabbli għall-akkreditazzjoni tal-verifikaturi tal-EMAS, għal informazzjoni dwar il-verifikaturi ambjentali akkreditati.

    Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ verifikatur ambjentali akkreditat jew liċenzjat jiġi ddeterminat skont il-kodiċijiet NACE, jiġifieri, il-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi (62). Jekk l-organizzazzjoni twettaq diversi attivitajiet li jistgħu jiġu assenjati għal aktar minn kodiċi NACE wieħed, jeħtieġ li l-verifika titwettaq skont l-attività tal-NACE. Il-ftehim irid jiżgura wkoll li l-verifikatur ambjentali jingħata aċċess għad-dokumenti u għaż-żoni operazzjonali kollha (63).

    Ladarba l-verifikatur ikun akkreditat jew liċenzjat fi Stat Membru wieħed, huwa jista’ jopera fil-pajjiżi kollha tal-UE. Mhux kull Stat Membru jkollu verifikaturi ambjentali akkreditati għal kull settur. F’dan il-każ, il-verifikatur akkreditat jeħtieġlu ikun ġej minn Stat Membru ieħor. L-organizzazzjoni hija libera li tagħżel liema verifikatur ambjentali akkreditat/liċenzjat tikkuntratta.

    L-organizzazzjonijiet jew is-siti li jinsabu barra mill-UE jeħtiġilhom, f’konformità mal-Artikolu 3(3), jiżguraw li l-verifikatur ambjentali li jwettaq il-verifika u jivvalida s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jkun akkreditat jew liċenzjat fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tissottometti l-applikazzjoni tagħha għar-reġistrazzjoni.

    Il-verifika titħejja f’kollaborazzjoni mar-rappreżentant tal-maniġment superjuri għall-ambjent tal-organizzazzjoni, li jorganizza u jikkoordina d-dati ta’ valutazzjoni meħtieġa. Il-programm tal-awditjar jitħejja f’kooperazzjoni mal-verifikatur ambjentali.

    Il-verifikatur ambjentali jiddetermina x’jixtieq jara u ma’ min jixtieq jitkellem. Għal dan l-għan, il-maniġer ambjentali jfassal skeda u jistieden lill-persunal rispettiv meħtieġ. Madankollu, il-verifikatur ambjentali jista’ jinkludi lil kull impjegat fid-diskussjonijiet matul iż-żjara. Għalhekk, huwa importanti li l-impjegati kollha jiġu informati dwar iż-żjara ta’ verifika.

    Huwa utli għall-organizzazzjoni li tivverifika li l-verifikatur ambjentali, jekk ikun iċċertifikat jew akkreditat fi Stat Membru ieħor, ikun ipprovda l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24 (rapport ta’ superviżjoni) lill-korp ta’ akkreditazzjoni jew ta’ liċenzjar tal-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali jew iċ-ċentru ta’ ġestjoni tagħha. Dan għandu jkun tal-anqas 4 ġimgħat qabel il-verifika biex jippermetti s-superviżjoni mill-korp ta’ akkreditazzjoni jew ta’ liċenzjar tal-Istat Membru fejn il-verifikatur ikun biħsiebu jibda l-attivitajiet tiegħu. Mingħajr superviżjoni, il-korp kompetenti jista’ jirrifjuta li jirreġistra l-organizzazzjoni.

    Bħala prattika tajba, il-persunal maniġerjali ġeneralment ikun preżenti matul iż-żjara, tal-anqas sabiex jittratta kwistjonijiet relatati mal-politika ambjentali, il-provvista ta’ riżorsi u l-valutazzjoni tal-ġestjoni.

    Qabel iż-żjara, għandhom jintbagħtu d-dokumenti li ġejjin lill-verifikatur ambjentali sabiex tiġi pprovduta ħarsa ġenerali lejn il-kundizzjonijiet kurrenti. Fil-każ ta’ validazzjoni sabiex tinżamm ir-reġistrazzjoni, jeħtieġ li jiġu sottomessi biss id-dokumenti aġġornati:

    informazzjoni bażika dwar l-organizzazzjoni (il-forma ġuridika, id-daqs, il-post, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet, l-istruttura u l-organigramma).

    abbozz tad-dikjarazzjoni ambjentali u tal-programm ambjentali.

    deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali applikata fl-organizzazzjoni.

    rapport ta’ valutazzjoni ambjentali.

    rapporti tal-awditi ambjentali mwettqin u ta’ kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda sussegwentement.

    informazzjoni jekk il-metodu tal-kampjunar għandu jiġi applikat f’konformità mal-Kapitolu 7.2.

    Ir-rieżami tal-ġestjoni jrid jiġi ppreżentat ukoll lill-maniġment superjuri għal evalwazzjoni qabel il-verifika (ara l-Kapitolu 5.2. Rieżami tal-ġestjoni).

    7.1.2.   Verifika mill-verifikatur ambjentali — l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Jista’ jkun pjuttost utli għall-organizzazzjonijiet li jkunu konxji tal-kompiti speċifiċi tal-verifikatur ambjentali, billi l-kompiti tiegħu jiddeterminaw l-approċċ tiegħu għall-awditjar tal-organizzazzjoni.

    Il-kompiti tal-verifikaturi ambjentali huma kif ġej.

    Li jivverifikaw jekk l-organizzazzjoni tirrispettax ir-rekwiżiti kollha tar-Regolament dwar l-EMAS f’dak li għandu x’jaqsam mal-analiżi ambjentali inizjali, mas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, mal-awditu ambjentali u mar-riżultati tiegħu u mad-dikjarazzjoni ambjentali.

    Li jiċċekkjaw jekk l-organizzazzjoni tikkonformax mar-rekwiżiti legali tal-UE, nazzjonali, reġjonali, u lokali rilevanti relatati mal-ambjent.

    Li jiċċekkjaw it-titjib kontinwu tal-organizzazzjoni f’dak li jirrigwarda l-prestazzjoni ambjentali.

    Li jiċċekkjaw l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-akkuratezza tad-data inkluża u użata fid-dikjarazzjoni ambjentali u kwalunkwe informazzjoni ambjentali li għandha tiġi vvalidata.

    Li jżuru l-organizzazzjoni jew is-sit. Il-proċeduri għall-organizzazzjonijiet li jkollhom sit wieħed u għal dawk li jkollhom diversi siti huma differenti u huwa importanti li wieħed jenfasizza d-differenzi fl-approċċi rispettivi. Ir-Regolament dwar l-EMAS (l-Artikolu 25(4)) jeħtieġ li ssir żjara lil kull organizzazzjoni kull meta jkollha ssir attività ta’ verifika/validazzjoni.

    Jekk, matul il-proċess ta’ verifika, jinstabu każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità jew ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi legali f’organizzazzjoni b’diversi siti li għaliha jkun intuża l-metodu tal-kampjunar, il-verifikatur:

    jinvestiga sa liema punt dak in-nuqqas ta’ konformità jew in-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi legali jkun speċifiku għas-sit jew jekk jistax ikun li jkunu affettwati siti oħrajn.

    jitlob lill-organizzazzjoni tidentifika s-siti kollha li setgħu kienu affettwati, tieħu l-azzjonijiet korrettivi neċessarji f’dawk is-siti u tadatta s-sistema ta’ ġestjoni f’każ li jkun hemm indikazzjonijiet li n-nuqqas ta’ konformità jew in-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi legali jista’ jissuġġerixxi nuqqas fis-sistema ta’ ġestjoni ġenerali li potenzjalment jaffettwa siti oħrajn. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi legali li ma jistgħux jitranġa billi jittieħdu azzjonijiet korrettivi fil-ħin, il-verifikatur għandu jirrapporta għand il-korp kompetenti li l-organizzazzjoni għandha tiġi sospiża jew titneħħa mir-Reġistru tal-EMAS.

    jeħtieġ evidenza ta’ dawn l-azzjonijiet u jivverifika l-effettività tagħhom billi jespandi d-daqs tal-kampjun biex dan ikopri aktar siti ladarba jkunu ttieħdu l-azzjonijiet korrettivi; u

    jivvalida d-dikjarazzjoni ambjentali u jiffirma d-dikjarazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni, f’konformità mal-Anness VII tar-Regolament, biss meta l-verifikatur ikun sodisfatt bl-evidenza li s-siti kollha jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-EMAS u mar-rekwiżiti legali kollha relatati mal-ambjent.

    Fl-aħħar nett, meta jwettaq l-ewwel verifika, il-verifikatur għandu jiċċekkja li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

    li hija jkollha fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni ambjentali kompletament operazzjonali.

    li hija jkollha fis-seħħ programm ta’ verifiki kompletament ippjanat.

    li jkun twettaq rieżami mill-maniġment.

    meta l-organizzazzjoni tkun tixtieq tuża metodu tal-kampjunar għall-verifika tas-siti tagħha, li jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 7.2. ta’ din il-Gwida għall-Utenti; u

    li jkun sar l-abbozz tad-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS u jkunu tqiesu d-dokumenti ta’ referenza settorjali, meta jkunu disponibbli.

    7.1.3.   Frekwenza tal-verifiki — l-Artikoli 6, 7 u 19 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Bħala regola, il-verifikatur ambjentali jeħtieġlu jfassal programm, f’konsultazzjoni mal-organizzazzjoni, li jiżgura li jiġu vverifikati l-elementi kollha meħtieġa għar-reġistrazzjoni u għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni msemmijin fl-Artikoli 4, 5 u 6 tar-Regolament dwar l-EMAS.

    L-organizzazzjonijiet irreġistrati kollha, inklużi s-siti u l-elementi kollha tas-sistemi ta’ ġestjoni ta’ dawk l-organizzazzjonijiet, jiġu skrutinizzati kull 3 snin. Matul il-perjodu bejn dawk il-verifiki ta’ kull 3 snin, l-organizzazzjoni jeħtiġilha tkompli twettaq awditi interni, taġġorna d-dikjarazzjoni u l-formola ambjentali tagħha f’konformità mal-Anness VI, tibgħathom lill-korp kompetenti, u tħallas kwalunkwe tariffa tal-manutenzjoni tar-reġistrazzjoni, kif applikabbli (64).

    Għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar, l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar l-EMAS jipprevedi eżenzjonijiet għall-frekwenza tal-verifiki għat-tiġdid, li jippermettulhom jitwettqu kull 4 snin, b’waħda intermedja kull sentejn.

    Jekk organizzazzjoni żgħira tixtieq testendi l-intervalli ta’ valutazzjoni u ta’ validazzjoni għal 4 snin u għal sentejn, rispettivament, skont l-Artikolu 7, jeħtiġilha tikkonferma li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    ma hemm l-ebda riskju ambjentali sinifikanti.

    ma tkun ippjanata l-ebda bidla sostanzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 8.

    ma hemm l-ebda problema ambjentali lokali sinifikanti li l-organizzazzjoni tikkontribwixxi għaliha.

    Il-korp kompetenti jista’ jirrifjuta t-talba għal deroga jekk iqis li l-kundizzjonijiet ma ġewx issodisfati. Madankollu, dak ir-rifjut irid ikun ġustifikat kif xieraq.

    Id-durata tal-verifika esterna tiddependi mit-tip ta’ verifika (ara t-Tabella 8 hawn taħt), u mid-daqs u mir-rilevanza ambjentali tal-organizzazzjoni. Meta jiddetermina l-frekwenza tal-verifika, il-verifikatur ambjentali jeħtieġlu jqis ir-regoli ta’ akkreditazzjoni.

    Ir-Regolament dwar l-EMAS jiddistingwi bejn il-verifiki matul:

    l-ewwel r-reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament dwar l-EMAS.

    it-tiġdid tar-reġistrazzjoni (kull 3 jew 4 snin wara l-ewwel reġistrazzjoni) f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament dwar l-EMAS; u

    il-perjodu intermedjarju bejn l-ewwel reġistrazzjoni u tiġdid f’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament dwar l-EMAS.

    Minbarra t-tliet tipi ta’ verifiki deskritti hawn fuq, fil-każ tal-bidliet sostanzjali msemmijin fl-Artikolu 8(3), jista’ jkun neċessarju li jiġi vverifikat u vvalidat kwalunkwe dokument ġdid jew immodifikat relatat mal-modifiki tal-analiżi ambjentali inizjali, tal-politika ambjentali, tal-programm ambjentali jew tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, kif ukoll kwalunkwe reviżjoni jew aġġornament relatat tad-dikjarazzjoni ambjentali sħiħa.

    Bidliet sostanzjali

    Organizzazzjoni li tkun qiegħda tagħmel bidliet fl-operat, fl-istruttura, fl-amministrazzjoni, fil-proċessi, fl-attivitajiet, fil-prodotti, jew fis-servizzi tagħha jeħtiġilha tqis l-impatt ambjentali ta’ dawn il-bidliet, minħabba li dawn jistgħu jaffettwaw il-validità tar-reġistrazzjoni tagħha fl-EMAS. Bidliet żgħar jistgħu jiġu aċċettati, iżda bidliet sostanzjali jkunu jeħtieġu analiżi ambjentali, politika, programm ambjentali, sistema ta’ ġestjoni u dikjarazzjoni ambjentali aġġornati. Id-dokumenti aġġornati kollha jridu jiġu vverifikati u vvalidati fi żmien 6 xhur. Wara l-validazzjoni, l-organizzazzjoni jeħtiġilha tibgħat il-bidliet lill-korp kompetenti billi tuża l-Anness VI tar-Regolament.

    Pereżempju, espansjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni ta’ organizzazzjoni tista’ titqies bħala bidla sinifikanti. Madankollu, jekk tkun assoċjata ma’ aspetti u ma’ impatti ambjentali ġodda, u jekk ir-rilevanza u s-sinifikat tal-aspetti u tal-impatti ambjentali jinbidlu, normalment din tista’ titqies bħala bidla sinifikanti.

    Dawn il-bidliet iridu jiġu vverifikati u vvalidati fi żmien 6 xhur minn meta jseħħu.

    Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni jista’ jvarja minn verifika għal oħra, kemm f’termini ta’ postijiet kif ukoll f’termini ta’ elementi tas-sistema ta’ ġestjoni. Ir-rekwiżiti minimi għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-verifika huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt, f’konformità mal-Artikolu 18(5), (6) u (7).

    Tabella 9

    Frekwenza tal-verifika meħtieġa skont ir-Regolament dwar l-EMAS

    L-ewwel verifika tar-reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Perjodu intermedjarju bejn l-ewwel reġistrazzjoni u t-tiġdid f’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament dwar l-EMAS

    Reġistrazzjoni ta’ tiġdid (kull 3 snin wara l-ewwel reġistrazzjoni jew kull 4 snin għall-SMEs meta jkunu talbu hekk) f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament dwar l-EMAS

    sistema ta’ ġestjoni ambjentali kompletament operazzjonali f’konformità mal-Anness II tar-Regolament dwar l-EMAS

     

    sistema ta’ ġestjoni ambjentali kompletament operazzjonali f’konformità mal-Anness II tar-Regolament dwar l-EMAS

    li hija jkollha fis-seħħ programm ta’ verifiki kompletament ippjanat.

    parti mill-awditi ppjanati mwettqin f’konformità mal-Anness III sabiex tal-anqas ikunu ġew koperti l-aktar impatti ambjentali sinifikanti

    awditi interni mwettqin f’konformità mal-Anness III li jkopru:

    il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni; u

    il-konformità mar-rekwiżiti legali applikabbli relatati mal-ambjent.

    programm ta’ verifika ppjanat, kompletament operazzjonali, b’tal-anqas ċiklu wieħed ikkompletat f’konformità mal-Anness III.

    rieżami tal-ġestjoni komplut kif imsemmi fil-Parti A tal-Anness II

     

    rieżami tal-ġestjoni komplut kif imsemmi fil-Parti A tal-Anness II

     

    il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti legali applikabbli relatati mal-ambjent u t-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tagħha

     

    dikjarazzjoni ambjentali mħejjija f’konformità mal-Anness IV u bid-dokumenti ta’ referenza settorjali kkunsidrati, meta jkunu disponibbli

    dikjarazzjoni ambjentali aġġornata f’konformità mal-Anness IV u, meta disponibbli, bid-dokumenti ta’ referenza settorjali kkunsidrati

    dikjarazzjoni ambjentali f’konformità mal-Anness IV u bid-dokumenti ta’ referenza settorjali kkunsidrati, meta jkunu disponibbli.

    Għandu jiġi nnotat li, wara kull verifika, il-verifikatur ambjentali huwa obbligat joħroġ id-dikjarazzjoni ffirmata msemmija fl-Artikolu 25(9) u fl-Anness VII. Billi jiffirma din id-dikjarazzjoni, il-verifikatur ambjentali “jikkonferma illi m’hemm l-ebda evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżiti legali applikabbli relatati mal-ambjent”.

    F’ċerti kundizzjonijiet, tista’ tintuża proċedura ta’ kampjunar għall-verifika ta’ ċerti organizzazzjonijiet b’ħafna siti. F’dan il-każ, fi ħdan iċ-ċiklu ta’ tlieta jew 4 snin, il-verifikaturi jridu jżuru biss għażla ta’ siti li jkunu jirrappreżentaw l-attivitajiet tal-organizzazzjoni u li jistgħu jippermettu li ssir valutazzjoni affidabbli u li ta’ min joqgħod fuqha tal-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-organizzazzjoni u tal-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-EMAS.

    7.2.    Metodu tal-kampjunar

    7.2.1.    Rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ proċedura ta’ kampjunar għall-valutazzjoni ta’ organizzazzjonijiet b’ħafna siti

    L-użu ta’ proċedura ta’ kampjunar ma jżommx lill-organizzazzjonijiet milli jużaw reġistrazzjoni korporattiva kif definita fl-Artikolu 2(29) tar-Regolament dwar l-EMAS għas-siti rispettivi.

    Għall-organizzazzjonijiet b’ħafna siti, approċċ ta’ kampjunar jista’ jkun xieraq sabiex l-isforz ta’ verifika jkun jista’ jiġi aġġustat mingħajr ma tiġi kompromessa l-fiduċja fil-konformità legali u fl-implimentazzjoni sħiħa tas-sistema ta’ ġestjoni, u b’hekk ikun jista’ jinkiseb titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali f’kull sit kopert mir-reġistrazzjoni fl-EMAS. F’termini ta’ reġistrazzjoni, dan ikun jinvolvi reġistrazzjoni ta’ diversi siti.

    Għall-valutazzjoni ta’ organizzazzjonijiet b’bosta siti, fuq talba tal-organizzazzjoni, il-verifikatur ambjentali jista’ jaqbel mal-użu ta’ metodu tal-kampjunar f’konformità mal-kriterji stabbiliti f’dan il-kapitolu.

    7.2.2.    Kriterji ta’ eliġibbiltà għall-applikazzjoni tal-metodu tal-kampjunar.

    Għal organizzazzjoni b’diversi siti, metodu tal-kampjunar jista’ jintuża biss għal gruppi ta’ siti simili.

    Is-similarità tas-siti tiġi ddeterminata f’konformità mal-kriterji li ġejjin li għandhom jiġu ssodisfati b’mod kumulattiv: il-post fl-istess Stat Membru (65); l-istess tip ta’ attivitajiet; l-istess proċeduri; l-istess status legali; rekwiżiti legali simili; aspetti u impatti ambjentali simili; sinifikat simili tal-impatti ambjentali; u proċeduri simili ta’ ġestjoni u kontroll ambjentali.

    Gruppi ta’ siti simili huma ddefiniti fuq talba tal-organizzazzjoni u bi ftehim reċiproku kemm mal-verifikatur ambjentali kif ukoll mal-awtorità kompetenti f’konformità mal-proċedura deskritta hawn taħt. Dawn il-gruppi jridu jiġu riflessi f’awditi ambjentali interni u fir-rieżami tal-ġestjoni, u fis-siti kollha fi ħdan il-gruppi msemmijin fid-dikjarazzjoni ambjentali u fir-reġistru.

    Is-siti kollha koperti mir-reġistrazzjoni fl-EMAS huma taħt il-kontroll dirett. l-awtorità, u s-superviżjoni tal-organizzazzjoni.

    Is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali hija kkontrollata u ġestita b’mod ċentrali u hija soġġetta għar-rieżami tal-ġestjoni. Is-siti kollha li għandhom jiġu koperti mir-reġistrazzjoni fl-EMAS huma soġġetti għall-awditu ambjentali tal-organizzazzjoni. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm ta’ awditjar ambjentali intern tiegħu jinkludi s-siti kollha.

    L-organizzazzjoni jeħtiġilha turi l-awtorità u l-ħila tagħha li tniedi tibdil organizzazzjonali fis-siti kollha koperti mir-reġistrazzjoni fl-EMAS sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali tagħha. L-organizzazzjoni jeħtiġilha turi wkoll il-ħila tagħha li tiġbor u tanalizza d-data mis-siti kollha, inklużi l-kwartieri ġenerali.

    7.2.3.    Rekwiżiti għall-organizzazzjoni applikanti

    L-organizzazzjoni tipprovdi lill-verifikatur ambjentali b’deskrizzjoni ċara u mhux ambigwa tal-kuntest tagħha u sommarju tal-attivitajiet, tal-prodotti, u tas-servizzi tagħha, kif ukoll tar-relazzjoni tagħha ma’ kwalunkwe organizzazzjoni jew sussidjarja prinċipali jew affiljata, meta applikabbli. Dik għandha tinkludi:

    il-gruppi tas-siti, inkluża l-proċedura ta’ raggruppament.

    kwalunkwe sit li potenzjalment huwa eskluż mill-proċedura ta’ kampjunar u r-raġunijiet għal dik ir-restrizzjoni.

    deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali diretti u indiretti sinifikanti kollha li jirriżultaw fl-impatti ambjentali sinifikanti tal-organizzazzjoni. Dan għandu jinkludi spjegazzjoni ta’ kif in-natura tal-impatti hija relatata mal-aspetti diretti u indiretti sinifikanti, u għandu jidentifika l-aspetti ambjentali sinifikanti assoċjati mas-siti li għalihom tkun tapplika l-proċedura ta’ kampjunar.

    ir-riskji potenzjali assoċjati ma’ dawn l-aspetti ambjentali.

    il-politika ambjentali tal-organizzazzjoni u deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni, inklużi l-objettivi u l-miri tagħha b’rabta mal-aspetti u mal-impatti ambjentali sinifikanti. Jekk l-organizzazzjoni għad ma għandhiex sistema ta’ ġestjoni ambjentali, hija għandha tiddeskrivi s-sistema ppjanata u l-objettivi ewlenin tagħha.

    referenza għar-regolamenti ambjentali ewlenin applikabbli.

    il-lista ta’ siti li se jkunu soġġetti għal proċedura ta’ kampjunar.

    Huwa rrakkomandat li l-organizzazzjoni tinnotifika lill-korpi kompetenti u lill-korpi ta’ akkreditazzjoni u ta’ liċenzjar fi stadju bikri tar-reġistrazzjoni ppjanata ta’ diversi siti sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda ostaklu li jista’ jfixkel il-proġett f’diversi siti.

    7.2.4.    Kriterji għall-esklużjoni tas-siti mill-proċedura ta’ kampjunar

    Il-metodu tal-kampjunar ma jistax jiġi applikat fil-każ ta’:

    siti jew organizzazzjonijiet mogħtijin inċentivi materjali u simplifikazzjonijiet amministrattivi soġġetti għar-rekwiżit li jiġu vvalutati b’mod differenti.

    siti fejn il-liġi nazzjonali teskludi b’mod espliċitu metodu tal-kampjunar.

    siti f’pajjiżi mhux tal-UE;

    siti li, bħala karatteristika tal-aspetti ambjentali sinifikanti tagħhom, jippreżentaw riskju ta’ aċċident ambjentali li jista’ jikkawża problema ambjentali lokali.

    siti soġġetti għal leġiżlazzjoni dwar sustanzi ta’ tħassib kbir ħafna (66);

    siti soġġetti għal leġiżlazzjoni dwar l-immaniġġjar tal-iskart perikoluż, ħlief għall-produtturi ta’ skart perikoluż fi kwantitajiet żgħar li huma soġġetti għal eżenzjonijiet nazzjonali u/jew reġjonali.

    siti soġġetti għad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (67) (id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali).

    siti soġġetti għad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (68) (id-Direttiva Seveso).

    7.2.5.    Linji gwida għall-użu ta’ proċedura ta’ kampjunar għall-valutazzjoni ta’ organizzazzjonijiet b’diversi siti

    L-organizzazzjoni jeħtiġilha tistabbilixxi b’mod ċar il-kamp ta’ applikazzjoni propost għall-metodu tal-kampjunar (in-numru ta’ siti, lista tas-siti kollha koperti b’deskrizzjoni qasira tal-attivitajiet tagħhom, indikazzjoni tas-siti esklużi mill-proċedura ta’ kampjunar eċċ.) f’konformità mar-rekwiżiti elenkati hawn fuq.

    Is-siti proposti mill-organizzazzjoni għall-inklużjoni fil-proċess tal-kampjunar iridu jiġu kklassifikati fi grupp wieħed jew aktar ta’ siti simili. Il-livell ta’ similarità ta’ grupp ta’ siti jrid jiżgura li l-valutazzjoni ta’ kampjun ta’ siti jkun rappreżentattiv ħafna tal-grupp sħiħ. Is-siti kollha li ma jkunux inklużi fi grupp minħabba nuqqas ta’ similarità jiġu esklużi mill-proċedura ta’ kampjunar u jridu jiġu vvalutati b’mod individwali.

    7.2.6.    Proċedura għall-applikazzjoni tal-metodu tal-kampjunar għal organizzazzjonijiet b’diversi siti

    Għalkemm l-organizzazzjoni tista’ tipproponi kampjunar, hija r-responsabbiltà tal-verifikatur li jiddetermina jekk huwiex xieraq jew le. Għalhekk, bi tħejjija għall-ftehim mal-organizzazzjoni, il-verifikatur jeħtieġlu jiddetermina jekk l-organizzazzjoni tkunx eliġibbli għall-kampjunar jew le, jekk ir-rekwiżiti għall-applikazzjoni tiegħu jkunux issodisfati, u jekk għandux ikun hemm xi esklużjoni mill-kampjunar.

    Ir-rekords tal-verifikatur iridu juru kif intlaħqu dawk il-konklużjonijiet u dawk ir-rekords iridu jkunu disponibbli għall-korpi ta’ akkreditazzjoni u ta’ liċenzjar għar-rieżami matul is-superviżjoni. Dan għandu jinkludi l-qbil tal-verifikatur mal-kamp ta’ applikazzjoni ssuġġerit, id-definizzjonijiet tan-natura ta’ kull grupp ta’ siti, u (abbozz) ta’ pjan ta’ verifika li jrid ikun fih deskrizzjoni tal-metodoloġija u tal-kriterji użati sabiex jiġu ddefiniti l-gruppi tas-siti, il-metodu li se jintuża sabiex jingħażlu s-siti (kemm għall-parti aleatorja u kemm għal dik li ma hijiex) u l-iskeda taż-żmien tal-verifika. Dan il-pjan ta’ verifika jrid jinkludi wkoll l-attivitajiet u l-proċessi ewlenin ta’ kull grupp ta’ siti, l-aspetti ambjentali sinifikanti marbutin ma’ kull grupp ta’ siti, u stima tal-livelli ta’ riskju ta’ aċċidenti ambjentali marbutin ma’ dawn l-aspetti.

    Il-verifikatur ambjentali jeħtieġlu jevalwa wkoll it-trasparenza tar-raggruppament ta’ siti simili, kif meħtieġ, u l-impatt ta’ dak ir-raggruppament fuq il-kontenut tad-dikjarazzjoni ambjentali u fuq il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-organizzazzjoni. Ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni jridu jiġu ddokumentati fir-rapport tal-verifikatur.

    Meta l-verifikatur ambjentali jkun qabel mal-kamp ta’ applikazzjoni propost (inkluż approċċ ta’ kampjunar), jidentifika l-karatteristiċi ta’ kull grupp ta’ siti u jħejji pjan ta’ verifika li jiddeskrivi l-proċess u l-kriterji għall-identifikazzjoni tagħhom, il-proċess għall-għażla tas-siti (għall-partijiet aleatorji u mhux aleatorji), u l-iskeda taż-żmien tal-verifika. Il-pjan ta’ verifika jinkludi wkoll l-attivitajiet u l-proċessi ewlenin ta’ kull grupp ta’ siti, l-aspetti ambjentali sinifikanti marbutin ma’ kull grupp ta’ siti, u valutazzjoni tar-riskju ta’ aċċidenti ambjentali marbutin ma’ dawk l-aspetti.

    Il-verifikatur ambjentali għandu jevalwa l-livell ta’ riskju assoċjat man-natura tal-attivitajiet u tal-proċessi mwettqin f’kull sit inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kampjunar. Jista’ jiddeċiedi wkoll li jillimita l-proċedura ta’ kampjunar jekk għażla ta’ kampjuni ta’ siti ma tkunx xierqa sabiex tiġi pprovduta biżżejjed assigurazzjoni fir-rigward tal-effettività tas-sistema ta’ ġestjoni, minħabba fatti speċifiċi. Dawn il-limitazzjonijiet iridu jiġu ddefiniti mill-verifikatur ambjentali fir-rigward ta’ dawn:

    il-kundizzjonijiet ambjentali jew aspetti rilevanti oħrajn relatati mal-kuntest tal-organizzazzjoni.

    id-differenzi fl-implimentazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni fuq il-post, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-siti individwali.

    il-konformità tal-organizzazzjoni mar-regoli (eż., ir-rekords tal-aġenzija tal-infurzar, in-numru ta’ lmenti, il-valutazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi).

    Imbagħad, il-verifikatur għandu jiddokumenta r-raġunijiet speċifiċi li jillimitaw l-adegwatezza tal-organizzazzjoni għall-użu ta’ approċċ ta’ kampjunar.

    Meta jintuża approċċ ta’ kampjunar, dan irid jiġi inkluż fin-notifika kif meħtieġ mill-Artikoli 23 u 24. Tal-anqas 4 ġimgħat qabel il-verifika, il-verifikatur ambjentali jinnotifika lill-korp ta’ akkreditazzjoni u ta’ liċenzjar u lill-korp kompetenti b’lista tas-siti kollha ta’ organizzazzjoni li jkunu skedati li jgħaddu mill-proċedura ta’ kampjunar, u tas-siti kollha li huma soġġetti għal verifika separata.

    Il-korpi kompetenti jeħtieġ li jkollhom fis-seħħ proċeduri sabiex jirrestrinġu tali kampjunar meta l-kampjunar fuq il-post ma jkunx xieraq f’termini ta’ kisba ta’ fiduċja suffiċjenti fl-effettività tas-sistema ta’ ġestjoni awditjata.

    Il-korp ta’ akkreditazzjoni u ta’ liċenzjar u l-korp kompetenti għar-reġistrazzjoni ta’ diversi siti jistgħu jużaw ukoll l-evidenza materjali riċevuta, pereżempju permezz ta’ rapport bil-miktub mill-awtorità jew mill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar, f’konformità mal-Artikolu 13(2)(c) tar-Regolament dwar l-EMAS, sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda evidenza ta’ ksur tar-rekwiżiti legali applikabbli relatati mal-ambjent.

    Fir-reġistru tal-EMAS, il-korpi kompetenti jistgħu jindikaw, fil-livell tal-organizzazzjoni, liema siti huma soġġetti għal proċedura ta’ kampjunar ta’ diversi siti.

    Fil-laqgħat annwali tagħhom, il-korpi kompetenti jistgħu jirrapportaw dwar l-użu tal-metodu tal-kampjunar fil-pajjiżi rispettivi tagħhom u jinkludu dan l-aspett fl-eżerċizzji regolari tagħhom ta’ rieżami bejn il-pari.

    7.2.7.    Għażla u kalkolu tal-kampjun

    Il-kampjuni jridu jintgħażlu biex jiġi żgurat li l-verifikatur ikollu idea rappreżentattiva u komprensiva dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni u li jkun jista’ jiċċekkja l-affidabbiltà tad-data u l-akkontabilità lokali.

    Għandha tintuża l-prattika t-tajba fl-għażla tat-tekniki ta’ kampjunar u l-verifikaturi għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin filwaqt li jkunu qegħdin jagħżlu s-siti li għandhom jiġu inklużi fil-programm tal-verifika:

    il-politika u l-programm ambjentali.

    il-kumplessità tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, is-sinifikat tal-aspetti

    u l-impatti ambjentali diretti u indiretti u l-interazzjoni potenzjali ma’ ambjenti sensittivi.

    il-fehmiet tal-partijiet interessati (l-ilmenti, l-interess pubbliku f’sit).

    il-firxa tal-persunal tal-organizzazzjoni fuq is-siti.

    l-istorja tal-problemi ambjentali, tal-anqas matul it-3 snin preċedenti.

    ir-riżultati mill-verifiki li jkunu saru qabel u minn awditi interni.

    Sit irid jiġi vverifikat individwalment jekk:

    id-daqs, l-iskala u n-natura tal-attivitajiet/l-operazzjonijiet tiegħu fis-sit ikunu ġew irrikonoxxuti bħala differenti minn dawk ta’ siti oħrajn tal-istess organizzazzjoni.

    l-awditi interni u r-rieżami tal-ġestjoni wrew il-ħtieġa għal azzjoni korrettiva li ma tkunx twettqet.

    ikunu seħħew bidliet sostanzjali fis-sistema tal-ġestjoni ambjentali jew fil-ħidmiet fuq is-sit mill-aħħar verifika.

    Pereżempju, il-kwartieri ġenerali ma għandhomx ikunu parti mill-kampjun iżda għandhom jiġu vverifikati separatament matul kull ċiklu.

    Il-proċedura tal-kampjunar sabiex jingħażlu siti għall-valutazzjoni fuq il-post f’kull grupp ta’ siti trid tissodisfa r-rekwiżiti deskritti hawn taħt.

    Jittieħed kampjun rappreżentattiv minn kull grupp ta’ siti komparabbli.

    Il-kampjun jiġi fformat parzjalment fuq bażi selettiva, f’konformità mal-fatturi spjegati hawn taħt, u parzjalment fuq bażi mhux selettiva (b’mod aleatorju), sabiex jinkiseb kampjun rappreżentattiv ta’ siti differenti.

    F’kull grupp, il-kampjun tas-siti jrid ikun tal-anqas 50 % (aġġustat għall-eqreb numru sħiħ) aleatorju (mhux selettiv). Il-verifikatur ambjentali jeħtieġlu jiddokumenta l-proċedura sabiex issir din l-għażla fuq bażi aleatorja.

    Il-proċedura għas-sehem selettiv li jifdal tal-kampjunar trid tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ hawn taħt.

    Irid jiġi żgurat li, għal kull verifika ġdida, is-siti ta’ grupp inklużi fil-kampjun ikunu differenti minn dawk inklużi fil-kampjun fl-istess grupp matul verifiki preċedenti. Fl-ewwel verifika u f’kull ċiklu ta’ verifika li jiġi wara, il-kwartieri ġenerali jridu jkunu inklużi fil-programm tal-verifika. Il-verifika tista’ tqis ir-riżultati tal-awditu intern tal-identifikazzjoni tar-riskji, li, bħala regola ġenerali, għandu jitwettaq fuq is-siti kollha tal-organizzazzjoni.

    In-numru minimu ta’ siti li għandhom jiġu inklużi fil-kampjun meħudin minn kull grupp ta’ siti jiġi kkalkolat abbażi tal-formula li ġejja.

     

    Eżempju tal-kalkolu tal-kampjun għal organizzazzjoni b’diversi siti

    Għal kumpanija li topera fis-settur tal-bejgħ bl-imnut tal-ħwejjeġ b’504 postijiet:

    503 iħwienet tal-bejgħ,

    kwartieri ġenerali wieħed.

    1.

    Il-formazzjoni ta’ gruppi ta’ siti għall-applikazzjoni tal-metodu tal-kampjunar:

    Grupp 1: 100 ħanut tal-bejgħ > 150 m2

    Grupp 2: 400 ħanut tal-bejgħ < 150 m2

    Postijiet individwali:

    3 ħwienet tal-bejgħ ta’ daqsijiet u b’kontenut differenti

    kwartieri ġenerali wieħed

    2.

    Valutazzjoni qabel ir-reġistrazzjoni inizjali u qabel it-tiġdid tar-reġistrazzjoni:

    Is-siti individwali kollha (3 siti tal-bejgħ, uffiċċju prinċipali wieħed)

    Grupp 1: mill-inqas √100 ħanut tal-bejgħ = 10 iħwienet tal-bejgħ

    Grupp 2: mill-inqas √400 ħanut tal-bejgħ = 20 ħanut tal-bejgħ

     

    Għar-reġistrazzjoni inizjali fl-EMAS u għat-tiġdid, dan in-numru jkun l-għerq kwadrat tan-numru ta’ siti inklużi fil-grupp u ttondjat għall-eqreb numru sħiħ (eż. għal grupp ta’ 100 sit: √100 = 10).

    Il-verifikatur ambjentali jeħtieġlu jżomm rekords dettaljati ta’ kull applikazzjoni ta’ proċedura ta’ kampjunar għal organizzazzjonijiet b’diversi siti, filwaqt li jiġġustifika l-proċedura tal-kampjunar li tkun ġiet applikata f’konformità ma’ dan id-dokument.

    7.2.8.    Proċedura fil-każ ta’ devjazzjonijiet

    L-organizzazzjonijiet għandhom jikkunsidraw ir-riskju li jitilfu r-reġistrazzjoni komuni għas-siti kollha fil-każ ta’ ksur tar-rekwiżiti regolatorji fuq sit wieħed biss. Wara li jqisu dan ir-riskju, l-organizzazzjonijiet jistgħu jirreġistraw ukoll dawn il-postijiet speċifiċi individwalment.

    Jekk jiġu identifikati każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità jew ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi legali matul il-valutazzjoni ta’ organizzazzjoni b’diversi siti f’każ li fih ikun intuża approċċ ta’ kampjunar, il-verifikatur jeħtieġlu jipproċedi kif ġej.

    Jiġi investigat il-punt sa fejn in-nuqqas ta’ konformità jew in-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi legali jkun speċifiku għas-sit jew jekk siti oħrajn jistgħux ikunu affettwati wkoll.

    L-organizzazzjoni hija meħtieġa tidentifika s-siti kollha li jistgħu jkunu affettwati, tieħu l-azzjonijiet korrettivi neċessarji f’dawk is-siti, u taġġusta s-sistema ta’ ġestjoni jekk ikun suspettat li n-nuqqas ta’ konformità jew in-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi legali jista’ jindika nuqqas fis-sistema ta’ ġestjoni ġenerali li jista’ jaffettwa wkoll siti oħrajn. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew nuqqas ta’ konformità mal-obbligi legali li ma jistax jiġi rrimedjat permezz ta’ azzjoni korrettiva f’waqtha, il-verifikatur ma għandux jivvalida d-dikjarazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni. Fil-każ ta’ tiġdid, jeħtieġlu jinnotifika lill-korp kompetenti li d-dikjarazzjoni ambjentali ma ġietx ivvalidata. Il-korp kompetenti jista’ jiddeċiedi li r-reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni jew tas-sit għandha tiġi sospiża jew titneħħa mir-reġistru tal-EMAS. Ma huwiex possibbli biss li jiġi sospiż jew jitneħħa s-sit fejn instab in-nuqqas ta’ konformità oriġinali mir-reġistru tal-EMAS.

    Tkun meħtieġa evidenza ta’ dawn il-miżuri u l-effettività tagħhom tiġi vverifikata mill-verifikatur ambjentali, li jespandi l-kampjun sabiex jinkludi siti addizzjonali ladarba jkunu fis-seħħ miżuri ta’ rimedju.

    Id-dikjarazzjoni ambjentali tiġi vvalidata u d-dikjarazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni f’konformità mal-Anness VII tar-Regolament tiġi ffirmata biss meta tasal evidenza sodisfaċenti li s-siti kollha jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-EMAS u mar-rekwiżiti legali ambjentali kollha.

    7.2.9.    Dokumentazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-dikjarazzjoni ambjentali li tiġġustifika d-daqs tal-kampjun u l-proċedura tal-kampjunar.

    L-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS li għalihom il-verifikatur ambjentali jkun applika skema ta’ kampjunar/ta’ verifika f’konformità ma’ din it-taqsima tal-Gwida għall-Utenti għandhom jiddokumentaw din l-iskema ta’ kampjunar fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħhom. Id-dikjarazzjoni ambjentali għandha tiġġustifika (fil-qosor) il-proċedura għar-raggruppament tas-siti u għad-daqs tal-kampjun. Id-dikjarazzjoni ambjentali telenka s-siti kollha u tiddistingwi b’mod ċar is-siti li saritilhom żjara u dawk li ma saritilhomx waħda.

    7.3.    Rapport tal-verifikatur ambjentali

    Wara l-verifika fuq il-post, il-verifikatur ambjentali jeħtieġlu jħejji rapport bil-miktub dwar ir-riżultati f’konformità mal-Artikolu 25(6) u (7) tar-Regolament dwar l-EMAS, bil-kontenut li ġej.

    Il-fatti kollha rilevanti għall-ħidma tal-verifikatur ambjentali.

    Deskrizzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti kollha tal-EMAS, inklużi l-evidenza, is-sejbiet u l-konklużjonijiet; ir-rapport għandu jirreferi b’mod partikolari għall-evidenza użata biex tiġi vvalutata l-konformità legali (rapporti ta’ kejl, analiżijiet jew simili). Ir-rapport irid jindika wkoll il-bażi għall-valutazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 7 dwar l-eżenzjoni.

    Tqabbil tal-prestazzjoni ambjentali u tal-miri ma’ dikjarazzjonijiet ambjentali preċedenti, u evalwazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni u t-titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali; ir-rapport għandu jidentifika opportunitajiet speċifiċi għat-titjib bħala parti mill-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali.

    Meta applikabbli, in-nuqqasijiet tekniċi li nqalgħu matul l-analiżi ambjentali jew l-awditjar tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali u ta’ proċessi rilevanti oħrajn.

    Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet, informazzjoni addizzjonali dwar is-sejbiet u l-konklużjonijiet relatati u l-fatti li fuqhom huma bbażati dawn is-sejbiet u l-konklużjonijiet.

    L-oġġezzjonijiet għall-abbozz tad-dikjarazzjoni ambjentali jew għad-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata, u d-dettalji ta’ kwalunkwe emenda jew żieda li għandha ssir fid-dikjarazzjoni ambjentali jew fid-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata.

    Ir-rapport għandu jitħejja fi djalogu mal-organizzazzjoni sabiex kwalunkwe mistoqsija miftuħa tkun tista’ titwieġeb malajr. B’dan il-mod, l-ostakli għall-validazzjoni diġà jistgħu jiġu indirizzati fil-laqgħa finali u rreġistrati bil-miktub fil-forma ta’ devjazzjonijiet.

    Jekk il-verifikatur jidhirlu li r-rekwiżiti individwali ma jkunux issodisfati biżżejjed, ir-rappreżentant tal-maniġment superjuri ambjentali tal-organizzazzjoni jista’ jagħmel il-bidliet neċessarji. F’każijiet individwali, id-devjazzjoni tista’ tkun tant serja li l-verifikatur ambjentali jkun jeħtieġlu jivverifika l-korrezzjoni mill-ġdid fuq il-post. Madankollu, bħala regola, l-evidenza verifikabbli tkun biżżejjed u trid tiġi sottomessa lill-verifikatur ambjentali qabel il-konferma tiegħu tal-validazzjoni.

    Ir-rapport irid jiġi sottomess lir-rappreżentant tal-ġestjoni ambjentali, u jekk possibbli, lill-maniġment superjuri.

    7.4.   Validazzjoni tad-dikjarazzjoni ambjentali — l-Artikoli 6, 7 u 19 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Jekk il-verifikatur ambjentali jiddetermina li jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti kollha tar-Regolament dwar l-EMAS, huwa jivvalida d-dikjarazzjoni ambjentali bil-firma tiegħu u jikkonferma l-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni tiegħu lill-organizzazzjoni.

    Billi jivvalida d-dikjarazzjoni ambjentali, il-verifikatur ambjentali jikkonferma li:

    id-dikjarazzjoni ambjentali tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-EMAS.

    l-informazzjoni u d-data huma affidabbli u korretti u jikkonformaw mar-regolamenti tal-EMAS; u

    ma hemm l-ebda evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regolamenti ambjentali applikabbli.

    Din il-konferma tiġi rreġistrata fil-forma ta’ nota ta’ verifika fid-dikjarazzjoni ambjentali. Inkella, id-dikjarazzjoni f’konformità mal-Anness VII (Dikjarazzjoni tal-verifikatur ambjentali dwar l-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni), iffirmata f’konformità mal-Artikolu 25(9), tista’ tiġi integrata fid-dikjarazzjoni ambjentali.

    Kull 3 snin (bl-eżenzjoni għal kumpaniji żgħar kull 4 snin), id-dikjarazzjoni ambjentali trid tiġġedded kompletament, flimkien mar-reġistrazzjoni fl-EMAS li għandha tiġi vvalidata mill-verifikatur ambjentali u tiġi sottomessa lill-korp kompetenti. Fis-snin interim, id-dikjarazzjoni ambjentali trid tiġi aġġornata mill-kumpanija, ivvalidata mill-verifikatur u tingħadda lill-korp kompetenti.

    Jekk organizzazzjoni żgħira tuża ċ-ċiklu ta’ 4 snin għall-validazzjoni, hija xorta tħejji dikjarazzjoni ambjentali aġġornata fis-snin interim f’konformità mal-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regolament dwar l-EMAS. Madankollu, din ma tiġix irrieżaminata mill-verifikatur u tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti mingħajr validazzjoni.

    F’konformità mal-Artikolu 19(2), l-informazzjoni aġġornata kollha fid-dikjarazzjoni ambjentali, jew fid-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata, trid tiġi vvalidata mill-verifikatur ambjentali f’intervalli ta’ mhux aktar minn 12-il xahar.

    Hija prassi tajba li l-verifikatur ambjentali jiġi pprovdut b’abbozz tad-dikjarazzjoni ambjentali qabel iż-żjara tiegħu.

    Pass 8:   Reġistrazzjoni fir-reġistru tal-EMAS — l-Artikoli 4, 5 u 6 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Ir-Regolament dwar l-EMAS fih ċerti regoli ġenerali għar-reġistrazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jadattawhom għar-regolamenti ambjentali nazzjonali tagħhom. Ladarba s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tkun ġiet implimentata u vverifikata, u tkun ġiet ivvalidata d-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS, l-organizzazzjoni tapplika mal-korp kompetenti għar-reġistrazzjoni fl-EMAS.

    8.1.   Il-proċess ta’ reġistrazzjonil-Artikoli 4, 5 u 6 tar-Regolament dwar l-EMAS

    L-organizzazzjonijiet għandhom jagħmlu kuntatt mal-verifikaturi ambjentali xierqa matul il-fażi ta’ ppjanar. Dan sabiex jitħalla biżżejjed żmien sabiex jiġu ppjanati l-ħatriet neċessarji jew sabiex jintlaħaq qbil mal-verifikatur dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-verifika, eż., b’rabta mal-verifika ta’ siti simili fil-qafas ta’ dik li hija magħrufa bħala l-proċedura ta’ kampjunar. Skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament dwar l-EMAS, l-organizzazzjonijiet għandhom il-possibbiltà li jitolbu informazzjoni mingħand il-verifikatur ambjentali.

    L-EMAS tuża l-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi tal-UE kemm għall-klassifikazzjoni ta’ organizzazzjoni f’settur ekonomiku kif ukoll għall-akkreditazzjoni tal-verifikaturi ambjentali. Din hija organizzata f’konformità mal-kodiċi NACE (Nomenklatura tal-Attivitajiet Ekonomiċi). Għalhekk, il-qasam ta’ akkreditazzjoni tal-verifikaturi ambjentali jrid jikkorrispondi għas-settur ekonomiku tal-organizzazzjoni. Meta jkun hemm dubju dwar il-klassifikazzjoni korretta tal-organizzazzjoni taħt il-kodiċi NACE korrett, il-korp kompetenti jew il-korpi ta’ akkreditazzjoni jkunu disponibbli sabiex jgħinu lill-organizzazzjonijiet jagħżlu l-kodiċi NACE korrett.

    Korp kompetenti responsabbli

    L-organizzazzjoni tissottometti l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-EMAS lill-korp kompetenti b’responsabbiltà lokali (69).

    Tabella 10

    Korpi responsabbli għad-diversi reġistrazzjonijiet

    Sitwazzjoni

    Fejn isseħħ ir-reġistrazzjoni?

    Organizzazzjoni b’post fl-UE

    Korp kompetenti li l-Istat Membru li fih tinsab l-organizzazzjoni jkun ħatar b’mod uffiċjali.

    Organizzazzjoni b’bosta siti fi Stat Membru wieħed

    Korp kompetenti maħtur mill-Istat Membru.

    Reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet b’bosta siti f’diversi Stati Membri tal-UE (reġistrazzjoni korporattiva fl-UE)

    Fil-każ ta’ reġistrazzjoni korporattiva fl-UE, il-post fejn jinsabu l-kwartieri ġenerali jew fejn ikun jinsab iċ-ċentru ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni (f’dik l-ordni ta’ preferenza) huwa deċiżiv sabiex jiġi ddeterminat il-korp kompetenti ewlieni.

    Reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet b’sit wieħed jew aktar f’pajjiżi terzi (reġistrazzjoni f’pajjiżi terzi)

    Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jipprovdi għar-reġistrazzjoni ta’ pajjiż terz, f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament dwar l-EMAS, ir-reġistrazzjoni f’dak l-Istat Membru speċifiku, fil-prattika, tiddependi fuq id-disponibbiltà ta’ verifikaturi akkreditati. Il-verifikatur potenzjali għandu jkun akkreditat fl-Istat Membru speċifiku li jipprovdi għar-reġistrazzjoni ta’ pajjiż terz, għal dak il-pajjiż terz speċifiku u għas-settur ekonomiku speċifiku jew għas-setturi ekonomiċi speċifiċi involuti (stabbiliti fuq il-bażi tal-kodiċijiet NACE).

    Reġistrazzjoni ta’ organizzazzjoni b’bosta siti fl-Istati Membri u f’pajjiżi terzi (reġistrazzjoni globali)

    L-Istat Membru fejn ikun jinsab il-korp kompetenti responsabbli għal din il-proċedura jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet fl-ordni ta’ preferenza li ġej:

    (1)

    meta l-organizzazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali fi Stat Membru li jipprovdi għar-reġistrazzjoni ta’ pajjiżi terzi, l-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-korp kompetenti f’dak l-Istat Membru.

    (2)

    jekk il-kwartieri ġenerali tal-organizzazzjoni ma jkunx jinsab fi Stat Membru li jipprovdi għar-reġistrazzjoni ta’ pajjiż terz, iżda jkollha ċ-ċentru ta’ ġestjoni hemmhekk, l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa lill-korp kompetenti f’dak l-Istat Membru.

    (3)

    jekk l-organizzazzjoni li tapplika għar-reġistrazzjoni globali la jkollha l-kwartieri ġenerali u lanqas ċentru ta’ ġestjoni fi Stat Membru li jipprevedi r-reġistrazzjoni ta’ pajjiżi terzi, l-organizzazzjoni trid twaqqaf ċentru ta’ ġestjoni ad hoc fi Stat Membru li jipprovdi għar-reġistrazzjoni ta’ pajjiżi terzi, u l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa lill-korp kompetenti f’dak l-Istat Membru.

    Nota:

    Jekk l-applikazzjoni tkun tkopri aktar minn Stat Membru wieħed, trid tiġi segwita l-proċedura ta’ koordinazzjoni bejn il-korpi kompetenti, kif stabbilit fit-Taqsima 3.2 tal-Gwida għal Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE, Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi u Reġistrazzjoni Globali skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009. Imbagħad, dak il-korp kompetenti jaġixxi bħala korp kompetenti ewlieni.

    Nota: F’dak li għandu x’jaqsam mar-reġistrazzjoni, l-istrutturi rilevanti jistgħu jvarjaw fl-Istati Membri. Normalment, ikun hemm korp kompetenti wieħed f’kull Stat Membru; madankollu, f’ċerti Stati Membri jiġu stabbiliti korpi kompetenti differenti fil-livell reġjonali.

    8.1.1.    Dokumenti meħtieġa għar-reġistrazzjoni fl-EMAS.

    Id-dokumenti li ġejjin iridu jiġu sottomessi lir-reġistru:

    id-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS ivvalidata (verżjoni elettronika jew stampata).

    id-dikjarazzjoni ffirmata mill-verifikatur ambjentali li tiċċertifika li l-verifika u l-validazzjoni saru f’konformità mar-Regolament (l-Anness VII tar-Regolament).

    il-formola ta’ applikazzjoni mimlija bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tixtieq li tkun reġistrata (l-Anness VI tar-Regolament) kif ukoll l-informazzjoni meħtieġa fl-Anness VI, Nru 2.

    evidenza li tħallsu t-tariffi dovuti, jekk applikabbli.

    8.1.2.    Reġistrazzjoni

    Il-korp kompetenti jivverifika d-dokumenti sottomessi għall-kompletezza u għall-korrettezza u jiddetermina, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, jekk l-organizzazzjoni tissodisfax ir-rekwiżiti kollha tar-Regolament dwar l-EMAS.

    Il-kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu qabel/matul il-proċess ta’ reġistrazzjoni tal-EMAS:

    1)

    Il-verifika u l-validazzjoni jridu jkunu saru f’konformità mar-Regolament.

    2)

    Il-formola tal-applikazzjoni mimlija kollha u d-dokumenti kollha ta’ sostenn iridu jkunu kif suppost.

    3)

    Il-korp kompetenti jrid ikun issodisfat bl-evidenza materjali li ma jkun hemm l-ebda evidenza ta’ ksur tar-rekwiżiti legali relatati mal-ambjent. Evidenza materjali xierqa tkun rapport bil-miktub mill-awtorità tal-infurzar li jindika li ma jkun instab l-ebda ksur bħal dan.

    4)

    Ma jrid ikun hemm l-ebda lment rilevanti min-naħa tal-partijiet interessati; jew inkella l-ilmenti jridu jkunu ssolvew b’mod sodisfaċenti.

    5)

    Il-korp kompetenti jrid ikun issodisfat, abbażi tal-evidenza li jkun irċieva, li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha tar-Regolament.

    6)

    Meta applikabbli, il-korp kompetenti jrid ikun irċieva t-tariffa meħtieġa.

    B’hekk, l-awtoritajiet isiru jafu bil-ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni u tippermettilha tibbenefika, pereżempju, minn privileġġi possibbli tal-EMAS fl-Istat Membru rispettiv tagħha. Jekk l-awtoritajiet tal-infurzar ma jwiġbux b’mod negattiv fi ħdan perjodu speċifikat u ma jkun hemm l-ebda ilment minn partijiet interessati, jew jekk kwalunkwe ilment ikun ġie solvut b’mod sodisfaċenti, l-organizzazzjoni tiġi assenjata numru tar-reġistrazzjoni u jibda l-proċess ta’ reġistrazzjoni.

    Ladarba l-organizzazzjoni tiddaħħal fir-reġistru nazzjonali u Ewropew tal-EMAS (70), hija tkun tista’ tuża l-logo tal-EMAS bin-numru tar-reġistrazzjoni korrispondenti għall-finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni (eż. fuq is-sit web tagħha, fuq il-letterheads jew fid-dikjarazzjoni ambjentali), iżda mhux fuq il-prodotti jew fuq l-imballaġġ tagħhom, jew sabiex tiġi evitata l-konfużjoni mat-tikketti ambjentali tal-prodotti. L-organizzazzjonijiet tal-EMAS jistgħu jippubblikaw id-dikjarazzjoni ambjentali fuq is-sit web tagħhom stess fi żmien xahar mir-reġistrazzjoni jew mit-tiġdid tar-reġistrazzjoni (71) tagħhom u jikkondividu dik il-ħolqa mal-korp kompetenti fil-ħin. Dan jiżgura aċċess għad-dikjarazzjoni ambjentali kurrenti permezz tar-reġistru tal-EMAS.

    Il-korpi kompetenti tal-Istati Membri differenti jipprovdu informazzjoni dwar ir-reġistrazzjonijiet nazzjonali rispettivi tagħhom fuq talba jew permezz tas-siti web tagħhom.

    8.1.3.    Durata tal-proċess ta’ reġistrazzjoni

    Hija meqjusa prassi tajba li korp kompetenti jieħu d-deċiżjoni finali dwar ir-reġistrazzjoni tal-EMAS ta’ organizzazzjoni fi żmien 3 xhur minn applikazzjoni b’suċċess. It-teħid ta’ aktar żmien biex tittieħed id-deċiżjoni finali dwar ir-reġistrazzjoni jista’ jiġi ġġustifikat biss f’każijiet eċċezzjonali, eż., reġistrazzjonijiet korporattivi kumplessi li jinvolvu diversi korpi kompetenti fl-UE.

    8.1.4.    Sospensjoni jew tħassir ta’ reġistrazzjoni fl-EMAS

    Dan iseħħ meta:

    korp kompetenti jkollu raġuni biex jemmen li organizzazzjoni ma tikkonformax mar-Regolament.

    korp kompetenti jirċievi rapport ta’ superviżjoni bil-miktub mingħand il-korp ta’ akkreditazzjoni jew ta’ liċenzjar li jkun fih evidenza li l-verifikatur ambjentali ma jkunx wettaq il-kompiti tiegħu skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

    jekk organizzazzjoni tonqos milli tibgħat xi wieħed mid-dokumenti li ġejjin lill-korp kompetenti fi żmien xahrejn minn meta tintalab tagħmel dan: id-dikjarazzjoni ambjentali vvalidata; id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata jew id-dikjarazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni ffirmata mill-verifikatur (l-Anness VII), jew il-formola tal-applikazzjoni (l-Anness VI).

    korp kompetenti jkun informat dwar ksur tar-rekwiżiti ambjentali ġuridiċi permezz ta’ rapport bil-miktub mingħand l-awtorità tal-infurzar.

    Il-korp kompetenti jista’ biss ireġġa’ lura s-sospensjoni jekk jirċievi biżżejjed informazzjoni li l-organizzazzjoni tkun konformi mar-Regolament.

    Id-durata tas-sospensjoni ma hijiex speċifikata fir-Regolament dwar l-EMAS u, għalhekk, għandha tiġi speċifikata mill-korp kompetenti kkonċernat jew mill-Istat Membru. Madankollu, id-durata ma għandhiex taqbeż it-12-il xahar.

    Illustrazzjoni 21

    L-atturi ewlenin u s-sistema ta’ governanza tal-EMAS

    Image 23

    8.1.5    Titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali bl-EMAS

    L-EMAS hija proċess kontinwu u ma tintemmx mar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-EMAS jew mat-tiġdid tar-reġistrazzjoni.

    Iċ-ċiklu ta’ ġestjoni jkompli mingħajr xkiel. L-organizzazzjonijiet ikomplu: jiżviluppaw il-programm ambjentali; jidentifikaw oqsma potenzjali għat-titjib; iwettqu awditi ambjentali ġodda hekk kif iseħħu l-bidliet; iħarrġu lill-impjegati fuq bażi kontinwa; jagħmlu awditi operazzjonali interni; u jaġġornaw id-dikjarazzjoni ambjentali. Fil-qosor, kollox jibqa’ kurrenti, jiġi ddokumentat fuq bażi kontinwa, u jirriżulta f’titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali.

    Għalhekk, huwa importanti li l-organizzazzjonijiet jistabbilixxu l-objettivi u l-miri ambjentali inizjali tagħhom filwaqt li jieħdu wkoll perspettiva fit-tul li tista’ tittejjeb matul iċ-ċikli ta’ validazzjoni.

    F’ċertu stadju, jista’ jintlaħaq livell f’termini ta’ impatti ambjentali li fih miżuri li jeħtieġu sforz kbir jirriżultaw biss f’titjib żgħir. Madankollu, il-ġestjoni ambjentali ma tintemmx f’dak il-punt. L-għan tal-ġestjoni ambjentali huwa dejjem li taġixxi f’termini ta’ sostenibbiltà effiċjenza fir-riżorsi. Jekk il-potenzjal ta’ titjib ta’ aspett ambjentali ewlieni jkun ġie eżawrit fil-biċċa l-kbira tiegħu, dan jista’ joffri opportunità sabiex jiġu ppruvati affarijiet li qatt ma ġew ippruvati qabel, eż. l-identifikazzjoni u l-ġestjoni ta’ aspetti ambjentali indiretti, bħall-emissjonijiet tal-Kamp ta’ Applikazzjoni 3 skont il-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra, jew l-allinjament sostenibbli tal-katina tal-provvista. Hawnhekk, l-osservazzjoni kuntestwali tista’ tipprovdi ispirazzjoni u impetu, u dan jgħodd ukoll għad-djalogu attiv ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn.

    L-esperjenza u l-innovazzjonijiet jistgħu jingħaddew lil oħrajn sabiex ikunu jistgħu jibdew ukoll titjib ambjentali. Bl-istess mod, jista’ jinkiseb ħafna għarfien minn organizzazzjonijiet oħrajn li jista’ jiġi ttrasferit lil organizzazzjoni proprja. L-organizzazzjonijiet għandhom jieħdu vantaġġ minn opportunitajiet bħal dawn. F’xi Stati Membri, diġà hemm istituzzjonijiet jew punti ta’ kuntatt korrispondenti li għalihom wieħed jista’ jirrikorri. Hawnhekk ta’ min isemmi il-ministeri tal-ambjent rilevanti u l-korpi kompetenti tal-Istati Membri, kif ukoll l-għaqdiet nazzjonali u reġjonali tal-EMAS.

    8.2   L-Użu tal-logo tal-EMAS — l-Artikolu 10 tar-Regolament dwar l-EMAS

    Il-logo tal-EMAS huwa partikolarment adattat għall-komunikazzjoni tas-sensibilizzazzjoni ambjentali ta’ organizzazzjoni lid-dinja ta’ barra. Sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni pubblika dwar l-EMAS, l-organizzazzjonijiet tagħha huma mħeġġin jagħmlu użu estensiv mil-logo. Il-logo uffiċjali biss huwa validu. Il-logo dejjem irid juri n-numru tar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni, sakemm ma jintużax għal attivitajiet li jippromwovu u jikkummerċjalizzaw l-iskema EMAS. Jekk ikun possibbli, il-logo għandu jidher fuq id-dikjarazzjoni ambjentali.

    Illustrazzjoni 22

    Il-logo tal-EMAS

    Image 24

    8.2.1.    Min jista’ juża l-logo?

    Il-logo tal-EMAS bin-numru tar-reġistrazzjoni jista’ jintuża biss minn organizzazzjonijiet reġistrati fl-EMAS u biss matul il-perjodu ta’ validità tar-reġistrazzjoni. Sabiex jgħaddu b’mod kredibbli l-idea tal-karatteristiċi li l-logo jirrappreżenta, l-organizzazzjonijiet reġistrati fl-EMAS jeħtiġilhom josservaw dawn li ġejjin.

    Irid ikun hemm relazzjoni ċara bejn il-logo u l-organizzazzjoni. In-numru tar-reġistrazzjoni jidentifika b’mod ċar l-organizzazzjoni tal-EMAS. Għalhekk, il-logo tal-EMAS dejjem irid jintuża bin-numru tar-reġistrazzjoni.

    L-informazzjoni ambjentali ppubblikata tista’ turi l-logo tal-EMAS jekk tkun ġiet ivverifikata.

    Jekk l-informazzjoni tirreferi għall-aħħar dikjarazzjoni ambjentali (aġġornata) tal-organizzazzjoni u l-informazzjoni tkun ġiet ivvalidata mill-verifikatur ambjentali, din tista’ turi l-logo tal-EMAS (ara l-Artikolu 10(5)). Dan jinkludi, pereżempju, siltiet mid-dikjarazzjoni ambjentali jew mid-dikjarazzjonijiet ambjentali tal-prodotti.

    Eċċezzjoni hija l-użu mill-“partijiet ikkonċernati” għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u ta’ promozzjoni marbutin mal-EMAS (ara l-Artikolu 35(2)). Dawn il-“partijiet ikkonċernati” huma l-korpi kompetenti u l-korpi ta’ akkreditazzjoni u ta’ liċenzjar. Madankollu, dan jinkludi wkoll immaġnijiet tal-logo fir-rapporti tal-media (gazzetta, internet, eċċ.), l-għajnuniet għat-tagħlim (kotba ta’ referenza u kotba tal-iskola) u użi oħrajn użati għar-relazzjonijiet pubbliċi tal-EMAS. F’każijiet bħal dawn, irid ikun evidenti b’mod ċar li dan huwa reklamar u informazzjoni tal-EMAS. Ma tistax tinħoloq l-impressjoni li r-“reklamatur” stess huwa reġistrat fl-EMAS, meta dan ma jkunx il-każ.

    Ir-reġistrazzjoni fl-EMAS tal-organizzazzjonijiet hija valida biss għas-sit jew għas-siti inklużi fil-verifika mill-verifikatur ambjentali u msemmija fiċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni. Siti assoċjati oħrajn li ma humiex irreġistrati ma jistgħux jużaw il-logo.

    8.2.2    Min jagħti l-logo?

    L-assenjazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni u tal-logo tal-EMAS hija r-responsabbiltà tal-korpi kompetenti. Flimkien maċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni tal-EMAS, il-korpi kompetenti jistgħu jipprovdu wkoll il-logo b’numru tar-reġistrazzjoni bħala fajl grafiku. Il-logo tal-EMAS irid jinħoloq permezz tal-ġeneratur tal-logo tal-Kummissjoni Ewropea (72). L-organizzazzjonijiet tal-EMAS b’diversi siti jew unitajiet organizzazzjonali reġistrati jistgħu jirreklamaw b’logo komuni.

    L-organizzazzjonijiet qegħdin dejjem aktar jagħmlu użu mill-għażla ta’ reġistrazzjoni korporattiva jew ta’ reġistrazzjoni ta’ diversi siti. F’dak il-każ, ir-reġistrazzjoni sseħħ f’post ċentrali, normalment fil-post tal-kwartieri ġenerali korporattivi. Is-siti individwali kollha vvalutati huma ġestiti b’numru tar-reġistrazzjoni komuni. Fil-każ ta’ reġistrazzjoni korporattiva, din l-għażla hija disponibbli wkoll b’mod transfruntier.

    Eżempji ta’ użu korrett tal-logo

    1.

    Logo fuq l-ittri, fuq l-envelopp, fuq il-biljetti tan-negozju, fuq l-uniformi korporattiva, fuq il-kompjuters korporattivi, fuq il-basktijiet u fuq il-bnadar tal-EMAS ta’ organizzazzjoni rreġistrata, u użu simili ieħor tal-logo tal-EMAS għall-finijiet ta’ promozzjoni fil-livell korporattiv.

    2.

    Logo fuq l-intestatura ta’ dokument, mibgħut lill-awtoritajiet, li jkun fih data vvalidata dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni.

    3.

    Logo fuq fowlder li jkun fih rapport dwar organizzazzjoni parzjalment reġistrata.

    4.

    Logo fir-rivista ta’ linja tal-ajru reġistrata (li tingħata waqt it-titjira), flimkien ma’ xi informazzjoni validata.

    5.

    Logo fuq ajruplan, fuq ferrovija, fuq xarabank, fuq karozza jew fuq trakk tal-kumpanija jew fuq metro, ta’ kumpanija reġistrata fl-EMAS.

    6.

    Logo mqiegħed fuq trakk ta’ kumpanija tad-distribuzzjoni reġistrata flimkien mal-isem tal-kumpanija, flimkien ma’ dikjarazzjoni validata li tgħid: “Bejn l-2009 u l-2012, naqqasna l-konsum medju tad-diżil tal-flotta tat-trakkijiet tagħna b’20 % għal x litri għal kull 100 km”.

    7.

    Logo stampat fuq il-katalgu ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar reġistrata li fih informazzjoni validata dwar il-miżuri favur it-turiżmu sostenibbli li l-organizzazzjoni implimentat.

    8.

    Logo mqiegħed fuq dokument intern għall-impjegati, li fih informazzjoni validata dwar it-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali biss.

    9.

    Logo fuq il-bullettin jew fuq il-qoxra ta’ fuljett għall-klijenti u għall-fornituri, b’kontenut meħud mid-dikjarazzjoni ambjentali validata.

    10.

    Logo fir-rapport ambjentali annwali ta’ azjenda li jinkludi siti reġistrati u mhux reġistrati, fil-bidu tal-kapitlu dwar id-dikjarazzjoni ambjentali validata li fiha s-siti tal-organizzazzjoni reġistrati fl-EMAS ikunu identifikabbli b’mod ċar.

    11.

    Logo bħala immaġni grafika fl-isfond ta’ lista ta’ data ambjentali validata f’rapport kummerċjali.

    12.

    Fuljett ġenerali ta’ organizzazzjoni governattiva li jindirizza kif l-organizzazzjonijiet reġistrati fl-EMAS b’mod ġenerali jistgħu jirriċiklaw jew jipproċessaw bl-aħjar mod id-diversi frazzjonijiet tagħhom tal-iskart.

    13.

    Logo maġenb informazzjoni ambjentali validata fuq is-sit web tal-organizzazzjoni.

    14.

    Logo fuq il-bankijiet tal-wirja tal-organizzazzjoni reġistrata, li jservi sabiex jippromwovi lill-organizzazzjoni reġistrata stess.

    15.

    Logo fuq il-bankijiet tal-wirja ta’ organizzazzjoni reġistrata iżda li jippromwovi lill-EMAS bħala sistema ta’ ġestjoni ambjentali b’mod ġenerali.

    16.

    Logo mingħajr numru tar-reġistrazzjoni użat għall-finijiet ta’ promozzjoni minn organizzazzjoni li ma hijiex reġistrata.

    17.

    Logo fuq il-biljetti ta’ organizzazzjoni muniċipali tat-trasport reġistrata.

    18.

    Logo f’film (qasir) ta’ organizzazzjoni reġistrata fl-EMAS.

    19.

    Logo mingħajr numru tar-reġistrazzjoni f’film (qasir).

    20.

    Logo fuq sit web ta’ organizzazzjoni reġistrata fl-EMAS.

    21.

    Logo mingħajr numru tar-reġistrazzjoni fuq sit web.

    22.

    Logo f’posts fuq il-media soċjali.

    23.

    Logo mingħajr numru tar-reġistrazzjoni fil-kontributi tal-media soċjali.

    8.2.3.    Limiti għall-użu tal-logo

    Il-logo ma jistax jintuża (l-Artikolu 10(4) tar-Regolament dwar l-EMAS):

    fuq il-prodotti jew fuq l-imballaġġ tagħhom, lanqas fuq l-imballaġġ estern u tat-trasport.

    b’rabta ma’ paraguni ma’ attivitajiet u ma’ servizzi oħrajn.

    b’mod li jista’ jwassal għal konfużjoni mat-tikketti tal-prodotti ambjentali.

    Il-logo tal-EMAS huwa premju għall-prestazzjoni ambjentali organizzazzjonali u operazzjonali, mhux għall-prodotti ekoloġiċi. Għalhekk, irid jiġi evitat ir-riskju ta’ konfużjoni mal-ekotikketti tal-prodotti. Bl-istess mod, ekotikketta tal-prodott, bħall-Ekotikketta tal-UE, ma tippermetti l-ebda dikjarazzjoni dwar il-ħarsien tal-ambjent operazzjonali tal-kumpanija. L-impenn tal-EMAS jista’ jiġi indikat biss f’forma ta’ test fuq il-prodotti. L-organizzazzjoni hija responsabbli għall-użu korrett tal-logo. Ir-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-EMAS huma vinkolanti direttament fuq l-utent tal-logo individwali. Użu ħażin li jagħmel ħsara lill-EMAS u, għalhekk, għall-kredibbiltà u għall-kwalità tagħha jrid jiġi skoraġġut. Użu illegali tal-logo jista’ jiġi ppenalizzat f’konformità mal-leġiżlazzjoni stabbilita mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-EMAS. Il-verifikatur ambjentali jeħtieġlu jivverifika li r-regolamenti dwar l-użu tal-logo tal-EMAS jikkonformaw mal-Artikolu 10 u mal-Anness V tar-Regolament dwar l-EMAS.

    Eżempji ta’ kif ma għandux jintuża l-logo.

    1.

    Logo fuq prodott bil-messaġġ “prodott ekoloġiku”. Użu mhux korrett għax jista’ jiġi konfuż mal-ekotikketti għall-prodotti.

    2.

    Logo stampat fuq ritratt ta’ akkomodazzjoni għat-turisti mhux irreġistrata, inkluża fil-katalgu ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar reġistrata. Le, l-użu tal-logo joħloq konfużjoni. Jista’ jiġi applikat biss għall-aġenzija tal-ivvjaġġar.

    3.

    Logo f’gazzetta, bħala grafika fl-isfond ta’ riklam konġunt minn żewġ kumpaniji li jenfasizza l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-ambjent tul il-katina tal-provvista (waħda tkun reġistrata, l-oħra ma tkunx). Le, joħloq konfużjoni, minħabba li waħda mill-organizzazzjonijiet ma hijiex reġistrata.

    4.

    Logo f’film (qasir) ta’ organizzazzjoni reġistrata fl-EMAS. Mhux jekk il-film ikun dwar prodott iżda mhux dwar l-organizzazzjoni.

    5.

    Logo fuq sit web ta’ organizzazzjoni reġistrata fl-EMAS. Le, jekk ir-referenza la għall-organizzazzjoni u lanqas għall-informazzjoni ambjentali ma tkun rikonoxxibbli.

    6.

    Logo f’posts fuq il-media soċjali. Le, jekk fil-kontribut ir-referenza la għall-organizzazzjoni u lanqas għall-informazzjoni ambjentali ma tkun tingħaraf.

    Meta l-użu mhux awtorizzat tal-logo jkun maħsub sabiex jinkisbu benefiċċji finanzjarji, tista’ tkun possibbli prosekuzzjoni kriminali.


    (1)  Ir-Regolament (KE) 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32009R1221.

    (2)  Il-proposta tal-Kummissjoni għal Reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali, https://environment.ec.europa.eu/publications/proposal-revision-industrial-emissions-directive_mt Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) u d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52022PC0156R%2802%29.

    (3)  Il-Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2013/34/UE, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u r-Regolament (UE) Nru 537/2014, fir-rigward tar-rapportar korporattiv sostenibbli minn ċerti impriżi, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52021PC0189.

    (4)  Il-Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52022PC0071.

    (5)  Il-kontenut ta’ din il-Gwida għall-Utenti, inklużi l-eżempji mogħtijin, jirrifletti l-fehmiet tal-Kummissjoni Ewropea u bħala tali ma huwiex legalment vinkolanti. L-interpretazzjoni vinkolanti tal-leġiżlazzjoni tal-UE hija l-prerogattiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

    (6)  Għal lista aktar sħiħa ta’ każijiet ta’ għajnuna regolatorja li tiġi aġġornata b’mod regolari, ara s-sit web tal-EMAS https://green-business.ec.europa.eu/publications/annex-ii-compendium-regulatory-relief-measures_mt

    (7)  Study on the Costs and Benefits of EMAS to Registered Organisations, https://green-business.ec.europa.eu/system/files/2022-12/EMAS%20-%20Study%20on%20the%20Costs%20and%20Benefits%20of%20EMAS%20to%20Registered%20Organisations.pdf.

    (8)  Compendium of EMAS Promotion and Policy support in EU Member States https://green-business.ec.europa.eu/system/files/2022-12/EMAS%20-%20promotion%20and%20policy%20support%20in%20member%20states.pdf.

    (9)  Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar l-EMAS, l-SMEs jibbenefikaw minn verifiki anqas frekwenti kif ukoll minn aċċess simplifikat permezz tal-metodu EMAS Easy.

    (10)  Lista tal-kostijiet tar-reġistrazzjoni fl-EMAS hija disponibbli u tiġi aġġornata b’mod regolari fuq is-sit web tal-EMAS https://green-business.ec.europa.eu/system/files/2023-07/EMAS%20registration%20costs.pdf

    (11)  Is-sett ta’ għodod tal-“EMAS easy” tal-EMAS għall-intrapriżi żgħar u medji, https://green-business.ec.europa.eu/publications/emas-easy_mt

    (12)  idem

    (13)  In-“newtralità klimatika” ta’ entitajiet mhux statali (inklużi organizzazzjonijiet u kumpaniji) ma hijiex kunċett definit b’mod ċar. Il-ħidma fuq regoli aktar preċiżi għall-asserzjonijiet dwar l-azzjoni klimatika, eż., fir-rigward tar-rwol tal-kumpensi fil-katina tal-valur proprja u barra minnha meta mqabbel mat-tnaqqis neċessarju tal-gassijiet serra fil-katina tal-valur proprja tal-entitajiet, bħalissa għaddejja f’biċċiet differenti tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Sakemm tiġi stabbilita definizzjoni ċara, tista’ tkun rakkomandabbli kawtela fir-rigward tal-asserzjonijiet assertivi ta’ “newtralità klimatika”, billi dawn jaf ikollhom jiġu riveduti fil-futur.

    (14)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02010L0075-20110106

    (15)  Il-Mudell għall-Aħjar Tekniki Disponibbli, il-paġna 16 https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/inline-files/Standard_text_%28AFTER_FORUM_13%29.pdf

    (16)  L-Inizjattiva Globali ta’ Rapportar (magħrufa bħala GRI) hija organizzazzjoni internazzjonali indipendenti tal-istandards li tgħin lin-negozji, lill-gvernijiet, u lil organizzazzjonijiet oħrajn jifhmu u jikkomunikaw l-impatti tagħhom fuq kwistjonijiet bħat-tibdil fil-klima, id-drittijiet tal-bniedem, u l-korruzzjoni.https://www.globalreporting.org/

    (17)  Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32022L2464

    (18)  Il-Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52022PC0071

    (19)  Ħarsa ġenerali lejn il-korpi kompetenti tal-Istati Membri kollha tal-UE: https://green-business.ec.europa.eu/eco-management-and-audit-scheme-emas/helpdeskcontact_en#competent-bodies.

    (20)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2286 tas-6 ta’ Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali Eco-Lighthouse bħala li huma konformi mar-rekwiżiti korrispondenti tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) b’konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32017D2286.

    (21)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1533 tal-24 ta’ Lulju 2023 dwar ir-rikonoxximent tar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali Ecoprofit bħala konformi mar-rekwiżiti korrispondenti tal-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) f’konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ%3AJOL_2023_186_R_0005&qid=1690264664508

    (22)  Il-kompendju ta’ għajnuna regolatorja mogħtija lill-kumpaniji rreġistrati fl-EMAS disponibbli u aġġornat fuq is-sit web tal-EMAS https://green-business.ec.europa.eu/publications/annex-ii-compendium-regulatory-relief-measures_en

    (23)  L-Għodod, il-Mudelli u l-Linji Gwida kollha tal-EMAS huma disponibbli fuq is-sit web tal-EMAS https://green-business.ec.europa.eu/eco-management-and-audit-scheme-emas/emas-resources/emas-tools_en

    (24)  Il-kuntatti tal-Korpi Kompetenti kollha f’kull Stat Membru huma disponibbli fuq is-sit web tal-EMAS https://green-business.ec.europa.eu/eco-management-and-audit-scheme-emas/helpdeskcontact_mt#competent-bodies

    (25)  https://green-business.ec.europa.eu/eco-management-and-audit-scheme-emas/emas-resources/emas-publications/emas-publications-studies_mt

    (26)  https://clubemas.cat/forms/peticio_eines_viver_emas

    (27)  Bayerische EMAS -Kompass, https://www.umweltpakt.bayern.de/emaskompass/

    (28)  Lista ta’ verifikaturi ambjentali tal-EMAS, https://green-business.ec.europa.eu/eco-management-and-audit-scheme-emas/helpdeskcontact_en#competent-bodies

    (29)  Ir-reġistru tal-EMAS, https://green-business.ec.europa.eu/eco-management-and-audit-scheme-emas/about-emas/statistics-and-graphs-0_mt#paragraph_1123

    (30)  Lista ta’ korpi kompetenti tal-EMAS, https://green-business.ec.europa.eu/eco-management-and-audit-scheme-emas/helpdeskcontact_en

    (31)  Id-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-7 ta’ Diċembru 2011 dwar Gwida għal Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE, Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi u Reġistrazzjoni Globali skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali [ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi] (EMAS) https://eurlex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2011:330:0025:0038:MT:PDF

    (32)  Ir-Regolament (KE) 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE, (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32009R1221).

    (33)  Ir-Regolament (KE) 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE, (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32009R1221).

    (34)  Ir-Regolament (KE) 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE, (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32009R1221).

    (35)  Ir-Regolament (KE) 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE, (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32009R1221).

    (36)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2011 dwar Gwida għal Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE, Reġistrazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi u Reġistrazzjoni Globali skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali [ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi] (EMAS), https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32011D0832.

    (37)  Id-Dokumenti ta’ Referenza Settorjali jinsabu fuq il-paġna web tal-Pubblikazzjonijiet tal-EMAS https://green-business.ec.europa.eu/eco-management-and-audit-scheme-emas/emas-resources/emas-publications_en

    (38)  idem

    (39)  Il-Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52022PC0071.

    (40)  Handbook on Environmental Due Diligence in Mineral Supply Chains, https://www.oecd-ilibrary.org/finance-and-investment/handbook-on-environmental-due-diligence-in-mineral-supply-chains_cef843bf-en.

    (41)  Ara s-sit web tal-EMAS, il-paġna dwar l-Għodod https://green-business.ec.europa.eu/eco-management-and-audit-scheme-emas/emas-resources/emas-tools_en

    (42)  Ara s-sit web tal-EMAS, il-paġna dwar l-għodod https://green-business.ec.europa.eu/eco-management-and-audit-scheme-emas/emas-resources/emas-tools_en.

    (43)  Ara s-sit web tal-EMAS, il-paġna dwar l-għodod https://green-business.ec.europa.eu/eco-management-and-audit-scheme-emas/emas-resources/emas-tools_en.

    (44)  Gwida ulterjuri dwar l-iżvilupp ta’ kriterji ambjentali u relatati mal-klima tista’ tinstab fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Settembru 2001, l-Anness III - Guidance for the identification of environmental aspects and the assessment of their significance https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/c58095f7-fc2e-4864-b8bf-cb7f7e5d7e17.

    (45)  Ara l-Pass 11 tal-Gwida dwar l-EMAS “Easy” https://green-business.ec.europa.eu/eco-management-and-audit-scheme-emas/emas-resources/emas-tools_en

    (46)  Id-definizzjoni ta’ ġestjoni ambjentali ġejja mir-Regolament (KE) 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32009R1221.

    (47)  Ir-rekwiżiti kompluti dwar l-involviment tal-impjegati għall-EMAS jistgħu jinstabu fl-Anness II tar-Regolament (KE) 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE.

    (48)  Ara l-Artikolu 10 u l-Anness V tar-Regolament dwar l-EMAS.

    (49)  Il-punt 8.1 tal-Anness II tar-Regolament (KE) 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE.

    (50)  Metodu possibbli għall-analiżi tal-kawża ewlenija jista’ jkun il-“metodu tal-Ħames għalixijiet (jew il-5 għalixijiet)” li huwa teknika interrogattiva iterattiva użata sabiex jiġu esplorati r-relazzjonijiet bejn il-kawża u l-effett sottostanti ta’ problema partikolari.

    (51)  F’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament dwar l-EMAS, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02009R1221-20230712

    (52)  F’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament dwar l-EMAS, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02009R1221-20230712

    (53)  Studju tal-każ, Writing and disseminating the environmental statement, https://green-business.ec.europa.eu/publications/emas-case-study-writing-and-disseminating-environmental-statement-sscs_en

    (54)  Ir-Reġistru tal-EMAS https://green-business.ec.europa.eu/eco-management-and-audit-scheme-emas/about-emas/statistics-and-graphs-0_mt#paragraph_1123

    (55)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02008L0098-20180705

    (56)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02000D0532-20150601

    (57)  idem

    (58)  Għal informazzjoni aktar dettaljata, ara EMAS and Biodiversity, How to address biodiversity protection through environmental management systems, https://ec.europa.eu/environment/emas/pdf/other/EMAS_Biodiversity_Guidelines_2016.pdf

    (59)  L-indikaturi tal-bijodiversità ġew estiżi fir-reviżjonijiet tal-2017 u tal-2019 tar-Regolament dwar l-EMAS. Ara l-emendi spjegati file:///C:/Users/lupaemi/Downloads/emas%20amendment%2020172019-KH0221977ENN.pdf

    (60)  Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?toc=OJ%3AL%3A2022%3A322%3ATOC&uri=uriserv%3AOJ.L_.2022.322.01.0015.01.MLT

    (61)  L-Artikolu 8 tar-Regolament dwar l-EMAS https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32009R1221

    (62)  Kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-kodiċijiet NACE huma attribwiti lill-kumpaniji mill-awtoritajiet responsabbli.

    (63)  F’xi sitwazzjonijiet speċifiċi u ddokumentati, jistgħu jiġu ppjanati xi limitazzjonijiet għal żoni operazzjonali dment li ma jkollhomx impatt sinifikanti fuq l-awditu ta’ verifika u ma jkunux jikkonċernaw proporzjon sinifikanti mill-erja totali. Il-verifikatur għandu jiżgura li l-Korp ta’ Akkreditazzjoni u ta’ Liċenzjar u l-Korp Kompetenti jiġu informati dwar it-tali limitazzjonijiet u jqis li l-awditu jkun jista’ jitwettaq f’tali kundizzjonijiet fuq bażi ad hoc.

    (64)  L-Artikolu 6 tar-Regolament dwar l-EMAS, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32009R1221

    (65)  L-unika eċċezzjoni li tista’ titqies għall-kriterji “post fl-istess Stat Membru” hija l-bini ta’ Ministeri tal-Affarijiet Barranin jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jinsab barra mill-Istat Membru ta’ oriġini iżda li jkun ġestit u kkontrollat bis-sħiħ mill-kwartieri ġenerali, bħal missjonijiet jew rappreżentazzjonijiet ta’ uffiċċji diplomatiċi.

    (66)  Kif definiti fil-proposta għal Regolament li jistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti sostenibbli https://environment.ec.europa.eu/system/files/2022-03/COM_2022_142_1_EN_ACT_part1_v6.pdf

    (67)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

    (68)  Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).

    (69)  https://ec.europa.eu/environment/emas/emas_contacts/competent_bodies_en.htm

    (70)  Ir-reġistru tal-EMAS, https://green-business.ec.europa.eu/eco-management-and-audit-scheme-emas/about-emas/statistics-and-graphs-0_mt#paragraph_1123

    (71)  L-Artikolu 6(3) tar-Regolament dwar l-EMAS

    (72)  https://ec.europa.eu/environment/emas/join_emas/logo_generator_en.htm


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2463/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top