This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D1789
Political and Security Committee Decision (CFSP) 2023/1789 of 14 September 2023 on the appointment of the EU Mission Force Commander for the European Union military partnership mission in Niger (EUMPM Niger), and repealing Decision (CFSP) 2023/614 (EUMPM Niger/2/2023)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/1789 tal-14 ta’ Settembru 2023 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni ta' sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/614 (EUMPM Niger/2/2023)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/1789 tal-14 ta’ Settembru 2023 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni ta' sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/614 (EUMPM Niger/2/2023)
ST/12743/2023/INIT
ĠU L 230, 19.9.2023, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32023D0614 | 19/09/2023 |
19.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 230/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/1789
tal-14 ta’ Settembru 2023
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni ta' sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/614 (EUMPM Niger/2/2023)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2444 tat-12 ta' Diċembru 2022 dwar missjoni ta' sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2444, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni EUMPM Niger (il-"Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE"). |
(2) |
Fl-14 ta' Marzu 2023, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/614 (2) li taħtar lill-Kurunell Antonio D'AGOSTINO bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUPM Niger. |
(3) |
Fis-17 ta' Awwissu 2023, l-awtoritajiet militari Taljani pproponew il-ħatra tal-Kurunell Antonio STASI biex jieħu post il-Kurunell Antonio D'AGOSTINO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE mid-19 ta' Settembru 2023. |
(4) |
Fit-23 ta' Awwissu 2023, il-Kmandant tal-Missjoni għall-EUMPM Niger appoġġa din il-proposta. |
(5) |
Fit-23 ta' Awwissu 2023, il-Kumitat Militari tal-UE rrakkomanda li l-Kurunell Antonio STASI jinħatar bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE mid-19 ta' Settembru 2023. |
(6) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kurunell Antonio STASI bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE mid-19 ta' Settembru 2023 u jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/614 titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kurunell Antonio STASI huwa b'dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-missjoni ta' sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger) mid-19 ta' Settembru 2023.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/614 hija b'dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta' Settembru 2023.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 319, 13.12.2022, p. 86.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/614 tal-14 ta’ Marzu 2023 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni ta’ sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger) (EUMPM Niger/1/2023) (ĠU L 80, 20.3.2023, p. 93).