Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1431

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1431 tat-30 ta’ Ġunju 2023 dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97

C/2023/4318

ĠU L 175, 10.7.2023, p. 17–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/1431/oj

10.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/17


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1431

tat-30 ta’ Ġunju 2023

dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta’ Jannar 1997 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet ta’ roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u li jimponi d-dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet reġistrati taħt ir-Regolament (KE) Nru 703/96 (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/45 tal-20 ta’ Jannar 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 dwar l-estensjoni tad-dazju tal-anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti komponenti tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (3),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta’ Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 tal-Kunsill (4), u b’mod partikolari l-Artikoli minn 4 sa 7 tiegħu,

Wara li informat lill-Istati Membri,

Billi:

(1)

Dazju anti-dumping japplika fuq l-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) (“id-dazju estiż”) bħala riżultat tal-estensjoni tad-dazju anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97.

(2)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 71/97, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta l-miżuri meħtieġa biex tawtorizza l-eżenzjoni tal-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li ma jevitawx id-dazju anti-dumping.

(3)

Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (“ir-Regolament ta’ eżenzjoni”) li jistabbilixxi s-sistema ta’ eżenzjoni speċifika.

(4)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni eżentat għadd ta’ persuni li jimmuntaw ir-roti mid-dazju estiż (“il-partijiet eżentati”).

(5)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/611 (5) tas-17 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-lista aġġornata tal-partijiet li qed jiġu eżaminati u l-lista tal-partijiet eżentati.

(6)

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

1.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI

(7)

Bejn il-15 ta’ Lulju 2020 u l-1 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni rċeviet mingħand il-partijiet elenkati fit-Tabelli 1 u 2, talbiet għal eżenzjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiddetermina jekk dawn it-talbiet kinux ammissibbli skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

(8)

Il-partijiet li talbu eżenzjoni ngħataw il-possibbiltà li jikkummentaw dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni rigward l-ammissibbiltà tat-talbiet tagħhom.

(9)

Il-kummenti li waslu mingħand Decathlon Sp. z o.o. il-Polonja, relatati mad-data effettiva tas-sospensjoni tal-pagamenti tad-dazji għall-partijiet li qed jiġu eżaminati ġew indirizzati u rifjutati fil-premessi minn (22) sa (27) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1461 tas-26 ta’ Awwissu 2022 (6).

(10)

F’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet mill-partijiet li qed jitolbu eżenzjoni, il-pagament tad-dazju estiż fir-rigward ta’ kull importazzjoni ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn dawn il-partijiet elenkati fit-Tabelli 1 u 2 ta’ hawn taħt ġie sospiż mid-data li fiha l-Kummissjoni rċeviet it-talbiet debitament sostanzjati rispettivi tagħhom skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

2.   L-AWTORIZZAZZJONI TA’ EŻENZJONI

(11)

L-eżami tal-mertu tat-talba mill-parti elenkata fit-Tabella 1 ġiet konkluża.

Tabella 1

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

C720

Propain Bicycles GmbH

Schachenstraße 39,

88267 Vogt, Il-Ġermanja

(12)

Matul l-eżami tagħha, il-Kummissjoni stabbiliet li l-valur tal-partijiet li joriġinaw fiċ-Ċina jikkostitwixxi anqas minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet tar-roti kollha mmuntati mill-parti elenkata fit-Tabella 1.

(13)

Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-operazzjonijiet ta’ immuntar tal-parti elenkata fit-Tabella 1 jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

(14)

Għal din ir-raġuni, u f’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-parti elenkata fit-Tabella 1 issodisfat il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż.

(15)

F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, jenħtieġ li l-eżenzjoni tidħol fis-seħħ mid-data tal-wasla tat-talba li tkun debitament sostanzjata skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. Id-dejn doganali fir-rigward tad-dazju estiż mill-parti li qed titlob eżenzjoni jenħtieġ li, għalhekk, jitqies null mill-istess data.

(16)

Il-parti interessata ġiet infurmata bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-mertu tat-talbiet tagħha u ngħatat opportunità biex tikkummenta fuqhom.

(17)

Peress li l-eżenzjoni tapplika biss għall-parti speċifikament imsemmija fit-Tabella 1, jenħtieġ li l-parti eżentata tinnotifika lill-Kummissjoni (7) mingħajr dewmien dwar kull tibdil għal din l-eżenzjoni (pereżempju, wara li jinbidel l-isem, il-forma ġuridika jew l-indirizz jew wara li jitwaqqfu entitajiet ġodda tal-immuntar).

(18)

F’każ li r-referenza tinbidel, jenħtieġ li l-parti eżentata tipprovdi l-informazzjoni rilevanti, b’mod partikolari dwar kull modifika fl-attività tagħha marbuta ma’ operazzjonijiet tal-immuntar. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi għal tali parti.

3.   SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI TAD-DAZJI GĦALL-PARTIJIET LI QED JIĠU EŻAMINATI

(19)

L-eżami tal-mertu tat-talbiet mill-partijiet elenkati fit-Tabella 2 għadu għaddej. Sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet tagħhom, il-pagament tad-dazju estiż mingħand dawn il-partijiet huwa sospiż.

(20)

Billi s-sospensjonijiet japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella 2, jenħtieġ li dawn il-partijiet jinnotifikaw lill-Kummissjoni (8) minnufih dwar kwalunkwe bidla fihom (pereżempju wara bidla fl-isem, fil-forma ġuridika jew fl-indirizz jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-immuntar).

(21)

F’każ ta’ bidla fir-referenza, jenħtieġ li l-parti kkonċernata tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż dwar kull modifika fl-attivitajiet tagħha marbuta ma’ operazzjonijiet tal-immuntar. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi ta’ tali parti.

Tabella 2

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

C557

Berria Bike S.L.

Calle Blasco de Garay 19,

02600 Villarrobledo, Spanja

C860

Profil Bicycles CZ s.r.o.

Hněvotín 31,

783 47 Hněvotín, Ir-Repubblika Ċeka

C863

Decathlon Sp. z o.o.

ul. Geodezyjna 76,

03-290 Warszawa, Il-Polonja

C896

Cyclision s.r.o.

Štefánikova 68,

921 01 Piešťany, Is-Slovakkja

C991

Bicicletas Mendiz S.A.

C/Zuazobidea 22,

01015 Vitoria-Gasteiz (Álava-Araba), Spanja

899I

Adrisport sas

Z.A. de Bellevue 7,

56390 Colpo - Franza

4.   AĠĠORNAMENT TAR-REFERENZI GĦALL-PARTIJIET EŻENTATI

(22)

Bejn it-28 ta’ Ġunju 2022 u l-10 ta’ Marzu 2023, il-partijiet eżentati elenkati fit-Tabella 3 innotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet f’isimhom u fl-indirizzi tagħhom. Il-Kummissjoni, wara li eżaminat l-informazzjoni ppreżentata, ikkonkludiet li dawn il-bidliet bl-ebda mod ma jaffettwaw l-operazzjonijiet tal-immuntar fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni jew sospensjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ eżenzjoni.

(23)

Filwaqt li l-eżenzjoni ta’ dawn il-partijiet mid-dazju estiż awtorizzata skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni tibqa’ mhux affettwata, ir-referenzi għal dawn il-partijiet jenħtieġ li jiġu aġġornati.

Tabella 3

Kodiċi addizzjonali TARIC

Referenza preċedenti

Bidla

C009

Derby Cycle Werke GmbH

Siemensstraße 1-3

49661 Cloppenburg, Il-Ġermanja

L-isem u l-indirizz ta’ din il-parti eżentata nbidlu għal:

Kalkhoff Werke GmbH

Europa-Allee 26, 49685 Emstek, Il-Ġermanja

A576

Race Production NV

Beverlosesteenweg 85,

3583 Beringen, Il-Belġju

L-isem ta’ din il-parti eżentata nbidel għal:

Belgian Cycling Factory NV

A726

Unibike OEM Factory S.A.

Zona Industrial de Oiã, Lote C-21,

3770 059 Oiã, Il-Portugall

L-indirizz ta’ din il-parti nbidel għal:

Parque Empresarial de Soza B, Lt 3,4,10,11, 3840 342 Soza-Vagos, Il-Portugal

5.   TALBA GĦAL EŻENZJONI DDIKJARATA INAMMISSIBBLI

(24)

Fit-8 ta’ Lulju 2022, il-parti elenkata fit-Tabella 4 ippreżentat talba għal eżenzjoni li nstab li kienet inammissibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, minħabba li ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4(1) u 4(2).

Tabella 4

Isem

Indirizz

Cycle Center 53-11 BV

Van Heemstraweg-Oost 4, 5301 KE Zaltbommel – In-Netherlands

(25)

Il-parti elenkata fit-Tabella 4 ġiet informata dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u ngħatat l-opportunità tikkummenta dwarhom. Ma wasal l-ebda kumment ieħor dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

6.   IL-PARTI LI GĦALIHA L-AWTORIZZAZZJONI TA’ EŻENZJONI HIJA REVOKATA

(26)

Fit-8 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni ġiet innotifikata li l-parti eżentata elenkata fit-Tabella 5, iffinalizzat u temmet l-attivitajiet tagħha. B’mod partikolari, fit-18 ta’ Lulju 2022 il-Qorti Taljana stabbiliet il-falliment ta’ Cicli Elios srl.

(27)

B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-awtorizzazzjoni għal eżenzjoni mogħtija lil Cicli Elios srl jenħtieġ li tiġi revokata mit-18 ta’ Lulju 2022, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

(28)

Il-parti elenkata fit-Tabella 5 ġiet informata bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u ngħatat l-opportunità tikkummenta dwarhom.

(29)

Cicli Elios srl ikkummentat billi talbet lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid ir-revoka tal-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni tagħha.

(30)

Il-Kummissjoni, wara li debitament ivvalutat it-talba, ikkonkludiet li ma ġie ppreżentat l-ebda argument ġdid insostenn ta’ rivalutazzjoni tal-konklużjonijiet żvelati preċedentement. Għaldaqstant, ir-revoka tal-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni ġiet ikkonfermata u għaldaqstant il-parti ġiet informata.

Tabella 5

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

8605

Cicli Elios srl

Via G. Ferraris 996/1030, 45021 Badia Polesine (RO) - L-Italja

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-parti elenkata fit-Tabella f’dan l-Artikolu hija b’dan eżentata mill-estensjoni bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tad-dazju anti-dumping definittiv fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 fuq importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, l-eżenzjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tal-wasla tat-talba tal-parti ’l quddiem. Din id-data hija indikata fil-kolonna intitolata “Id-data effettiva”.

L-eżenzjoni għandha tapplika biss għall-parti speċifikament imsemmija fit-Tabella f’dan l-Artikolu.

Il-parti eżentata għandha tinnotifika lill-Kummissjoni minnufih, b’kull bidla fl-isem u fl-indirizz, waqt li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment dwar kull modifika fl-attivitajiet tal-parti marbuta mal-operazzjonijiet tal-immuntar fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni.

Il-parti eżentata

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

Id-data effettiva

C720

Propain Bicycles GmbH

Schachenstraße 39, 88267 Vogt - Il-Ġermanja

1.7.2021

Artikolu 2

Il-partijiet elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu qed jiġu eżaminati skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 88/97.

Is-sospensjonijiet tal-pagament tad-dazju anti-dumping estiż skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 għandhom ikunu effettivi b’seħħ mid-dati li fihom jaslu t-talbiet għas-sospensjoni tal-partijiet rispettivi. Dawn id-dati huma previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

Dawn is-sospensjonijiet tal-pagamenti għandhom japplikaw biss għall-partijiet li qed jiġu eżaminati speċifikament imsemmija fit-Tabella f’dan l-Artikolu.

Il-partijiet li qed jiġu eżaminati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fl-operazzjonijiet tal-immuntar tagħhom marbuta mal-kundizzjonijiet ta’ sospensjoni u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti kollha bħala evidenza. Dawn il-bidliet jinkludu kwalunkwe tibdil fl-ismijiet, fl-attivitajiet, fil-forom ġuridiċi u fl-indirizzi tal-partijiet, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.

Il-partijiet li qed jiġu eżaminati

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

Id-data effettiva

C557

Berria Bike S.L.

Calle Blasco de Garay 19,

02600 Villarrobledo - Spanja

30.3.2022

C860

Profil Bicycles CZ s.r.o.

Hněvotín 31,

783 47 Hněvotín, Ir-Repubblika Ċeka

20.2.2022

C863

Decathlon Sp. z o.o.

ul. Geodezyjna 76,

03-290 Warszawa, Il-Polonja

21.3.2022

C896

Cyclision s.r.o.

Štefánikova 68,

921 01 Piešťany, Is-Slovakkja

8.8.2022

C991

Bicicletas Mendiz S.A.

C/Zuazobidea 22,

01015 Vitoria-Gasteiz (Álava-Araba), Spanja

26.10.2022

899I

Adrisport sas

Z.A. de Bellevue 7,

56390 colpo, Franza

21.4.2023

Artikolu 3

Ir-referenzi aġġornati għall-partijiet eżentati elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu huma previsti fil-kolonna intitolata “Referenza ġdida”. Dawn l-aġġornamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fid-dati previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ” tat-Tabella.

Il-kodiċijiet addizzjonali TARIC korrispondenti li qabel kienu attribwiti lil dawk il-partijiet eżentati kif previst fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Kodiċi addizzjonali TARIC” jibqgħu l-istess.

Il-partijiet eżentati jew sospiżi li għalihom għandha tiġi aġġornata r-referenza

Kodiċi addizzjonali TARIC

Referenza preċedenti

Referenza ġdida

Id-data effettiva

C009

Derby Cycle Werke GmbH

Siemensstraße 1-3

49661 Cloppenburg, Il-Ġermanja

Kalkhoff Werke GmbH

Europa-Allee 26,

49685 Emstek, Il-Ġermanja

1.7.2022

A576

Race Production NV

Beverlosesteenweg 85,

3583 Beringen, Il-Belġju

Belgian Cycling Factory NV

Beverlosesteenweg 85,

3583 Beringen, Il-Belġju

9.2.2023

A726

Unibike OEM Factory S.A.

Zona Industrial de Oiã, Lote C-21,

3770 059 Oiã, Il-Portugall

Unibike OEM Factory S.A.

Parque Empresarial de Soza B, Lt 3,4,10,11,

3840 342 Soza-Vagos, Il-Portugall

19.4.2023

Artikolu 4

It-talba għal eżenzjoni ppreżentat mill-parti elenkati fit-Tabella ta’ dan l-Artikolu hija inammissibbli u għalhekk miċħuda f’konformità mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 88/97.

Din iċ-ċaħda għandha tieħu effett b’seħħ mid-data prevista fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data effettiva”.

Parti li għaliha t-talba ta’ eżenzjoni ġiet miċħuda

Isem

Indirizz

Id-data effettiva

Cycle Center 53-11 BV

Van Heemstraweg-Oost 4,

5301 KE Zaltbommel, In-Netherlands

28.7.2022

Artikolu 5

L-awtorizzazzjoni tal-eżenzjoni mill-pagament tad-dazju anti-dumping estiż hija b’dan revokata għall-parti elenkata fit-Tabella f’dan l-Artikolu.

Din ir-revoka għandha tieħu effett b’seħħ mid-data prevista fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data effettiva”.

Il-parti li għaliha l-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni hija revokata

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

Id-data effettiva

8605

Cicli Elios srl

Via G. Ferraris 996/1030,

45021 Badia Polesine (RO), L-Italja

18.7.2022

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati fl-Artikoli minn 1 sa 5 u ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Valdis DOMBROVSKIS

Viċi President Eżekuttiv


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)   ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.

(3)   ĠU L 16, 21.1.2020, p. 7.

(4)   ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/611 tas-17 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/97 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ uħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97, tad-dazju antidumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (ĠU L 80, 20.3.2023, p. 67), Anness II.

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1461 tas-26 ta’ Awwissu 2022 dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97 (ĠU L 229, 5.9.2022, p. 69).

(7)  Il-parti hija avżata li tuża l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu.

(8)  Il-partijiet huma mogħtija l-parir jużaw l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu.


Top