Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1302

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1302 tas-26 ta’ Ġunju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

    ST/9426/2023/INIT

    ĠU L 161, 27.6.2023, p. 62–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1302/oj

    27.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 161/62


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1302

    tas-26 ta’ Ġunju 2023

    li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-3 ta’ Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/354/PESK (1), li kompliet l-EUPOL COPPS mill-1 ta’ Lulju 2013.

    (2)

    Fis-27 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1018 (2) li emendat id-Deċiżjoni 2013/354/PESK u li estendietha mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023.

    (3)

    Fit-28 ta’ Frar 2023, fil-kuntest tar-Reviżjoni Strateġika kkoordinata tal-EU BAM Rafah u tal-EUPOL COPPS, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel li ż-żewġ Missjonijiet għandhom jiġu estiżi sat-30 ta’ Ġunju 2025, fil-forma ta’ żewġ estensjonijiet, kull waħda għal sena.

    (4)

    B'kont meħud tal-informazzjoni pprovduta minn Iżrael u l-Awtorità Palestinjana, f'dan l-istadju, jenħtieġ li l-EUPOL COPPS tiġi estiża b’sena, sat-30 ta’ Ġunju 2024.

    (5)

    Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/354/PESK tiġi emendata skont dan.

    (6)

    L-EUPOL COPPS ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tfixkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 12(1), jinżdied is-subparagrafu li ġej:

    “L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2023 sat-30 ta' Ġunju 2024 għandu jkun EUR 11 360 000.”;

    (2)

    fl-Artikolu 15, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Hija għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2024.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2023.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ġunju 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BORRELL FONTELLES


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tas-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1018 tas-27 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 170, 28.6.2022, p. 76).


    Top