This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R2584
Council Regulation (EU) 2022/2584 of 8 November 2022 on the allocation of fishing opportunities under the Protocol implementing the Fisheries Partnership Agreement between the European Union and the Republic of Mauritius (2022-2026)
Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2584 tat-8 ta’ Novembru 2022 dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet ta’ sajd skont il-Protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (2022-2026)
Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2584 tat-8 ta’ Novembru 2022 dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet ta’ sajd skont il-Protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (2022-2026)
ST/12786/2022/INIT
ĠU L 338, 30.12.2022, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/2 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/2584
tat-8 ta’ Novembru 2022
dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet ta’ sajd skont il-Protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (2022-2026)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius (1) (il-"Ftehim") ġie konkluż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/146/UE (2) u daħal fis-seħħ fit-28 ta’ Jannar 2014. |
(2) |
L-ewwel protokoll (3) tal-Ftehim stabbilixxa, għal perjodu ta’ tliet snin, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ Mauritius u l-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mill-Unjoni. Il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dak il-protokoll skada fis-27 ta’ Jannar 2017. |
(3) |
It-tieni protokoll (4) tal-Ftehim stabbilixxa, għal perjodu ta’ erba’ snin, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ Mauritius u l-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mill-Unjoni. Il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dak il-protokoll skada fis-7 ta’ Diċembru 2021. |
(4) |
Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni u l-Mauritius (5) estenda l-applikazzjoni tat-tieni protokoll tal-Ftehim sal-4 ta’ Ottubru 2022. |
(5) |
Fit-28 ta’ Settembru 2021, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ Mauritius għall-konklużjoni ta’ protokoll ġdid li jimplimenta l-Ftehim. |
(6) |
B’riżultat ta’ dawk in-negozjati, fis-7 ta’ Mejju 2022 ġie inizjalat protokoll ġdid għal perjodu ta’ erba’ snin ( il-“Protokoll”). |
(7) |
Fit-8 ta’ Novembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2022/2585 (6) rigward l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll, dment li tiġi konkluża f’data iktar tard. |
(8) |
Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd previsti fil-Protokoll jiġu allokati fost l-Istati Membri għall-perjodu kollu tal-applikazzjoni tiegħu. |
(9) |
Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi implimentat malajr kemm jista’ jkun minħabba l-importanza ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd ta’ Mauritius u l-ħtieġa li jitnaqqas il-perjodu ta’ żmien relatat mal-interruzzjoni ta’ dawn l-attivitajiet. |
(10) |
Il-Protokoll ser japplika fuq bażi proviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu sabiex jippermetti l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-istess data, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti skont il-Protokoll li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Mauritius (2022-2026) għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:
(1) |
40 bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża:
|
(2) |
45 bastiment li jistadu bil-konz tal-wiċċ:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-8 ta’ Novembru 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. STANJURA
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/146/UE tat-28 ta’ Jannar 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (ĠU L 79, 18.3.2014, p. 2).
(3) Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (ĠU L 79, 18.3.2014, p. 9).
(4) Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (ĠU L 279, 28.10.2017, p. 3).
(5) Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (ĠU L 115, 13.4.2022, p. 45).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2585 tat-8 ta’ Novembru 2022 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll li jimplimenta l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius (2022-2026) (ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).