Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2000

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2000 tat-18 ta’ Ottubru 2022 li jdaħħal isem fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti “Watercress” / “Cresson de Fontaine” / “Berros de Agua” / “Agrião de Água” / “Waterkers” / “Brunnenkresse” (STG)

    C/2022/7278

    ĠU L 274, 24.10.2022, p. 14–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2000/oj

    24.10.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 274/14


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2000

    tat-18 ta’ Ottubru 2022

    li jdaħħal isem fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti “Watercress” / “Cresson de Fontaine” / “Berros de Agua” / “Agrião de Água” / “Waterkers” / “Brunnenkresse” (STG)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(3)(b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) biex l-ismijiet “Watercress” / “Cresson de Fontaine” / “Berros de Agua” / “Agrião de Água” / “Waterkers” / “Brunnenkresse” jiġu rreġistrati bħala Speċjalità Tradizzjonali Garantita (STG) ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

    (2)

    “Watercress” / “Cresson de Fontaine” / “Berros de Agua” / “Agrião de Água” / “Waterkers” / “Brunnenkresse” huwa varjant tal-familja tal-krexxuni li jikber u li jinħasad fl-ilma ġieri.

    (3)

    L-applikazzjoni ġiet sottomessa fiż-żmien li fih ir-Renju Unit kien Stat Membru u, meta r-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea, saret applikazzjoni minn pajjiż terz.

    (4)

    Fil-5 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ oppożizzjoni, li kien jinkludi d-dikjarazzjoni rraġunata mill-Ġermanja. Il-Kummissjoni għaddiet l-avviż ta’ oppożizzjoni li bagħtet il-Ġermanja lir-Renju Unit fil-21 ta’ Frar 2020.

    (5)

    Il-Kummissjoni eżaminat l-oppożizzjoni mibgħuta mill-Ġermanja u sabitha ammissibbli. L-oppożizzjoni ssostni li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem tonqos milli tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(1)(a) u (2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. L-awtoritajiet Ġermaniżi jqisu li l-materja veġetali tista’ tkun ta’ oriġini kemm selvaġġa kif ukoll ikkultivata. Madankollu, il-metodu tradizzjonali ta’ ħsad fis-selvaġġ ma huwiex konformi mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li tirreferi għall-kultivazzjoni bħala l-modalità tal-produzzjoni. Barra minn hekk, ġie indikat li l-pjanta tikber ukoll ħdejn l-ilma ġieri u mhux biss fl-ilma, u li, għall-kuntrarju ta’ dak li qiegħed jiġi ddikjarat, il-Ġermanja kellha l-ewwel produzzjoni kummerċjali tal-krexxuni. Barra minn hekk, il-metodu ta’ kultivazzjoni deskritt ma jikkorrispondix għal kull metodu ta’ kultivazzjoni tal-krexxuni. Il-Ġermanja tqis ukoll li l-kompożizzjoni kimika tal-materjal nej tal-pjanti tiddependi biss parzjalment minn metodu speċifiku ta’ kultivazzjoni. Barra minn hekk, hija targumenta li t-terminu “krexxuni” jirreferi għall-isem ta’ din il-pjanta li jintuża b’mod ġenerali, li jista’ jitqies bħala ħjiel ta’ ġeneriċità tal-isem.

    (6)

    B’ittra datata t-3 ta’ April 2020, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jinvolvu ruħhom f’konsultazzjonijiet xierqa biex jilħqu ftehim bejniethom f’konformità mal-proċeduri interni tagħhom.

    (7)

    Il-konsultazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Ġermanja ntemmet fit-30 ta’ Ġunju 2020 mingħajr ma ntlaħaq ftehim.

    (8)

    Fil-25 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet l-avviż ta’ oppożizzjoni mill-kumpanija Olandiża Koppert Cress B.V.

    (9)

    F’konformità mal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom interess leġittimu, li huma stabbiliti jew residenti fi Stat Membru għajr dak li minnu ġiet sottomessa l-applikazzjoni, jistgħu jippreżentaw biss avviż ta’ oppożizzjoni lill-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti, li jippermetti li tiġi sottomessa oppożizzjoni lill-Kummissjoni minn dak l-Istat Membru, u ma jistgħux jippreżentaw oppożizzjoni direttament lill-Kummissjoni. Għalhekk, il-kumpanija Olandiża Koppert Cress B.V. ma hijiex intitolata li tissottometti oppożizzjoni direttament lill-Kummissjoni. L-oppożizzjoni tal-kumpanija Olandiża Koppert Cress B.V. għalhekk titqies bħala inammissibbli.

    (10)

    Fis-26 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ oppożizzjoni min-Netherlands. Il-Kummissjoni għaddiet l-avviż ta’ oppożizzjoni mibgħut min-Netherlands lir-Renju Unit fil-5 ta’ Marzu 2020. Fil-21 ta’ April 2020, il-Kummissjoni rċeviet id-dikjarazzjoni motivata tal-oppożizzjoni, sal-iskadenza stabbilita.

    (11)

    Il-Kummissjoni eżaminat l-oppożizzjoni mibgħuta min-Netherlands u sabet li hija ammissibbli. L-oppożizzjoni ssostni li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem tonqos milli tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(1)(a) u (2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Fir-rigward tal-metodu ta’ produzzjoni, l-awtoritajiet Olandiżi jqisu, b’mod partikolari, li jekk tingħata din l-STG, il-krexxuni prodotti b’mod differenti jew bl-użu ta’ tekniki ta’ tkabbir għajr dawk deskritti fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni mhux se jkunu jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq. Dan jaffettwa lill-produtturi direttament, irrispettivament mill-oriġini tagħhom (in-Netherlands jew pajjiżi oħrajn fejn jitkabbru l-krexxuni).

    (12)

    Barra minn hekk, l-opponent argumenta li t-terminu “krexxuni” jirreferi għall-isem ta’ din il-pjanta li jintuża ġeneralment, li jista’ jitqies bħala ħjiel ta’ ġeneriċità tal-isem. Dan semma wkoll li l-krexxuni jista’ jkollhom qisien u metodi ta’ ppakkjar differenti u li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, għalkemm kienet dettaljata ħafna, ma kinitx ċara.

    (13)

    B’ittra datata l-20 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jinvolvu ruħhom fil-konsultazzjonijiet xierqa biex jilħqu ftehim bejniethom f’konformità mal-proċeduri interni tagħhom.

    (14)

    Il-konsultazzjoni bejn ir-Renju Unit u n-Netherlands intemmet fit-28 ta’ Settembru 2020 mingħajr ma ntlaħaq ftehim.

    (15)

    Fis-26 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ oppożizzjoni mill-Belġju. Il-Kummissjoni għaddiet l-avviż ta’ oppożizzjoni mibgħut mill-Belġju lir-Renju Unit fil-5 ta’ Marzu 2020. Fl-24 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni rċeviet id-dikjarazzjoni motivata tal-oppożizzjoni, sal-iskadenza stabbilita.

    (16)

    Il-Kummissjoni eżaminat l-oppożizzjoni mibgħuta mill-Belġju u sabet li kienet ammissibbli. L-oppożizzjoni ssostni li l-applikazzjoni mir-Renju Unit thedded l-interessi tas-settur fil-Belġju, u l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem tonqos milli tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Fir-rigward tal-metodu ta’ produzzjoni, l-awtoritajiet Belġjani jargumentaw, b’mod partikolari, li l-prodott jiġi prodott kummerċjalment b’diversi modi, mingħajr l-ebda restrizzjoni partikolari fuq il-metodu ta’ produzzjoni. Il-Belġju jqis li d-deskrizzjoni tal-applikazzjoni hija kemm speċifika ħafna kif ukoll pjuttost vaga, u possibbilment miftuħa għal interpretazzjoni ulterjuri - li l-ebda waħda minnhom ma hija mixtieqa li tiġi imposta fuq il-kultivazzjoni.

    (17)

    B’ittra datata t-23 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jinvolvu ruħhom f’konsultazzjonijiet xierqa biex jilħqu ftehim bejniethom f’konformità mal-proċeduri interni tagħhom.

    (18)

    Ir-Renju Unit u l-Belġju laħqu ftehim, li ġie nnotifikat lill-Kummissjoni fit-28 ta’ Settembru 2020, sal-iskadenza stabbilita.

    (19)

    Ir-Renju Unit u l-Belġju kkonkludew li l-protezzjoni tat-terminu “Watercress” / “Cresson de Fontaine” / “Berros de Agua” / “Agrião de Água” / “Waterkers” / “Brunnenkresse” (STG) jenħtieġ li tingħata b’xi modifiki fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, inklużi emendi għad-deskrizzjoni tal-prodott biex jippermettu varjazzjonijiet fir-rigward tad-daqs tal-prodott maħsud, kif ukoll emendi għad-deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni biex jakkomodaw il-varjazzjonijiet fit-tipi tradizzjonali ta’ struttura tal-produzzjoni, biex jippermettu varjazzjonijiet lokali f’densitajiet ippreferuti tal-pjanta u fir-rigward ta’ kif jiġi kkummerċjalizzat il-prodott maħsud, u biex tiġi ssimplifikata d-differenza bejn il-krexxuni tal-ilma u l-krexxuni tal-art.

    (20)

    Billi jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u mal-leġiżlazzjoni tal-UE, il-kontenut tal-ftehim konkluż bejn ir-Renju Unit u l-Belġju jenħtieġ li jiġi kkunsidrat.

    (21)

    L-informazzjoni ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 kienet soġġetta għal bidliet mhux sostanzjali b’riżultat tal-ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Belġju.

    (22)

    L-applikant isostni li minkejja l-konsultazzjonijiet parzjalment mhux produttivi, it-terminu “Watercress” / “Cresson de Fontaine” / “Berros de Agua” / “Agrião de Água” / “Waterkers” / “Brunnenkresse” jenħtieġ li jiġi protett minħabba li jikkonforma mar-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni ta’ STG u jirrifletti t-tradizzjoni tat-tkabbir tal-krexxuni fl-ilma ġieri. Barra minn hekk, l-applikazzjoni hija appoġġata mill-produtturi Belġjani, Spanjoli, Franċiżi u Portugiżi.

    (23)

    Il-Kummissjoni vvalutat l-argumenti esposti fid-dikjarazzjonijiet motivati tal-oppożizzjoni fid-dawl tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, filwaqt li qieset ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet li saru bejn l-applikant u l-opponenti, u kkonkludiet li l-ismijiet “Watercress” / “Cresson de Fontaine” / “Berros de Agua” / “Agrião de Água” / “Waterkers” / “Brunnenkresse” jenħtieġ li jiġu rreġistrati.

    (24)

    L-oppożizzjonijiet huma bbażati fuq l-Artikolu 21(1)(a) u (b) u fuq l-Artikolu 18(1), (2) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

    (25)

    Fir-rigward tal-inkompatibbiltà mat-termini tal-Artikolu 21(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-opponenti wrew id-dannu ekonomiku potenzjali li tikkawża r-reġistrazzjoni ta’ “Watercress” / “Cresson de Fontaine” / “Berros de Agua” / “Agrião de Água” / “Waterkers” / “Brunnenkresse”, peress li jintuża isem identiku għal prodotti simili eżistenti fis-suq Ġermaniżi għal prodotti li ma jsegwux l-istess metodu ta’ produzzjoni.

    (26)

    Fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18, f’konformità mal-Artikolu 18(1)(a) u 18(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-isem “Watercress” / “Cresson de Fontaine” / “Berros de Agua” / “Agrião de Água” / “Waterkers” / “Brunnenkresse” huwa eliġibbli għar-reġistrazzjoni bħala STG jekk jirriżulta minn modalità tal-produzzjoni, ipproċessar jew kompożizzjoni li tikkorrispondi għall-prattika tradizzjonali għal dak il-prodott jew oġġett tal-ikel, u jista’ jiġi rreġistrat jekk jidentifika l-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott. Ġie stabbilit li dan l-isem ilu jintuża għal sekli sħaħ biex jiddefinixxi dan il-prodott speċifiku u huwa jidentifika l-karattru tradizzjonali u speċifiku tal-prodott, li huwa pjanta li tiġi kkultivata, imkabbra u maħsuda fl-ilma ġieri. Għalhekk, l-isem huwa konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

    (27)

    Fir-rigward tad-dikjarazzjoni dwar il-ġeneriċità, ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ma fihx projbizzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ ismijiet ġeneriċi bħala STG. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 18(4) tiegħu, dan jeskludi li isem jiġi rreġistrat jekk jirreferi biss għal dikjarazzjonijiet ta’ natura ġenerali użati għal sett ta’ prodotti, jew għal dikjarazzjonijiet previsti minn leġiżlazzjoni partikolari tal-Unjoni. L-opponenti ma tawx biżżejjed evidenza li l-isem li għandu jiġi rreġistrat jirreferi għal dikjarazzjonijiet ta’ natura ġenerali użati għal sett ta’ prodotti.

    (28)

    Bħala konklużjoni, l-isem propost għar-reġistrazzjoni jikkonforma mar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni bħala STG skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Madankollu, intwera li isem identiku jintuża b’mod wiesa’ għal prodotti simili fis-suq Ġermaniż, li ma jsegwux l-istess metodu ta’ produzzjoni previst fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

    (29)

    Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, sabiex issir distinzjoni bejn prodotti komparabbli jew prodotti li għandhom isem identiku jew simili bl-isem “Watercress” / “Cresson de Fontaine” / “Berros de Agua” / “Agrião de Água” / “Waterkers” / “Brunnenkresse”, dan l-isem, ladarba jiġi rreġistrat bħala STG, jenħtieġ li dejjem ikun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni “magħmul skont it-tradizzjoni ta’” l-Istat Membru jew il-pajjiż terz li t-tradizzjoni tiegħu fil-produzzjoni tal-krexxuni hija riflessa fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. L-Istati Membri huma dawn li ġejjin: Il-Belġju, Spanja, Franza, in-Netherlands, u l-Portugall. Il-pajjiż terz huwa r-Renju Unit.

    (30)

    Għalhekk, jenħtieġ li dan l-isem ma jiġix protett bħala tali iżda biss flimkien mad-dikjarazzjoni “magħmul skont it-tradizzjoni ta’”, b’mod alternattiv jew kumulattiv (u/jew), il-Belġju, Spanja, Franza, in-Netherlands, il-Portugall, u r-Renju Unit.

    (31)

    B’mod estensiv, il-“Watercress” jenħtieġ li jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni “magħmul skont it-tradizzjoni tar-Renju Unit” jew “magħmul skont it-tradizzjoni tal-Belġju” jew “magħmul skont it-tradizzjoni ta’ Spanja” jew “magħmul skont it-tradizzjoni ta’ Franza” jew “magħmul skont it-tradizzjoni tan-Netherlands” jew “magħmul skont it-tradizzjoni tal-Portugall” jew “magħmul skont it-tradizzjoni ta’” segwita mill-ismijiet ta’ dawn l-Istati Membri kollha jew ta’ xi wħud minnhom jew mill-isem tal-pajjiż terz.

    (32)

    L-isem “Cresson de Fontaine” jenħtieġ li jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni “produit selon la tradition de la France” jew “produit selon la tradition de la Belgique” jew “produit selon la tradition de l’Espagne” jew “produit selon la tradition des Pays Bas” jew “produit selon la tradition du Portugal” jew “produit selon la tradition du Royaume-Uni” jew “produit selon la tradition de” segwita mill-ismijiet ta’ dawn l-Istati Membri kollha jew ta’ xi wħud minnhom jew mill-isem tal-pajjiż terz.

    (33)

    L-isem “Berros de Agua” jenħtieġ li jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni “elaborado según la tradición de España” jew “elaborado según la tradición de Bélgica” jew “elaborado según la tradición de Francia” jew “elaborado según la tradición de los Países Bajos” jew “elaborado según la tradición de Portugal” jew “elaborado según la tradición del Reino Unido” jew “elaborado según la tradición de” segwita mill-ismijiet ta’ dawn l-Istati Membri kollha jew ta’ xi wħud minnhom jew mill-isem tal-pajjiż terz.

    (34)

    L-isem “Agrião de Água” jenħtieġ li jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni “produzido segundo a tradição de Portugal” jew “produzido segundo a tradição de Bélgica” jew “produzido segundo a tradição de Espanha” jew “produzido segundo a tradição de França” jew “produzido segundo a tradição des Países Baixos” jew “produzido segundo a tradição de Reino Unido” jew “produzido segundo a tradição de” segwita mill-ismijiet ta’ dawn l-Istati Membri kollha jew ta’ xi wħud minnhom jew mill-isem tal-pajjiż terz.

    (35)

    L-isem “Waterkers” jenħtieġ li jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni “vervaardigd volgens de traditie van België” jew “vervaardigd volgens de traditie van Spanje” jew “vervaardigd volgens de traditie van Frankrijk” jew “vervaardigd volgens de traditie van Nederland” jew “vervaardigd volgens de traditie van Portugal” jew “vervaardigd volgens de traditie van Verenigd Koninkrijk” jew “vervaardigd volgens de traditie van”, segwita mill-ismijiet ta’ dawn l-Istati Membri kollha jew ta’ xi wħud minnhom jew mill-isem tal-pajjiż terz.

    (36)

    L-isem “Brunnenkresse” jenħtieġ li jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni “hergestellt nach der Tradition Belgiens” jew “hergestellt nach der Tradition Spaniens” jew “hergestellt nach der Tradition Frankreichs” jew “hergestellt nach der Tradition der Niederlande” jew “hergestellt nach der Tradition Portugals” jew “hergestellt nach der Tradition Vereinigten Königreichs” jew “hergestellt nach der Tradition”, segwita mill-ismijiet ta’ dawn l-Istati Membri kollha jew ta’ xi wħud minnhom jew mill-isem tal-pajjiż terz.

    (37)

    B’konsegwenza ta’ dan, l-isem “Watercress”, “Cresson de Fontaine”, “Berros de Agua”, “Agrião de Água”, “Waterkers” u “Brunnenkresse” jenħtieġ li jkompli jitħalla jintuża għall-prodotti li ma jikkonformawx mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ “Watercress” / “Cresson de Fontaine” / “Berros de Agua” / “Agrião de Água” / “Waterkers” / “Brunnenkresse” “magħmul skont it-tradizzjoni tal-Belġju, Spanja, Franza, in-Netherlands, il-Portugall u r-Renju Unit, fit-territorju tal-Unjoni, dment li l-prinċipji u r-regoli applikabbli fl-ordni ġuridika tiegħu jiġu rrispettati.

    (38)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-isem “Watercress” / “Cresson de Fontaine” / “Berros de Agua” / “Agrião de Água” / “Waterkers” / “Brunnenkresse”, jenħtieġ li jiddaħħal fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti.

    (39)

    L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott konsolidata, inkluża r-referenza għad-dikjarazzjonijiet u għall-bidliet mhux sostanzjali fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott miftiehma bejn ir-Renju Unit u l-Belġju, jenħtieġ li tiġi ppubblikata biss għal informazzjoni.

    (40)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Politika dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-isem “Watercress” / “Cresson de Fontaine” / “Berros de Agua” / “Agrião de Água” / “Waterkers” / “Brunnenkresse” (STG) huwa rreġistrat.

    L-isem fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott mill-Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati stabbilita fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

    Artikolu 2

    Il-“Watercress” għandha tkun akkumpanjata mid-dikjarazzjoni “magħmul skont it-tradizzjoni tar-Renju Unit” jew “magħmul skont it-tradizzjoni tal-Belġju” jew “magħmul skont it-tradizzjoni ta’ Spanja” jew “magħmul skont it-tradizzjoni ta’ Franza” jew “magħmul skont it-tradizzjoni tan-Netherlands”“magħmul skont it-tradizzjoni tal-Portugall” jew “magħmul skont it-tradizzjoni ta’” segwita mill-ismijiet ta’ dawn l-Istati Membri kollha jew ta’ xi wħud minnhom jew mill-isem tal-pajjiż terz.

    L-isem “Cresson de Fontaine” għandu jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni “produit selon la tradition de la France” jew “produit selon la tradition de la Belgique” jew “produit selon la tradition de l’Espagne” jew “produit selon la tradition des Pays Bas” jew “produit selon la tradition du Portugal” jew “produit selon la tradition du Royaume-Uni” jew “produit selon la tradition de” segwita mill-ismijiet ta’ dawn l-Istati Membri kollha jew ta’ xi wħud minnhom jew mill-isem tal-pajjiż terz.

    L-isem “Berros de Agua” għandu jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni “elaborado según la tradición de España” jew “elaborado según la tradición de Bélgica” jew “elaborado según la tradición de Francia” jew “elaborado según la tradición de los Países Bajos” jew “elaborado según la tradición de Portugal” jew “elaborado según la tradición del Reino Unido” jew “elaborado según la tradición de” segwita mill-ismijiet ta’ dawn l-Istati Membri kollha jew ta’ xi wħud minnhom jew mill-isem tal-pajjiż terz.

    L-isem “Agrião de Água” għandu jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni “produzido segundo a tradição de Portugal” jew “produzido segundo a tradição de Bélgica” jew “produzido segundo a tradição de Espanha” jew “produzido segundo a tradição de França” jew “produzido segundo a tradição des Países Baixos” jew “produzido segundo a tradição de Reino Unido” jew “produzido segundo a tradição de” segwita mill-ismijiet ta’ dawn l-Istati Membri kollha jew ta’ xi wħud minnhom jew mill-isem tal-pajjiż terz.

    L-isem “Waterkers” għandu jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni “vervaardigd volgens de traditie van België” jew “vervaardigd volgens de traditie van Spanje” jew “vervaardigd volgens de traditie van Frankrijk” jew “vervaardigd volgens de traditie van Nederland” jew “vervaardigd volgens de traditie van Portugal” jew “vervaardigd volgens de traditie van Verenigd Koninkrijk” jew “vervaardigd volgens de traditie van” segwita mill-ismijiet ta’ dawn l-Istati Membri kollha jew ta’ xi wħud minnhom jew mill-isem tal-pajjiż terz.

    L-isem “Brunnenkresse” għandu jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni “hergestellt nach der Tradition Belgiens” jew “hergestellt nach der Tradition Spaniens” jew “hergestellt nach der Tradition Frankreichs” jew “hergestellt nach der Tradition der Niederlande” jew “hergestellt nach der Tradition Portugals” jew “hergestellt nach der Tradition Vereinigten Königreichs” jew “hergestellt nach der Tradition” segwita mill-ismijiet ta’ dawn l-Istati Membri kollha jew ta’ xi wħud minnhom jew mill-isem tal-pajjiż terz.

    Artikolu 3

    L-isem “Watercress”, “Cresson de Fontaine”, “Berros de Agua”, “Agrião de Água”, “Waterkers” u “Brunnenkresse” jista’ jkompli jintuża għall-prodotti li ma jikkonformawx mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ “Watercress” / “Cresson de Fontaine” / “Berros de Agua” / “Agrião de Água” / “Waterkers” / “Brunnenkresse”“magħmul skont it-tradizzjoni ta’” il-Belġju, Spanja, Franza, in-Netherlands, il-Portugall u r-Renju Unit fit-territorju tal-Unjoni, dment li l-prinċipji u r-regoli applikabbli fl-ordni ġuridiku tiegħu jiġu rrispettati.

    Artikolu 4

    L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott konsolidata hija stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2022

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

    (2)  ĠU C 401, 27.11.2019, p. 8.

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


    ANNESS

    “WATERCRESS”/“CRESSON DE FONTAINE”/“BERROS DE AGUA”/“AGRIÃO DE ÁGUA”/“WATERKERS”/“BRUNNENKRESSE”

    Nru tal-UE: TSG-GB-0062 — 6.12.2010

    Ir-Renju Unit

    1.   Isem li għandu jiġi rreġistrat/ismijiet li għandhom jiġu rreġistrati

    “Watercress”/“Cresson de Fontaine”/“Berros De Agua”/“Agrião de Água”/“Waterkers”/“Brunnenkresse”

    L-isem għandu jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni “magħmul skont it-tradizzjoni tar-Renju Unit” jew “magħmul skont it-tradizzjoni tal-Belġju” jew “magħmul skont it-tradizzjoni ta’ Spanja” jew “magħmul skont it-tradizzjoni ta’ Franza” jew “magħmul skont it-tradizzjoni tan-Netherlands” jew “magħmul skont it-tradizzjoni tal-Portugall” jew “magħmul skont it-tradizzjoni ta’” segwit mill-ismijiet tal-Istati Membri kollha jew ta’ xi wħud minn dawn l-Istati Membri jew pajjiż terz.

    2.   Tip ta’ prodott

    Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

    3.   Raġunijiet għar-reġistrazzjoni

    3.1.   Jekk il-prodott:

    jirriżultax minn metodu ta’ produzzjoni, ipproċessar jew kompożizzjoni li jikkorrispondi għall-prattika tradizzjonali għal dak il-prodott jew l-oġġett tal-ikel

    huwiex magħmul minn materja prima jew ingredjenti li jintużaw tradizzjonalment.

    L-hekk imsejħa “Watercress”/“Cresson de Fontaine”/“Berros de Agua”/“Agrião de Água”/“Waterkers”/“Brunnenkresse” ibbażata fuq iż-żerriegħa Nasturium Officinale titkabbar b’mod naturali fl-ilma ġieri b’metodu ta’ produzzjoni kummerċjali tradizzjonali li ilu jintuża għal aktar minn 200 sena.

    3.2.   Indika jekk l-isem:

    kienx jintuża tradizzjonalment sabiex jirreferi għall-prodott speċifiku

    jidentifikax il-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott

    Għal sekli sħaħ anki qabel ma bdiet il-produzzjoni kummerċjali fl-Ewropa aktar minn 200 sena ilu, l-isem “water-cress” fir-Renju Unit, “cresson de fontaine” fi Franza, “berros de agua” fi Spanja, “agrião de água” fil-Portugall, “waterkers” fl-Olanda u l-Belġju “Brunnenkresse” fil-Ġermanja ntuża sabiex jispeċifika dan il-varjant tal-familja ta’ krexxuni li jitkabbar fl-ilma ġieri. Krexxuni huwa l-isem tax-xitla u ilma huwa d-deskrittur.

    4.   Deskrizzjoni

    4.1.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1, inklużi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi ewlenin tiegħu, li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

    “Watercress”/“Cresson de Fontaine”/“Berros de Agua”/“Agrião de Água”/“Waterkers”/“Brunnenkresse” bl-isem botaniku Nasturtium officinale hija xitla akkwatika/semi akkwatika li għadha selvaġġa fi flussi u nixxigħat madwar l-Ewropa, kif ukoll f’ħafna pajjiżi oħra fid-dinja bi klima moderata. Ix-xitla żżomm postha ma’ qiegħ jew ma’ ġenb in-nixxiegħa jew il-miġra bis-sistema tal-għeruq tagħha sabiex ma tinġarrx. Il-ħsad u l-bejgħ tal-“Watercress”/“Cresson de Fontaine”/“Berros de Agua”/“Agrião de Água”/“Waterkers”/“Brunnenkresse” mis-selvaġġ jibqgħu mhux affettwati minn din l-ispeċifikazzjoni li tirrigwarda biss il-produzzjoni kummerċjali.

    Il-produzzjoni kummerċjali sempliċiment tirreplika kif ix-xitla tikber fis-selvaġġ, bl-użu tan-nutrijenti mill-ilma ġieri, dan huwa dak li l-konsumaturi jistennew u jifhmu bi krexxuni – l-ilma huwa l-mezz tat-tkabbir u l-krexxuni hija x-xitla.

    Is-sinonimi botaniċi tan-Nasturtium officinale huma Rorippa nasturtium-aquaticum, Nasturtium nasturtium-aquaticum u Sisymbrium nasturtium-aquaticum L. Huma jirriflettu n-natura akkwatika vera tax-xitla u l-mod kif tikber.

    Il-prodott ippreżentat lill-klijenti jista’ jvarja fit-tul totali taz-zokk, id-daqs tal-weraq u t-tip ta’ preżentazzjoni u imballaġġ.

    L-għalla mkabbra tradizzjonalment tinħasad mill-ilma u hija kkaratterizzata minn weraq artab u niedi ta’ lewn aħdar medju, bi truf mhux miksura u forma ovali. Iz-zkuk iqarmċu, għandhom lewn kemxejn aktar ċar u jista’ jkollhom xi għeruq laterali li jestendu mill-ġonot tal-weraq saz-zokk.

    Proprjetajiet mikrobijoloġiċi

    Derivati mill-ambjent li fih titkabbar ix-xitla; l-għalla, li titkabbar kummerċjalment f’ilma ġieri tan-nixxiegħa jew fi spieri, tikseb popolazzjoni mikrobika epifitika karatteristikament għolja fi Pseudomonad sp. benevoli. Ix-xitla titkabbar f’ilma ġieri pur ta’ kwalità mikrobijoloġika għolja.

    Karatteristiċi fiżiċi

    Weraq alternat u kompost għall-ponta bi 3 sa 11-il werqa żgħira żengulijja, ileqqu, ta’ lewn aħdar skur, ġejjin għat-tond fil-ponta, lixxi mingħajr snien jew bil-marġini bis-snien immewġin. Il-kulur ivarja minn aħdar (Hex triplet 008000) għal aħdar skur (Hex triplet 006400).

    Zkuk li jixxebilku jew iżommu fil-wiċċ li huma sukkulenti jew imlaħħmin

    Għeruq fibrużi u lixxi li jippermettu lill-għeruq jinfirxu kullimkien tul iz-zokk mgħaddas, primarjament fin-nodi.

    Ix-xitla jkollha fjuri bojod b’4 petali b’dijametru ta’ madwar 3 mm sa 5 mm, f’raċemi terminali u f’raċemi mill-axxelli tal-weraq li huma l-aktar ’il fuq. Il-fjuri bojod u ħodor żgħar jiġu prodotti f’raggruppamenti. Bħala parti miċ-ċiklu tal-ħajja naturali tax-xtieli, il-fjuri jidhru matul l-ewwel xhur tas-sajf meta t-tul tal-jum ikun qed joqrob lejn il-massimu tiegħu.

    Meta mqabbla magħha, ix-xitla tal-Krexxuni tal-Art li hija tal-ġeneru Barberea Verna, tipproduċi weraq aħdar maqsum għall-ponta u singoli, u matul il-perjodu tal-fjoritura jkollha fjuri sofor.

    Kompożizzjoni kimika

    “Watercress”/“Cresson de Fontaine”/“Berros De Agua”/“Agrião de Água”/“Waterkers”/“Brunnenksse” hija rikka fil-glukosinolati u unika fl-espressjoni għolja tal-glukosinolat B-feniletil glukosinolat li jirrilaxxa feniletilisotijoċjanat (PEITC). Il-PEITC jiġi rilaxxat waqt it-tagħmid u huwa responsabbli għat-togħma qawwija karatteristika. Il-karatteristika tat-togħma ta’ bżar hija dovuta għaż-żjut tal-mustarda inerenti fix-xitla. L-istress jaffettwa l-livelli ta’ PEITC fix-xitla. Jekk l-għalla ssib ruħha taħt stress minn temperatura baxxa jew għolja, jew tkun soġġetta għal nuqqas ta’ ilma, ix-xitla tipproduċi livelli differenti ta’ PEITC.

    Proprjetajiet organolettiċi

    L-ittestjar komparattiv tal-Krexxuni tal-Ilma mal-Krexxuni tal-Art indika li l-kulur tal-“Krexxuni tal-Ilma” huwa aktar skur/aktar ħadrani mill-krexxuni mkabbra fuq l-art, għandu togħma ferm aktar ta’ bżar u għandu sawra aktar ratba.

    Fl-2009 saret evalwazzjoni sensorja oħra li indikat ukoll li l-krexxuni mkabbra fuq l-art kellhom togħma aktar dgħajfa u inqas ta’ bżar. Ġew irreġistrati wkoll xi kummenti fir-rigward tal-kampjun imkabbar fl-ilma li kellu weraq aktar skuri u sawra aktar ratba.

    Dawn iż-żewġ valutazzjonijiet urew li fiż-żewġ okkażjonijiet evalwazzjoni professjonali tal-għelejjel imkabbra fuq l-art kontra dawk imkabbra fl-ilma ġieri identifikat differenzi, u meta ntalbet preferenza, identifikat il-“Watercress”/“Cresson de Fontaine”/“Berros De Agua”/“Agrião de Água”/“Waterkers”/“Brunnenkresse” bħala superjuri – għall-kwalitajiet organolettiċi weħidhom.

    Karatteristikament, il-“Watercress”/“Cresson de Fontaine”/“Berros de Agua”/“Agrião de Água”/“Waterkers”/“Brunnenkresse” tħalli togħma ta’ mustarda; hija għandha togħma ta’ bżar, taħraq u hi kemxejn morra.

    4.2.   Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1 li jridu jsegwu l-produtturi, inklużi, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti li jintużaw, kif ukoll il-metodu li permezz tiegħu jitħejja l-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

    Il-“Watercress”/“Cresson de Fontaine”/“Berros De Agua”/“Agrião de Água”/“Waterkers”/“Brunnenkresse” trid titkabbar fl-ilma ġieri bl-użu taż-żerriegħa tan-Nasturtium officinale. Madankollu, iż-żerriegħa tista’ tinżera’ fuq sottostrat xieraq f’faċilità ta’ propagazzjoni u n-nebbieta tiġi ttrasferita lejn il-miżirgħat tal-produzzjoni.

    L-għelejjel jistgħu jikbru matul is-sena kollha fi ħmiemel apposta. It-temperatura tal-ilma ġieri li jitla’ min-nixxigħat jew spieri hija tipikament bejn 10 u 18 °C li tipproteġi lill-għalla minn temp sħun u kiesaħ.

    Sabiex ikun hemm livelli relattivament uniformi u konsistenti ta’ PEITC (u għalhekk togħma relattivament uniformi), l-għalla teħtieġ kundizzjonijiet ta’ tkabbir stabbli u mingħajr stress f’termini ta’ temperatura, provvista tal-ilma u fertilizzant. Kultivazzjoni bbażata fuq l-ilma fejn jiġi pprovdut ilma ġieri kostanti matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tax-xitla hija l-mod ideali sabiex tinżamm it-temperatura; l-ilma ġieri jżomm l-għalla friska fil-jiem sħan u jsaħħanha fil-jiem kesħin.

    Provvista tal-Ilma

    Tradizzjonalment, is-sors tal-ilma kien ġej minn nixxigħat naturali b’ħafna minerali jew minn spieri permezz ta’ flussi naturali jew pompi, madankollu, huma aċċettabbli wkoll sorsi oħrajn jekk ikunu ta’ kwalità mikrobijoloġika għolja biżżejjed (mira ta’ żero E.coli, tolleranza ta’ 100 cfu/100 ml; mira ta’ żero listeria, tolleranza ta’ 100 cfu/100 ml, żero Salmonella, żero STEC) u ħielsa minn kontaminazzjoni tal-ilma tal-wiċċ. L-ilma jrid ikun ta’ kwalità xierqa għall-produzzjoni ta’ ikel ipproċessat minimament, li jfisser wieħed li jista’ jiġi kkonsmat mingħajr ma jissajjar.

    Tfassil tal-Miżirgħat

    Il-pożizzjonament tal-ħmiemel ġeneralment ikun iddettat mill-għajn tal-ilma u mill-iżbokk. Il-ħmiemel huma mibnija bi ġnub impermeabbli, possibbilment fuq inklinazzjoni mill-punt li fih l-ilma jidħol fil-ħammiela, u b’tali mod li ma jkunx hemm ilma tal-wiċċ jew tax-xebgħa. Tradizzjonalment, l-ilma li jidħol jiġi mgħoddi u regolat lejn il-ħmiemel individwali permezz ta’ valvi, viti jew fetħiet sempliċi fil-bokka tal-ġenb li jkun fih il-fetħa. Sistemi ta’ biedja aktar moderni nbnew b’tali mod li jippermettu sistemi ta’ provvista awtomatizzati mis-sorsi tal-ilma u għal temperatura mmirata, provvista tal-ilma u provvista ta’ fertilizzanti. Il-kobor tal-ħammiela tvarja skont il-post u l-pajjiż. L-ilma tal-wiċċ jew tax-xebgħa ma għandux jitħalla jidħol fis-sit. Ma għandux ikun hemm żoni ta’ tajn permanenti li jistgħu jkunu ħabitat għall-bebbux tat-tajn.

    Metodi ta’ Produzzjoni

    Jenħtieġ li tiġi stabbilita għalla ġdida miż-żerriegħa sabiex tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ viruses, li wħud minnhom jinġarru miż-żerriegħa. Iż-żrieragħ jinżergħu direttament fil-bażijiet tal-ħmiemel, jew inkella aktarx jinżergħu fit-terriċċju, jew materjal substrat, f’faċilità ta’ propagazzjoni u jitkabbru sal-ewwel stadju veru tal-weraq (b’għoli ta’ madwar 3 cm sa 5 cm). It-tkabbir tal-għelejjel fil-bidu tas-sajf ikun jeħtieġ li l-għelejjel ġodda miż-żerriegħa jissuperaw il-perjodu tal-fjoritura naturali, li jseħħ f’dan iż-żmien tas-sena. Matul ix-xhur l-oħrajn, il-prodott jista’ jinħasad minn tkabbir mill-ġdid, proċess li jippermetti li l-għalla li tinħasad tirriġenera f’għalla ġdida. Ħafna kultivaturi jipproduċu ż-żerriegħa tagħhom stess billi jħallu lil xi għelejjel jiffjorixxu u joħorġu ż-żahar, madankollu, iż-żerriegħa hija disponibbli mill-kumpaniji taż-żerriegħa.

    Iż-żrieġħ dirett jista’ jsir bl-idejn jew bil-magna għal fuq il-ħmiemel tat-tkabbir, filwaqt li, bl-istess mod, in-nebbieta prodotti f’żona ta’ propagazzjoni jistgħu jitħawlu bl-idejn jew bil-magna, sabiex jinkisbu d-densitajiet xierqa fuq fil-bażi tal-ħammiela li kapaċi żżomm umdità arrikkita bin-nutrijenti li tippermetti infiltrazzjoni u ankraġġ bikrija fl-għeruq.

    Minn hemm ’il quddiem, l-ilma msaħħaħ bin-nutrijenti jitħalla jgħaddi minn fuq il-bażi fejn mill-għalla joħorġu l-minerali meħtieġa u l-mikroelementi essenzjali għat-tkabbir; il-fluss tal-ilma jiżdied hekk kif l-għalla timmatura sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-għalla.

    Jistgħu jintużaw fertilizzanti ortikulturali standard b’kontenut għoli ta’ fosfat sabiex jissupplimentaw in-nutrijenti mill-ilma u l-bażi tal-ħammiela, u jiġu applikati kif xieraq skont ir-rekwiżiti tal-għalla.

    L-għelejjel iridu jitkabbru f’ilma ġieri għalkemm is-sistemi tal-għeruq tagħhom jistgħu jankraw mat-truf. Il-Krexxuni tal-Art miż-żerriegħa tal-Lepidium sativum, jitkabbru kompletament fil-ħamrija, u huma differenti mill-“Watercress”/“Cresson de Fontaine”/“Berros de Agua”/“Agrikoltura de Água”/“Waterkers”/“Brunnenkresse” li titkabbar fl-art.

    Ħsad

    Il-“Watercress”/“Cresson de Fontaine”/“Berros de Agua”/“Agrião de Água”/“Waterkers”/“Brunnenkresse” tinħasad għall-bejgħ bl-għeruq jew bis-substrat jew mingħajru u jinbiegħ maħsul jew mhux maħsul. Il-prodott miġbur f’bukkett huwa kkaratterizzat minn zkuk pallidi mingħajr il-weraq u l-għeruq għal bejn 5 cm u 6 cm u jinżamm flimkien permezz ta’ lastiku jew qafla, li ’l fuq minnha, il-weraq ta’ bejn wieħed u ieħor 2 cm sa 5 cm, jifforma r-“ras” tal-bukkett. Madankollu, jista’ jkun hemm varjazzjonijiet fil-mod kif il-prodott jiġi kkummerċjalizzat, kemm f’termini tal-prodott innifsu (weraq sfuż, rosettes, bl-għeruq u/jew sottostrat jew mingħajrhom) kif ukoll f’termini tal-imballaġġ.

    4.3.   Deskrizzjoni tal-elementi ewlenin li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

    Il-karattru tradizzjonali tal-“Watercress”/“Cresson de Fontaine”/“Berros De Agua”/“Agrião de Água”/“Waterkers”/“Brunnenksse” huwa minqux fil-metodu ta’ produzzjoni tagħha u x-xitla ilha assoċjata mal-ilma ġieri għal eluf ta’ snin; storikament, l-għalla minn dejjem kienet assoċjata mal-produzzjoni akkwatika u dan baqa’ ma nbidilx bl-għażla u t-tnissil f’termini tal-morfoloġija u t-togħma. Illum il-ġurnata, hija għadha tidher identika għall-illustrazzjonijiet tax-xitla li jmorru lura għal żmien ir-Rumani.

    Ippokrate, il-fundatur tal-mediċina moderna, huwa rreġistrat li kien għażel is-sit għall-ewwel sptar tad-dinja, fuq il-gżira ta’ Kos, qrib nixxiegħa li kienet addattata għall-kultivazzjoni tax-xitla li huwa kien iqis bħala essenzjali għall-kura tal-pazjenti tiegħu. Ir-Rumani kabbru wkoll il-“Watercress”/“Cresson de Fontaine”/“Berros De Agua”/“Agrião de Água”/“Waterkers”/“Brunnenksse” fl-ilma ġieri.

    Fil-ktieb tiegħu bl-isem ta’ “Complete Herbal”, li kien ippubblikat fl-1653, Nicholas Culpeper jiddeskrivi x-xitla tal-krexxuni tal-ilma bħala “li tikber f’nixxigħat żgħar ta’ ilma ġieri”.

    L-ewwel kultivazzjoni kummerċjali tal-“Watercress”/“Cresson de Fontaine”/“Berros De Agua”/“Agrião de Água”/“Waterkers”/“Brunnenksse” seħħet fil-Ġermanja fis-seklu 18, filwaqt li l-għalla tkabbret b’mod estensiv fin-nixxiegħat nodfa u bl-ilma ġieri fin-Nofsinhar tal-Ingilterra matul is-snin bikrija tas-seklu dsatax. Huwa metodu ta’ produzzjoni kummerċjali li baqa’ essenzjalment l-istess, għalkemm il-metodu tat-tkabbir tal-“Watercress”/“Cresson de Fontaine”/“Berros De Agua”/“Agrião de Água”/“Waterkers”/“Brunnenksse” fl-ilma ġieri jmur lura għal żmien ir-Rumani. Il-produzzjoni fi Franza ġiet deskritta minn Adophle Chatin fl-1866 bħala “Dawn il-fosos kienu kultura enormi ta’ Fountain Cresson, din il-kultura kienet stabbilita għal bosta snin fuq is-sorsi tal-ilma”

    Sa tard is-seklu dsatax (1800s), il-“Watercress”/“Cresson de Fontaine”/“Berros De Agua”/“Agrião de Água”/“Waterkers”/“Brunnenksse” kienet sors sinifikanti ta’ impjieg u dħul, bl-għalla kienet qed tiġi fornuta lill-konurbazzjonijiet ewlenin fit-Tramuntana tal-Ewropa kollha. Bħala eżempju, fir-Renju Unit, il-ferrovija ġiet estiża għal Alresford, Hampshire sabiex iġġorr ’il fuq minn 30 tunnellata fil-ġimgħa lejn is-swieq ta’ Londra. Il-linja tal-ferrovija tal-istim irrestawrata għadha magħrufa sal-lum il-ġurnata bħala “The Watercress Line”.

    Hemm bosta reġistrazzjonijiet ċinematiċi mit-tletinijiet tas-seklu għoxrin li juru l-“Watercress”/“Cresson de Fontaine”/“Berros De Agua”/“Agrião de Água”/“Waterkers”/“Brunnenksse” tikber fl-ilma ġieri.

    Fil-pajjiżi kollha, il-“Watercress”/“Cresson de Fontaine”/“Berros De Agua”/“Agrião de Água”/“Waterkers”/“Brunnenksse” tradizzjonali trid titkabbar fl-ilma ġieri. L-ilma pur tan-nixxiegħa li jitla’ mill-istrati ta’ taħt l-art fih il-minerali kollha meħtieġa għat-tkabbir, madankollu, normalment ikollu nuqqas ta’ fosfru. Fit-Tramuntana tal-Ewropa, dan kien disponibbli b’mod aċċidentali bħala fertilizzant tal-fosfat b’rilaxx bil-mod fil-forma ta’ gagazza bażika, prodott sekondarju tal-proċess tradizzjonali tal-produzzjoni tal-azzar. Għal kważi 200 sena, l-għalla kienet titkabbar bl-użu ta’ ilma pur tan-nixxiegħa miżjud b’applikazzjonijiet fil-bażi tal-hmiemel ta’ gagazza bażika li fornew il-fertilizzant tal-fosfat u l-mikroelementi li l-għalla ma setgħetx issib fl-ilma ġieri. Illum il-ġurnata, il-proċess tal-produzzjoni tal-azzar inbidel u l-gagazza bażika ma għadhiex disponibbli. Konsegwentement, issa minflok qed jintużaw fertilizzanti tal-fosfat kummerċjali b’rilaxx bil-mod.

    Ix-xitla, li titkabbar b’mod tradizzjonali, tinqata’ mill-ilma ġieri pur u hija kkaratterizzata minn weraq artab u niedi ta’ lewn aħdar medju ta’ forma ovali. Iz-zkuk iqarmċu u jista’ jkollhom xi għeruq laterali li jestendu mill-ġonot tal-weraq saz-zokk. Ix-xtieli jħallu togħma karatteristika ta’ mustarda; togħma ta’ bżar, taħraq u kemxejn morra.


    Top