Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex
Dokument 32022R1926
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/1926 of 11 October 2022 operating deductions from fishing quotas available for certain stocks in 2022 on account of overfishing in the previous years
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1926 tal-11 ta’ Ottubru 2022 li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2022 minħabba sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1926 tal-11 ta’ Ottubru 2022 li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2022 minħabba sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel
C/2022/7110
ĠU L 265, 12.10.2022, str. 67—71
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Już nie obowiązuje, Data zakończenia ważności: 31/12/2022: Ten akt został zmieniony. Aktualna wersja skonsolidowana: 22/12/2022
Powiązanie | Akt | Komentarz | Zmienione elementy | Od | do |
---|---|---|---|---|---|
Poprawki wprowadzone przez | 32022R2458 | Sostituzzjoni | anness | 22/12/2022 |
12.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 265/67 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1926
tal-11 ta’ Ottubru 2022
li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2022 minħabba sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2021 ġew stabbiliti bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2020/1579 (2), (UE) 2021/90 (3), (UE) 2021/91 (4) u (UE) 2021/92 (5). |
(2) |
Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2022 ġew stabbiliti bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2021/91, (UE) 2021/1888 (6), (UE) 2022/109 (7) u (UE) 2022/110 (8). |
(3) |
Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta’ dak l-Istat Membru. |
(4) |
L-Artikolu 105(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li dan it-tnaqqis tal-kwoti tas-sajd għandu jsir fis-sena/snin ta’ wara billi jiġu applikati l-fatturi rispettivi ta’ multiplikazzjoni mogħtija f’dawk il-paragrafi. |
(5) |
Ċerti Stati Membri qabżu l-kwoti tas-sajd allokati lilhom għas-sena 2021. Għalhekk jenħtieġ li jiġi applikat tnaqqis mill-kwoti tas-sajd allokati lilhom fl-2022 u, fejn rilevanti, fis-snin ta’ wara, għall-istokkijiet mistada żżejjed. |
(6) |
Xorta jistgħu jseħħu aktar aġġornamenti jew korrezzjonijiet wara d-detezzjoni, għall-eżerċizzju attwali jew preċedenti, ta’ żbalji, omissjonijiet jew rappurtar ħażin fiċ-ċifri tal-qbid iddikjarati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
(7) |
Billi l-kwoti jingħataw f’tunnellati, jenħtieġ li s-sajd eċċessiv ta’ kwantitajiet ta’ inqas minn tunnellata ma jitqiesx, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwoti tas-sajd stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2021/91, (UE) 2021/1888, (UE) 2022/109 u (UE) 2022/110 għall-2022 għandhom jitnaqqsu kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1579 tad-29 ta’ Ottubru 2020 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 362, 30.10.2020, p. 3).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2021 (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/91 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jiffissa, għas-snin 2021 u 2022, l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 20).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi għall-2021 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 31).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1888 tas-27 ta’ Ottubru 2021 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2022 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/92 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħrajn (ĠU L 384, 29.10.2021, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022 (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 165).
ANNESS
TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦAS-SENA 2022 GĦALL-ISTOKKIJIET LI ĠEW MISTADA ŻŻEJJED
Stat Membru |
Kodiċi tal-ispeċi |
Kodiċi taż-żona |
Isem l-ispeċi |
Isem taż-żona |
Kwota oriġinali tal-2021 (f’kilogrammi) |
Ħatt l-art permess għall-2021 (Kwantità totali adattata f’kilogrammi) (1) |
Qabdiet totali li saru fl-2021 (il-kwantità f’kilogrammi) |
Konsum tal-kwota mqabbel mal-ħatt l-art permess (%) |
Is-sajd eċċessiv meta mqabbel mal-ħatt l-art permess (il-kwantità f’kilogrammi) |
Fattur ta’ multiplikazzjoni (2) |
Tnaqqis pendenti mis-sena/snin ta’ qabel (5)(kwantità f’kilogrammi) |
Tnaqqis applikabbli fl-2022 (kwantità f’kilogrammi) |
|
CYP |
SWO |
MED |
Pixxispad |
Il-Baħar Mediterran |
52 230 |
52 230 |
55 703 |
106,65 |
3 473 |
/ |
C (6) |
/ |
3 473 |
DEU |
HER |
4AB. |
Aringa |
L-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk Norveġiżi ta’ 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53°30′ N |
33 852 000 |
17 152 318 |
18 844 967 |
109,87 |
1 692 649 |
/ |
A (6) |
/ |
1 692 649 |
DNK |
COD |
03AN. |
Bakkaljaw |
L-Iskagerrak |
1 515 000 |
1 556 000 |
1 598 949 |
102,76 |
42 949 |
/ |
C (6) |
/ |
42 949 |
DNK |
HER |
4AB. |
Aringa |
L-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk Norveġiżi ta’ 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53°30′ N |
49 993 000 |
49 711 223 |
51 805 988 |
104,21 |
2 094 765 |
/ |
/ |
/ |
2 094 765 |
ESP |
COD |
1/2B. |
Bakkaljaw |
1 u 2b |
11 331 000 |
8 580 172 |
8 604 667 |
100,29 |
24 495 |
/ |
A (6) |
/ |
24 495 |
ESP |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt ta’ Greenland |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
6 000 |
43 778 |
729,63 |
37 778 |
1,00 |
A |
/ |
56 667 |
ESP |
HAD |
1N2AB. |
Merluzz tal-linja sewda |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
0 |
19 059 |
Mhux applikabbli |
19 059 |
1,00 |
/ |
/ |
19 059 |
ESP |
OTH |
1N2AB. |
Speċijiet oħrajn |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
0 |
27 571 |
Mhux applikabbli |
27 571 |
1,00 |
A |
/ |
41 357 |
EST |
GHL |
N3LMNO. |
Ħalibatt ta’ Greenland |
Iż-żona 3LMNO tan-NAFO |
331 000 |
502 500 |
515 085 |
102,50 |
12 585 |
/ |
/ |
/ |
12 585 |
FRA |
RED |
51214S. |
Redfish |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali ta’ 5; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14 |
0 |
0 |
3 516 |
Mhux applikabbli |
3 516 |
1,00 |
/ |
/ |
3 516 |
GRC |
BFT |
AE45WM. |
Tonna |
L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u l-Mediterran |
314 030 |
314 030 |
322 640 |
102,74 |
8 610 |
/ |
C (6) |
/ |
8 610 |
IRL |
HER |
6AS7BC. |
Aringa |
Iż-żoni 6aS, 7b u 7c |
1 236 000 |
1 513 457 |
1 605 894 |
106,11 |
92 437 |
/ |
/ |
/ |
92 437 |
IRL |
RJC |
07D. |
Raja tal-fosos |
7d. |
/ |
0 |
1 741 |
Mhux applikabbli |
1 741 |
1,00 |
/ |
/ |
1 741 |
LTU |
HER |
4AB. |
Aringa |
L-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk Norveġiżi ta’ 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53°30′ N |
/ |
452 600 |
466 192 |
103,00 |
13 592 |
/ |
/ |
/ |
13 592 |
LVA |
SPR |
3BCD-C. |
Laċċa kaħla |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjonijiet 22-32 |
30 845 000 |
28 709 205 |
29 084 587 |
101,31 |
375 382 |
/ |
C (6) |
/ |
375 382 |
NLD |
HER |
4AB. |
Aringa |
L-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk Norveġiżi ta’ 4 li jinsabu fit-Tramuntana ta’ 53°30′ N |
46 381 000 |
45 488 813 |
46 533 481 |
102,30 |
1 044 668 |
/ |
/ |
/ |
1 044 668 |
POL |
MAC |
2A34. |
Kavall |
L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3 u 4 |
/ |
0 |
63 850 |
Mhux applikabbli |
63 850 |
1,00 |
/ |
/ |
63 850 |
PRT |
ARU |
3X14- |
Fonsa ħamra |
L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14 |
145 000 |
136 677 |
139 363 |
101,97 |
2 686 |
/ |
/ |
/ |
2 686 |
PRT |
ANE |
9/3411 |
Inċova |
9 u 10; L-ilmijiet tal-Unjoni ta’ CECAF 34.1.1 |
7 829 000 |
8 752 733 |
10 863 270 |
124,11 |
2 110 537 |
1,40 |
/ |
/ |
2 954 752 |
PRT |
ANF |
8C3411. |
Petriċi |
8c, 9 u 10; L-ilmijiet tal-Unjoni ta’ CECAF 34.1.1 |
584 000 |
648 238 |
657 235 |
101,39 |
8 997 |
/ |
C (6) |
/ |
8 997 |
PRT |
BFT |
AE45WM |
Tonna |
L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u l-Mediterran |
572 970 |
572 970 |
583 215 |
101,79 |
10 245 |
/ |
C (6) |
/ |
10 245 |
PRT |
HKE |
8C3411. |
Merluzz |
8c, 9 u 10; L-ilmijiet tal-Unjoni ta’ CECAF 34.1.1 |
2 483 000 |
2 093 417 |
2 207 568 |
105,45 |
114 151 |
/ |
C (6) |
/ |
114 151 |
SWE |
HER |
03 A. |
Aringa |
3a |
9 498 000 |
13 085 112 |
13 223 209 |
101,06 |
138 097 |
/ |
/ |
/ |
138 097 |
(1) Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-Politika Komuni tas-Sajd u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2020 għall-2021 f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni min sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) u f’konformità mal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
(2) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta’ sajd eċċessiv ta’ 100 tunnellata jew inqas.
(3) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv ikun jaqbeż l-10 %.
(4) L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba li kien hemm sajd eċċessiv konsekuttiv fl-2019, fl-2020 u fl-2021. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur ta’ multiplikazzjoni addizzjonali ta’ 1.5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan multiannwali.
(5) Il-kwantitajiet li fadal mis-sena/snin ta’ qabel.
(6) Il-fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni mhux applikabbli billi s-sajd eċċessiv ma jaqbiżx l-10 % tal-ħatt l-art permess.