This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R1471
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/1471 of 5 September 2022 concerning the authorisation of lanthanum carbonate octahydrate as a feed additive for cats (holder of authorisation Porus GmbH) (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1471 tal-5 ta’ Settembru 2022 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-lantanju ottaidrat bħala addittiv fl-għalf tal-qtates (detentur tal-awtorizzazzjoni Porus GmbH) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1471 tal-5 ta’ Settembru 2022 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-lantanju ottaidrat bħala addittiv fl-għalf tal-qtates (detentur tal-awtorizzazzjoni Porus GmbH) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/6207
ĠU L 231, 6.9.2022, p. 113–115
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 231/113 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1471
tal-5 ta’ Settembru 2022
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-lantanju ottaidrat bħala addittiv fl-għalf tal-qtates (detentur tal-awtorizzazzjoni Porus GmbH)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-lantanju ottaidrat. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-lantanju ottaidrat bħala addittiv fl-għalf tal-qtates, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”, u fil-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħrajn”. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tas-27 ta’ Jannar 2022 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, bil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-karbonat tal-lantanju ottaidrat ma għandux effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv jista’ jkun effikaċi bħala addittiv żootekniku għall-qtates. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li hemm għalfejn jiġu stipulati rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-karbonat tal-lantanju ottaidrat turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta’ dak il-preparat jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-addittiv speċifikat fl-Anness, li huwa tal-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħrajn”, huwa awtorizzat bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2022;20(2):7168.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħrajn (tnaqqis tal-eskrezzjoni ta’ fosfru fl-awrina). |
|||||||||||||||
4d23 |
Porus GmbH |
Karbonat tal-lantanju ottaidrat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ karbonat tal-lantanju ottaidrat li jkun fih mill-inqas 85 % karbonat tal-lantanju ottaidrat bħala sustanza attiva. Għamla solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Karbonat tal-lantanju ottaidrat La2(CO3)3*8H2O Numru CAS: 6487-39-4 Metodu analitiku (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-karbonat fl-addittiv tal-għalf: Il-metodu tal-UE deskritt fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, O) Għall-kwantifikazzjoni tal-lantanju fl-addittiv tal-għalf u fl-għalf: Spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES) |
Qtates |
- |
1 500 |
7 500 |
|
Is-26 ta’ Settembru 2032 |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en