This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0880
Council Regulation (EU) 2022/880 of 3 June 2022 amending Regulation (EU) No 269/2014 concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/880 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/880 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ST/8836/2022/INIT
ĠU L 153, 3.6.2022, p. 75–76
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014R0269 | Żieda | artikolu 6c | 04/06/2022 | |
Modifies | 32014R0269 | Sostituzzjoni | artikolu 15 paragrafu 1 | 04/06/2022 |
3.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 153/75 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/880
tat-3 ta’ Ġunju 2022
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) jagħti effett lil miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(2) |
Fit-3 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/885 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK, li introduċiet għażliet ulterjuri ta’ deroga mill-iffriżar ta’ assi u mill-projbizzjoni li fondi u riżorsi ekonomiċi jkunu disponibbli għal persuni u għal entitajiet iddeżinjati. Huwa xieraq ukoll li jiġu ċċarati u msaħħa d-dispożizzjonijiet dwar il-pieni nazzjonali għall-ksur tal-miżuri f’dak ir-Regolament. |
(3) |
Dawn l-emendi jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni biex jiġu implimentati, b’mod partikolari bl-intenzjoni li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6c L-Artikolu 2 ma għandux japplika għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li huma strettament meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika minn operaturi tat-telekomunikazzjoni tal-Unjoni, għall-forniment ta’ faċilitajiet u servizzi assoċjati meħtieġa għall-operat, il-manutenzjoni u s-sigurtà ta’ tali servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, fir-Russja, fl-Ukrajna, fl-Unjoni, bejn ir-Russja u l-Unjoni, u bejn l-Ukrajna u l-Unjoni, u għal servizzi ta’ ċentri ta’ data fl-Unjoni.”; |
(2) |
fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni, inkluż kif xieraq pieni kriminali, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll għal miżuri xierqa ta’ konfiska tar-rikavat minn tali ksur.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
C. COLONNA
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/885 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022).