Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0201

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/201 tal-10 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u s-sistemi tar-rappurtar tal-okkorrenzi li għandhom jiġu stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni, kif ukoll il-proċeduri applikati mill-Aġenzija, u li jikkoreġi dak ir-Regolament

C/2021/8886

ĠU L 33, 15.2.2022, p. 7–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/201/oj

15.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/7


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/201

tal-10 ta’ Diċembru 2021

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u s-sistemi tar-rappurtar tal-okkorrenzi li għandhom jiġu stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni, kif ukoll il-proċeduri applikati mill-Aġenzija, u li jikkoreġi dak ir-Regolament

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 62(13) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-disinn u l-produzzjoni ta’ inġenji tal-ajru ċivili kif ukoll magni, skrejjen u partijiet li jiġu installati fihom.

(2)

F’konformità mal-punt 3.1(b) tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni approvati jridu, kif xieraq għat-tip ta’ attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, jimplimentaw u jżommu sistema ta’ ġestjoni, biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’dak l-Anness, jiġġestixxu r-riskji għas-sikurezza u jimmiraw għat-titjib kontinwu ta’ dik is-sistema.

(3)

Skont l-Anness 19 “Ġestjoni tas-Sikurezza” tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944 (il-“Konvenzjoni ta’ Chicago”), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l-organizzazzjonijiet approvati li jiddisinjaw u jipproduċu inġenji tal-ajru ċivili, kif ukoll magni, skrejjen u partijiet li jiġu installati fihom, jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 diġà jirrikjedi li l-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni approvati jikkonformaw ma’ xi elementi tas-sistema ta’ ġestjoni; Madankollu, din is-sistema ta’ ġestjoni ma tkoprix kompletament l-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs) għal tali sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza stabbilita fl-Anness 19 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Għalhekk, l-elementi neqsin tas-sistema ta’ ġestjoni jenħtieġ li jiżdiedu mar-rekwiżiti eżistenti.

(5)

Sabiex jiġu żgurati implimentazzjoni proporzjonata u l-konsistenza mal-approċċ użat għall-organizzazzjonijiet tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà li joperaw fil-qasam tal-avjazzjoni ġenerali, l-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni, li għalihom mhijiex obbligatorja approvazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-elementi kollha tas-sistema ta’ ġestjoni.

(6)

L-organizzazzjonijiet kollha, inklużi dawk li għandhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom barra mill-Unjoni, meta jiddisinjaw u jipproduċu prodotti u partijiet f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012, diġà huma meħtieġa jistabbilixxu sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenzi obbligatorja u volontarja. Madankollu, ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 jenħtieġ li jiġi emendat biex jiġi żgurat li s-sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenzi tkun allinjata mal-prinċipji tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(7)

Barra minn hekk, ir-rekwiżiti għall-Aġenzija fir-rigward tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u l-infurzar tad-disinn jenħtieġ li jiġu emendati.

(8)

Jenħtieġ li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni suffiċjenti biex l-organizzazzjonijiet tad-disinn approvati jkunu jistgħu jiżguraw il-konformità tagħhom mar-regoli u l-proċeduri l-ġodda introdotti b’dan ir-Regolament.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 04/2020 (4), maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(10)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 748/2012 jiġi emendat skont dan.

(11)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/699 (5) introduċa rekwiżit li kwalunkwe detentur futur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett għal ajruplan kbir għandu jiżgura li l-programm ta’ integrità strutturali kontinwa jibqa’ validu tul il-ħajja operattiva tal-ajruplan. B’mod partikolari, il-punt 21.A.101(h) ġie miżjud fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għall-fini li ċerti detenturi futuri għandhom ikunu jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li jipprovdu mill-inqas livell ekwivalenti ta’ sikurezza għal dak tal-punti 26.300, 26.320 u 26.330 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 (6). Seħħ żball billi saret referenza għall-punt 26.320, li ma jeżistix. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 748/2012 jiġi kkoreġut skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   B’deroga mill-punti 21.B.433(d)(1) u (2) tal-Anness I (il-Parti 21), organizzazzjoni tad-disinn li jkollha ċertifikat ta’ approvazzjoni validu maħruġ f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) tista’ tikkoreġi, sas-7 ta’ Marzu 2025, kwalunkwe konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità relatata mar-rekwiżiti tal-Anness I introdotta bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/201 (*1).

Fil-każ li wara s-7 ta’ Marzu 2025 l-organizzazzjoni ma tkunx għalqet tali konstatazzjoni, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni għandu jiġi revokat, limitat jew sospiż kompletament jew parzjalment.

(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/201 tal-10 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u s-sistemi tar-rappurtar tal-okkorrenzi li għandhom jiġu stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni, kif ukoll il-proċeduri applikati mill-Aġenzija, u li jikkoreġi dak ir-Regolament (ĠU L 33, …, 7)”;"

(2)

L-Anness I (il-Parti 21) huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-7 ta’ Marzu 2023, ħlief l-Artikolu 2, li għandu japplika mis-7 ta’ Marzu 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).

(4)  https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/699 tal-21 ta’ Diċembru 2020 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa u l-produzzjoni ta’ partijiet li għandhom jintużaw matul il-manutenzjoni u l-kunsiderazzjoni tal-aspetti ta’ inġenju tal-ajru li qed jeqdiemu matul iċ-ċertifikazzjoni (ĠU L 145, 28.4.2021, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18)


ANNESS I

L-Anness I (il-Parti 21) huwa emendat kif ġej:

(1)

il-werrej huwa sostitwit b’dan li ġej:

Werrej

21.1

Awtorità kompetenti

21.2

Kamp ta’ applikazzjoni

TAQSIMA A — REKWIŻITI TEKNIĊI

SUBPARTI A — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21.A.1

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.2

Impenn minn persuna oħra għajr l-applikant għal, jew id-detentur ta’, ċertifikat

21.A.3 A

Sistema ta’ rappurtar

21.A.3B

Direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà

21.A.4

Koordinazzjoni bejn id-disinn u l-produzzjoni

21.A.5

Żamma tar-reġistri

21.A.6

Manwali

21.A.7

Struzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa

21.A.9

Aċċess u investigazzjoni

SUBPARTI B — ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETT

21.A.11

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.13

Eliġibbiltà

21.A.14

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.15

Applikazzjoni

21.A.19

Bidliet li jkunu jeħtieġu ċertifikat tat-tip ġdid

21.A.20

Dimostrazzjoni tal-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data dwar l-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali

21.A.21

Rekwiżiti għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett

21.A.31

Disinn tat-tip

21.A.33

Spezzjonijiet u testijiet

21.A.35

Testijiet tat-titjira

21.A.41

Ċertifikat tat-tip

21.A.44

Obbligi tad-detentur

21.A.47

Trasferibbiltà

21.A.51

Durata u validità kontinwa

21.A.62

Disponibbiltà tad-data dwar l-adegwatezza operattiva

21.A.65

Integrità strutturali kontinwa għall-istrutturi tal-ajruplani

(SUBPARTI C — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI D — BIDLIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETT

21.A.90 A

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.90B

Bidliet standard

21.A.90C

Bidliet awtonomi fl-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa

21.A.91

Klassifikazzjoni tal-bidliet f’ċertifikat tat-tip

21.A.92

Eliġibbiltà

21.A.93

Applikazzjoni

21.A.95

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ bidla minuri

21.A.97

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ bidla maġġuri

21.A.101

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data dwar l-adegwatezza operattiva u rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għal bidla maġġuri f’ċertifikat tat-tip

21.A.108

Disponibbiltà tad-data dwar l-adegwatezza operattiva

21.A.109

Obbligi u mmarkar tal-EPA

SUBPARTI E — ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLIMENTARI

21.A.111

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.112 A

Eliġibbiltà

21.A.112B

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.113

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplimentari

21.A.115

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ bidliet maġġuri fl-għamla ta’ ċertifikat tat-tip supplimentari

21.A.116

Trasferibbiltà

21.A.117

Bidliet f’dik il-parti ta’ prodott li hija koperta minn ċertifikat tat-tip supplimentari

21.A.118 A

Obbligi u mmarkar tal-EPA

21.A.118B

Durata u validità kontinwa

21.A.120B

Disponibbiltà tad-data dwar l-adegwatezza operattiva

SUBPARTI F — PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.A.121

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.122

Eliġibbiltà

21.A.124

Applikazzjoni

21.A.124 A

Mezzi tal-konformità

21.A.125 A

Ħruġ ta’ ittra ta’ ftehim

21.A.125B

Konstatazzjonijiet u osservazzjonijiet

21.A.125C

Durata u validità kontinwa

21.A.126

Sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni

21.A.127

Testijiet: inġenju tal-ajru

21.A.128

Testijiet: magni u skrejjen

21.A.129

Obbligi tal-organizzazzjoni relatata mal-produzzjoni

21.A.130

Dikjarazzjoni tal-konformità

SUBPARTI G — APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.A.131

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.133

Eliġibbiltà

21.A.134

Applikazzjoni

21.A.134 A

Mezzi tal-konformità

21.A.135

Ħruġ tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni

21.A.139

Sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni

21.A.143

Espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni

21.A.145

Riżorsi

21.A.147

Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni

21.A.148

Bidliet fil-post

21.A.149

Trasferibbiltà

21.A.151

Termini tal-approvazzjoni

21.A.153

Bidliet fit-termini tal-approvazzjoni

21.A.158

Konstatazzjonijiet u osservazzjonijiet

21.A.159

Durata u validità kontinwa

21.A.163

Privileġġi

21.A.165

Obbligi tad-detentur

SUBPARTI H — ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI

21.A.171

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.172

Eliġibbiltà

21.A.173

Klassifikazzjoni

21.A.174

Applikazzjoni

21.A.175

Lingwa

21.A.177

Emenda jew modifika

21.A.179

Trasferibbiltà u ħrug mill-ġdid fl-Istati Membri

21.A.181

Durata u validità kontinwa

21.A.182

Identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru

SUBPARTI I — ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU

21.A.201

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.203

Eliġibbiltà

21.A.204

Applikazzjoni

21.A.207

Emenda jew modifika

21.A.209

Trasferibbiltà u ħrug mill-ġdid fl-Istati Membri

21.A.211

Durata u validità kontinwa

SUBPARTI J — APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

21.A.231

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.233

Eliġibbiltà

21.A.234

Applikazzjoni

21.A.235

Ħruġ tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn

21.A.239

Sistema ta’ ġestjoni tad-disinn

21.A.243

Manwal

21.A.245

Riżorsi

21.A.247

Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn

21.A.249

Trasferibbiltà

21.A.251

Termini tal-approvazzjoni

21.A.253

Bidliet fit-termini tal-approvazzjoni

21.A.258

Konstatazzjonijiet u osservazzjonijiet

21.A.259

Durata u validità kontinwa

21.A.263

Privileġġi

21.A.265

Obbligi tad-detentur

SUBPARTI K — PARTIJIET U TAGĦMIR

21.A.301

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.303

Konformità mar-rekwiżiti applikabbli

21.A.305

Approvazzjoni ta’ partijiet u tagħmir

21.A.307

L-eliġibbiltà ta’ partijiet u tagħmir għall-installazzjoni

(SUBPARTI L — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI M — TISWIJIET

21.A.431 A

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.431B

Tiswijiet standard

21.A.432 A

Eliġibbiltà

21.A.432B

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.432C

Applikazzjoni għall-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija

21.A.433

Rekwiżiti għall-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija

21.A.435

Klassifikazzjoni u approvazzjoni tad-disinji tat-tiswija

21.A.439

Produzzjoni ta’ partijiet tat-tiswija

21.A.441

Inkorporazzjoni tat-tiswija

21.A.443

Limitazzjonijiet

21.A.445

Ħsara mhux imsewwija

21.A.451

Obbligi u mmarkar tal-EPA

(SUBPARTI N — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI O — AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW

21.A.601

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.602 A

Eliġibbiltà

21.A.602B

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.603

Applikazzjoni

21.A.604

Awtorizzazzjoni tal-ETSO għal unità ta’ potenza awżiljari (APU)

21.A.605

Rekwiżiti tad-data

21.A.606

Rekwiżiti għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO

21.A.607

Privileġġi tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO

21.A.608

Dikjarazzjoni tad-disinn u l-prestazzjoni (DDP)

21.A.609

Obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tal-ETSO

21.A.610

Approvazzjoni għal devjazzjoni

21.A.611

Bidliet fid-disinn

21.A.619

Durata u validità kontinwa

21.A.621

Trasferibbiltà

SUBPARTI P — PERMESS GĦAT-TITJIR

21.A.701

Kamp ta’ applikazzjoni

21.A.703

Eliġibbiltà

21.A.707

Applikazzjoni għal permess għat-titjir

21.A.708

Kundizzjonijiet tat-titjir

21.A.709

Applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir

21.A.710

Approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir

21.A.711

Ħruġ ta’ permess għat-titjir

21.A.713

Bidliet

21.A.715

Lingwa

21.A.719

Trasferibbiltà

21.A.723

Durata u validità kontinwa

21.A.725

Tiġdid ta’ permess għat-titjir

21.A.727

Obbligi tad-detentur ta’ permess għat-titjir

SUBPARTI Q — IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR

21.A.801

Identifikazzjoni ta’ prodotti

21.A.803

Immaniġġjar tad-data tal-identifikazzjoni

21.A.804

Identifikazzjoni ta’ partijiet u ta’ tagħmir

21.A.805

Identifikazzjoni ta’ partijiet kritiċi

21.A.807

Identifikazzjoni ta’ oġġetti tal-ETSO

TAQSIMA B — PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

SUBPARTI A — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21.B.10

Dokumentazzjoni tas-sorveljanza

21.B.15

Informazzjoni lill-Aġenzija

21.B.20

Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza

21.B.25

Sistema ta’ ġestjoni

21.B.30

Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet ikkwalifikati

21.B.35

Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni

21.B.55

Żamma tar-reġistri

21.B.65

Sospensjoni, limitazzjoni u revoka

SUBPARTI B — ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETT

21.B.70

Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni

21.B.75

Kundizzjonijiet speċjali

21.B.80

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett

21.B.82

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal ċertifikat tat-tip ta’ inġenju tal-ajru jew ċertifikat tat-tip ristrett

21.B.85

Deżinjazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett

21.B.100

Livell ta’ involviment

21.B.103

Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett

(SUBPARTI C — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI D — BIDLIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETT

21.B.105

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip

21.B.107

Ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ bidla f’ċertifikat tat-tip

SUBPARTI E — ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLIMENTARI

21.B.109

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal ċertifikat tat-tip supplimentari

21.B.111

Ħrug ta’ ċertifikat tat-tip supplimentari

SUBPARTI F — PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.B.115

Mezzi tal-konformità

21.B.120

Proċedura ta’ ċertifikazzjoni inizjali

21.B.125

Konstatazzjonijiet u azzjonijiet korrettivi; osservazzjonijiet

21.B.135

Żamma tal-ittra ta’ ftehim

21.B.140

Emenda fl-ittra ta’ ftehim

SUBPARTI G — APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.B.215

Mezzi tal-konformità

21.B.220

Proċedura ta’ ċertifikazzjoni inizjali

21.B.221

Prinċipji ta’ sorveljanza

21.B.222

Programm ta’ sorveljanza

21.B.225

Konstatazzjonijiet u azzjonijiet korrettivi; osservazzjonijiet

21.B.240

Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni

SUBPARTI H — ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI

21.B.320

Investigazzjoni

21.B.325

Ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà

21.B.326

Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà

21.B.327

Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett

SUBPARTI I — ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU

21.B.420

Investigazzjoni

21.B.425

Ħruġ ta’ ċertifikati tal-istorbju

SUBPARTI J — APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

21.B.430

Proċedura ta’ ċertifikazzjoni inizjali

21.B.431

Prinċipji ta’ sorveljanza

21.B.432

Programm ta’ sorveljanza

21.B.433

Konstatazzjonijiet u azzjonijiet korrettivi; osservazzjonijiet

21.B.435

Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn

SUBPARTI K — PARTIJIET U TAGĦMIR

(SUBPARTI L — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI M — TISWIJIET

21.B.450

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għal approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija maġġuri

21.B.453

Ħruġ ta’ approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija

(SUBPARTI N — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI O — AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW

21.B.480

Ħruġ ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO

SUBPARTI P — PERMESS GĦAT-TITJIR

21.B.520

Investigazzjoni

21.B.525

Ħruġ ta’ permess għat-titjir

SUBPARTI Q — IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR

Appendiċi

Appendiċi I — Il-Formola 1 tal-EASA — Ċertifikat tar-Rilaxx Awtorizzat

Appendiċi II — Il-Formoli 15a u 15c tal-EASA — Ċertifikat ta’ Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà

Appendiċi III — Il-Formola 20a tal-EASA — Permess għat-Titjir

Appendiċi IV — Il-Formola 20b tal-EASA — Permess għat-Titjir (maħruġ minn organizzazzjonijiet approvati)

Appendiċi V — Il-Formola 24 tal-EASA — Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà Ristrett

Appendiċi VI – Il-Formola 25 tal-EASA — Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà

Appendiċi VII — Il-Formola 45 tal-EASA — Ċertifikat tal-Istorbju

Appendiċi VIII — Il-Formola 52 tal-EASA — Dikjarazzjoni tal-Konformità tal-Inġenju tal-Ajru

Appendiċi IX — Il-Formola 53 tal-EASA — Ċertifikat tar-Rilaxx għas-Servizz

Appendiċi X — Il-Formola 55 tal-EASA — Ċertifikat ta’ Approvazzjoni ta’ Organizzazzjoni tal-Produzzjoni

Appendiċi XI — Il-Formola 65 tal-EASA — Ittra ta’ Ftehim għall-produzzjoni mingħajr l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni

Appendiċi XII — Kategoriji ta’ testijiet tat-titjira u l-kwalifika tal-ekwipaġġ assoċjat tat-titjira bi prova.”;

(2)

il-punt 21.A.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.1   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi ġenerali tal-applikant għal, u tad-detentur ta’, kwalunkwe ċertifikat li jkun inħareġ jew li għandu jinħareġ f’konformità ma’ dan l-Anness.”;

(3)

il-punt 21.A.3 A huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.3 A   Sistema ta’ rappurtar

(a)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha li għandhom jew li applikaw għal ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplimentari, awtorizzazzjoni tal-Ordni tal-Istandard Tekniku Ewropew (ETSO), approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri jew kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet skont dan ir-Regolament għandhom:

1.

jistabbilixxu u jżommu sistema għall-ġbir, l-investigazzjoni u l-analiżi tar-rapporti tal-okkorrenzi sabiex jiġu identifikati x-xejriet negattivi jew biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet u jiġu estratti okkorrenzi li r-rappurtar tagħhom huwa obbligatorju f’konformità mal-punt 3 u dawk li jiġu rrapportati b’mod volontarju. Meta l-post prinċipali tan-negozju jkun jinsab fi Stat Membru, tista’ tiġi stabbilita sistema unika biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu u tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu. Is-sistema ta’ rappurtar għandha tinkludi:

(i)

rapporti u informazzjoni relatati ma’ ħsarat, funzjonament ħażin, difetti jew okkorrenzi oħra li jikkawżaw jew li jistgħu jikkawżaw effetti negattivi fuq l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir koperti miċ-ċertifikat tat-tip, miċ-ċertifikat tat-tip ristrett, miċ-ċertifikat tat-tip supplimentari, mill-awtorizzazzjoni tal-ETSO, mill-approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri jew minn kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet skont dan ir-Regolament;

(ii)

żbalji, kważi aċċidenti u perikli li ma jaqgħux taħt il-punt (i);

2.

jagħmlu disponibbli lill-operaturi magħrufa tal-prodott, ta’ parti jew ta’ tagħmir u, fuq talba, lil kwalunkwe persuna awtorizzata taħt atti ta’ implimentazzjoni jew delegati oħrajn, l-informazzjoni dwar is-sistema stabbilita f’konformità mal-punt 1, u dwar kif għandhom jiġu pprovduti rapporti u informazzjoni relatati ma’ ħsarat, funzjonament ħażin, difetti jew okkorrenzi oħra msemmija fil-punt 1(i);

3.

jirrapportaw lill-Aġenzija kwalunkwe ħsara, funzjonament ħażin, difett jew okkorrenza oħra li jkunu konxji tagħhom u li jkunu relatati ma’ prodott, parti jew tagħmir kopert miċ-ċertifikat tat-tip, miċ-ċertifikat tat-tip ristrett, miċ-ċertifikat tat-tip supplimentari, mill-awtorizzazzjoni tal-ETSO, mill-approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri jew minn kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet skont dan ir-Regolament, u li jkunu rriżultaw jew jistgħu jirriżultaw f’kundizzjoni mhux sikura.

(b)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha jew li tkun applikat għal ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni taħt is-Subparti G ta’ din it-Taqsima, jew li tipproduċi prodott, parti jew tagħmir taħt is-Subparti F ta’ din it-Taqsima, għandha:

1.

tistabbilixxi u żżomm sistema għall-ġbir u l-valutazzjoni tar-rapporti ta’ okkorrenzi, inklużi rapporti dwar żbalji, kważi aċċidenti u perikli, sabiex jiġu identifikati x-xejriet negattivi jew biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet u jiġu estratti okkorrenzi li r-rappurtar tagħhom huwa obbligatorju f’konformità mal-punti 2 u 3 u dawk li jiġu rrapportati b’mod volontarju. Għall-organizzazzjonijiet li jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru, tista’ tiġi stabbilita sistema unika biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu u tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu;

2.

tirrapporta lid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn responsabbli l-każijiet kollha fejn il-prodotti, il-partijiet jew it-tagħmir ikunu ġew rilaxxati mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni u sussegwentement ikunu ġew identifikati devjazzjonijiet possibbli mid-data tad-disinn applikabbli, u tinvestiga mad-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn biex tidentifika dawk id-devjazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal kundizzjoni mhux sikura;

3.

tirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli f’konformità mal-punt 21.1, u lill-Aġenzija, id-devjazzjonijiet li ġew identifikati f’konformità mal-punt 21.A.3 A(b)2 u li jistgħu jwasslu għal kundizzjoni mhux sikura;

4.

jekk l-organizzazzjoni tal-produzzjoni taġixxi bħala fornitur għal organizzazzjoni tal-produzzjoni oħra, tirrapporta wkoll lil dik l-organizzazzjoni l-oħra l-każijiet kollha fejn tkun irrilaxxat prodotti, partijiet jew tagħmir lil dik l-organizzazzjoni u devjazzjonijiet possibbli mid-data tad-disinn applikabbli sussegwentement applikabbli.

(c)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, meta tirrapporta f’konformità mal-punti (a)(3), (b)(2), (b)(3) u (b)(4), għandha tipproteġi b’mod xieraq il-kunfidenzjalità tal-persuna li tirrapporta u tal-persuna/i msemmija fir-rapport.

(d)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tagħmel ir-rapporti msemmija fil-punti (a)(3) u (b)(3) f’għamla u b’manjiera stabbiliti mill-Aġenzija jew mill-awtorità kompetenti, rispettivament, u tibgħathom mill-aktar fis prattikabbli u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li l-persuna fiżika jew ġuridika tkun identifikat li l-okkorrenza tista’ twassal għal kundizzjoni mhux sikura possibbli, sakemm ma jinqalgħux ċirkostanzi eċċezzjonali li ma jippermettux dan.

(e)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, jekk okkorrenza rrapportata skont il-punt (a)(3) jew skont il-punt (b)(3) tirriżulta minn nuqqas fid-disinn jew minn nuqqas fil-produzzjoni, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett, taċ-ċertifikat tat-tip supplimentari, tal-approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri, tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO jew ta’ kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet skont dan ir-Regolament, jew l-organizzazzjoni tal-produzzjoni kif xieraq, għandu jinvestiga r-raġuni għan-nuqqas u jirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli f’konformità mal-punt 21.1 u lill-Aġenzija r-riżultati tal-investigazzjoni tagħha u kwalunkwe azzjoni li jkollu l-ħsieb li jieħu jew li jipproponi li tittieħed biex jiġi kkoreġut dak in-nuqqas.

(f)

Jekk l-awtorità kompetenti ssib li tkun meħtieġa azzjoni biex jiġi kkoreġut in-nuqqas, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett, taċ-ċertifikat tat-tip supplimentari, tal-approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri, tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO, jew ta’ kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, jew l-organizzazzjoni tal-produzzjoni kif xieraq, għandha tissottometti d-data rilevanti lill-awtorità kompetenti fuq talba tagħha.

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).”;"

(4)

il-punt 21.A.5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.5   Żamma tar-reġistri

Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha li jkollhom jew li jkunu applikaw għal ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplimentari, awtorizzazzjoni tal-ETSO, approvazzjoni tad-disinn jew tat-tiswija, permess għat-titjir, ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jew ittra ta’ ftehim skont dan ir-Regolament għandhom:

(a)

meta jfasslu prodott, parti jew tagħmir, jew bidliet jew tiswijiet għalih, jistabbilixxu sistema għaż-żamma tar-rekords u jżommu l-informazzjoni/data rilevanti dwar id-disinn; din l-informazzjoni/data għandha tkun disponibbli għall-Aġenzija sabiex tipprovdi l-informazzjoni/data li tkun meħtieġa biex tiġi żgurata l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott, parti jew tagħmir, il-validità kontinwa tad-data dwar l-adegwatezza operattiva, u l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali;

(b)

meta jipproduċu prodott, parti jew tagħmir, jirreġistraw id-dettalji tal-proċess tal-produzzjoni li huwa rilevanti għall-konformità tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir mad-data tad-disinn applikabbli, u r-rekwiżiti imposti fuq is-sħab u l-fornituri tagħhom, u jagħmlu dik id-data disponibbli għall-awtorità kompetenti tagħhom sabiex jipprovdu l-informazzjoni li hija meħtieġa biex tiġi żgurata l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir;

(c)

fir-rigward tal-permessi tat-titjir:

1.

iżommu d-dokumenti li jiġu prodotti biex jiġu stabbiliti u ġustifikati l-kundizzjonijiet tat-titjir, u jagħmluhom disponibbli għall-Aġenzija u għall-awtorità kompetenti tagħhom tal-Istat Membru sabiex jipprovdu l-informazzjoni li hija meħtieġa biex tiġi żgurata l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru;

2.

meta joħorġu permess għat-titjir taħt il-privileġġ ta’ organizzazzjonijiet approvati, iżommu d-dokumenti assoċjati miegħu, inklużi rekords ta’ spezzjoni u dokumenti li jappoġġaw l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir u l-ħruġ tal-permess għat-titjir innifsu, u jagħmluhom disponibbli għall-Aġenzija u għall-awtorità kompetenti tagħhom tal-Istat Membru li hija responsabbli għas-sorveljanza tal-organizzazzjoni sabiex tiġi pprovduta l-informazzjoni li hija meħtieġa biex tiġi żgurata l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenju tal-ajru;

(d)

iżommu rekords tal-kompetenza u tal-kwalifiki, imsemmija fil-punti 21.A.139(c), 21.A.145(b), 21.A.145(c), 21.A.239(c), 21.A.245(a) jew 21.A.245(e)(1), tal-persunal li huwa involut fil-funzjonijiet li ġejjin:

1.

id-disinn jew il-produzzjoni;

2.

il-monitoraġġ indipendenti tal-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti rilevanti;

3.

il-ġestjoni tas-sikurezza;

(e)

iżommu rekords tal-awtorizzazzjoni tal-persunal, meta jimpjegaw persunal li:

1.

jeżerċita l-privileġġi tal-organizzazzjoni approvata skont il-punti 21.A.163 u/jew 21.A.263, kif xieraq;

2.

iwettaq il-funzjoni indipendenti ta’ monitoraġġ tal-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti rilevanti skont il-punti 21.A.139(e) u/jew 21.A.239(e), kif xieraq;

3.

iwettaq il-funzjoni ta’ verifika indipendenti tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-punt 21.A.239(d)(2).”;

(5)

jiddaħħal il-punt 21.A.9 li ġej:

21.A.9   Aċċess u investigazzjoni

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha jew li tkun applikat għal ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplimentari, awtorizzazzjoni tal-ETSO, approvazzjoni għal bidliet fid-disinn jew għal tiswija, ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà, ċertifikat tal-istorbju, permess għat-titjir, approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn, ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jew ittra ta’ ftehim skont dan ir-Regolament, għandha:

(a)

tagħti lill-awtorità kompetenti aċċess għal kwalunkwe faċilità, prodott, parti u tagħmir, dokument, rekord, data, proċess, proċedura jew kwalunkwe materjal ieħor sabiex tanalizza kwalunkwe rapport, tagħmel kwalunkwe spezzjoni, jew twettaq jew tara kwalunkwe test tat-titjira u tal-art, kif meħtieġ, sabiex tivverifika l-konformità inizjali u kontinwa tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu;

(b)

tagħmel arranġamenti biex tiżgura li l-awtorità kompetenti jkollha aċċess, kif previst fil-punt (a), ukoll fir-rigward tas-sħab, il-fornituri u s-sottokuntratturi tal-persuna fiżika jew ġuridika.”;

(6)

fil-punt 21.A.44, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

jassumi l-obbligi stabbiliti fil-punti 21.A.3 A, 21.A.3B, 21.A.4, 21.A.5, 21.A.6, 21.A.7, 21.A.9, 21.A.62 u 21.A.65, u, għal dan il-għan, għandu jkompli jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalifika għall-eliġibbiltà skont il-punt 21.A.13;”;

(7)

il-punt 21.A.47 huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.47   Trasferibbiltà

It-trasferiment ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett jew ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO għal unità ta’ potenza awżiljari jista’ jsir biss lil persuna fiżika jew ġuridika li tkun tista’ twettaq l-obbligi stabbiliti fil-punt 21.A.44, u, għal dan il-għan, tkun wriet il-kapaċità tagħha f’konformità mal-punt 21.A.14.”;

(8)

fil-punt 21.A.109, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

jassumi l-obbligi stabbiliti fil-punti 21.A.4, 21.A.5, 21.A.6, 21.A.7, 21.A.9 u 21.A.108;’;

(9)

fil-punt 21.A.118 A(a), il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

stabbiliti fil-punti 21.A.3 A, 21.A.3B, 21.A.4, 21.A.5, 21.A.6, 21.A.7, 21.A.9 u 21.A.120B;”;

(10)

jiddaħħal il-punt 21.A.124 A li ġej:

21.A.124 A   Mezzi ta’ konformità

(a)

Organizzazzjoni tista’ tuża kwalunkwe mezz alternattiv ta’ konformità biex tistabbilixxi l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

(b)

Jekk organizzazzjoni tkun tixtieq tuża mezz alternattiv ta’ konformità, qabel ma tużah, għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b’deskrizzjoni sħiħa tiegħu. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi kwalunkwe reviżjoni għall-manwali jew għall-proċeduri li tista’ tkun rilevanti, kif ukoll spjegazzjoni li tindika kif tinkiseb il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

L-organizzazzjoni tista’ tuża dawk il-mezzi alternattivi ta’ konformità soġġetti għal approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti.”;

(11)

fil-punt 21.A.125 A, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.125 A

Ħruġ ta’ ittra ta’ ftehim”

(12)

il-punt 21.A.125B huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.125B   Konstatazzjonijiet u osservazzjonijiet

(a)

Wara li jirċievi n-notifika tal-konstatazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.B.125, id-detentur ta’ ittra ta’ ftehim għandu:

1.

jidentifika l-kawża/i ewlenija/ewlenin tan-nuqqas ta’ konformità, kif ukoll il-fatturi kontributorji tiegħu;

2.

ifassal pjan ta’ azzjoni korrettiva;

3.

juri l-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti.

(b)

L-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a) għandhom jitwettqu fil-perjodu miftiehem ma’ dik l-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt 21.B.125.

(c)

L-osservazzjonijiet riċevuti f’konformità mal-punt 21.B.125(e) għandhom jingħataw kunsiderazzjoni xierqa mid-detentur tal-ittra ta’ ftehim. L-organizzazzjoni għandha tirreġistra d-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta’ dawk l-osservazzjonijiet.”;

(13)

il-punt 21.A.125C huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.125C   Durata u validità kontinwa

(a)

L-ittra ta’ ftehim għandha tinħareġ għal perjodu ta’ żmien limitat li, fi kwalunkwe każ, ma għandux jaqbeż sena (1). Din għandha tibqa’ valida soġġetta għall-konformità tal-organizzazzjoni mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1.

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness;

2.

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni jew kwalunkwe wieħed mis-sħab, il-fornituri jew is-sottokuntratturi tagħha jirrikonoxxu li l-awtorità kompetenti tista’ twettaq investigazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.A.9;

3.

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun tista’ tipprovdi lill-awtorità kompetenti b’evidenza li turi li hija żżomm kontroll sodisfaċenti tal-manifattura ta’ prodotti, partijiet u tagħmir skont l-ittra ta’ ftehim;

4.

l-ittra ta’ ftehim ma tkunx ġiet revokata mill-awtorità kompetenti skont il-punt 21.B.65, ma tkunx ġiet ċeduta mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni, u d-durata tagħha ma tkunx skadiet.

(b)

Meta tkun ġiet ċeduta, revokata jew tkun skadiet, l-ittra ta’ ftehim għandha tintbagħat lura lill-awtorità kompetenti.”;

(14)

il-punt 21.A.126(b) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.

materjali u partijiet li jinżammu minħabba li jkunu differenti mid-disinn tat-tip jew mill-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni, u li jkunu se jiġu kkunsidrati biex jiġu installati fil-prodott finali, ikunu soġġetti għal proċedura approvata ta’ rieżami tal-inġinerija u l-manifattura. Dawk il-materjali u l-partijiet li f’dik il-proċedura jkunu nstabu li jistgħu jintużaw għandhom jiġu identifikati kif xieraq u jiġu spezzjonati mill-ġdid jekk ikun meħtieġ li jiġu maħduma mill-ġdid jew imsewwija. Materjali u partijiet li jkunu ġew rifjutati f’din il-proċedura għandhom jiġu mmarkati u mormija biex ikun żgurat li ma jkunux inkorporati fil-prodott finali.”;

(b)

il-punt (6) jitħassar;

(15)

il-punt 21.A.129 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.129

Obbligi tal- organizzazzjoni tal-produzzjoni”;

(b)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

jikkonforma mas-Subparti A ta’ din it-Taqsima.”;

(c)

il-punt (f) jitħassar;

(16)

jiddaħħal il-punt 21.A.134 A li ġej:

21.A.134 A   Mezzi ta’ konformità

(a)

Organizzazzjoni tista’ tuża kwalunkwe mezz alternattiv ta’ konformità biex tistabbilixxi l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

(b)

Jekk organizzazzjoni tkun tixtieq tuża mezz alternattiv ta’ konformità, qabel ma tużah, għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b’deskrizzjoni sħiħa tiegħu. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi kwalunkwe reviżjoni għall-manwali jew għall-proċeduri li tista’ tkun rilevanti, kif ukoll spjegazzjoni li tindika kif tinkiseb il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

L-organizzazzjoni tista’ tuża dawk il-mezzi alternattivi ta’ konformità soġġetti għal approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti.”;

(17)

fil-punt 21.A.135, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.135

Ħruġ tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni”

(18)

il-punt 21.A.139 huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.139   Sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni

(a)

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni li tinkludi element ta’ ġestjoni tas-sikurezza u element ta’ ġestjoni tal-kwalità, b’akkontabilità u b’linji ta’ responsabbiltà definiti b’mod ċar fl-organizzazzjoni kollha.

(b)

Is-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni għandha:

1.

tikkorrispondi għad-daqs tal-organizzazzjoni, u għan-natura u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, filwaqt li tqis il-perikli u r-riskji assoċjati inerenti f’dawk l-attivitajiet;

2.

tkun stabbilita, implimentata u miżmuma taħt ir-responsabbiltà diretta ta’ maniġer uniku maħtur skont il-punt 21.A.145(c)(1).

(c)

Bħala parti mill-element ta’ ġestjoni tas-sikurezza tas-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni, l-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha:

1.

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm politika tas-sikurezza u l-objettivi tas-sikurezza relatati korrispondenti;

2.

taħtar persunal ewlieni tas-sikurezza f’konformità mal-punt 21.A.145(c)(2);

3.

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċess ta’ ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza biex tidentifika l-perikli għas-sikurezza li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-avjazzjoni tagħha, tevalwahom u timmaniġġja r-riskji assoċjati, inkluż it-teħid ta’ azzjonijiet biex ittaffi r-riskji u tivverifika l-effettività tagħhom;

4.

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċess ta’ assigurazzjoni tas-sikurezza li jinkludi:

(i)

il-kejl u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni;

(ii)

il-ġestjoni tal-bidliet f’konformità mal-punt 21.A.147;

(iii)

il-prinċipji għat-titjib kontinwu tal-element ta’ ġestjoni tas-sikurezza;

5.

tippromwovi s-sikurezza fl-organizzazzjoni permezz ta’:

(i)

taħriġ u edukazzjoni;

(ii)

komunikazzjoni;

6.

tistabbilixxi sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenzi f’konformità mal-punt 21.A.3 A sabiex tikkontribwixxi għat-titjib kontinwu tas-sikurezza.

(d)

Bħala parti mill-element ta’ ġestjoni tal-kwalità tas-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni, l-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha:

1.

tiżgura li kull prodott, parti jew tagħmir prodott mill-organizzazzjoni jew mis-sħab tagħha, jew fornut minn terzi partijiet jew sottokuntrattat lil terzi partijiet, jikkonforma mad-data tad-disinn applikabbli u jkun f’kundizzjoni li jiġi operat b’mod sikur, biex b’hekk ikun possibbli l-eżerċitar tal-privileġġi stabbiliti fil-punt 21.A.163;

2.

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm, kif xieraq, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-approvazzjoni, proċeduri ta’ kontroll:

(i)

għall-ħruġ, l-approvazzjoni jew it-tibdil ta’ dokument;

(ii)

għall-awditjar u l-kontroll tal-valutazzjoni tal-bejjiegħ u tas-sottokuntrattur;

(iii)

għall-verifika li l-prodotti, il-partijiet, il-materjali u t-tagħmir li jkunu qed jaslu, inklużi dawk l-oġġetti, ġodda jew użati, li jiġu fornuti minn xerrejja ta’ prodotti, ikunu kif speċifikat fid-data tad-disinn applikabbli;

(iv)

għall-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà;

(v)

għall-metodi ta’ manifattura;

(vi)

għall-ispezzjoni u l-ittestjar, inklużi testijiet tat-titjira tal-produzzjoni;

(vii)

għall-kalibrazzjoni ta’ għodda, jigs u tagħmir tat-test;

(viii)

għall-kontroll fuq oġġetti li ma jkunux konformi;

(ix)

għall-koordinazzjoni tal-ajrunavigabbiltà mal-applikant jew mad-detentur ta’ approvazzjoni tad-disinn;

(x)

għat-tlestija u ż-żamma tar-rekords;

(xi)

għall-kompetenza u għall-kwalifiki tal-persunal;

(xii)

għall-ħruġ ta’ dokumenti ta’ rilaxx tal-ajrunavigabbiltà;

(xiii)

għall-immaniġġjar, għall-ħażna u għall-ippakkjar;

(xiv)

għall-awditi interni tal-kwalità u l-azzjonijiet korrettivi li jirriżultaw;

(xv)

għax-xogħol fit-termini tal-approvazzjoni li jkun sar fi kwalunkwe post għajr il-faċilitajiet approvati;

(xvi)

għax-xogħol li jkun sar wara t-tlestija tal-produzzjoni iżda qabel il-kunsinna, biex l-inġenju tal-ajru jinżamm f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu;

(xvii)

għall-ħruġ ta’ permess għat-titjir u l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir assoċjati;

3.

tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi fil-proċeduri ta’ kontroll għal kwalunkwe parti kritika.

(e)

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tistabbilixxi, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni, funzjoni ta’ monitoraġġ indipendenti biex tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan l-Anness, kif ukoll il-konformità mas-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni u l-adegwatezza tagħha. Dan il-monitoraġġ għandu jinkludi feedback lill-persuna jew lill-grupp ta’ persuni msemmija fil-punt 21.A.145(c)(2) u lill-maniġer imsemmi fil-punt 21.A.145(c)(1) biex fejn meħtieġ, tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva.

(f)

Jekk l-organizzazzjoni tal-produzzjoni jkollha ċertifikat tal-organizzazzjoni addizzjonali wieħed jew aktar fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139, is-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni tista’ tiġi integrata ma’ dik meħtieġa skont iċ-ċertifikat(i) addizzjonali miżmum(a).”;

(19)

il-punt 21.A.143 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.143

Espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni”;

(b)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

(i)

il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“(a)

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni (POE) li tipprovdi direttament jew permezz ta’ kontroreferenza l-informazzjoni li ġejja relatata mas-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni, kif deskritta fil-punt 21.A.139:”;

(ii)

il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“11.

deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni, tal-politika, tal-proċessi u tal-proċeduri kif previst fil-punt 21.A.139(c);”;

(iii)

il-punt (12) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“12.

lista tat-terzi partijiet imsemmija fil-punt 21.A.139(d)(1);”;

(c)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Il-ħarġa inizjali tal-POE għandha tkun approvata mill-awtorità kompetenti.”;

(d)

jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

Il-POE għandha tiġi emendata kif ikun meħtieġ biex tibqa’ deskrizzjoni aġġornata tal-organizzazzjoni. Kopji ta’ kwalunkwe emenda għandhom jiġu pprovduti lill-awtorità kompetenti.”;

(20)

il-punt 21.A.145 huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.145   Riżorsi

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha turi li:

(a)

il-faċilitajiet, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, it-tagħmir u l-għodda, il-proċessi u l-materjali assoċjati, l-għadd u l-kompetenza tal-persunal, u l-organizzazzjoni ġenerali huma adegwati biex jiġu eżegwiti l-obbligi tagħha skont il-punt 21.A.165;

(b)

fir-rigward tad-data kollha meħtieġa tal-ajrunavigabbiltà u tal-protezzjoni ambjentali:

1.

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha d-data kollha li teħtieġ biex tiddetermina l-konformità mad-data tad-disinn applikabbli. Din id-data tista’ toriġina mill-Aġenzija u mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett jew tal-approvazzjoni tad-disinn, jew mill-applikant tagħhom, u tista’ tinkludi kwalunkwe eżenzjoni mogħtija mir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali;

2.

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni stabbiliet proċedura biex tiżgura li d-data tal-ajrunavigabbiltà u tal-protezzjoni ambjentali tiġi inkorporata b’mod korrett fid-data tal-produzzjoni tagħha;

3.

din id-data tinżamm aġġornata u tkun disponibbli għall-persunal kollu li jkun jeħtieġ jaċċessa din id-data biex iwettaq dmirijietu;

(c)

fir-rigward tal-maniġment u l-persunal:

1.

ikun inħatar maniġer responsabbli mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni u mill-awtorità biex jiżgura li, fi ħdan l-organizzazzjoni, il-produzzjoni kollha titwettaq skont l-istandards meħtieġa u li l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun kontinwament konformi mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni msemmija fil-punt 21.A.139, u d-data u l-proċeduri identifikati fil-POE msemmija fil-punt 21.A.143;

2.

ikunu ġew nominati persuna jew grupp ta’ persuni mill-maniġer responsabbli biex jiġi żgurat li l-organizzazzjoni tkun f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness, u jkunu identifikati, flimkien mal-limitu tal-awtorità tagħhom; it-tali persuna jew grupp ta’ persuni għandhom ikunu taħt ir-responsabbiltà tal-maniġer responsabbli u għandu jkollhom aċċess dirett għalih. Il-persuna jew grupp ta’ persuni għandu jkollhom l-għarfien, l-isfond u l-esperjenza xierqa biex jeżegwixxu r-responsabbiltajiet tagħhom;

3.

il-persunal fil-livelli kollha jkunu ngħataw l-awtorità xierqa biex ikunu jistgħu jeżegwixxu r-responsabbiltajiet allokati lilhom, u li jkun hemm koordinazzjoni sħiħa u effettiva fi ħdan l-organizzazzjoni tal-produzzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet tad-data tal-ajrunavigabbiltà u tal-protezzjoni ambjentali;

(d)

fir-rigward tal-persunal li jiċċertifika, u li huwa awtorizzat mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni biex jiffirma d-dokumenti maħruġa skont il-punt 21.A.163 fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-termini tal-approvazzjoni:

1.

ikollhom l-għarfien, l-isfond (inklużi funzjonijiet oħra fl-organizzazzjoni) u l-esperjenza xierqa biex jeżegwixxu r-responsabbiltajiet allokati lilhom;

2.

huma pprovduti b’evidenza tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tagħhom.”;

(21)

il-punt 21.A.147 huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.147   Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni

Wara l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, kull bidla fis-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni li tkun sinifikanti għad-dimostrazzjoni tal-konformità jew għall-karatteristiċi tal-ajrunavigabbiltà u tal-protezzjoni ambjentali tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir, għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti qabel ma tiġi implimentata. L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tissottometti applikazzjoni għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti li turi li se tkompli tikkonforma ma’ dan l-Anness.”;

(22)

il-punt 21.A.157 jitħassar;

(23)

il-punt 21.A.158 huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.158   Konstatazzjonijiet u osservazzjonijiet

(a)

Wara li jirċievi n-notifika tal-konstatazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.B.225, id-detentur taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu:

1.

jidentifika l-kawża/i ewlenija/ewlenin tan-nuqqas ta’ konformità, kif ukoll il-fatturi kontributorji tiegħu;

2.

ifassal pjan ta’ azzjoni korrettiva;

3.

juri l-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti.

(b)

L-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a) għandhom jitwettqu fil-perjodu miftiehem ma’ dik l-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt 21.B.225.

(c)

L-osservazzjonijiet li jaslu f’konformità mal-punt 21.B.225(e) għandhom jingħataw kunsiderazzjoni xierqa mid-detentur taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni. L-organizzazzjoni għandha tirreġistra d-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta’ dawk l-osservazzjonijiet.”;

(24)

il-punt 21.A.159 huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.159   Durata u validità kontinwa

(a)

Għandu jinħareġ ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għal perjodu ta’ żmien illimitat. Dan għandu jibqa’ validu soġġett għall-konformità tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1.

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu;

2.

l-awtorità kompetenti tkun permessa mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni jew minn kwalunkwe wieħed mis-sħab, fornituri jew sottokuntratturi tagħha, li twettaq l-investigazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.A.9;

3.

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun tista’ tipprovdi lill-awtorità kompetenti b’evidenza li turi li hija żżomm kontroll sodisfaċenti tal-manifattura tal-prodotti, partijiet u tagħmir taħt l-approvazzjoni;

4.

iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni ma jkunx ġie revokat mill-awtorità kompetenti skont il-punt 21.B.65, jew ġie ċedut mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni.

(b)

Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti.”;

(25)

il-punt 21.A.165 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti (d) sa (h) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(d)

jipprovdi għajnuna lid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew ta’ approvazzjoni oħra tad-disinn meta jkun qed jittratta kwalunkwe azzjoni ta’ ajrunavigabbiltà kontinwa relatata mal-prodotti, il-partijiet jew it-tagħmir li jkunu ġew prodotti;

(e)

fejn, skont it-termini tal-approvazzjoni, id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jkollu l-intenzjoni li joħroġ ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz, jistabbilixxi li kull inġenju tal-ajru komplut ikun ġie soġġett għall-manutenzjoni meħtieġa u li dan ikun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu, qabel ma joħroġ iċ-ċertifikat;

(f)

fejn ikun applikabbli, skont il-privileġġ stabbilit fil-punt 21.A.163(e), jiddetermina l-kundizzjonijiet li bihom ikun jista’ jinħareġ permess għat-titjir;

(g)

fejn ikun applikabbli, skont il-privileġġ stabbilit fil-punt 21.A.163(e), jistabbilixxi konformità mal-punti 21.A.711(c) u (e) qabel ma joħroġ inġenju tal-ajru b’permess għat-titjir;

(h)

jikkonforma mas-Subparti A ta’ din it-Taqsima.”;

(b)

il-punti (i), (j) u (k) jitħassru;

(26)

il-punt 21.A.180 jitħassar;

(27)

il-punt 21.A.181(a) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“(a)

Għandu jinħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għal perjodu ta’ żmien illimitat. Huwa għandu jibqa’ validu soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:”;

(b)

il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

l-inġenju tal-ajru jkompli jkun konformi mad-disinn tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà kontinwa; u”;

(c)

il-punt (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.

iċ-ċertifikat ma ġiex revokat mill-awtorità kompetenti skont il-punt 21.B.65, jew ġie ċedut mid-detentur taċ-ċertifikat.”;

(28)

il-punt 21.A.210 jitħassar;

(29)

il-punt 21.A.211(a) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“(a)

Għandu jinħareġ ċertifikat tal-istorbju għal perjodu ta’ żmien illimitat. Huwa għandu jibqa’ validu soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:”;

(b)

il-punt (a)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

l-inġenju tal-ajru jkompli jkun konformi mad-disinn tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà kontinwa; u”;

(c)

il-punt (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4)

iċ-ċertifikat ma ġiex revokat mill-awtorità kompetenti skont il-punt 21.B.65, jew ġie ċedut mid-detentur taċ-ċertifikat.”;

(30)

il-punt 21.A.239 huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.239   Sistema ta’ ġestjoni tad-disinn

(a)

L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm sistema ta’ ġestjoni tad-disinn li tinkludi element ta’ ġestjoni tas-sikurezza u element ta’ assigurazzjoni tad-disinn b’akkontabilità u b’linji ta’ responsabbiltà ddefiniti b’mod ċar fl-organizzazzjoni kollha.

(b)

Is-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn għandha:

1.

tikkorrispondi għad-daqs tal-organizzazzjoni, u għan-natura u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, filwaqt li tqis il-perikli u r-riskji assoċjati li huma inerenti f’dawk l-attivitajiet;

2.

tkun stabbilita, implimentata u miżmuma taħt ir-responsabbiltà ta’ maniġer uniku maħtur skont il-punt 21.A.245(a).

(c)

Bħala parti mill-element ta’ ġestjoni tas-sikurezza tas-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn, l-organizzazzjoni tad-disinn għandha:

1.

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm politika tas-sikurezza u l-objettivi tas-sikurezza relatati korrispondenti;

2.

taħtar persunal ewlieni tas-sikurezza f’konformità mal-punt 21.A.245(b);

3.

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċess ta’ ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza li jinkludi l-identifikazzjoni tal-perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni li jirriżultaw mill-attivitajiet tagħha, l-evalwazzjoni tagħhom u l-ġestjoni tar-riskji assoċjati, inkluż it-teħid ta’ azzjonijiet biex jittaffew ir-riskji u tiġi vverifikata l-effettività tagħhom;

4.

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċess ta’ assigurazzjoni tas-sikurezza li jinkludi:

(i)

il-kejl u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni;

(ii)

il-ġestjoni tal-bidliet f’konformità mal-punti 21.A.243(c) u 21.A.247;

(iii)

il-prinċipji għat-titjib kontinwu tal-element ta’ ġestjoni tas-sikurezza;

5.

tippromwovi s-sikurezza fl-organizzazzjoni permezz ta’:

(i)

taħriġ u edukazzjoni;

(ii)

komunikazzjoni;

6.

tistabbilixxi sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenzi f’konformità mal-punt 21.A.3 A sabiex tikkontribwixxi għal titjib kontinwu tas-sikurezza.

(d)

Bħala parti mill-element ta’ assigurazzjoni tad-disinn tas-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn, l-organizzazzjoni tad-disinn għandha:

1.

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm sistema għall-kontroll u s-sorveljanza tad-disinn, u tal-bidliet fid-disinn u t-tiswijiet, tal-prodotti, tal-partijiet u tat-tagħmir koperti mit-termini tal-approvazzjoni; din is-sistema għandha:

(i)

tinkludi funzjoni tal-ajrunavigabbiltà li tkun responsabbli li tiżgura li d-disinn tal-prodotti, tal-partijiet u tat-tagħmir, jew il-bidliet fid-disinn u t-tiswijiet, ikunu konformi mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data dwar l-adegwatezza operattiva applikabbli u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali;

(ii)

tiżgura li l-organizzazzjoni tad-disinn teżegwixxi kif xieraq ir-responsabbiltajiet tagħha f’konformità ma’ dan l-Anness u mat-termini tal-approvazzjoni maħruġa skont il-punt 21.A.251;

2.

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm funzjoni ta’ verifika indipendenti li abbażi tagħha l-organizzazzjoni tad-disinn turi konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-ajrunavigabbiltà, tad-data tal-adegwatezza operattiva u tal-protezzjoni ambjentali;

3.

tispeċifika l-mod li bih is-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn tqis l-aċċettabbiltà tal-partijiet jew tat-tagħmir iddisinjati, jew il-kompiti li jitwettqu mis-sħab jew mis-sottokuntratturi tagħha skont il-metodi li jkunu s-suġġett ta’ proċeduri bil-miktub.

(e)

L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tistabbilixxi, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn, funzjoni ta’ monitoraġġ indipendenti biex tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan l-Anness, kif ukoll il-konformità u l-adegwatezza tas-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn. Il-monitoraġġ għandu jinkludi feedback lill-persuna jew lill-grupp ta’ persuni msemmija fil-punt 21.A.245(b) u lill-maniġer imsemmi fil-punt 21.A.245(a) biex tiġi żgurata, fejn meħtieġ, l-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva.

(f)

Jekk l-organizzazzjoni tad-disinn ikollha ċertifikat, wieħed jew aktar, tal-organizzazzjoni addizzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139, is-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn tista’ tiġi integrata ma’ dik meħtieġa skont iċ-ċertifikat(i) addizzjonali;

(31)

il-punt 21.A.243 huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.243   Manwal

(a)

Bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn, l-organizzazzjoni tad-disinn għandha toħloq u tipprovdi lill-Aġenzija manwal li jiddeskrivi, direttament jew permezz ta’ kontroreferenza, l-organizzazzjoni, flimkien mal-politiki, il-proċessi u l-proċeduri rilevanti tagħha, it-tip ta’ xogħol ta’ disinn, u l-kategoriji ta’ prodotti, partijiet u tagħmir li għalihom l-organizzazzjoni tad-disinn ikollha approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn, kif identifikat fit-termini tal-approvazzjoni maħruġa f’konformità mal-punt 21.A.251 u, fejn rilevanti, l-interfaċċi mas-sħab jew mas-sottokuntratturi tagħha u l-kontroll tagħhom.

Jekk iridu jitwettqu testijiet tat-titjira, għandu wkoll jinħoloq u jingħata lill-Aġenzija, manwal tal-operazzjonijiet tat-testijiet tat-titjira li jiddefinixxi l-politiki u l-proċeduri tal-organizzazzjoni fir-rigward tat-testijiet tat-titjira. Il-manwal tal-operazzjonijiet tat-testijiet tat-titjira għandu jinkludi:

1.

deskrizzjoni tal-proċessi tal-organizzazzjoni għat-testijiet tat-titjira, inkluż l-involviment tagħha fil-proċess għall-ħruġ ta’ permess għat-titjir;

2.

politika dwar l-ingaġġ tal-ekwipaġġ, inkluż il-kompożizzjoni, il-kompetenza, il-limitazzjonijiet ta’ validità u ta’ ħinijiet ta’ titjir, f’konformità mal-Appendiċi XII, fejn applikabbli;

3.

proċeduri gћall-ġarr ta’ persuni għajr il-membri tal-ekwipaġġ, u għat-taħriġ tat-testijiet tat-titjira, meta applikabbli;

4.

politika għall-ġestjoni tar-riskju u tas-sikurezza u metodoloġiji assoċjati;

5.

proċeduri biex jiġu identifikati l-istrumenti u t-tagħmir li għandhom jinġarru abbord;

6.

lista ta’ dokumenti li jridu jiġu ppreżentati għat-testijiet tat-titjira.

(b)

Fejn kwalunkwe parti jew tagħmir jew kwalunkwe bidla fil-prodotti tkun ġiet iddisinjata minn organizzazzjonijiet sħab jew sottokuntratturi, il-manwal għandu jinkludi dikjarazzjoni dwar kif l-organizzazzjoni tad-disinn tista’ turi, għall-partijiet u t-tagħmir kollha, il-konformità f’konformità mal-punt 21.A.239(d)(2), u għandu jkun fih, direttament jew b’kontroreferenza, deskrizzjonijiet u informazzjoni dwar l-attivitajiet tad-disinn u l-organizzazzjoni ta’ dawk l-organizzazzjonijiet sħab jew sottokuntratturi, kif ikun meħtieġ biex tiġi stabbilita d-dikjarazzjoni.

(c)

Il-manwal għandu jiġi emendat kif meħtieġ biex jibqa’ deskrizzjoni aġġornata tal-organizzazzjoni, u għandhom jiġu pprovduti kopji tal-emendi lill-Aġenzija.

(d)

L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tistabbilixxi u żżomm dikjarazzjoni tal-kwalifiki u tal-esperjenza tal-persunal maniġerjali u ta’ persuni oħrajn fl-organizzazzjoni li jkunu responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà, id-data tal-adegwatezza operattiva u l-kwistjonijiet ta’ protezzjoni ambjentali. Hija għandha tissottometti dik id-dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti”;

(32)

il-punt 21.A.245 huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.245   Riżorsi

(a)

L-organizzazzjoni, flimkien mal-awtorità, għandha taħtar kap tal-organizzazzjoni tad-disinn biex tiżgura li, fi ħdan l-organizzazzjoni, l-attivitajiet kollha tad-disinn jitwettqu skont l-istandards meħtieġa u li l-organizzazzjoni tad-disinn tkun kontinwament f’konformità mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn imsemmija fil-punt 21.A.239 u l-proċeduri speċifikati fil-manwal imsemmi fil-punt 21.A.243.

(b)

Il-kap tal-organizzazzjoni tad-disinn għandu jinnomina u jispeċifika l-limitu tal-awtorità:

1.

ta’ kap tal-funzjoni tal-ajrunavigabbiltà;

2.

ta’ kap tal-funzjoni ta’ monitoraġġ indipendenti;

3.

skont id-daqs tal-organizzazzjoni u n-natura u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, ta’ kwalunkwe persuna jew ta’ grupp ieħor ta’ persuni li huma meħtieġa jiżguraw li l-organizzazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness.

(c)

B’deroga mill-punt 21.A.245(b)(1), il-funzjoni tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt 21.A.239(d)(1)(i) tista’ titwettaq taħt is-superviżjoni diretta tal-kap tal-organizzazzjoni tad-disinn f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:

1.

meta l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet tax-xogħol tal-organizzazzjoni tad-disinn, kif identifikat fit-termini tal-approvazzjoni maħruġa skont il-punt 21.A.251, ikun limitat għal bidliet minuri u/jew tiswijiet minuri;

2.

għal perjodu ta’ żmien limitat meta l-organizzazzjoni tad-disinn ma jkollhiex kap nominat tal-funzjoni tal-ajrunavigabbiltà u l-eżerċizzju ta’ dik il-funzjoni taħt is-sorveljanza diretta tal-kap tal-organizzazzjoni tad-disinn ikun proporzjonat mal-kamp ta’ applikazzjoni u mal-livell tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni.

(d)

Il-persuna jew il-grupp ta’ persuni nominati skont il-punt (b) għandhom:

1.

jirrapportaw lill-kap tal-organizzazzjoni tad-disinn u jkollhom aċċess dirett għalihom;

2.

ikollhom l-għarfien, l-isfond u l-esperjenza xierqa biex jeżegwixxu r-responsabbiltajiet tagħhom.

(e)

L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tiżgura li:

1.

ikun hemm biżżejjed persunal fid-dipartimenti tekniċi kollha u li dawn ikollhom esperjenza suffiċjenti, u li jkunu ngħataw l-awtorità xierqa biex ikunu jistgħu jeżegwixxu r-responsabbiltajiet allokati lilhom, u li l-faċilitajiet, it-tagħmir u l-akkomodazzjoni jkunu adegwati biex il-persunal ikun jista’ jissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-ajrunavigabbiltà, mad-data tal-adegwatezza operattiva u mal-protezzjoni ambjentali fir-rigward il-prodott;

2.

ikun hemm koordinazzjoni sħiħa u effiċjenti bejn id-dipartimenti u fi ħdan id-dipartimenti fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati mal-ajrunavigabbiltà, mad-data tal-adegwatezza operattiva u mal-protezzjoni ambjentali.”;

(33)

il-punt 21.A.247 huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.247   Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn

Wara l-ħruġ ta’ approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn, kull bidla fis-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn li tkun sinifikanti biex tintwera l-konformità jew għall-ajrunavigabbiltà, għall-adegwatezza operattiva u għall-protezzjoni ambjentali tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir, għandha tiġi approvata mill-Aġenzija qabel ma tiġi implimentata. L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tissottometti lill-Aġenzija applikazzjoni għall-approvazzjoni li turi, abbażi tal-bidliet proposti fil-manwal, li se tkompli tikkonforma ma’ dan l-Anness.;

(34)

il-punt 21.A.257 jitħassar;

(35)

il-punt 21.A.258 huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.258   Konstatazzjonijiet u osservazzjonijiet

(a)

Wara li jirċievi n-notifika tal-konstatazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.B.433, id-detentur tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn għandu:

1.

jidentifika l-kawża/i ewlenija/ewlenin tan-nuqqas ta’ konformità, kif ukoll il-fatturi kontributorji tiegħu;

2.

jistabbilixxi pjan ta’ azzjoni korrettiva;

3.

juri l-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon tal-Aġenzija.

(b)

L-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a) għandhom jitwettqu fil-perjodu miftiehem mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21.B.433.

(c)

L-osservazzjonijiet riċevuti f’konformità mal-punt 21.B.433(e) għandhom jingħataw kunsiderazzjoni xierqa mid -detentur tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn. L-organizzazzjoni għandha tirreġistra d-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta’ dawk l-osservazzjonijiet.”;

(36)

il-punt 21.A.259 huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.259   Durata u validità kontinwa

(a)

Għandha tinħareġ approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn għal perjodu ta’ żmien illimitat. Din għandha tibqa’ valida soġġetta għall-konformità tal-organizzazzjoni tad-disinn mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1.

l-organizzazzjoni tad-disinn tkompli tikkonforma mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu; filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-punt 21.B.433 ta’ dan l-Anness relatati mat-trattament tal-konstatazzjonijiet;

2.

id-detentur tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn jew kwalunkwe wieħed mis-sħab jew mis-sottokuntratturi tiegħu jirrikonoxxu li l-awtorità kompetenti tista’ twettaq investigazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.A.9;

3.

l-organizzazzjoni tad-disinn tkun tista’ tipprovdi lill-Aġenzija b’evidenza li turi li s-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn tal-organizzazzjoni żżomm kontroll u sorveljanza sodisfaċenti tad-disinn tal-prodotti, u tat-tiswijiet u tal-bidliet li jsiru lilhom skont l-approvazzjoni;

4.

iċ-ċertifikat ma jkunx ġie revokat mill-Aġenzija skont il-punt 21.B.65, jew ġie ċedut mill-organizzazzjoni tad-disinn.

(b)

Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-Aġenzija.”;

(37)

fil-punt 21.A.263(c), il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“(c)

Id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn għandu jkun intitolat, fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-termini tal-approvazzjoni tiegħu, maħruġin skont il-punt 21.A.251, u skont il-proċeduri rilevanti tas-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn:”;

(38)

il-punt 21.A.265 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

jiddetermina li d-disinn tal-prodotti, jew tal-bidliet jew tat-tiswijiet li jsiru lilhom, jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data dwar l-adegwatezza operattiva, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli, u ma jkollu l-ebda karatteristika mhux sikura;”;

(b)

il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(h)

jiddeżinja d-data u l-informazzjoni maħruġa taħt l-awtorità tal-organizzazzjoni tad-disinn approvata fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-termini tal-approvazzjoni tagħha kif stabbilit mill-Aġenzija bid-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-kontenut tekniku ta’ dan id-dokument huwa approvat bl-awtorità tad-DOA ref. EASA. 21J.[XXXX]”;”

(c)

jiddaħħal il-punt (i) li ġej:

“(i)

jikkonforma mas-Subparti A ta’ din it-Taqsima.”;

(39)

il-punt 21.A.451 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a)(1)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

stabbiliti fil-punti 21.A.3 A, 21.A.3B, 21.A.4, 21.A.5, 21.A.6, 21.A.7, 21.A.9, 21.A.439, 21.A.441 u 21.A.443;”;

(b)

il-punt (b)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

jassumi l-obbligi stabbiliti fil-punti 21.A.4, 21.A.5 u 21.A.7;”;

(40)

fil-punt 21.A.604, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

b’deroga mill-punti 21.A.9, 21.A.603, 21.A.610 u 21.A.621, għandhom japplikaw il-punti li ġejjin: il-punti 21.A.15, 21.A.20, 21.A.21, 21.A.31, 21.A.33, 21.A.44, 21.A.47, 21.B.75 u 21.B.80. Madankollu, għandha tinħareġ awtorizzazzjoni tal-ETSO b’konformità mal-punt 21.A.606 minflok iċ-ċertifikat tat-tip;”;

(41)

il-punt 21.A.609 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

jipprepara u jżomm, għal kull mudell ta’ kull oġġett li għalih tkun inħarġet awtorizzazzjoni tal-ETSO, sett aġġornat ta’ data u rekords tekniċi kompluti f’konformità mal-punt 21.A.5;”;

(b)

il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

jikkonforma mal-punti 21.A.3 A, 21.A.3B, 21.A.4 u 21.A.9;”;

(42)

il-punt 21.A.615 jitħassar;

(43)

il-punt 21.A.619 huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.619   Durata u validità kontinwa

(a)

Għandha tinħareġ awtorizzazzjoni tal-ETSO għal perjodu ta’ żmien illimitat. Hija għandha tibqa’ valida soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1.

il-kundizzjonijiet stabbiliti meta ngħatat l-awtorizzazzjoni tal-ETSO jkomplu jiġu osservati mill-applikant;

2.

l-obbligi speċifikati fil-punt 21.A.609 ikomplu jiġu eżegwiti mid-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO;

3.

id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO jew kwalunkwe wieħed mis-sħab, mill-fornituri jew mis-sottokuntratturi tiegħu jirrikonoxxi li l-awtorità kompetenti tista’ twettaq investigazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.A.9;

4.

ikun hemm provi li l-oġġett tal-ETSO ma jwassalx għal perikli inaċċettabbli fis-servizz;

5.

l-awtorizzazzjoni tal-ETSO ma tkunx ġietx revokata mill-Aġenzija skont il-punt 21.B.65, jew ġiet ċeduta mid-detentur tagħha.

(b)

Meta tiġi ċeduta jew revokata, l-awtorizzazzjoni tal-ETSO għandha tingħata lura lill-Aġenzija.;

(44)

il-punt 21.A.705 jitħassar;

(45)

fil-punt 21.A.711, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.A.711

Ħruġ ta’ permess għat-titjir”;

(46)

il-punt 21.A.721 jitħassar;

(47)

fil-punt 21.A.723, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Permess għat-titjir għandu jinħareġ għal perjodu massimu ta’ 12-il xahar u għandu jibqa’ validu soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1.

l-organizzazzjoni tkompli tikkonforma mal-kundizzjonijiet u mar-restrizzjonijiet assoċjati mal-permess għat-titjir kif stabbilit fil-punt 21.A.711(e);

2.

id-detentur jew kwalunkwe wieħed mis-sħab, il-fornituri jew is-sottokuntratturi tiegħu jirrikonoxxu li l-awtorità kompetenti tista’ twettaq investigazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.A.9;

3.

il-permess għat-titjir ma jkunx ġie revokat mill-awtorità kompetenti skont il-punt 21.B.65, jew ġie ċedut mid-detentur tiegħu;

4.

l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru.”;

(48)

il-punt 21.A.729 jitħassar;

(49)

fil-punt 21.B.103, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.B.103

Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett”;

(50)

fil-punt 21.B.107, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.B.107

Ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ bidla f’ċertifikat tat-tip”;

(51)

fil-punt 21.B.111, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.B.111

Ħrug ta’ ċertifikat tat-tip supplimentari”;

(52)

il-punt 21.B.150 jitħassar;

(53)

il-punt 21.B.260 jitħassar;

(54)

fil-punt 21.B.425, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.B.425

Ħruġ ta’ ċertifikati tal-istorbju”;

(55)

fil-punt 21.B.453, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.B.453

Ħruġ ta’ approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija”;

(56)

il-punti 21.B.430 u 21.B.445 tħassru;

(57)

fit-Taqsima B, is-Subparti J hija sostitwita b’dan li ġej:

SUBPARTI J — APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

21.B.430   Proċedura ta’ ċertifikazzjoni inizjali

(a)

Meta tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ inizjali ta’ approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-applikant mar-rekwiżiti applikabbli,

(b)

Mill-inqas darba matul l-investigazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni inizjali għandha tissejjaħ laqgħa mal-kap tal-organizzazzjoni tad-disinn biex jiġi żgurat li din il-persuna tifhem ir-rwol u r-responsabbiltà tagħha.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra l-konstatazzjonijiet kollha maħruġa, l-azzjonijiet ta’ għeluq kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet għall-ħruġ tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn.

(d)

L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma lill-applikant bil-miktub il-konstatazzjonijiet kollha mqajma matul il-verifika. Għaċ-ċertifikazzjoni inizjali, il-konstatazzjonijiet kollha jridu jkunu ġew ikkoreġuti b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti qabel ma tkun tista’ tinħareġ l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn.

(e)

Meta tkun issodisfata li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn.

(f)

In-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat għandu jiġi inkluż fl-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn bil-mod li jkun speċifikat mill-Aġenzija.

(g)

Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ għal perjodu ta’ żmien illimitat. Il-privileġġi u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet li l-organizzazzjoni tad-disinn tkun approvata li twettaq, inkluż kwalunkwe limitazzjoni skont kif applikabbli, għandhom jiġu speċifikati fit-termini tal-approvazzjoni mehmużin mal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn.

21.B.431   Prinċipji ta’ sorveljanza

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-organizzazzjonijiet iċċertifikati għadhomx jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli

(a)

Il-verifika għandha:

1.

tkun appoġġata minn dokumentazzjoni li tkun maħsuba speċifikament biex tipprovdi lill-persunal responsabbli għas-sorveljanza bi gwida dwar kif għandhom iwettqu l-funzjonijiet tagħhom;

2.

tipprovdi lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati bir-riżultati tal-attivitajiet tas-sorveljanza;

3.

tkun ibbażata fuq valutazzjonijiet, awditi, spezzjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, spezzjonijiet mingħajr avviż;

4.

tipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-evidenza meħtieġa f’każ li jkun hemm bżonn ta’ aktar azzjoni, inklużi l-miżuri previsti fil-punt 21.B.433.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tas-sorveljanza stabbilita fil-punt (a) filwaqt li tqis ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ sorveljanza li saru u l-prijoritajiet tas-sikurezza.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni meqjusa neċessarja għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza.

21.B.432   Programm ta’ sorveljanza

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta’ sorveljanza li jkopri l-attivitajiet ta’ sorveljanza meħtieġa għal konformità mal-punt 21.B.431(a).

(b)

Il-programm ta’ sorveljanza għandu jqis in-natura speċifika tal-organizzazzjoni, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u r-riżultati ta’ attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u/jew ta’ sorveljanza li saru, u għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. F’kull ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza, dan għandu jinkludi:

1.

valutazzjonijiet, awditi u spezzjonijiet, inkluż, fejn xieraq:

(i)

valutazzjonijiet tas-sistemi ta’ ġestjoni u awditi tal-proċessi;

(ii)

l-awditi tal-prodotti ta’ kampjun rilevanti tad-disinn u taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti, tal-partijiet u tat-tagħmir li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tax-xogħol tal-organizzazzjoni;

(iii)

kampjunar tax-xogħol imwettaq;

(iv)

spezzjonijiet mingħajr avviż;

2.

laqgħat imsejħa bejn il-kap tal-organizzazzjoni tad-disinn u l-awtorità kompetenti biex ikun żgurat li ż-żewġ partijiet jibqgħu infurmati dwar il-kwistjonijiet sinifikanti kollha.

(c)

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza ma għandux jaqbeż l-24 xahar.

(d)

Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jiġi estiż sa 36 xahar, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li matul l-24 xahar ta’ qabel:

1.

l-organizzazzjoni tkun uriet li tista’ tidentifika b’mod effettiv il-perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni u timmaniġġja r-riskji assoċjati;

2.

l-organizzazzjoni tkun uriet kontinwament konformità mal-punt 21.A.247 u jkollha kontroll sħiħ fuq il-bidliet kollha fis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn;

3.

ma tkun inħarġet l-ebda konstatazzjoni tal-livell 1;

4.

l-azzjonijiet korrettivi kollha ġew implimentati fil-perjodu ta’ żmien li kien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti kif previst fil-punt 21.B.433(d).

Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jerġa’ jiġi estiż sa massimu ta’ 48 xahar jekk, flimkien mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (d)(1) sa (d)(4), l-organizzazzjoni tkun stabbiliet, u l-awtorità kompetenti tkun approvat, sistema effettiva u kontinwa ta’ rappurtar lill-awtorità kompetenti dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza u l-konformità regolatorja tal-organizzazzjoni nfisha.

(e)

Iċ-ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza jista’ jitqassar jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni tkun naqset.

(f)

Il-programm ta’ sorveljanza għandu jinkludi rekords tad-dati meta jmisshom isiru l-valutazzjonijiet, l-awditi, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat, u d-dati meta dawn il-valutazzjonijiet, awditi, spezzjonijiet u laqgħat ikunu saru.

(g)

Wara t-tlestija ta’ kull ċiklu ta’ ppjanar tas-sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ rapport ta’ rakkomandazzjoni dwar it-tkomplija tal-approvazzjoni, li jirrifletti r-riżultati tas-sorveljanza.

21.B.433   Konstatazzjonijiet u azzjonijiet korrettivi; osservazzjonijiet

(a)

L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema fis-seħħ biex tanalizza l-konstatazzjonijiet għall-importanza tagħhom għas-sikurezza.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi konstatazzjoni tal-livell 1 meta jiġi identifikat nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u mal-manwali tal-organizzazzjoni, jew maċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni tad-disinn, inkluż it-termini tal-approvazzjoni, li jista’ jwassal għal nuqqasijiet mhux ikkontrollati u għal kundizzjoni mhux sikura potenzjali.

Il-konstatazzjonijiet tal-livell 1 għandhom jinkludu wkoll:

1.

kwalunkwe nuqqas milli l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-faċilitajiet tal-organizzazzjoni kif imsemmi fil-punt 21.A.9 matul il-ħinijiet normali tax-xogħol u wara żewġ talbiet bil-miktub;

2.

kisba tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn jew iż-żamma tal-validità tagħha bil-falsifikazzjoni tal-evidenza dokumentarja sottomessa;

3.

kwalunkwe evidenza ta’ malprassi jew ta’ użu frodulenti tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn;

4.

nuqqas li jinħatar kap tal-organizzazzjoni tad-disinn skont il-punt 21.A.245(a).

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi konstatazzjoni tal-livell 2 meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni, jew maċ-ċertifikat li jinkludi t-termini tal-approvazzjoni, li ma huwiex ikklassifikat bħala konstatazzjoni tal-livell 1.

(d)

Meta tiġi stabbilita konstatazzjoni matul is-sorveljanza jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr ħsara għal kwalunkwe azzjoni addizzjonali meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, tikkomunika l-konstatazzjoni bil-miktub lill-organizzazzjoni u titlob għal azzjoni korrettiva biex jiġi indirizzat in-nuqqas, jew nuqqasijiet, ta’ konformità identifikat(i). Meta konstatazzjoni tal-livell 1 tkun relatata direttament ma’ prodott, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun irreġistrat l-inġenju tal-ajru.

1.

Jekk ikun hemm xi konstatazzjoni tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha:

(i)

tagħti lill-organizzazzjoni perjodu ta’ implimentazzjoni għal azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tal-konstatazzjoni u li, fi kwalunkwe każ, ma għandux ikun iżjed minn 21 ġurnata ta’ xogħol. Dan il-perjodu għandu jibda mid-data tal-komunikazzjoni bil-miktub dwar il-konstatazzjoni lill-organizzazzjoni, li titlob azzjoni korrettiva għall-indirizzar tan-nuqqas(ijiet) ta’ konformità identifikat(i);

(ii)

tivvaluta l-pjan ta’ azzjoni korrettiva u l-pjan ta’ implimentazzjoni proposti mill-organizzazzjoni, u jekk hija tikkonkludi li dawn ikunu biżżejjed biex jiġi indirizzat in-nuqqas, jew nuqqasijiet, ta’ konformità, hija għandha taċċettahom;

(iii)

jekk l-organizzazzjoni tonqos milli tissottometti pjan ta’ azzjoni korrettiva aċċettabbli, jew tonqos milli twettaq l-azzjoni korrettiva fil-perjodu ta’ żmien aċċettat mill-awtorità kompetenti, tieħu azzjoni immedjata u xierqa biex tipprojbixxi jew tillimita l-attivitajiet tal-organizzazzjoni involuta, u jekk ikun xieraq, tieħu azzjoni biex tirrevoka l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn jew biex tillimitaha jew tissospendiha, kollha jew parti minnha, skont il-gravità tal-konstatazzjoni tal-livell 1, sakemm l-organizzazzjoni tkun wettqet b’suċċess l-azzjoni korrettiva.

2.

Jekk ikun hemm xi konstatazzjoni tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha:

(i)

tagħti lill-organizzazzjoni perjodu ta’ implimentazzjoni għal azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tal-konstatazzjoni, u li fi kwalunkwe każ, fil-bidu ma għandux ikun iżjed minn tliet xhur. Dak il-perjodu għandu jibda mid-data tal-komunikazzjoni bil-miktub tal-konstatazzjoni li titlob azzjoni korrettiva. Fi tmiem dak il-perjodu, u skont in-natura tal-konstatazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ tliet xhur soġġett għal pjan ta’ azzjoni korrettiva miftiehem mal-awtorità kompetenti;

(ii)

tivvaluta l-azzjoni korrettiva u l-pjan ta’ implimentazzjoni proposti mill-organizzazzjoni, u jekk hija tikkonkludi li dawn ikunu biżżejjed biex jiġi indirizzat in-nuqqas, jew nuqqasijiet, ta’ konformità, hija għandha taċċettahom;

(iii)

jekk l-organizzazzjoni tonqos milli tissottometti pjan aċċettabbli ta’ azzjoni korrettiva, jew tonqos milli twettaq l-azzjoni korrettiva fil-perjodu taż-żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti, il-konstatazzjoni għandha tittella’ għal-livell 1, u għandha tittieħed azzjoni skont kif stabbilit fil-punt (d)(1).

(e)

L-awtorità kompetenti tista’ toħroġ osservazzjonijiet għal kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin li ma jeħtiġux konstatazzjonijiet tal-livell 1 jew tal-livell 2:

1.

għal kwalunkwe oġġett li l-prestazzjoni tiegħu tkun ġiet ivvalutata bħala ineffettiva;

2.

meta jkun ġie identifikat li oġġett ikollu l-potenzjal li jikkawża nuqqas ta’ konformità skont il-punti (b) jew (c);

3.

meta suġġerimenti jew titjib ikunu ta’ interess għall-prestazzjoni ġenerali tas-sikurezza tal-organizzazzjoni.

L-osservazzjonijiet maħruġa skont dan il-punt għandhom jiġu kkomunikati bil-miktub lill-organizzazzjoni u rreġistrati mill-awtorità kompetenti.

21.B.435   Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn

(a)

Malli tirċievi applikazzjoni għal bidla sinifikanti fis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, qabel ma toħroġ l-approvazzjoni.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom l-organizzazzjoni tista’ topera matul il-bidla, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeterminax li l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn jeħtieġ li tiġi sospiża.

(c)

Meta tkun issodisfata li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-bidla.

(d)

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura ta’ infurzar addizzjonali, jekk l-organizzazzjoni timplimenta bidla sinifikanti fis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn mingħajr ma tkun irċeviet l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti skont il-punt (c), l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-ħtieġa li tissospendi, tillimita jew tirrevoka ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni.

(e)

Għal bidliet mhux sinifikanti fis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi r-rieżami ta’ dawn il-bidliet fis-sorveljanza kontinwa tagħha f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-punt 21.B.431. Jekk jinstab kwalunkwe nuqqas ta’ konformità, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-organizzazzjoni, titlob aktar bidliet u taġixxi f’konformità mal-punt 21.B.433.”;

(58)

fil-punt 21.B.453, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej

21.B.453

Ħruġ ta’ approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija”;

(59)

fil-punt 21.B.480, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.B.480

Ħruġ ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO”;

(60)

L-Appendiċi VIII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi VIII

Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru — il-Formola 52 tal-EASA

DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAL-INĠENJU TAL-AJRU

1.

Stat tal-manifattura

2.

[STAT MEMBRU] (1) Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (2)

3.

Nru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni:

4.

Organizzazzjoni

5.

Tip ta’ inġenju tal-ajru

6.

Nri ta’ referenza taċ-ċertifikat tat-tip:

7.

Reġistrazzjoni jew marka tal-inġenju tal-ajru

8.

Nru ta’ identifikazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni:

9.

Dettalji tal-magna/tal-iskrun (3)

10.

Modifiki u/jew bullettini tas-servizz (3)

11.

Direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà

12.

Konċessjonijiet

13.

Eżenzjonijiet, rinunzji jew derogi (3)

14.

Rimarki

15.

Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà

16.

Rekwiżiti addizzjonali

17.

Dikjarazzjoni tal-konformità

B’dan, qiegħed jiġi ċċertifikat li l-inġenju tal-ajru jikkonforma bis-sħiħ mad-disinn iċċertifikat tat-tip u mal-elementi indikati fil-kaxxi 9, 10, 11, 12 u 13.

L-inġenju tal-ajru jinsab f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu.

L-inġenju tal-ajru ġie ttestjat waqt titjira u ta riżultati sodisfaċenti.

18.

Iffirmat

19.

Isem

20.

Data (j/x/s)

21.

Referenza tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni

Il-Formola 52 tal-EASA — Il-Ħarġa 3

(1)

Jew l-“EASA”, jekk l-EASA hija l-awtorità kompetenti.

(2)

Ħassar meta ma jkunx Stat Membru tal-UE jew l-EASA.

(3)

Ħassar kif applikabbli.

Struzzjonijiet għall-użu tad-“Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru — il-Formola 52 tal-EASA”

1.   L-GĦAN U L-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.1.

L-użu tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru maħruġa minn organizzazzjoni tal-produzzjoni li tipproduċi skont il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti F, huwa deskritt fil-punt 21.A.130 u fil-mezzi relatati aċċettabbli ta’ konformità (AMC).

1.2.

L-iskop tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru (il-Formola 52 tal-EASA) maħruġa skont il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti G, huwa li tippermetti lid-detentur ta’ ċertifikat xieraq ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jeżerċita l-privileġġ li jikseb ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għal inġenju tal-ajru individwali, u jekk mitlub, ċertifikat tal-istorbju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

2.   ĠENERALI

2.1.

Id-dikjarazzjoni tal-konformità trid tikkonforma mal-mudell, inkluż in-numri tal-kaxxi u l-pożizzjoni ta’ kull kaxxa. Madankollu, id-daqs ta’ kull kaxxa jista’ jiġi aġġustat skont il-ħtieġa tal-applikazzjoni individwali, iżda mhux tant li d-dikjarazzjoni tal-konformità ma tibqax tintgħaraf. F’każ ta’ dubju, staqsi lill-awtorità kompetenti.

2.2.

Id-dikjarazzjoni tal-konformità trid tkun jew stampata minn qabel jew magħmula permezz ta’ kompjuter, iżda fi kwalunkwe każ, l-istampar tal-linji u tal-karattri jrid ikun ċar u leġġibbli. Kliem stampat minn qabel huwa permess, f’konformità mal-mudell mehmuż, iżda ma hija permessa l-ebda dikjarazzjoni oħra ta’ ċertifikazzjoni.

2.3.

Il-mili tad-dikjarazzjoni jista’ jsir jew stampat bil-magna/bil-kompjuter jew bl-idejn, bl-użu ta’ ittri kbar biex jippermetti qari faċli. Bħala lingwa jista’ jintuża l-Ingliż, u fejn ikun rilevanti, tista’/jistgħu tintuża/jintużaw il-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ il-formola.

2.4.

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata għandha żżomm kopja tad-dikjarazzjoni u tad-dokumenti annessi kollha.

3.   IL-MILI TAD-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MILL-ENTITÀ LI TOĦROGHA

3.1.

Sabiex id-dokument ikun dikjarazzjoni valida, għandhom jimtlew il-kaxxi kollha.

3.2.

Ma tista’ tinħareġ l-ebda dikjarazzjoni tal-konformità lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, qabel ma jiġu approvati d-disinn tal-inġenju tal-ajru u l-prodotti installati fuqu.

3.3.

L-informazzjoni meħtieġa fil-Kaxxi 9, 10, 11, 12, 13 u 14 tista’ tiġi indikata permezz ta’ referenza għal dokumenti identifikati separati oħra, li huma arkivjati mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiftehimx mod ieħor.

3.4.

Din id-dikjarazzjoni tal-konformità ma hijiex maħsuba biex tinkludi dawk l-elementi ta’ tagħmir li jistgħu jkunu meħtieġa li jiġu installati sabiex jiġu ssodisfati r-regoli operattivi applikabbli. Madankollu, xi wħud minn dawk l-elementi individwali jistgħu jitniżżlu fil-Kaxxa 10 jew fid-disinn tat-tip approvat. Għaldaqstant, l-operaturi għandhom jiġu mfakkra li huma responsabbli li jiżguraw il-konformità mar-regoli operattivi applikabbli għall-operazzjonijiet partikolari li jwettqu.

Kaxxa 1

Indika l-isem tal-Istat tal-manifattura.

Kaxxa 2

L-awtorità kompetenti li toħroġ id-dikjarazzjoni tal-konformità taħt l-awtorità tagħha.

Kaxxa 3

F’din il-kaxxa għandu jiġi stampat minn qabel numru tas-serje uniku, għal skopijiet ta’ kontroll u traċċabbiltà tad-dikjarazzjoni. Il-każ ta’ dokument iġġenerat mill-kompjuter huwa eċċezzjoni: in-numru ma għandux għalfejn jiġi stampat minn qabel fejn il-kompjuter ikun ipprogrammat biex jipproduċi u jistampa numru uniku.

Kaxxa 4

L-isem sħiħ u l-indirizz tal-post tal-organizzazzjoni li toħroġ id-dikjarazzjoni. Din il-kaxxa tista’ tiġi stampata minn qabel. Logos, eċċ. huma permessi jekk il-logo, eċċ. ikun jista’ joqgħod fil-kaxxa.

Kaxxa 5

L-isem sħiħ tat-tip tal-inġenju tal-ajru, kif definit fiċ-ċertifikat tat-tip u fl-iskeda informattiva tiegħu assoċjata miegħu.

Kaxxa 6

In-numri ta’ referenza taċ-ċertifikat tat-tip u l-edizzjoni għall-inġenju tal-ajru suġġett.

Kaxxa 7

Jekk l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat, din il-marka tkun dik tar-reġistrazzjoni. Jekk l-inġenju tal-ajru ma jkunx irreġistrat, din il-marka għandha tkun dik li ġiet aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, u jekk applikabbli, mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz.

Kaxxa 8

In-numru ta’ identifikazzjoni assenjat mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni għall-finijiet ta’ kontroll u ta’ traċċabbiltà u appoġġ b’rabta mal-prodott. Dan xi drabi jissejjaħ “numru tas-serje tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni” jew “numru tal-kostruzzjoni”.

Kaxxa 9

It-tip(i) tal-magna u tal-iskrun, speċifikati b’mod sħiħ, kif iddefinit fiċ-ċertifikat tat-tip rilevanti u fl-iskeda informattiva tiegħu assoċjata miegħu. Iridu jiġu ddikjarati wkoll in-numru ta’ identifikazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni tagħhom u l-post assoċjat magħhom.

Kaxxa 10

Bidliet fid-disinn approvati għad-definizzjoni tal-inġenju tal-ajru.

Kaxxa 11

Lista tad-direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà (jew ekwivalenti) kollha li huma applikabbli u dikjarazzjoni tal-konformità, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-metodu applikat biex tiġi żgurata l-konformità tal-inġenju tal-ajru individwali li jkun is-suġġett taċ-ċertifikat, inkluż il-prodotti u l-partijiet u t-tagħmir installati. Kwalunkwe limitu ta’ żmien futur li fih trid tintlaħaq il-konformità jrid jiġi ddikjarat.

Kaxxa 12

Devjazzjonijiet mhux intenzjonati, li jkunu ġew approvati, mid-disinn tat-tip approvat, li xi drabi jissejħu “konċessjonijiet”, “diverġenzi” jew “nuqqas ta’ konformità”.

Kaxxa 13

F’din il-kaxxa jistgħu jiġu inklużi biss l-eżenzjonijiet, ir-rinunzji jew id-derogi li jkun intlaħaq ftehim dwarhom.

Kaxxa 14

Kummenti. Kwalunkwe dikjarazzjoni, informazzjoni, data jew limitazzjoni partikolari li tista’ taffettwa l-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru suġġett. Jekk ma jkunx hemm informazzjoni jew data ta’ dan it-tip, niżżel “L-EBDA INFORMAZZJONI”.

Kaxxa 15

Niżżel “ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà”, jew “ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà”, kif mitlub.

Kaxxa 16

F’din il-kaxxa jridu jiġu indikati rekwiżiti addizzjonali, bħal dawk innotifikati mill-pajjiż li jkun qed jimporta.

Kaxxa 17

Biex id-dikjarazzjoni tal-konformità tkun valida, il-kaxxi ta’ din il-formola għandhom jimtlew kollha b’mod sħiħ. Id-detentur taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jrid jarkivja kopja tar-rapport tat-test tat-titjira, flimkien ma’ kwalunkwe difetti rreġistrati u dettalji ta’ tiswijiet. Ir-rapport irid jiġi ddikjarat bħala sodisfaċenti u ffirmat mill-persunal xieraq li jiċċertifika u minn membru tal-ekwipaġġ, eż. il-pilota tat-test jew l-inġinier tat-test tat-titjira. It-testijiet tat-titjira mwettqa huma dawk definiti skont il-kontroll tal-element tal-ġestjoni tal-kwalità tas-sistema tal-produzzjoni, kif stabbilit fil-punt 21.A.139, b’mod partikolari fil-punt 21.A.139(d)(1)(vi), biex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jikkonforma mad-data tad-disinn applikabbli u li jinsab f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu.

L-elenkar tal-oġġetti pprovduti (jew magħmula disponibbli) biex jiġu ssodisfati l-aspetti ta’ din id-dikjarazzjoni li huma relatati mat-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, irid jiġi arkivjat mid-detentur taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni.

Kaxxa 18

Id-dikjarazzjoni tal-konformità tista’ tiġi ffirmata mill-persuna awtorizzata li tagħmel dan mid-detentur tal-approvazzjoni tal-produzzjoni f’konformità mal-punt 21.A.145(d). Għall-firma, ma jridx jintuża timbru.

Kaxxa 19

L-isem tal-persuna li tiffirma d-dikjarazzjoni jrid jiġi ttajpjat jew stampat b’mod leġibbli.

Kaxxa 20

Trid tingħata d-data ta’ meta ġiet iffirmata d-dikjarazzjoni tal-konformità.

Kaxxa 21

Ir-referenza tal-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti trid tiġi kkwotata.

;

(61)

L-Appendiċi X huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Appendiċi X

Ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni — Il-Formola 55 tal-EASA

Ċertifikati tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni msemmija fis-Subparti G tal-Anness I (il-Parti 21)

[STAT MEMBRU] (1)

Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (2)

ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

Referenza: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU (1)].21G.XXXX

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012, li bħalissa huma fis-seħħ u soġġetti għall-kundizzjonijiet speċifikati hawn taħt, l-[AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU] b’dan tiċċertifika:

[L-ISEM U L-INDIRIZZ TAL-KUMPANIJA]

bħala organizzazzjoni tal-produzzjoni f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21), it-Taqsima A tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, hija approvata biex tipproduċi prodotti, partijiet u tagħmir elenkati fl-iskeda ta’ approvazzjoni mehmuża u biex toħroġ ċertifikati relatati billi tuża r-referenzi ta’ hawn fuq.

KUNDIZZJONIJIET:

1.

Din l-approvazzjoni hija limitata għal dik speċifikata fit-termini ta’ approvazzjoni mehmużin.

2.

Din l-approvazzjoni hija soġġetta għal konformità mal-proċeduri speċifikati fl-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata.

3.

Din l-approvazzjoni tibqa’ valida sakemm l-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata tibqa’ f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

4.

Suġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet indikati hawn fuq, din l-approvazzjoni għandha tibqa’ valida għal żmien illimitat, sakemm din ma tkunx ġiet preċedentement ċeduta, sostitwita, sospiża jew revokata.

Id-data tal-ħruġ oriġinali: …

Data ta’ din ir-reviżjoni: …

Nru tar-reviżjoni: …

Iffirmat: …

Għall-awtorità kompetenti: [IDENTIFIKAZZJONI TAL-AWTORITÀ KOMPETENTI (1)]

Il-Formola 55a tal-EASA — Il-Ħarġa 3

(1)

Jew l-“EASA”, jekk l-EASA hija l-awtorità kompetenti.

(2)

Ħassar meta ma jkunx Stat Membru tal-UE.

[STAT MEMBRU] (1)

Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (2)

Termini tal-approvazzjoni

TA: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU (1)].21G.XXXX

Dan id-dokument huwa parti min-numru ta’ approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU (1)].21G.XXXX maħruġ lil:

Isem il-kumpanija:

Taqsima 1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAX-XOGĦOL:

PRODUZZJONI TA’

PRODOTTI/KATEGORIJI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għad-dettalji u l-limitazzjonijiet, irreferi għall-Espożizzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni, it-Taqsima xxx

It-Taqsima 2. POSTIJIET:

It-Taqsima 3. PRIVILEĠĠI:

 

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni hija intitolata li teżerċita, fit-termini tal-approvazzjoni tagħha u f’konformità mal-proċeduri tal-Espożizzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni tagħha, il-privileġġi stabbiliti fil-punt 21.A.163, soġġett għal dan li ġej:

[inkludi biss il-kliem applikabbli]

Qabel l-approvazzjoni tad-disinn tal-prodott, il-Formola 1 tal-EASA tista’ tinħareġ biss għal skopijiet ta’ konformità.

Dikjarazzjoni tal-konformità ma tistax tinħareġ għal inġenju tal-ajru mhux approvat.

Il-manutenzjoni tista’ titwettaq, sakemm tkun meħtieġa konformità mar-regolamenti tal-manutenzjoni, f’konformità mat-Taqsima xxx tal-Espożizzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni.

Il-permessi għat-titjir jistgħu jinħarġu f’konformità mat-Taqsima yyy tal-Espożizzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni.

Id-data tal-ħruġ oriġinali:

Iffirmat:

Data ta’ din ir-reviżjoni:

 

Nru tar-reviżjoni:

Għal [IDENTIFIKAZZJONI TAL-AWTORITÀ KOMPETENTI (1)]

Il-Formola 55b tal-EASA – Il-Ħarġa 3

(1)

Jew l-“EASA”, jekk l-EASA hija l-awtorità kompetenti.

(2)

Ħassar meta ma jkunx Stat Membru tal-UE.

(62)

L-Appendiċi XI huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Appendiċi XI

Ittra ta’ ftehim għall-produzzjoni mingħajr approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni — il-Formola 65 tal-EASA

Ittra ta’ ftehim imsemmija fis-Subparti F tal-Anness I (il-Parti 21)

[STAT MEMBRU] (1)

Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (2)

ITTRA TA’ FTEHIM GĦALL-PRODUZZJONI MINGĦAJR APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

[L-ISEM TAL-APPLIKANT]

[ISEM KUMMERĊJALI (jekk differenti mill-isem tal-applikant)]

[L-INDIRIZZ SĦIĦ TAL-APPLIKANT]

Data (Jum, Xahar, Sena)

Referenza: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU (2)].21F.XXXX

Għażiż(a) Sinjur/Sra. [isem l-applikant],

Is-sistema ta’ spezzjoni tal-produzzjoni tiegħek ġiet evalwata u nstabet li hija konformi mat-Taqsima A, is-Subparti A u s-Subparti F tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012.

Għalhekk, soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati hawn taħt, aħna naqblu li t-turija tal-konformità tal-prodotti, partijiet u tagħmir imsemmija hawn taħt tista’ ssir skont it-Taqsima A, is-Subparti F tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

Nru ta’ Unitajiet

P/N

S/N

 

 

INĠENJU TAL-AJRU

PARTIJIET

Il-kundizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal din l-ittra ta’ ftehim:

(1)

Hija tibqa’ valida sakemm [Isem il-Kumpanija] tibqa’ f’konformità mat-Taqsima A, is-Subparti A u s-Subparti F tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(2)

Hija teħtieġ konformità mal-proċeduri speċifikati fir-referenza tal-manwal/data tal-ħruġ ta’ [Isem il-Kumpanija]…

(3)

Hija tintemm fi…

(4)

Id-dikjarazzjoni tal-konformità maħruġa minn [Isem il-Kumpanija] taħt il-punt 21.A.130 tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandha tiġi vvalidata mill-awtorità emittenti ta’ din l-ittra ta’ ftehim f’konformità mal-proċedura… tal-manwal irreferenzjat.

(5)

[Isem il-Kumpanija] għandha tinnotifika lill-awtorità emittenti ta’ din l-ittra ta’ ftehim immedjatament bi kwalunkwe bidliet li jseħħu fis-sistema ta’ spezzjoni tal-produzzjoni, li jistgħu jaffettwaw l-ispezzjoni, il-konformità, jew l-ajrunavigabbiltà tal-prodotti u l-partijiet elenkati f’din l-ittra.

Għall-awtorità kompetenti: [IDENTIFIKAZZJONI TAL-AWTORITA’ KOMPETENTI (1)(2)]

Data u firma

Il-Formola 65 tal-EASA — Il-Ħarġa 3

(1)

Jew l-“EASA”, jekk l-EASA hija l-awtorità kompetenti.

(2)

Ħassar meta ma jkunx Stat Membru tal-UE.
.

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).”;”


ANNESS II

Fl-Anness I (il-Parti 21), il-punt 21.A.101, il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(h)

Għall-ajruplani kbar soġġetti għall-punt 26.300 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 (*1), l-applikant għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li jipprovdu mill-inqas livell ekwivalenti ta’ sikurezza għall-punti 26.300 u 26.330 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/640, ħlief għall-applikanti għal ċertifikati tat-tip supplimentari li mhumiex meħtieġa jqisu l-punt 26.303.


(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18).”.”


Top