Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0096

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/96 tal-25 ta’ Jannar 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġbir ta’ ċertu data (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/322

ĠU L 17, 26.1.2022, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/96/oj

26.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/96

tal-25 ta’ Jannar 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġbir ta’ ċertu data

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1859 (2) jobbliga lill-manifatturi, fir-rigward ta’ ċerti vetturi heavy-duty ġodda, biex jimmonitorjaw u jirrapportaw lill-Kummissjoni l-fajl comma separated values tal-istess isem bħall-jobfajl u b’estensjoni .vsum li tinkludi r-riżultati aggregati għal kull profil tal-missjoni u kundizzjoni ta’ tagħbija simulati, li jiġu ġġenerati mill-għodda ta’ simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 (3) fil-verżjoni grafika tagħha tal-interfaċċa tal-utent (“il-fajl tad-data sum exec”).

(2)

Dak l-obbligu tqassam maż-żmien, mid-data tas-simulazzjoni tal-vetturi; bid-dati l-aktar bikrin tas-simulazzjoni (l-1 ta’ Jannar 2019 sat-30 ta’ Settembru 2019) għandhom jiġu rrapportati biss mill-aħħar data taż-żewġ dati ta’ rapportar stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859, sabiex jitqies il-fatt li l-manifatturi jistgħu ikollhom jirrepetu s-simulazzjoni tal-vetturi li jaqgħu f’dak il-lott għal raġunijiet lil hinn mir-responsabbiltà tagħhom.

(3)

L-evalwazzjoni tad-data miksuba għall-ewwel perjodu ta’ rapportar, li l-iskadenza tagħha kienet it-30 ta’ Settembru 2020, sadanittant, ikkonfermat li l-analiżi bbażata fuq dak l-ewwel lott ta’ fajls tad-data sum exec riċevuta skont l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859 trendi riżultati stabbli. Għal din ir-raġuni, m’għadux meħtieġ li l-manifatturi jiġu obbligati jirrapportaw id-data msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859 u jenħtieġ li dak il-punt jitħassar.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859 jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859

Fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1859, jitħassar il-punt (b).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1859 tas-6 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġbir ta’ ċertu data (ĠU L 286, 7.11.2019, p. 10).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L 349, 29.12.2017, p. 1).


Top