Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0095

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 tal-24 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar ikkonsenjati mit-Tajwan, mill-Indoneżja, mis-Sri Lanka u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    C/2022/309

    ĠU L 16, 25.1.2022, p. 36–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/01/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/95/oj

    25.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 16/36


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/95

    tal-24 ta’ Jannar 2022

    li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar ikkonsenjati mit-Tajwan, mill-Indoneżja, mis-Sri Lanka u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    1.1.   Miżuri fis-seħħ

    (1)

    Il-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet (tube and pipe fittings, “TPFs” jew il-“prodott ikkonċernat”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (il-“pajjiż ikkonċernat” jew iċ-“Ċina”) u t-Tajlandja oriġinarjament ġew imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 584/96 (2) (il-“miżuri oriġinali”).

    (2)

    Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, il-miżuri oriġinali ġew estiżi għall-importazzjonijiet ikkonsenjati mit-Tajwan, mill-Indoneżja, mis-Sri Lanka u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw rispettivament mit-Tajwan, mill-Indoneżja, mis-Sri Lanka u mill-Filippini kif ukoll jekk le, mir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 (3), (KE) Nru 2052/2004 (4), (KE) Nru 2053/2004 (5) u (KE) Nru 655/2006 (6).

    (3)

    Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1934 (7) li jimponi dazju definittiv tal-anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

    1.2.   Miżuri fis-seħħ fir-rigward ta’ pajjiżi terzi oħrajn

    (4)

    Bħalissa hemm fis-seħħ miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja (8).

    1.3.   Talba għal rieżami ta’ skadenza u bidu

    (5)

    Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż dwar l-iskadenza imminenti (9) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, (“TPF”), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”, “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (“it-talba”).

    (6)

    It-talba tressqet fil-25 ta’ Ġunju 2020 mill-Kumitat tad-Difiża tal-industrija tal-fittings tal-azzar tal-Unjoni Ewropea iwweldjati tarf ma’ tarf (“l-applikant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 60 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tat-TPF.

    (7)

    It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

    (8)

    Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni, fis-27 ta’ Ottubru 2020, bdiet rieżami ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet ta’ TPF li joriġinaw mir-RPĊ abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (10) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

    1.4.   Il-partijiet interessati

    (9)

    Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikant, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi fir-RPĊ, lill-importaturi u lill-utenti fl-Unjoni magħrufa li kienu kkonċernati, u lill-awtoritajiet Ċiniżi dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw.

    (10)

    Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali.

    1.5.   Kampjunar

    (11)

    Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stqarret li tista’ tikkampjuna l-partijiet interessati, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    1.5.1.   Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

    (12)

    Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-bejgħ u tal-produzzjoni fl-Unjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, filwaqt li tiġi żgurata r-rappreżentanza ġeografika wkoll. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi kkampjunati tal-Unjoni kienu jgħoddu mas-56 % tal-produzzjoni totali stmata tal-industrija tal-Unjoni u 49 % tal-volum ta’ bejgħ totali stmat lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju, iżda ma rċeviet l-ebda kumment. Il-kampjun proviżorju ġie għalhekk ikkonfermat u jitqies bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

    1.5.2.   Il-kampjunar ta’ produtturi fiċ-Ċina

    (13)

    Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar ikunx meħtieġ fir-rigward tal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, dawn il-partijiet intalbu jippreżentaw ruħhom u jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni taċ-Ċina għall-Unjoni tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Madankollu, peress li produttur esportatur wieħed biss inizjalment ippreżenta ruħu, it-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ. Barra minn hekk, peress li dan il-produttur esportatur iddeċieda li jirtira l-kooperazzjoni tiegħu, is-sejbiet fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ saru abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

    1.6.   Il-kampjunar ta’ importaturi mhux relatati

    (14)

    Sabiex il-Kummissjoni setgħet tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk ikun il-każ, sabiex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati kienu mistiedna sabiex jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni. Dawk il-partijiet intalbu jippreżentaw ruħhom billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness tan-Notifika ta’ Bidu. Żewġ importaturi biss ippreżentaw ruħhom. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

    1.7.   Kwestjonarji u żjarat ta’ verifika

    (15)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”).

    (16)

    Il-kwestjonarji għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, kif ukoll dawk għall-importaturi, l-utenti u l-produtturi esportaturi saru disponibbli online (11) fil-jum tal-bidu.

    (17)

    Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, mill-applikant, u minn żewġ importaturi.

    (18)

    Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tal-miżuri ta’ konfinament stabbiliti minn diversi Stati Membri, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku. Minflok, il-Kummissjoni kkontroverifikat mill-bogħod l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għad-determinazzjonijiet tagħha f’konformità man-Notifika tagħha dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (12). Il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (“RCC”) tal-produtturi kollha tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, jiġifieri:

    ERNE Fittings GmbH, l-Awstrija

    INTERFIT S.A., Franza

    Virgilio CENA & Figili S.p.A., l-Italja

    1.8.   Proċedura sussegwenti

    (19)

    Fid-9 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni żvelat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni.

    (20)

    Ma wasal l-ebda kumment għand il-Kummissjoni minn ebda waħda mill-partijiet interessati.

    1.9.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni

    (21)

    L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

    1.10.   Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

    (22)

    Dan il-każ inbeda fis-27 ta’ Ottubru 2020, jiġifieri matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni miftiehem bejn ir-Renju Unit (“UK”) u l-UE li fih ir-Renju Unit baqa’ soġġett għad-dritt tal-Unjoni. Dan il-perjodu ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. Konsegwentement, mill-1 ta’ Jannar 2021, il-kumpaniji u l-assoċjazzjonijiet mir-Renju Unit ma baqgħux jikkwalifikaw bħala partijiet interessati f’dan il-proċediment.

    (23)

    Permezz ta’ nota fil-fajl tal-każ fit-18 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni stiednet lill-operaturi tar-Renju Unit li qiesu li kienu għadhom jikkwalifikaw bħala parti interessata sabiex jikkuntattjawha. L-ebda kumpanija ma ppreżentat ruħha.

    2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI

    2.1.   Il-prodott taħt rieżami

    (24)

    Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa l-istess bħal dak fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri ċerti fittings ta’ tubi jew pajpijiet (minbarra fittings fonduti, flanġijiet u fittings bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (mhux inkluż azzar inossidabbli), bl-akbar dijametru estern li ma jaqbiżx s-609,6 mm, ta’ tip użat għall-iwweldjar tarf ma’ tarf jew għal skopijiet oħrajn, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott taħt rieżami”), li bħalissa huwa kklassifikat taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19 u ex 7307 99 80 (il-kodiċijiet TARIC 7307931191, 7307931193, 7307931194, 7307931195, 7307931199, 7307931991, 7307931993, 7307931994, 7307931995, 7307931999, 7307998092, 7307998093, 7307998094, 7307998095 u 7307998098).

    2.2.   Prodott simili

    (25)

    Kif intwera fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ (13) il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi bażiċi:

    il-prodott taħt rieżami;

    il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku taċ-Ċina;

    il-prodott immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

    (26)

    Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    3.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TA’ DUMPING

    3.1.   Rimarki preliminari

    (27)

    Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ komplew (5 192 tunnellata), għalkemm f’livelli aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami tal-aħħar rieżami ta’ skadenza (8 058 tunnellata minn Lulju tal-2013 sa Ġunju tal-2014). Skont l-istatistika tal-Comext (Eurostat) (14), l-importazzjonijiet ta’ TPF mir-RPĊ irrappreżentaw 10 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, meta mqabbla ma’ sehem mis-suq ta’ 16 % matul ir-reviżjoni ta’ skadenza preċedenti.

    (28)

    Kif imsemmi fil-premessa (13), l-ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi mir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni.

    (29)

    Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tar-RPĊ li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tar-RPĊ. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment.

    (30)

    Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping fir-rigward tar-RPĊ kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni li tinsab fit-talba għar-rieżami ta’ skadenza, flimkien ma’ sorsi oħrajn ta’ informazzjoni, bħall-istatistika kummerċjali dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet (Comext (Eurostat), Dun & Bradstreet D&B (15), Global Trade Alert - GTA (16) u OECD (17)).

    3.2.   Kontinwazzjoni tad-dumping tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    3.2.1.   Valur normali

    3.2.1.1.   Introduzzjoni

    (31)

    Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

    (32)

    Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[fil-]każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”.

    (33)

    Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, fl-investigazzjoni preżenti l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi Ċiniżi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

    3.2.1.2.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

    (34)

    Minħabba li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni kellha t-tendenza li turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku sabiex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

    (35)

    Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni.

    (36)

    Fit-30 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati permezz ta’ nota (“l-Ewwel Nota”) dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża sabiex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat pajjiżi rappreżentattivi possibbli (jiġifieri l-Federazzjoni Russa, it-Tajlandja u t-Turkija).

    (37)

    L-applikant argumenta li l-Federazzjoni Russa ma hijiex pajjiż rappreżentattiv xieraq minħabba l-eżistenza ta’ projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-pajpijiet prinċipali (il-kodiċi SA 730419) fis-seħħ mill-1 ta’ Mejju 2015, li tirrappreżenta sors sinifikanti ta’ distorsjonijiet fis-suq Russu għall-materja prima ewlenija tat-TPFs. Il-Kummissjoni ħadet nota tal-kummenti u qablet li r-Russja ma tikkostitwixxix pajjiż rappreżentattiv xieraq skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    (38)

    L-applikant argumenta wkoll li l-importazzjonijiet tal-pajpijiet prinċipali mir-RPĊ lejn it-Turkija huma sinifikanti. Barra minn hekk, l-applikant argumenta li l-ebda waħda mit-tliet kumpaniji identifikati mill-Kummissjoni fl-Ewwel Nota ma kienet produttur ġenwin tat-TPF. Wara investigazzjoni ulterjuri, il-Kummissjoni qablet li t-tliet produtturi indikati fit-Turkija ma kinux produtturi ġenwini tat-TPF. Għalhekk, f’dak l-istadju, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Turkija ma tidhirx li hija pajjiż rappreżentattiv xieraq skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    (39)

    Barra minn hekk, l-applikant argumenta li l-kumpanija identifikata mill-Kummissjoni fit-Tajlandja fil-fatt ma kinitx produttur tat-TPF u ppropona tliet kumpaniji oħrajn. Il-Kummissjoni qablet li l-kumpanija identifikata oriġinarjament ma kinitx produttur tat-TPF u vverifikat li t-tliet kumpaniji proposti mill-applikant (Thai Benkan Co., Ltd., Awaji Materials Thailand Co., Ltd. u TTU Industrial Corp. Ltd.) kienu qegħdin jipproduċu TPF u li d-data finanzjarja riċenti dwar dawn il-kumpaniji kienet faċilment disponibbli.

    (40)

    Fit-28 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati permezz ta’ tieni nota (“it-Tieni Nota”) dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża sabiex tiddetermina l-valur normali, bit-Tajlandja bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija informat ukoll lill-partijiet interessati li se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (selling, general and administrative costs, “SG&A”) u l-profitt abbażi tal-informazzjoni disponibbli minn tliet produtturi (Thai Benkan u Awaji Material Thailand u TTU Industrial Corporation) fil-pajjiż rappreżentattiv. Ma wasal l-ebda kumment dwar it-Tieni Nota.

    3.2.2.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

    (41)

    F’investigazzjonijiet riċenti dwar is-settur tal-azzar fir-RPĊ (18), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

    (42)

    Fl-investigazzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li kien hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ u li dan jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (19). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (20), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (21). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-forniment tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, pjuttost milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (22). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tar-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (23). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (24), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (25).

    (43)

    Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti rigward is-settur tal-azzar fir-RPĊ, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fit-talba, kif ukoll fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet dwar id-Difiża tal-Kummerċ (26) (“ir-Rapport”), li jiddependi minn sorsi disponibbli pubblikament. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward.

    (44)

    Minbarra li rreferiet għar-Rapport, it-talba indikat ukoll prattiki li jaffettwaw il-kostijiet u l-prezzijiet fis-settur tal-azzar, fejn il-pajp ewlieni huwa l-input prinċipali fil-produzzjoni tat-TPF:

    Il-produzzjoni tal-azzar hija ddominata minn intrapriżi tal-Istat (state-owned enterprises, “SOEs”) li l-azzjonijiet tagħhom huma ddeterminati mill-Istat u mis-CPC sabiex jintlaħqu l-objettivi ġenerali stabbiliti fil-pjanijiet ta’ ħames snin;

    Irid jiġi stabbilit kumitat tal-partit fi kwalunkwe entità pubblika jew privata fejn ikun hemm aktar minn tliet membri tal-Partit Komunista taċ-Ċina (“CPC”). Fil-każ tal-intrapriżi tal-azzar, il-kumitati għandhom rwol ewlieni fid-direzzjoni tal-attivitajiet tal-intrapriża. Il-biċċa l-kbira tal-intrapriżi attivi fis-settur tal-azzar jinsabu fil-proċess li jibdlu l-istatut ta’ assoċjazzjoni tagħhom sabiex jestendu l-influwenza tas-CPC fil-ġestjoni u fid-direzzjoni;

    Hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-settur tal-azzar relatati mat-13-il Pjan ta’ Ħames Snin, magħruf bħala “il-Pjan ta’ Aġġustament u Titjib tal-Industrija tal-Azzar għall-2016-2020”  (27), li juri wkoll evidenza ta’ akkumulazzjoni irrazzjonali tal-kapaċità żejda fl-imgħoddi fid-dawl tat-tnaqqis fid-domanda domestika;

    L-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Ħadid u l-Azzar tassisti lill-intrapriżi fl-iffissar tal-prezzijiet u fil-koordinazzjoni tal-produzzjoni. L-intrapriżi tal-Istat huma eżentati mill-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni u f’konformità mal-“Pjan ta’ Aġġustament u ta’ Titjib tal-Industrija tal-Azzar għall-2016 sal-2020” “ il-kompetizzjoni distruttiva jenħtieġ li tiġi evitata ”  (28) u “ jenħtieġ li jiġi evitat li bosta kumpaniji jibdew jaġixxu u jinvolvu ruħhom f’kompetizzjoni diżordnata ”  (29);

    il-kostijiet tal-materja prima u tal-enerġija fir-RPĊ ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn interventi sostanzjali min-naħa tal-gvern;

    (45)

    Kif indikat fil-premessa (29), il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-ilmentatur, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

    (46)

    Speċifikament fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tat-TPF, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ. Ħafna mill-akbar produtturi huma proprjetà tal-Istat. Xi wħud huma msemmija speċifikament fil-“Pjan ta’ Aġġustament u ta’ Titjib tal-Industrija tal-Azzar għall-2016 sal-2020”. Pereżempju, Shanxi Taiyuan Iron & Steel Co. Ltd., proprjetà tal-Istat Ċiniż, issemmi fuq is-sit web tagħha li hija “kumpanija kbira tal-ħadid u tal-azzar”, li “żviluppat f’kumpless tal-ħadid u tal-azzar fuq skala kbira b’mod straordinarju, li huwa integrat man-negozju tal-estrazzjoni tal-ħadid, il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-forniment u n-negozjar tal-ħadid u tal-azzar” (30). Baosteel hija intrapriża Ċiniża ewlenija oħra tal-Istat li hija involuta fil-manifattura tal-azzar u hija parti miċ-China Baowu Steel Group Co. Ltd. (preċedentement Baosteel Group and Wuhan Iron & Steel) (31). Filwaqt li l-qasma nominali bejn in-numru ta’ SOEs u kumpaniji privati fis-settur tal-azzar hija stmata li hija kważi ugwali, erba’ mill-ħames produtturi tal-azzar Ċiniżi kklassifikati mal-aqwa 10 tal-akbar produtturi tal-azzar fid-dinja huma SOEs (32). Fl-istess ħin, filwaqt li, fl-2016, l-akbar għaxar produtturi kienu jirrappreżentaw biss madwar 36 % tal-produzzjoni totali tal-industrija, fl-istess sena, il-GTĊ stabbilixxa l-mira li jikkonsolida bejn 60 % u 70 % tal-produzzjoni tal-azzar f’madwar għaxar intrapriżi fuq skala kbira sal-2025 (33). Din l-intenzjoni ġiet ripetuta mill-GTĊ f’April 2019, meta dan ħabbar il-ħruġ ta’ linji gwida dwar il-konsolidazzjoni tal-industrija tal-azzar (34). Tali konsolidazzjoni tista’ tinvolvi fużjonijiet furzati ta’ kumpaniji privati profittabbli ma’ SOEs bi prestazzjoni batuta (35). Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi tat-TPF, il-proporzjon eżatt tal-produtturi tat-TPF privati u tal-Istat ma setax jiġi ddeterminat.

    (47)

    Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat f’ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi tat-TPF, il-Kummissjoni tfakkar li kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-azzar huma soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika. Tabilħaqq, filwaqt li d-dritt previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża għall-ħatra u t-tneħħija tal-persunal maniġerjali ewlieni fl-SOEs mill-awtoritajiet Statali rilevanti jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti (36), iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżenta mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija trid tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (37)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, mill-anqas sa mill-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit (38). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, u dan irriżulta fi pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fir-rigward tad-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (39). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tat-TPF u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

    (48)

    Barra minn hekk, fis-settur tat-TPF hemm stabbiliti politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

    (49)

    Minkejja li t-TPF hija industrija speċjalizzata, hija tibbenefika minn gwida u minn intervent tal-gvern dwar il-materja prima ewlenija għall-manifattura tat-TPF, jiġifieri l-azzar.

    (50)

    L-industrija tal-azzar titqies bħala industrija essenzjali mill-GTĊ (40). Dan huwa kkonfermat mill-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, bħall-“Pjan ta’ Aġġustament u ta’ Titjib tal-Industrija tal-Azzar għall-2016 sal-2020”, li kien validu matul il-perjodu PIR. Dan il-Pjan stqarr li l-industrija tal-azzar hija “settur importanti u fundamentali tal-ekonomija Ċiniża, pedament nazzjonali” (41). Il-kompiti u l-objettivi ewlenin stabbiliti f’dan il-Pjan ikopru l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-industrija (42). It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (43), applikabbli matul il-PIR, kien jipprevedi appoġġ għall-intrapriżi li jipproduċu tipi ta’ prodotti tal-azzar ta’ livell għoli (44). Dan jiffoka wkoll fuq il-kisba ta’ kwalità, ta’ durabbiltà u ta’ affidabbiltà tal-prodotti permezz tas-sostenn lill-kumpaniji li jużaw teknoloġiji relatati mal-produzzjoni tal-azzar nadif, l-irrumblar bi preċiżjoni u t-titjib fil-kwalità (45). Il-“Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (il-Verżjoni tal-2011) (l-Emenda tal-2013)” (46) (“il-Katalogu”) jelenka l-azzar bħala industrija mħeġġa.

    (51)

    Kif jidher mill-eżempji msemmija hawn fuq dwar l-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tat-TPF, il-GTĊ jiggwida wkoll l-iżvilupp tas-settur tat-TPF f’konformità ma’ firxa wiesgħa ta’ għodod ta’ politika u direttivi u jikkontrolla virtwalment kull aspett fl-iżvilupp u fil-funzjonament tas-settur.

    (52)

    Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ sabiex jikkonvinċi lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jiġu appoġġati l-industriji mħeġġa, inkluż il-produzzjoni tal-azzar bħala l-materja prima ewlenija użata fil-manifattura tat-TPF. Tali miżuri jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw liberament.

    (53)

    Din l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fis-settur tat-TPF imsemmi hawn fuq fil-premessa (42) ma kinux se jaffettwaw lill-manifatturi tal-prodott taħt rieżami.

    (54)

    Is-settur tat-TPF huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (42). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami jew tal-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (waqt li jkun hemm aċċess għall-kapital jew għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema lavorattiva fir-RPĊ) (47).

    (55)

    Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tat-TPF ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (42). Għalhekk, l-intervent sostanzjali mill-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati serjament fil-livelli kollha.

    (56)

    Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi prodott it-TPF, hemm bżonn ta’ għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tat-TPF jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li jkunu soġġetti għad-distorsjonijiet fuq is-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u fis-setturi kollha.

    (57)

    B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tat-TPF ma humiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi mill-gvern deskritti b’rabta mal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinament ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija.

    (58)

    F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw xi evidenza jew argument li juru l-kuntrarju.

    (59)

    Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat tal-forzi tas-suq ħieles minħabba li dawn huma affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja.

    3.2.3.   Pajjiż rappreżentattiv

    3.2.3.1.   Rimarki ġenerali

    (60)

    L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

    Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross —per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi ta’ data tal-Bank Dinji (48);

    Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’dak il-pajjiż (49);

    Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv;

    F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, jenħtieġ li tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

    (61)

    Kif spjegat fil-premessa (40), il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati fit-Tieni Nota tal-konklużjoni tagħha li t-Tajlandja tqieset bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

    3.2.3.2.   Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ

    (62)

    Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat il-Federazzjoni Russa, it-Tajlandja u t-Turkija bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri lkoll huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” abbażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li jiġi manifatturat l-prodott ikkonċernat.

    (63)

    Ma wasal l-ebda kumment dwar il-livell ta’ żvilupp ekonomiku wara dik in-nota.

    3.2.3.3.   Produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fil-pajjiż rappreżentattiv

    (64)

    Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni indikat li l-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami ġiet identifikata fil-Federazzjoni Russa, fit-Tajlandja u fit-Turkija. Madankollu, il-Federazzjoni Russa ġiet eskluża minħabba l-eżistenza ta’ projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-pajpijiet prinċipali (ara l-premessa (37) hawn fuq), materja prima importanti użata fil-produzzjoni tat-TPF u b’mod aktar ġenerali tal-azzar. It-Turkija ġiet eskluża minħabba li l-ebda waħda mit-tliet kumpaniji identifikati fl-Ewwel Nota, u li għalihom l-informazzjoni finanzjarja riċenti kienet faċilment disponibbli, ma kienet timmanifattura t-TPF.

    3.2.3.4.   Id-disponibbiltà tad- data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv

    (65)

    Għall-pajjiżi msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni vverifikat ukoll id-disponibbiltà tad-data pubblika, u b’mod partikolari d-data finanzjarja pubblika mill-produtturi tal-prodott taħt rieżami.

    (66)

    Il-Kummissjoni fittxet produtturi tat-TPF b’data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku li setgħet tintuża sabiex jiġu stabbiliti ammonti mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u l-profitt. Il-Kummissjoni ffokat it-tfittxija b’mod partikolari fuq kumpaniji li jrendu profitt b’rapporti ta’ profitt u telf disponibbli għall-pubbliku għall-PIR. Għalhekk, it-Tieni Nota elenkat tliet kumpaniji fit-Tajlandja.

    (67)

    Il-Kummissjoni analizzat id-data rilevanti kollha disponibbli fil-fajl għall-fatturi ta’ produzzjoni fit-Tajlandja u nnotat dan li ġej:

    Il-Kummissjoni analizzat l-istatistika dwar l-importazzjoni tal-pajp ewlieni, u kkonkludiet li kien hemm biżżejjed importazzjonijiet tal-pajp ewlieni meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fil-PIR;

    L-istatistika dwar l-enerġija u l-ilma għall-PIR kienet disponibbli faċilment mill-istatistika lokali jew mill-awtoritajiet fornituri (50);

    L-istatistika dwar il-kost tal-manodopera għall-PIR kienet disponibbli fuq is-sit web tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tat-Tajlandja (51) and KPMG u tal-KPMG (52).

    (68)

    Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li t-Tajlandja kienet pajjiż rappreżentattiv xieraq.

    3.2.3.5.   Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

    (69)

    Wara li ġie stabbilit li t-Tajlandja kien l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq abbażi ta’ dawn l-elementi, ma kienx hemm bżonn li ssir valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    3.2.3.6.   Konklużjoni dwar il-pajjiż rappreżentattiv

    (70)

    Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Tajlandja ssodisfat il-kriterji kollha stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. B’mod partikolari, it-Tajlandja kellha biżżejjed produzzjoni tal-prodott taħt rieżami u data disponibbli dwar il-fatturi kollha tal-produzzjoni, tal-SG&A u tal-profitt.

    3.2.4.   Is-sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

    (71)

    Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera, użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni.

    (72)

    Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni stqarret li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, din kienet se tuża l-GTA sabiex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-pajp ewlieni fil-pajjiż rappreżentattiv.

    (73)

    Il-Kummissjoni stqarret ukoll li l-istatistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tat-Tajlandja u tal-KPMG kienet se tintuża sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet lavorattivi mingħajr distorsjoni fil-pajjiż rappreżentattiv; filwaqt li l-istatistika nazzjonali, kif imsemmi fil-premessa (67), tintuża biex jiġu stabbiliti l-kostijiet tal-enerġija mingħajr distorsjoni.

    3.2.5.   Kostijiet u parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni

    (74)

    Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni kellha tiddependi mill-industrija tal-Unjoni sabiex tistabbilixxi l-fatturi tal-produzzjoni użati fil-produzzjoni tat-TPF.

    (75)

    Meta wieħed iqis l-informazzjoni kollha mressqa mill-industrija tal-Unjoni u n-nuqqas ta’ kummenti mill-produtturi esportaturi dwar iż-żewġ noti dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali fir-rigward tal-fatturi tal-produzzjoni, ġew identifikati il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

    Tabella 1

    Fatturi tal-produzzjoni tat-TPF

    Fattur ta’ Produzzjoni

    Kodiċi tal-Komodità

    Sors tad-data

    Valur unitarju mingħajr distorsjoni

    Materja Prima

     

     

     

    Pajp ewlieni

    7304 19

    GTA

    1,843 EUR/kg

    Enerġija/ilma

    Elettriku

    [MHUX APPLIKABBLI]

    Awtorità Metropolitana tal-Elettriku (53)

    0,09945 EUR/kWh

    Gass Naturali

    [MHUX APPLIKABBLI]

    Il-Ministeru għall-Enerġija tat-Tajlandja (54)

    0,035 EUR/kWh

    Żejt fjuwil

    [MHUX APPLIKABBLI]

    Il-Ministeru għall-Enerġija tat-Tajlandja (55)

    0,37 EUR/litru

    Ilma

    [MHUX APPLIKABBLI]

    L-Awtorità Provinċjali tat-Tajlandja tax-Xogħlijiet tal-Ilma (56)

    0,026 EUR/m3

    Manodopera

     

    [MHUX APPLIKABBLI]

    Il-KPMG (57) għall-imposti tas-sigurtà soċjali mħallsa mill-impjegatur

    L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tat-Tajlandja għall-kostijiet attwali tal-manodopera (58)

    3,04 EUR/siegħa

    Prodott sekondarju/skart

     

     

     

    Ruttam tal-azzar

    7204 49

    GTA

    0,237940 EUR/Kg

    (76)

    Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Minħabba n-nuqqas ta’ data rilevanti fid-data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku tal-kumpaniji użati fit-Tajlandja, sabiex jiġi stabbilit dan l-ammont, il-Kummissjoni għamlet użu mid-data finanzjarja pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw imsemmija fil-premessa (18) hawn fuq. Il-metodoloġija hija spjegata kif xieraq fit-Taqsima 3.2.2(d).

    3.2.5.1.   Materja prima

    (77)

    Sabiex jiġu stabbiliti il-prezzijiet mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sax-xatba tal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezzijiet medji ponderati ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrappurtat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni.

    (78)

    Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (59). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessa (59) din ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet lejn it-Tajlandja minn pajjiżi terzi oħra baqgħu rappreżentattivi u jvarjaw minn 14,01 % għall-pajpijiet prinċipali sa 99,9 % għar-ruttam tal-azzar, tal-volumi totali tal-importazzjoni.

    3.2.5.2.   Manodopera

    (79)

    Il-Kummissjoni użat l-istatistika disponibbli għall-pubbliku miksuba mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tat-Tajlandja (60) sabiex tikkalkola il-kost tal-manodopera fis-siegħa u mill-KPMG (61) sabiex tikkalkola l-imposti tas-sigurtà soċjali addizzjonali mħallsa mill-impjegatur.

    3.2.5.3.   Elettriku

    (80)

    Il-Kummissjoni użat l-istatistika dwar il-prezz tal-elettriku ppubblikata mill-Awtorità Metropolitana tal-Elettriku” (62) tat-Tajlandja, li tkopri t-Tajlandja kollha.

    3.2.5.4.   Gass Naturali

    (81)

    Il-Kummissjoni użat il-prezz tal-gass disponibbli għall-pubbliku għall-utenti industrijali fit-Tajlandja ppubblikat mill-Uffiċċju tal-Politika u l-Ippjanar tal-Enerġija – Ministeru għall-Enerġija tat-Tajlandja. (63)

    3.2.5.5.   Żejt fjuwil

    (82)

    Il-Kummissjoni użat il-prezz disponibbli għall-pubbliku taż-żejt fjuwil ippubblikat mill-Ministeru għall-Enerġija tat-Tajlandja. (64)

    3.2.5.6.   Ilma

    (83)

    Il-Kummissjoni użat it-tariffa tal-ilma tal-Awtorità Provinċjali tax-Xogħlijiet tal-Ilma. (65)

    3.2.6.   Spejjeż ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti

    (84)

    Minbarra l-fatturi tal-produzzjoni miġbura fil-qosor fil-premessa (75) hawn fuq, ġew ikkalkolati l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, jiġifieri kostijiet, utilitajiet u deprezzament diretti oħrajn tal-produzzjoni. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura kienu bbażati fuq l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura rrapportati mill-industrija tal-Unjoni, li ammontaw għal 15,7 % tal-kost tal-manifattura. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura.

    (85)

    Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitti. Kif iddikjarat fil-premessa (40), il-Kummissjoni identifikat tliet kumpaniji Tajlandiżi (TTU Industrial Corporation, Thai Benkan u Awaji Material Thailand) li kellhom informazzjoni finanzjarja disponibbli għall-pubbliku (kif ippubblikat fil-Global Financials minn Dun & BradStreet (66)) li tista’ tintuża bħala indikatur sabiex jiġi ddeterminat ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitti. L-informazzjoni finanzjarja disponibbli għall-pubbliku ta’ dawn il-kumpaniji saret disponibbli għall-partijiet interessati bħala hemża mat-Tieni Nota.

    3.2.7.   Il-kalkolu

    (86)

    Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    (87)

    L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni ddependiet mill-informazzjoni mogħtija mill-industrija tal-Unjoni dwar il-konsum ta’ kull fattur tal-produzzjoni (materja prima, manodopera u enerġija) għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Dawn il-volumi ta’ konsum ġew immultiplikati bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità stabbilita fit-Tajlandja, kif deskritt fil-premessi minn (76) sa (85).

    (88)

    It-tieni, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura ddeterminati kif deskritt fil-premessa (84) mal-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

    (89)

    Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitti fil-pajjiż rappreżentattiv ikkalkolati kif indikat fil-premessa (85) għall-ispiża tal-produzzjoni stabbilita kif deskritt fil-premessa (88). L-SG&A u l-profitti espressi bħala perċentwal tal-Kostijiet ta’ Oġġetti Mibjugħa (“COGS”) u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni ammontaw għal 14,1 % u 1,7 % rispettivament. Dan il-livell ta’ profitti jitqies mhux raġonevoli minħabba l-livell baxx tiegħu iżda, billi d-dumping kien diġà stabbilit anki qabel ma żdied livell raġonevoli ta’ profitti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża livell tant baxx peress li ma jkollu l-ebda impatt prattiku fuq il-kalkolu tad-dumping għall-fini tas-sejbiet ta’ dan ir-rieżami.

    (90)

    Minħabba l-fatt li l-ebda produttur esportatur ma kkoopera, il-valur normali ġie stabbilit fuq bażi nazzjonali.

    3.2.8.   Prezz tal-esportazzjoni

    (91)

    Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, u għalhekk fin-nuqqas ta’ informazzjoni speċifika dwar il-prezzijiet Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri abbażi tal-istatistika dwar l-importazzjonijiet tal-Eurostat Comext. Billi dawn il-prezzijiet huma rrapportati fuq bażi ta’ Kost, Assigurazzjoni u Nol (“CIF”), ġew aġġustati għal livell ex-works billi tnaqqsu n-nol bil-baħar u l-assigurazzjoni, abbażi tad-data tal-OECD (67) u t-trasport intern abbażi tad-data tal-Bank Dinji (68).

    3.2.9.   Tqabbil u marġni tad-dumping

    (92)

    Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali maħdum f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku mal-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ex-works. Fuq dik il-bażi, il-marġni ta’ dumping, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ 100,3 %. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    3.3.   Il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping

    (93)

    Sabiex teżamina l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping, il-Kummissjoni eżaminat l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ kif ukoll l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

    3.3.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ

    (94)

    Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi Ċiniżi, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ ġew stabbiliti abbażi tal-fatti disponibbli u b’mod partikolari abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-applikant, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

    (95)

    Skont id-data pprovduta fit-talba, il-kapaċità ta’ produzzjoni tat-TPF fl-2019 ammontat għal 890 000 tunnellata. L-applikant ikkalkola wkoll li, l-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ riżerva tal-prodott taħt rieżami fir-RPĊ ammontat għal madwar 197 000 tunnellata fl-2019. Dan huwa ekwivalenti għal sitt darbiet il-volum tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni lejn l-Unjoni u erba’ darbiet il-volum tal-konsum tal-UE.

    (96)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi Ċiniżi tat-TPF għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti, li jistgħu jużaw sabiex jipproduċu t-TPF għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    3.3.2.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

    (97)

    Is-suq tal-Unjoni dejjem kien attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi tat-TPF. Dan jintwera mill-preżenza kontinwa tagħhom fis-suq tal-Unjoni mill-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali kif ukoll mill-isforzi li saru biex jippruvaw jevitaw il-miżuri fis-seħħ fil-passat permezz tat-Tajwan, l-Indoneżja, is-Sri Lanka u l-Filippini kif imsemmi fil-premessa (2).

    (98)

    Fl-aħħar nett, meta jitqies li minbarra l-UE, l-Arġentina (69), il-Ġappun (70), il-Messiku (71), it-Turkija (72) u l-Istati Uniti (73) għandhom miżuri anti-dumping għoljin fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ TPFs mir-RPĊ, huwa probabbli li kwantitajiet kbar ta’ din il-kapaċità ta’ riżerva jiġu diretti lejn is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    3.3.3.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping

    (99)

    L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet mir-RPĊ komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Meta jitqiesu l-importazzjonijiet tat-TPFs lejn l-Unjoni matul il-PIR bi prezzijiet l-oġġett ta’ dumping, il-kapaċità ta’ riżerva kbira fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li kwantitajiet sinifikanti ta’ TPFs mir-RPĊ x’aktarx jidħlu fis-suq tal-Unjoni f’livelli ta’ prezzijiet oġġett ta’ dumping, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    (100)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni tad-dumping.

    4.   IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

    4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

    (101)

    Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prodott simili ġie mmanifatturat minn tmintax-il produttur fl-Unjoni. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

    4.2.   Konsum mill-Unjoni

    (102)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni mal-importazzjonijiet mir-RPĊ u minn pajjiżi terzi oħrajn permezz ta’ data mill-Eurostat fil-livell tal-kodiċi TARIC (tariffa integrata tal-Unjoni Ewropea).

    (103)

    Abbażi ta’ dan, il-konsum mill-Unjoni żviluppa kif ġej:

    Tabella 2

    Konsum mill-Unjoni

     

    2017

    2018

    2019

    PIR

    Konsum mill-Unjoni (tunnellati)

    46 277

    52 737

    49 237

    49 684

    Indiċi (2017 = 100 %)

    100

    114

    106

    107

    Sors:

    Id-data vverifikata tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-applikant u l-Eurostat

    (104)

    Peress li t-TPFs jintużaw l-aktar fl-industrija petrokimika, fil-kostruzzjoni, fil-ġenerazzjoni tal-enerġija, fil-bini tal-bastimenti u fl-installazzjonijiet industrijali sabiex jiġu konnessi t-tubi jew il-pajpijiet, id-domanda għat-TPF għalhekk hija notevolment marbuta mal-attività fis-settur tal-infrastruttura tal-enerġija, li min-naħa tagħha hija xprunata mill-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija.

    (105)

    Konsegwentement, wara rkupru fil-prezzijiet taż-żejt u tal-gass fl-2018 (74), il-konsum tal-Unjoni żdied b’madwar 14 % fl-2018 meta mqabbel mal-2017. Din iż-żieda fil-konsum kienet segwita minn tnaqqis ta’ 8 % fl-2019 (minħabba tnaqqis fil-prezz taż-żejt u tal-gass) u żieda żgħira fil-PIR, li madankollu rriżultat f’żieda ta’ 7 % fil-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

    4.3.   Importazzjonijiet miċ-Ċina

    4.3.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina

    (106)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat.

    Tabella 3

    Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u sehem mis-suq miċ-Ċina

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    TPF li joriġina miċ-Ċina

    5 864

    4 925

    5 047

    5 192

    Indiċi (2017 = 100 %)

    100

    84

    86

    89

    Sehem mis-suq (%)

    13

    9

    10

    10

    Sors:

    Eurostat

    (107)

    Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum totali tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqas minn 5 864 tunnellata fl-2017 għal 5 192 tunnellata fil-PIR. Is-sehem mis-suq Ċiniż segwa l-istess xejra u naqas fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn 13 % fl-2017 għal 10 % fil-PIR.

    4.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u t-twaqqigħ tal-prezz

    (108)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Fuq din il-bażi, il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej.

    Tabella 4

    Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (EUR/tunnellata)

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    TPF li joriġina miċ-Ċina

    1 265,05

    1 696,70

    1 870,44

    1 852,77

    Indiċi (2017 = 100 %)

    100

    134

    148

    146

    Sors:

    Eurostat

    (109)

    Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezz medju tal-importazzjonijiet żdied b’46 %, minn 1 265 EUR/tunnellata fl-2017 għal 1 852 EUR/tunnellata fil-PIR.

    (110)

    Kif imsemmi fil-premessa (13), l-ebda produttur esportatur Ċiniż ma kkoopera fl-investigazzjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni billi qabblet il-prezz medju ponderat tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitlub lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustat għal livell ex-works, u l-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat stabbilit abbażi ta’ kost, assigurazzjoni, nol (CIF) abbażi tal-Eurostat, b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u l-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi, mingħajr ma jitqiesu d-dazji AD, waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni b’16,4 %. Meta jitqiesu d-dazji AD, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu qegħdin jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li kienu 28 % ogħla mil-livell tal-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni.

    4.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

    (111)

    Il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej:

    Tabella 5

    Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u sehem mis-suq minn pajjiżi terzi oħrajn (għajr iċ-Ċina)

    Pajjiż

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    Total ta’ pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina

    Importazzjonijiet

    10 506

    13 632

    12 883

    13 563

     

    Indiċi

    100

    130

    123

    129

     

    Sehem mis-suq (%)

    23

    26

    26

    27

     

    Prezz (EUR/tunnellata)

    2 083

    2 209

    2 396

    2 478

     

    Indiċi (2016 = 100)

    100

    106

    115

    119

    It-Turkija

    Importazzjonijiet

    1 498

    1 907

    2 800

    2 860

     

    Sehem mis-suq (%)

    3

    4

    6

    6

     

    Prezz (EUR/tunnellata)

    1 825

    1 978

    2 032

    2 090

    Il-Vjetnam

    Importazzjonijiet

    2 527

    2 958

    1 976

    2 240

     

    Sehem mis-suq (%)

    5

    6

    4

    5

     

    Prezz (EUR/tunnellata)

    1 504

    1 554

    1 794

    1 850

    Il-Kambodja

    Importazzjonijiet

    1 905

    2 471

    2 076

    2 172

     

    Sehem mis-suq (%)

    4

    5

    4

    4

     

    Prezz (EUR/tunnellata)

    1 328

    1 541

    1 663

    1 597

    Pajjiżi terzi oħrajn (għajr iċ-Ċina, it-Turkija, il-Vjetnam u l-Kambodja)

    Importazzjonijiet

    4 576

    6 296

    6 031

    6 291

     

    Sehem mis-suq (%)

    10

    12

    12

    13

     

    Prezz (EUR/tunnellata)

    2 801

    2 849

    3 015

    3 182

    Sors:

    Eurostat

    (112)

    L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ammontaw għal 13 563 tunnellata fil-PIR u żdiedu b’29 % meta mqabbla mal-2017. Din iż-żieda seħħet prinċipalment bejn l-2017 u l-2018, filwaqt li l-volumi tal-importazzjoni baqgħu relattivament stabbli wara u sa tmiem il-PIR. Iż-żieda fl-importazzjonijiet hija riflessa fis-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet li żdied minn 23 % fl-2017 għal 27 % fil-PIR. Il-prezz medju tal-importazzjoni żdied b’mod kostanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u żdied bi 19 % fil-PIR meta mqabbel mal-2017. Bħala medja, dawn il-prezzijiet kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

    4.5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    4.5.1.   Rimarki ġenerali

    (113)

    F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (114)

    Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data pprovduta mill-applikant u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

    (115)

    L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat.

    (116)

    L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

    4.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

    4.5.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

    (117)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 6

    Il-produzzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    Il-volum tal-produzzjoni (tunnellati)

    38 617

    50 562

    46 812

    41 162

    Indiċi (2017 = 100)

    100

    131

    121

    107

    Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

    144 702

    158 271

    150 526

    150 526

    Indiċi (2017 = 100)

    100

    109

    104

    104

    L-użu tal-kapaċità (%)

    27

    32

    31

    27

    Sors:

    Id-data pprovduta mill-applikant u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (118)

    Il-produzzjoni tal-Unjoni żdiedet b’7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u segwiet fil-biċċa l-kbira l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija. B’mod aktar speċifiku, żieda relattivament qawwija ta’ 31 % fl-2018 kienet segwita minn tnaqqis kemm fl-2019 kif ukoll fil-PIR.

    (119)

    Il-kapaċità tal-produzzjoni segwiet xejra simili għal dik tal-produzzjoni, jiġifieri żieda akbar fl-2018 segwita minn tnaqqis fl-2019 u fil-PIR. B’mod ġenerali, il-kapaċità tal-produzzjoni naqset b’4 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (120)

    L-użu tal-kapaċità, li segwa xejriet simili, baqa’ baxx ħafna matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (27 - 32 %). F’konformità mal-investigazzjoni ta’ skadenza preċedenti (75), il-livell baxx ta’ użu tal-kapaċità huwa parzjalment dovut għall-metodu li ntuża sabiex tiġi kkalkolata l-kapaċità totali, fejn il-kapaċità rrapportata hija kapaċità massima teoretika (3 xifts kuljum), li mhux neċessarjament tirrifletti bir-reqqa l-kapaċità attwali.

    4.5.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

    (121)

    Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 7

    Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    Volum tal-bejgħ fl-Unjoni (tunnellati)

    29 907

    34 180

    31 306

    30 929

    Indiċi (2017 = 100)

    100

    114

    105

    103

    Sehem mis-suq (%)

    65

    65

    64

    62

    Sors:

    Id-data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (122)

    Il-volum tal-bejgħ tal-prodott simili mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat essenzjalment segwa x-xejriet tas-suq u l-evoluzzjoni tal-konsum tal-Unjoni, u żdied l-aktar fl-2018 sabiex imbagħad naqas kważi għal-livelli tal-2017 fil-PIR (+ 3 % żieda).

    (123)

    Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli b’65 % fil-perjodu mill-2017 sal-2018, imbagħad naqas għal 62 % fil-PIR. Dan huwa paragonabbli mas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ta’ 64 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti (76).

    4.5.2.3.   It-tkabbir

    (124)

    Minkejja żieda fil-volum tal-bejgħ ta’ 3 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ma żdiedx bl-istess pass bħad-domanda, li żdiedet b’7 %, u għalhekk is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 65 % fl-2017 għal 62 % fil-PIR.

    4.5.2.4.   L-impjiegi u l-produttività

    (125)

    L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 8

    Impjiegi u produttività tal-produtturi tal-Unjoni

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    In-numru ta’ impjegati

    953

    1 035

    996

    958

    Indiċi (2017 = 100)

    100

    109

    105

    101

    Produttività (tunnellati/impjegat)

    41

    49

    47

    43

    Indiċi (2017 = 100)

    100

    121

    116

    106

    Sors:

    Id-data pprovduta mill-applikant u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (126)

    Kemm l-impjiegi kif ukoll il-produttività żdiedu fl-2018 meta mqabbla mal-2017 u mbagħad naqsu fil-PIR għal livelli moderatament ogħla mil-livelli tal-2017 (1 % għall-impjiegi u 6 % għall-produttività rispettivament).

    4.5.3.   Il-kobor tal-marġini tad-dumping u l-irkupru minn dumping fil-passat

    (127)

    Il-marġni tad-dumping stabbilit mill-investigazzjoni fil-każ preżenti kien ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġni attwali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni huwa għalhekk sostanzjali, mhux biss fid-dawl tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, iżda wkoll minħabba l-volumi ta’ dawk l-importazzjonijiet.

    (128)

    Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni għadha fi proċess ta’ rkupru mill-effetti ta’ dumping dannuż fil-passat minn importazzjonijiet ta’ TPFs li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja.

    4.5.4.   Indikaturi mikroekonomiċi

    4.5.4.1.   Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

    (129)

    Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni u l-kost unitarju żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 9

    Il-prezzijiet medji tal-bejgħ fl-Unjoni u l-kost unitarju

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    Prezz unitarju medju tal-bejgħ fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

    2 479

    2 547

    2 709

    2 583

    Indiċi (2017 = 100)

    100

    103

    109

    104

    Kost unitarju tal-produzzjoni

    (EUR/tunnellata)

    3 096

    2 878

    3 007

    3 079

    Indiċi (2017 = 100)

    100

    93

    97

    100

    Sors:

    it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (130)

    Il-prezz unitarju medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdied b’4 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u laħaq l-ogħla livelli fl-2019 (+ 9 % meta mqabbel mal-2017). Il-kost unitarju tal-produzzjoni naqas b’7 % mill-2017 sal-2018 u mbagħad żdied sakemm laħaq l-istess livell tal-2017 fil-PIR.

    4.5.4.2.   Il-kostijiet lavorattivi

    (131)

    Il-kostijiet lavorattivi medji żviluppaw matul kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 10

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR/impjegat)

    55 627

    63 259

    62 588

    60 718

    Indiċi (2017 = 100)

    100

    114

    113

    109

    Sors:

    it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (132)

    Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu b’9 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    4.5.4.3.   Stokks

    (133)

    Il-livelli tal-istokks żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 11

    Stokks

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    L-istokks tal-għeluq (tunnellati)

    7 416

    7 716

    8 830

    6 938

    Indiċi (2017 = 100)

    100

    104

    119

    94

    Sors:

    it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (134)

    Il-livell tal-istokks tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdied gradwalment matul is-snin mill-2018 sal-2019, filwaqt li naqas taħt il-livelli tal-2017 (bi 3 %) fil-PIR.

    4.5.4.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

    (135)

    Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 12

    Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

    -22

    -4

    -6

    -12

    Indiċi (2017 = 100)

    - 100

    -20

    -27

    -53

    Fluss tal-flus (EUR)

    - 712 306

    3 885 489

    -2 909 316

    -3 154 172

    Indiċi (2017 = 100)

    - 100

    545

    - 408

    - 443

    Investimenti (EUR)

    5 206 064

    4 312 069

    4 030 480

    3 429 405

    Indiċi (2017 = 100)

    100

    83

    77

    66

    Redditu fuq l-investimenti (%)

    -12

    7

    -7

    -14

    Indiċi (2017 = 100)

    - 100

    56

    -61

    - 116

    Sors:

    it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (136)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal mill-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà tal-produtturi inklużi fil-kampjun kienet negattiva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u marret minn -22 % fl-2017 għal -12 % fil-PIR. Din kienet -4 % u -6 % rispettivament fis-snin mill-2018 sal-2019, f’konformità ma’ żieda fid-domanda flimkien ma’ tnaqqis fil-kost tal-produzzjoni.

    (137)

    Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja l-attivitajiet tagħha. Il-fluss tal-flus nett baqa’ negattiv matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni bl-eċċezzjoni tal-2018 minħabba kundizzjonijiet favorevoli tas-suq.

    (138)

    L-investimenti (iffokati l-aktar fuq it-titjib tat-tagħmir tal-produzzjoni, iż-żieda fil-kwalità, il-produttività u l-flessibbiltà fil-proċess tal-produzzjoni) naqsu gradwalment matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u kienu 34 % anqas fil-PIR meta mqabbla mal-2017. Din ix-xejra hija indikattiva tal-inċertezza tas-suq li rriżultat mill-pandemija tal-COVID u mit-tnaqqis fid-domanda kkawżat minn prezzijiet tal-enerġija aktar baxxi fl-2019 u fil-PIR.

    (139)

    Ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili wera xejra simili għall-profittabbiltà, u żdied b’mod qawwi fl-2018 sabiex imbagħad naqas fl-2019 u fil-PIR.

    4.5.5.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

    (140)

    Minkejja titjib speċjalment fi snin bi klima tas-suq favorevoli (eż. fl-2018, jiġifieri qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 u wara ż-żieda fl-investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija bis-saħħa tal-irkupru tal-prezzijiet taż-żejt u tal-gass), is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għadha prekarja. Ma setgħetx tieħu vantaġġ sħiħ miż-żieda fid-domanda matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u dan irriżulta fi tnaqqis fis-sehem mis-suq minn 65 % għal 62 %. L-industrija tal-Unjoni baqgħet tagħmel telf kbir matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kollu. It-telf tagħha kien jammonta għal -12 % fil-PIR. Il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti kienu fil-biċċa l-kbira negattivi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (141)

    Minkejja dan ta’ hawn fuq, żieda żgħira fil-produttività matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni b’saħħitha b’mod konsistenti tal-industrija tal-Unjoni, bl-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw madwar 20 % tal-bejgħ totali tagħhom, ikkontribwew għall-vijabbiltà kontinwa tal-industrija tal-Unjoni, u juru l-isforzi kontinwi tal-industrija tal-Unjoni sabiex din tidħol fi swieq ġodda u tibqa’ kompetittiva fix-xena globali.

    (142)

    Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

    (143)

    Il-Kummissjoni imbagħad ivvalutat jekk hemmx rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Il-kwantitajiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ baqgħu sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, iżda naqsu bi 11 %. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’46 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Meta jitqiesu l-miżuri fis-seħħ, dawn l-importazzjonijiet daħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet 28 % ogħla mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u għalhekk f’livelli mhux dannużi.

    (144)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma setax jiġi kkawżat mill-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

    (145)

    Fuq dan l-isfond, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ jekk il-miżuri jitħassru.

    5.   IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU KKAWŻAT ORIĠINARJAMENT MINN IMPORTAZZJONIJIET OĠĠETT TA’ DUMPING MILL-PAJJIŻ IKKONĊERNAT JEKK IL-MIŻURI JITĦASSRU

    (146)

    Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, il-Kummissjoni qieset l-elementi li ġejjin: (1) il-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiż ikkonċernat u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni; u (2) l-impatt tal-importazzjonijiet potenzjali u l-livelli tal-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet mir-RPĊ fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    (147)

    Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (95), il-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ riżerva disponibbli fiċ-Ċina kienet tirrappreżenta erba’ darbiet il-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Mingħajr id-dazji AD fis-seħħ, l-importazzjonijiet Ċiniżi jwaqqgħu l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni b’16,4 %. Minħabba li l-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz ġew ibbażati fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li bihom l-industrija qiegħda tagħmel telf, il-marġnijiet tad-dannu jkunu ħafna ogħla. Għalhekk, jekk il-miżuri jitħassru, huwa probabbli li volumi għoljin ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezzijiet dannużi jidħlu fis-suq tal-Unjoni.

    (148)

    L-interess kontinwu tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni jidher mill-volumi ta’ importazzjoni relattivament stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minkejja l-miżuri fis-seħħ. Barra minn hekk, instab li l-esportaturi Ċiniżi jevitaw il-miżuri anti-dumping fis-seħħ permezz ta’ erba’ pajjiżi terzi differenti jiġifieri t-Tajwan, is-Sri Lanka, l-Indoneżja u l-Filippini. Dawn il-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni ripetuti juru biċ-ċar l-interess tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fl-aċċess għas-suq tal-Unjoni mingħajr restrizzjonijiet u, b’hekk, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Ċiniżi. Fl-aħħar nett, kif spjegat fil-premessa (104), għadd ta’ pajjiżi terzi oħrajn ukoll għandhom miżuri anti-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ TPFs mir-RPĊ, li jagħmilha probabbli li kwantitajiet kbar ta’ TPFs mir-RPĊ jiġu diretti lejn is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    (149)

    Iż-żieda probabbli ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezzijiet dannużi twassal għal aktar deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-pressjoni fuq il-prezzijiet ma tippermettix lill-industrija tal-Unjoni żżid il-prezzijiet tagħha għal livelli li jrendu profitt u x’aktarx twassal għal aktar telf finanzjarju u għal tnaqqis fl-iskala tal-produzzjoni jew saħansitra l-għeluq tal-fabbriki tal-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn l-importazzjonijiet ikomplu jieħdu sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni għad-dann tal-industrija tal-Unjoni, u dan jirriżulta fit-tnaqqis saħansitra ulterjuri tal-użu diġà baxx tal-kapaċità mill-industrija tal-Unjoni.

    (150)

    Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tħassir tal-miżuri fis-seħħ x’aktarx li tirriżulta f’rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni oriġinarjament ikkawżat minn importazzjonijiet mir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 11(2) tar-regolament bażiku.

    6.   INTERESS TAL-UNJONI

    (151)

    F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti kontra ċ-Ċina jmorrux kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inkluż dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

    (152)

    Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

    (153)

    Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u ta’ rikorrenza tad-dannu, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

    6.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

    (154)

    Kif konkluż fil-premessi (140) u (142) u kif ikkonfermat mix-xejriet negattivi ta’ diversi indikaturi tad-dannu, l-industrija tal-Unjoni kompliet tkun f’sitwazzjoni fraġli ħafna matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, ġie konkluż fil-premessa (148) li jekk il-miżuri anti-dumping kontra ċ-Ċina jitħallew jiskadu, jerġa’ jseħħ dannu.

    (155)

    B’mod ġenerali, minkejja s-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni qieset li l-industrija għadha vijabbli. Mhux biss il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni hija b’saħħitha b’mod konsistenti, u l-bejgħ tal-esportazzjoni jammonta għal sehem sinifikanti tal-volum tal-bejgħ, iżda l-livelli tal-produttività żdiedu wkoll matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni għadha turi livelli baxxi ħafna ta’ użu tal-kapaċità u għad għandha profittabbiltà negattiva.

    (156)

    Kwalunkwe deterjorament ulterjuri jkollu impatt fuq is-sitwazzjoni ġenerali tagħha bir-riskju ta’ tnaqqis fl-iskala tal-produzzjoni jew saħansitra għeluq definittiv tas-siti tal-produzzjoni fl-Unjoni. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li ż-żamma tal-miżuri kontra ċ-Ċina tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

    6.2.   L-interess tal-importaturi, tan-negozjanti u tal-utenti

    (157)

    Żewġ importaturi mhux relatati, li jammontaw għal madwar 6 % tal-importazzjonijiet totali ta’ TPF miċ-Ċina fil-PIR, ippreżentaw ruħhom wara l-pubblikazzjoni tan-notifika ta’ bidu. Iż-żewġ importaturi esprimew appoġġ għat-tkomplija tal-miżuri. L-attività kummerċjali tagħhom relatata mal-prodott ikkonċernat kienet profittabbli fil-PIR. Għalhekk, huwa konkluż li mill-perspettiva tal-importaturi, ma hemm l-ebda raġuni konvinċenti sabiex ma jiġux estiżi l-miżuri eżistenti.

    (158)

    L-ebda utent ma ppreżenta ruħu wara l-pubblikazzjoni tan-notifika ta’ bidu u matul l-investigazzjoni. Huwa mfakkar li t-TPFs huma biss aċċessorji użati sabiex jiġu konnessi t-tubi jew il-pajpijiet flimkien u għalhekk il-kost tagħhom ġeneralment jirrappreżenta biss parti żgħira mill-kost ġenerali tal-proġett.

    (159)

    Għalhekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq l-utenti li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri.

    6.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

    (160)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti ta’ interess tal-Unjoni kontra l-estensjoni tal-miżuri anti-dumping attwali fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina.

    7.   MIŻURI ANTI-DUMPING

    (161)

    Mill-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq isegwi li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, applikabbli skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1934, jenħtieġ li jinżammu.

    (162)

    Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Ingħataw ukoll perjodu sabiex jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. Ma wasal l-ebda kumment.

    (163)

    Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (77), meta ammont għandu jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rata tal-imgħax li jenħtieġ li titħallas għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

    (164)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Qed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ fittings ta’ tubi u pajpijiet (għajr għal fittings fonduti, flanġijiet u fittings bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (eskluż l-azzar inossidabbli), b’dijametru estern massimu li ma jaqbiżx is-609,6 mm, ta’ tip użat għall-iwweldjar tarf ma’ tarf jew għal skopijiet oħrajn, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19 u ex 7307 99 80 (kodiċi TARIC 7307931191, 7307931193, 7307931194, 7307931195, 7307931199, 7307931991, 7307931993, 7307931994, 7307931995, 7307931999, 7307998092, 7307998093, 7307998094, 7307998095 u 7307998098) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

    2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

    Pajjiż

    Kumpanija

    Rata tad-dazju (%)

    Kodiċijiet addizzjonali TARIC

    Iċ-Ċina

    Il-kumpaniji kollha

    58,6

    -

    Artikolu 2

    1.   Id-dazju anti-dumping definittiv impost mill-Artikolu 1 fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet tal-istess fittings (li bħalissa huma kklassifikati taħt il-kodiċijiet TARIC: 7307931191; 7307931991; 7307998092) ikkonsenjati mit-Tajwan (il-kodiċi addizzjonali TARIC A 999), kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan kif ukoll jekk le, bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti minn Chup Hsin Enterprise Co. Ltd, Kaohsiung (it-Tajwan) (il-kodiċi addizzjonali TARIC A 098), Rigid Industries Co. Ltd, Kaohsiung (it-Tajwan) (il-kodiċi addizzjonali TARIC A 099) u Niang Hong Pipe Fittings Co. Ltd, Kaohsiung (it-Tajwan) (il-kodiċi addizzjonali TARIC A 100).

    2.   Id-dazju anti-dumping definittiv impost mill-Artikolu 1 fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta’ fittings ta’ tubi jew pajpijiet (minbarra fittings fonduti, flanġijiet u fittings bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (mhux inkluż l-azzar inossidabbli), bl-akbar dijametru estern li ma jaqbiżx is-609,6 mm, ta’ tip użat għall-iwweldjar tarf ma’ tarf jew għal skopijiet oħrajn, attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 93 11 (il-kodiċi TARIC 7307931193), ex 7307 93 19 (il-kodiċi TARIC 7307931993), u ex 7307 99 80 (il-kodiċi TARIC 7307998093) ikkonsenjati mill-Indoneżja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Indoneżja kif ukoll jekk le.

    3.   Id-dazju anti-dumping definittiv impost bl-Artikolu 1 fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta’ fittings ta’ tubi jew pajpijiet (minbarra fittings fonduti, flanġijiet u fittings bil-kamin) tal-ħadid jew tal-azzar (mhux inkluż l-azzar inossidabbli), bl-akbar dijametru estern li ma jaqbiżx is-609,6 mm, ta’ tip użat għall-iwweldjar tarf ma’ tarf jew għal skopijiet oħrajn, attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 93 11 (il-kodiċi TARIC 7307931194), ex 7307 93 19 (il-kodiċi TARIC 7307931994), u ex 7307 99 80 (il-kodiċi TARIC 7307998094) ikkonsenjati mis-Sri Lanka, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka kif ukoll jekk le.

    4.   Id-dazju anti-dumping definittiv impost bl-Artikolu 1 fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta’ fittings ta’ tubi jew pajpijiet (minbarra fittings fonduti, flanġijiet u fittings bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (mhux inkluż l-azzar inossidabbli), bl-akbar dijametru estern li ma jaqbiżx is-609,6 mm, ta’ tip użat għall-iwweldjar tarf ma’ tarf jew għal skopijiet oħrajn, attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 93 11 (il-kodiċi TARIC 7307931195), ex 7307 93 19 (il-kodiċi TARIC 7307931995), u ex 7307 99 80 (il-kodiċi TARIC 7307998095) ikkonsenjati mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Filippini kif ukoll jekk le.

    5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 584/96 tal-11 ta’ Marzu 1996 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-Kroazja u mit-Tajlandja, u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost (ĠU L 84, 3.4.1996, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 tat-2 ta’ Ġunju 2003 li jimponi dazji definittivi ta’ kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tubi jew pajpijiet aċċessorji, tal-ħadid u l-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajlandja, u dawk ikkunsinnati mit-Tajwan, sewwa jekk le ddikjarati bħala oriġinarji mit-Tajwan (ĠU L 139, 6.6.2003, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2053/2004 tat-22 ta’ Novembru 2004 li jestendi d-dazju definittiv kontra d-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 964/2003 fuq l-importazzjonijiet ta’ tagħmir ta’ tubi jew ta’ pajpijiet, tal-ħadid jew l-azzar li jkunu ġejjin mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ tagħmir ta’ tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar li jkunu ġew ikkunsinnati mill-Indoneżja, kemm jekk ikunu ddikjarati li ġejjin mill-Indoneżja u kemm jekk le (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 4).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2052/2004 tat-22 ta’ Novembru 2004 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 964/2003 fuq l-importazzjonijiet ta’ tagħmir ta’ tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew l-azzar, ġejjin mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ tagħmir ta’ tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew l-azzar li jkunu ġew ikkunsinnati mis-Sri Lanka, kemm jekk ikunu dikjarati li ġejjin mis-Sri Lanka kif ukoll jekk le (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 9).

    (6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 655/2006 tas-27 ta’ April 2006 li jestendi d-dazji anti-dumping definittivi imposti bir-Regolament (KE) Nru 964/2003 dwar l-importazzjonijiet ta’ fittings ta’ tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew l-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ fittings ta’ tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew l-azzar ikkunsinnati mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li oriġinaw mill-Filippini kemm jekk le (ĠU L 116, 29.4.2006, s. 1).

    (7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1934 tas-27 ta’ Ottubru 2015 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 282, 28.10.2015, p. 14).

    (8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/566 tad-9 ta’ April 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tat-tubi u tal-pajpijiet li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni rigward l-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija (ĠU L 99, 10.4.2019, p. 9).

    (9)   ĠU C 38, 5.2.2020, p. 2.

    (10)   ĠU C 361, 27.10.2020, p. 6.

    (11)  https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2490.

    (12)  Avviż dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).

    (13)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 7.

    (14)  http://comext.eurostat.ec.europa.eu/ANALYTICAL_S10_V17_ECAS/Analytical.html

    (15)  Dun & Bradstreet (D&B): https://sso.dnb.com/

    (16)  Global Trade Alert - GTA: https://www.globaltradealert.org/data_extraction

    (17)  Bażi ta’ data tal-OECD:http://qdd.oecd.org/subject.aspx?Subject=ExportRestrictions_IndustrialRawMaterials

    (18)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 tas-16 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi wweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 145) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 tas-7 ta’ April 2020 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 110, 8.4.2020, p. 3).

    (19)  Ara l-premessi 149-150 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 158-159 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508.

    (20)  Ara l-premessi 115-118 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 122-127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508.

    (21)  Ara l-premessi 119-122 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 128-132 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508: Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija trid tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, mill-anqas sa mill-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fis-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-SSCR u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

    (22)  Ara l-premessi 123-129 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 133-138 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508.

    (23)  Ara l-premessi 130-133 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 139-142 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508.

    (24)  Ara l-premessi 134-135 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 143-144 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508.

    (25)  Ara l-premessi 136-145 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 145-154 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508.

    (26)  Disponibbli fuq https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf

    (27)  It-test sħiħ tal-pjan huwa disponibbli fuq is-sit web tal-MIIT:http://www.miit.gov.cn/n1146295/n1652858/n1652930/n3757016/c5353943/content.html (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020)

    (28)  Il-Pjan ta’ Aġġustament u ta’ Titjib tal-Industrija tal-Azzar għall-2016 sal-2020, paġna 24

    (29)  Il-Pjan ta’ Aġġustament u ta’ Titjib tal-Industrija tal-Azzar għall-2016-2020, paġna 25

    (30)  TISCO, “Il-profil tal-kumpanija”, http://en.tisco.com.cn/CompanyProfile/20151027095855836705.html (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Marzu 2020)

    (31)  Baowu, “Il-profil tal-kumpanija”, http://www.baowugroup.com/en/contents/5273/102759.html (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021)

    (32)  Ir-Rapport – Il-Kapitolu 14, p. 358: 51 % kumpaniji privati u 49 % SOEs f’termini ta’ produzzjoni u 44 % SOEs u 56 % kumpaniji privati f’termini ta’ kapaċità.

    (33)  Disponibbli fuq:

    www.gov.cn/zhengce/content/2016-02/04/content_5039353.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021); https://policycn.com/policy_ticker/higher-expectations-for-large-scale-steel-enterprise/?iframe=1&secret=c8uthafuthefra4e (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021), uwww.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).

    (34)  Disponibbli fuq http://www.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021) u http://www.jjckb.cn/2019-04/23/c_137999653.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).

    (35)  Kif kien il-każ tal-fużjoni bejn il-kumpanija privata Rizhao u l-SOE Shandong Iron and Steel fl-2009. Ara r-rapport ta’ Beijing steel, p. 58, u s-sehem ta’ maġġoranza akkwistat ta’ China Baowu Steel Group f’Magang Steel f’Ġunju tal-2019, ara https://www.ft.com/content/a7c93fae-85bc-11e9-a028-86cea8523dc2 (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).

    (36)  Ir-Rapport, il-Parti I tal-Kapitolu 5, p. 100-1.

    (37)  Ir-Rapport, il-Parti I tal-Kapitolu 2, p. 26.

    (38)  Ir-Rapport, il-Parti I tal-Kapitolu 2, p. 31-2.

    (39)  Disponibbli fuq https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (ikkonsultat l-aħħar fit-22 ta’ Ottubru 2021)

    (40)  Ir-Rapport, il-Parti III tal-Kapitolu 14, p. 346 ff.

    (41)  Introduzzjoni għall-Pjan ta’ Aġġustament u ta’ Titjib tal-Industrija tal-Azzar.

    (42)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 14, p. 347.

    (43)  It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (2016-2020), disponibbli fuq

    https://en.ndrc.gov.cn/newsrelease_8232/201612/P020191101481868235378.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-6 ta’ Mejju 2021).

    (44)  Ir-Rapport – Il-Kapitolu 14, p. 349.

    (45)  Ir-Rapport – Il-Kapitolu 14, p. 352.

    (46)  Il-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (il-Verżjoni tal-2011) (l-Emenda tal-2013) maħruġ bl-Ordni Nru 9 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-27 ta’ Marzu 2011, u emendat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma dwar l-Emendar tal-Klawżoli Rilevanti tal-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (il-Verżjoni tal-2011) maħruġa bl-Ordni Nru 21 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-16 ta’ Frar 2013.

    (47)  Ara l-premessi 134-135 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u l-premessi 143-144 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508.

    (48)  Id-Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

    (49)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali tal-prodott taħt rieżami.

    (50)  L-elettriku (http://www.mea.or.th/en/profile/109/114), il-gass naturali (http://www.eppo.go.th/index.php/en/en-energystatistics/energy-economy-static), iż-żejt fjuwil (http://www.eppo.go.th/index.php/en/en-energystatistics/petroleumprice-statistic) u l-ilma (https://en.pwa.co.th/contents/service/table-price).

    (51)  http://www.nso.go.th/sites/2014en/Pages/Statistical%20Themes/Population-Society/Labour/Labour-Force.aspx

    (52)  https://home.kpmg/xx/en/home/insights/2011/12/thailand-other-taxes-levies.html

    (53)  Ara: http://www.eppo.go.th/index.php/en/en-energystatistics/energy-economy-static, b’mod partikolari t-Tabella 7.2.4 - Il-Konsum Finali tal-Enerġija Per Capita.

    (54)  http://www.eppo.go.th/index.php/en/en-energystatistics/energy-economy-static

    (55)  http://www.eppo.go.th/index.php/en/en-energystatistics/petroleumprice-statistic

    (56)  https://en.pwa.co.th/contents/service/table-price

    (57)  Is-“sigurtà soċjali mħallsa mill-impjegatur” fit-Tajlandja ġiet estratta mill-istatistika tal-KPMG Thailand insights:https://home.kpmg/xx/en/home/insights/2011/12/thailand-other-taxes-levies.html

    (58)  Il-parametri referenzjarji tal-manodopera matul il-PI speċifiku u r-rati tal-kambju korrispondenti ġew estratti mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tat-Tajlandja (National Statistical Office of Thailand, NSO) http://www.nso.go.th/sites/2014en/Pages/Statistical%20Themes/Population-Society/Labour/Labour-Force.aspx

    (59)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur normali u, fi kwalunkwe każ, tali data dwar l-importazzjoni kienet negliġibbli.

    (60)  Il-parametri referenzjarji tal-manodopera fil-PI speċifiku u r-rati tal-kambju korrispondenti ġew estratti mill-NSO, l-“Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tat-Tajlandja” http://www.nso.go.th/sites/2014en/Pages/Statistical%20Themes/Population-Society/Labour/Labour-Force.aspx

    (61)  Is-“sigurtà soċjali mħallsa mill-impjegatur” fit-Tajlandja ġiet estratta mill-istatistika tal-KPMG, Thailand insights:https://home.kpmg/xx/en/home/insights/2011/12/thailand-other-taxes-levies.html

    (62)  http://www.mea.or.th/en/profile/109/114 bil-medja li ġejja kkalkolata abbażi tal-istandards Ewropej, peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni: 3,85 Baht/kWh, 0,10 Euro/kWh, 0,77 CNY/kWh.

    (63)  Ara: http://www.eppo.go.th/index.php/en/en-energystatistics/energy-economy-static, b’mod partikolari t-Tabella 7.2.4 - Il-Konsum Finali tal-Enerġija Per Capita.

    (64)  Il-Ministeru għall-Enerġija tat-Tajlandja, l-Uffiċċju tal-politika u l-ippjanar tal-enerġija, l-istatistika dwar l-Enerġija, 8.1. L-istatistika dwar il-prezzijiet tal-petroleum, it-Tabella 8, il-Prezz bl-Imnut tal-Prodotti tal-Petroleum disponibbli fuq: http://www.eppo.go.th/index.php/en/en-energystatistics/petroleumprice-statistic.

    (65)  L-Awtorità Provinċjali tax-Xogħlijiet tal-Ilma tat-Tajlandja: https://en.pwa.co.th/contents/service/table-price

    (66)  https://globalfinancials.com/index-admin.html

    (67)  Sors: OECD: https://stats.oecd.org/Index.aspx?DataSetCode=CIF_FOB_ITIC

    (68)  Ir-Rapport tal-Bank Dinji tal-2020 “Doing Business”: https://www.doingbusiness.org/en/reports/global-reports/doing-business-2020 u https://www.doingbusiness.org/en/methodology/trading-across-borders

    (69)  L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, ir-Rapport Semiannwali skont l-Artikolu 16.4 tal-Ftehim: L-Arġentina, G/AD P/N/195/ARG, 22 ta’ Frar 2010

    (70)  https://www.globaltradealert.org/intervention/56880/anti-dumping/japan-definitive-antidumping-duty-on-imports-of-carbon-steel-butt-welding-fittings-from-china-and-the-republic-of-korea3

    (71)  https://books.google.pt/books?id=7rKr0uKDNMMC&pg=SL9-PA26&lpg=SL9-PA26&dq=Mexico+China+dumping+fittings&source=bl&ots=kp3iTJjBlU&sig=ACfU3U1RlWaGPCCQZZ#v=onepage&q=Mexico%20China%20dumping%20fittings&f=false

    (72)  https://www.globaltradealert.org/intervention/16725/anti-dumping/turkey-extension-of-antidumping-duties-on-imports-of-tube-or-pipe-fittings-from-brazil-bulgaria-china-india-indonesia-and-thailand-as-well-as-on-imports-from-chinese-taipei-following-an-anti-circumvention-investigation5

    (73)  https://www.usitc.gov/publications/701_731/pub4628.pdf

    (74)  Ara https://www.statista.com/statistics/262858/change-in-opec-crude-oil-prices-since-1960/ u https://www.statista.com/statistics/252791/natural-gas-prices/ għall-evoluzzjoni tal-prezzijiet taż-żejt u tal-gass naturali fil-perjodu kkunsidrat.GG

    (75)  Ara l-premessi 81-82 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1934.

    (76)  L-1 ta’ Lulju 2013 – it-30 ta’ Ġunju 2014 (TPF Ċina).

    (77)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


    Top