Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022O0912

Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022 dwar il-ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2012/27 (BĊE/2022/8)

ECB/2022/8

ĠU L 163, 17.6.2022, p. 84–185 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/11/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2022/912/oj

17.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/84


LINJA GWIDA (UE) 2022/912 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-24 ta’ Frar 2022

dwar il-ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) u li tħassar il-Linja Gwida 2013/47/UE (BĊE/2012/27) (BĊE/2022/8)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) hija rregolata mil-Linja Gwida 2013/47/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2012/27) (1).

(2)

Fl-20 ta’ Marzu 2018, daħal fis-seħħ il-“Ftehim Kollettiv” iffirmat bejn il-banek ċentrali li joperaw sistemi komponenti tat-TARGET2 u d-depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) li joperaw fuq il-pjattaforma tat-TARGET2-Securities. Dan il-Ftehim ikopri l-għoti ta’ informazzjoni u r-responsabbiltà fil-każ tal-insolvenza ta’ parteċipant fis-sistemi u jiddefinixxi mument komuni ta’ dħul għal ħlasijiet u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ titoli li jiġu saldati f’dawn is-sistemi.

(3)

Fis-6 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill Governattiv approva l-Proġett ta’ Konsolidazzjoni T2-T2S, li l-għan tiegħu huwa li jikkonsolida u jottimizza t-TARGET2 u t-TARGET2-Securities (T2S), billi jibbenefikaw minn approċċi avvanzati u innovazzjoni teknoloġika, jippermettu tnaqqis fl-ispiża operazzjonali kkombinata tagħhom, u jsaħħu l-ġestjoni tal-likwidità fid-diversi servizzi. Ir-riżultat tal-Proġett ta’ Konsolidazzjoni T2-T2S huwa l-ġenerazzjoni l-ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer li tissalda f’euro fi flus tal-bank ċentrali (TARGET).

(4)

Mill-21 ta’ Novembru 2022, it-TARGET2 jenħtieġ li tiġi ssostitwita mit-TARGET. Għaldaqstant, il-Linja Gwida 2013/47/UE (BĊE/2012/27) jenħtieġ li tiġi rrevokata.

(5)

Bħal fil-każ tat-TARGET2, it-TARGET jenħtieġ li tkun strutturata legalment bħala sistemi ta’ ħlas multipli, fejn is-sistemi komponenti kollha tat-TARGET ikunu armonizzati kemm jista’ jkun.

(6)

Bħal fil-każ tat-TARGET2, fit-TARGET jenħtieġ li jkun hemm tliet livelli separati ta’ governanza. Il-Livell 1 (il-Kunsill Governattiv) jenħtieġ li jkollu l-kompetenza finali fir-rigward tat-TARGET u jissalvagwardja l-funzjoni pubblika tagħha. Il-Livell 2 (Korp ta’ ġestjoni teknika u operazzjonali) għandu jkollu kompetenza sussidjarja għall-ġestjoni u t-tmexxija tat-TARGET, filwaqt li l-Livell 3 (il-banek ċentrali nazzjonali fornituri) jenħtieġ li jibni u jopera s-sistemi TARGET għall-benefiċċju tal-Eurosistema.

(7)

It-TARGET għandha tipprovdi servizzi ċentrali ta’ ġestjoni tal-likwidità, inkluż is-saldu ta’ operazzjonijiet tal-banek ċentrali permezz ta’ kontijiet ta’ flus ewlenin (MCAs), is-saldu gross f’ħin reali ta’ valur kbir (RTGS) għal ħlasijiet permezz ta’ kontijiet ta’ flus dedikati (DCAs) għal RTGS, ħlasijiet ta’ flus relatati mas-saldu ta’ titoli permezz ta’ kontijiet ta’ flus dedikati għat-T2S (T2S DCAs) u s-saldu ta’ ħlasijiet istantanji permezz ta’ kontijiet ta’ flus dedikati għas-Saldu ta’ Ħlasijiet Istantanji tat-TARGET (TIPS) (TIPS DCAs), u servizzi għas-saldu ta’ sistema anċillari (AS) permezz ta’ subkontijiet, kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS, kontijiet ta’ fond ta’ garanzija ta’ AS u kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS.

(8)

Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u t-trattament ugwali, huwa xieraq li l-provvista ta’ dawn is-servizzi tkun irregolata minn settijiet armonizzati ta’ kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fit-TARGET, li jenħtieġ li jiġu konklużi bejn kull parteċipant fit-TARGET u l-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) li jopera s-sistema komponenti rispettiva tat-TARGET.

(9)

Sabiex tiżdied il-kompetittività, it-TARGET jenħtieġ li tipprevedi diversi fornituri tas-servizz ta’ network (NSPs) li jkunu responsabbli biex jistabbilixxu l-konnessjoni teknika mat-TARGET. Il-parteċipanti fit-TARGET jenħtieġ li jitħallew jidħlu f’relazzjoni kuntrattwali ma’ NSP tal-għażla tagħhom fil-qafas tal-kuntratt ta’ konċessjoni konkluż bejn il-Banca d’Italia, bħala aġent tal-Eurosistema u l-NSP, jew ma’ sottokuntrattur ta’ dan tal-aħħar.

(10)

Is-sistemi komponenti tat-TARGET2 li huma proprjetà tal-BĊi rispettivi tal-Eurosistema u operati minnhom ġew identifikati kollettivament (2) bħala sistema ta’ ħlas sistematikament importanti (SIPS) suġġetta għar-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) (3). Is-sistemi komponenti rispettivi tat-TARGET, bħala s-sistemi ta’ ħlas li jissostitwixxu dawk is-sistemi komponenti tat-TARGET2, jenħtieġ li bl-istess mod jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) u jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ sorveljanza stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(11)

It-TARGET hija essenzjali għat-twettiq ta’ ċerti kompiti bażiċi tal-Eurosistema, jiġifieri l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Eurosistema u l-promozzjoni tal-operat bla xkiel ta’ sistemi ta’ ħlas.

(12)

Is-sistemi komponenti tat-TARGET jikkostitwixxu s-suċċessuri legali tas-sistemi komponenti korrispondenti tat-TARGET2,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

TAQSIMA I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

It-TARGET tipprovdi l-kontijiet li ġejjin għas-saldu f’euro fi flus tal-bank ċentrali,

(a)

Kontijiet ta’ flus ewlenin (MCAs) għas-saldu ta’ operazzjonijiet ma’ banek ċentrali;

(b)

Kontijiet ta’ flus dedikati għas-saldu gross f’ħin reali (RTGS DCAs) u subkontijiet għall-ħlasijiet interbankarji u tal-klijenti f’ħin reali, u s-saldu ta’ tranżazzjonijiet ma’ sistemi anċillari (AS);

(c)

Kontijiet tekniċi ta’ sistema anċillari tas-saldu gross f’ħin reali (kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS), kontijiet tekniċi ta’ sistema anċillari għas-Saldu ta’ Ħlasijiet Istantanji tat-TARGET (TIPS) (kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS) u kontijiet ta’ fondi ta’ garanzija tas-sistemi anċillari (kontijiet ta’ fondi ta’ garanzija ta’ AS) għas-saldu ta’ tranżazzjonijiet ma’ AS;

(d)

Kontijiet ta’ flus dedikati għat-TARGET2-Securities (T2S DCAs) għall-ħlasijiet fi flus relatati ma’ tranżazzjonijiet ta’ titoli; u

(e)

Kontijiet ta’ flus dedikati għas-saldu ta’ ħlasijiet istantanji tat-TARGET (TIPS DCAs) għas-saldu ta’ ħlasijiet istantanji.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida, kull wieħed mit-termini li ġejjin għandu jkollha t-tifsira mogħtija lilu fl-Anness III:

(1)

“grupp ta’ monitoraġġ tal-kontijiet”;

(2)

“detentur ta’ BIC indirizzabbli”;

(3)

“sistema anċillari” (AS);

(4)

“kont ta’ fondi ta’ garanzija ta’ sistema anċillari” (kont ta’ fondi ta’ garanzija ta’ AS);

(5)

“proċedura ta’ saldu ta’ sistema anċillari” (proċedura ta’ saldu ta’ AS);

(6)

“ordni ta’ trasferiment ta’ sistema anċillari” (ordni ta’ trasferiment ta’ AS);

(7)

“awtokollateralizzazzjoni”;

(8)

“ordni awtomatizzata ta’ trasferiment ta’ likwidità”;

(9)

“likwidità disponibbli”;

(10)

“grupp bankarju”;

(11)

“fergħa”;

(12)

“messaġġ imxandar”;

(13)

“jum ta’ negozju” jew “jum ta’ negozju tat-TARGET”;

(14)

“Kodiċi għall-Identifikazzjoni tan-Negozju” (BIC);

(15)

“opinjoni dwar il-kapaċità”;

(16)

“ordni ta’ trasferiment ta’ flus”;

(17)

“bank ċentrali” (BĊ);

(18)

“operazzjoni tal-bank ċentrali”;

(19)

“BĊN konness”;

(20)

“Soluzzjoni ta’ Kontinġenza”;

(21)

“istituzzjoni ta’ kreditu”;

(22)

“bilanċ tal-memorandum ta’ kreditu” (CMB);

(23)

“saldu bejn is-sistemi ”;

(24)

“Kont ta’ Flus Dedikat” (DCA)

(25)

“rata tal-faċilità ta’ depożitu”;

(26)

“faċilità ta’ depożitu”;

(27)

“BĊN taż-żona tal-euro”;

(28)

“L-Iskema ta’ Trasferiment ta’ Kreditu Istantanju (SCT Inst) tas-SEPA tal-Kunsill Ewropew tal-Ħlasijiet” jew “Skema SCT Inst”;

(29)

“BĊ tal-Eurosistema”;

(30)

“każ ta’ inadempjenza”;

(31)

“fondi ta’ garanzija”;

(32)

“proċedimenti ta’ insolvenza”;

(33)

“ordni ta’ ħlas istantanju”;

(34)

“oriġinatur”;

(35)

“kreditu intraġurnata”;

(36)

“ditta ta’ investiment”;

(37)

“BĊNi tal-Livell 3”;

(38)

“ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità”;

(39)

“rata tal-faċilità ta’ self marġinali”;

(40)

“faċilità ta’ self marġinali”;

(41)

“servizz ta’ tiftix bi proxy mobbli (MPL)”;

(42)

“ħlas kważi istantanju ”;

(43)

“fornitur tas-servizz ta’ network” (NSP);

(44)

“ordni ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldata”;

(45)

“parteċipant”;

(46)

“benefiċjarju”;

(47)

“pagatur”;

(48)

“ordni ta’ ħlas”;

(49)

“risposta pożittiva għall-irtirar”;

(50)

“korp tas-settur pubbliku”;

(51)

“parti aċċessibbli”;

(52)

“Proċedura ta’ saldu ta’ sistema anċillari għas-saldu gross f’ħin reali” (proċedura ta’ saldu ta’ RTGS AS);

(53)

“Kont tekniku ta’ sistema anċillari għas-saldu gross f’ħin reali”;

(54)

“talba għall-irtirar”;

(55)

“ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli”;

(56)

“grupp ta’ kont bankarju tas-saldu”;

(57)

“bank tas-saldu”;

(58)

“sospensjoni”;

(59)

“kont tat-TARGET”;

(60)

“sistema komponenti tat-TARGET”;

(61)

“koordinatur tat-TARGET”;

(62)

“proċedura ta’ saldu ta’ sistema anċillari għas-Saldu ta’ Ħlasijiet Istantanji TARGET (TIPS)” (proċedura ta’ saldu ta’ TIPS AS);

(63)

“kont tekniku ta’ sistema anċillari għas-Saldu ta’ Ħlasijiet Istantanji TARGET (TIPS)” (kont tekniku ta’ TIPS AS);

(64)

“maniġer tas-saldu tat-TARGET”

(65)

“TARGET2-Securities” (T2S);

(66)

“ħsara teknika tat-TARGET”.

Artikolu 3

Sistemi komponenti tat-TARGET

1.   It-TARGET hija strutturata legalment bħala sistemi ta’ ħlas multipli li jifformaw is-sistemi komponenti tat-TARGET.

2.   Kull BĊ tal-Eurosistema għandu jopera s-sistema komponenti tat-TARGET tiegħu stess.

3.   Kull sistema komponenti tat-TARGET għandha tkun sistema indikata bħala tali taħt il-liġi nazzjonali relevanti li timplimenta d-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

4.   L-ismijiet tas-sistemi komponenti tat-TARGET għandhom jinkludu biss “TARGET” u l-isem jew it-taqsira tal-BĊ rilevanti tal-Eurosistema jew tal-Istat Membru ta’ dak il-BĊ tal-Eurosistema. Is-sistema komponenti tat-TARGET tal-BĊE għandha tissejjaħ TARGET-ECB.

Artikolu 4

Konnessjoni tal-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom ma hijiex l-euro

Il-BĊNi ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom ma hijiex l-euro jistgħu jikkollegaw mat-TARGET biss jekk ikunu kkonkludew ftehim mal-BĊi tal-Eurosistema. Dan il-ftehim għandu jispeċifika illi l-BĊNi konnessi se jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida, suġġett għal kwalunkwe speċifikazzjoni u modifika xierqa miftiehma bejn iż-żewġ naħat.

Artikolu 5

Tranżazzjonijiet intra-SEBĊ

It-tranżazzjonijiet fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) iddenominati f’euro għandhom ikunu pproċessati permezz tat-TARGET, bl-eċċezzjoni ta’ ħlasijiet li l-BĊi bilateralment jew multilateralment jiftiehmu li jipproċessaw permezz ta’ kontijiet korrispondenti, fejn xieraq.

Artikolu 6

Obbligi u pretensjonijiet intra-Eurosistema

1.   Kwalunkwe saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bejn parteċipanti f’sistemi komponenti differenti tat-TARGET għandu awtomatikament jiġi aggregat u aġġustat biex jifforma parti minn obbligu wieħed jew pretensjoni waħda ta’ kull BĊN taż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE kif stabbilit fi ftehim bejn il-BĊi tal-Eurosistema. Kwalunkwe obbligu jew pretensjoni ta’ kull BĊN taż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE għandha tiġi aġġustata għal għanijiet ta’ kontabbiltà kuljum, bl-użu tad-delta tal-bilanċi ta’ tmiem il-jum tal-kontijiet kollha tat-TARGET fil-kotba tal-BĊN rispettiv taż-żona tal-euro.

2.   Għall-finijiet ta’ kontabilità u rappurtar, kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jżomm kont biex jirreġistra l-obbligu jew il-pretensjoni tiegħu fil-konfront tal-BĊE, li tirriżulta mis-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bejn is-sistemi komponenti tiegħu u sistemi komponenti oħrajn tat-TARGET.

3.   Il-BĊE għandu jiftaħ kont fil-kotba tiegħu għal kull BĊN taż-żona tal-euro sabiex fi tmiem il-jum jirrifletti l-obbligu jew il-pretensjoni ta’ dak il-BĊN taż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE.

TAQSIMA II

GOVERNANZA

Artikolu 7

Livelli ta’ governanza

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), il-ġestjoni tat-TARGET għandha tkun ibbażata fuq skema ta’ governanza fuq tliet livelli. Il-kompiti assenjati lill-Kunsill Governattiv (Livell 1), lill-korp ta’ ġestjoni teknika u operazzjonali tal-Livell 2 u lill-BĊNi tal-Livell 3 huma stabbiliti fl-Anness II.

2.   Il-Kunsill Governattiv għandu jkun responsabbli għat-tmexxija, il-ġestjoni u l-kontroll tat-TARGET. Il-kompiti assenjati lil-Livell 1 jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Kunsill Governattiv.

3.   F’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊi tal-Eurosistema għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti assenjati lil-Livell 2, fi ħdan il-qafas ġenerali ddefinit mill-Kunsill Governattiv. Il-Kunsill Governattiv stabbilixxa korp tal-Livell 2 li l-BĊi tal-Eurosistema fdaw b’ċerti kompiti ta’ ġestjoni teknika u operazzjonali relatati mat-TARGET.

4.   Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jorganizzaw lilhom infushom billi jikkonkludu ftehimiet xierqa.

5.   F’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊNi tal-Livell 3 għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti assenjati lil-Livell 3, fi ħdan il-qafas ġenerali ddefinit mill-Kunsill Governattiv.

6.   Il-BĊNi tal-Livell 3 għandhom jikkonkludu ftehimiet mal-BĊi tal-Eurosistema li jirregolaw il-provvista tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti mill-BĊNi tal-Livell 3. Dawn il-ftehimiet għandhom jinkludu wkoll, fejn xieraq, il-BĊNi konnessi.

7.   L-Eurosistema, bħala fornitur ta’ servizzi tat-T2S, u l-BĊi tal-Eurosistema bħala operaturi tas-sistemi tal-komponent tat-TARGET nazzjonali rispettivi għandhom jikkonkludu ftehim li jirregola s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti minn tal-ewwel lil tal-aħħar fir-rigward tal-operat ta’ T2S DCAs. Dawn il-ftehimiet għandhom jinkludu wkoll, fejn xieraq, il-BĊNi konnessi.

TAQSIMA III

OPERAT TAT-TARGET

Artikolu 8

Servizz ta’ appoġġ għas-Sistema

Kull BĊ tal-Eurosistema għandu jistabbilixxi u jżomm servizz ta’ appoġġ għas-sistema li jipprovdi appoġġ lill-parteċipanti tas-sistema komponenti tat-TARGET nazzjonali rispettiv tiegħu. Is-servizz ta’ appoġġ għandu jkun disponibbli mill-inqas bejn is-07:00 CET u s-18:15 CET. Dan jiġi estiż għas-18:30 CET fl-aħħar jum tal- perjodu ta’ żamma tar-riżerva tal-Eurosistema.

Artikolu 9

Kundizzjonijiet Armonizzati għall-parteċipazzjoni fit-TARGET

1.   Kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jadotta arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-parteċipazzjoni fit-TARGET kif stabbilit fl-Anness I u b’mod li t-termini użati fihom li huma elenkati fl-Anness III għandhom ikollhom it-tifsira mogħtija lilhom fl-Anness III. Dawn l-arranġamenti għandhom jirregolaw b’mod esklużiv ir-relazzjoni bejn il-BĊN rilevanti taż-żona tal-euro u l-parteċipanti tiegħu fir-rigward tal-ftuħ u l-operat tal-kontijiet tat-TARGET.

2.   B’effett mill-20 ta’ Novembru 2023, il-BĊi tal-Eurosistema ma għandhomx jiftħu kontijiet għajr kontijiet tat-TARGET għal parteċipanti eliġibbli biex jipparteċipaw fit-TARGET bl-iskop li jipprovdu servizzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-Linja Gwida, suġġett għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a)

kontijiet għal dawk il-parteċipanti elenkati taħt l-Artikolu 4(2)(a) u (b) tal-Parti I tal-Anness I tal-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-parteċipazzjoni fit-TARGET;

(b)

kontijiet fejn il-fondi jinżammu intraġurnata għall-iskop uniku li jitwettqu depożiti u ġbid ta’ flus;

(c)

kontijiet użati biex jinżammu fondi sekwestrati jew fondi mirhuna lil kreditur terz jew fondi msemmija fl-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/1) (5);

(d)

kontijiet użati minn parteċipanti f’sistemi operati minn BĊN u użati biex jikklerjaw ħlasijiet istantanji li jikkonformaw mal-iskema SCT Inst.

3.   Il-BĊE għandu jadotta t-Termini u l-Kundizzjonijiet tat-TARGET-ECB billi jimplimenta l-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-parteċipazzjoni fit-TARGET kif stabbilit fl-Anness I ħlief li:

(a)

it-TARGET-ECB għandha tipprovdi biss servizzi ta’ kklerjar u saldu lil organizzazzjonijiet tal-ikklerjar u tas-saldu, inklużi entitajiet stabbiliti barra ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), jekk ikunu suġġetti għal sorveljanza minn awtorità kompetenti u l-aċċess tagħhom għat-TARGET-ECB ikun ġie approvat mill-Kunsill Governattiv;

(b)

It-TARGET-ECB ma għandhiex tipprovdi kreditu intraġurnata jew awtokollateralizzazzjoni.

4.   L-arranġamenti standard adottati mill-BĊi tal-Eurosistema li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-parteċipazzjoni fit-TARGET għandhom jiġu ppubblikati.

5.   Il-BĊi tal-Eurosistema jistgħu jitolbu derogi mill-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-parteċipazzjoni fit-TARGET abbażi ta’ restrizzjonijiet fil-liġi nazzjonali. Il-Kunsill Governattiv għandu jqis dawn it-talbiet fuq bażi ta' każ b’każ u għandu jagħti derogi fejn xieraq.

6.   Suġġett għall-ftehim monetarju rilevanti, il-BĊE jista’ jiddetermina kundizzjonijiet xierqa għall-parteċipazzjoni fit-TARGET mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(2)(e) tal-Parti I tal-Anness I.

7.   Il-BĊi tal-Eurosistema ma għandhomx jippermettu lil xi entità tkun detentriċi ta’ BIC indirizzabbli jew parti aċċessibbli fis-sistema komponenti tat-TARGET tagħhom jekk din l-entità taġixxi permezz ta’ detentur ta’ kont tat-TARGET li jkun BĊN ta’ Stat Membru iżda la jkun BĊ tal-Eurosistema u lanqas BĊN konness.

8.   Il-BĊi tal-Eurosistema ma għandhomx jirreġistraw detenturi ta’ BIC indirizzabbli li jkunu eliġibbli biex jipparteċipaw fit-TARGET kif stabbilit fl-Artikolu 4, tal-Parti I tal-Anness I, bl-eċċezzjoni tal-friegħi tagħhom stess u ta’ dawk l-entitajiet elenkati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(2) tal-Parti I tal-Anness I.

9.   Bl-eċċezzjoni tar-regoli b’rabta ma’ AS, il-BĊi tal-Eurosistema ma għandhomx jimplimentaw regoli addizzjonali b’rabta mal-parteċipazzjoni fit-TARGET għajr dawk stabbiliti fil-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-parteċipazzjoni fit-TARGET. L-ebda tariffa ma għandha tiġi imposta għall-użu tat-TARGET jew b’rabta magħha, għajr dawk stabbiliti fl-Appendiċi VI tal-Anness I, bl-eċċezzjoni ta’ tariffi imposti għal servizzi relatati ma’ BĊN li jiġġestixxi MCA b’mod konġunt (kif stipulat fl-Artikolu 2 tal-Parti II tal-Anness I) jekk dawn is-servizzi jiġu offruti mill-BĊ tal-Eurosistema. BĊ tal-Eurosistema li joffri ġestjoni konġunta ta’ MCA għandu josserva l-prinċipju tal-irkupru tal-kost sħiħ meta jistabbilixxi t-tariffi tiegħu għal dawn is-servizzi u jgħaddi, bħala minimu, il-kostijiet sħaħ li jirriżultaw minn dawn is-servizzi.

10.   B’deroga mill-paragrafu 9, il-BĊi tal-Eurosistema jistgħu jistabbilixxu regoli addizzjonali fir-rigward ta’ kontijiet tat-TARGET miftuħa biex iżommu fondi pprovduti bħala kollateral fi flus jew li jiffurmaw parti minn aggregazzjoni ta’ kopertura.

Artikolu 10

Kreditu intraġurnata — awtokollateralizzazzjoni

1.   Il-BĊNi taż-żona tal-euro jistgħu jagħtu kreditu intraġurnata lil parteċipant. Il-kreditu intraġurnata jista’ jingħata biss fuq l-MCA primarju tiegħu u biss f’konformità mal-arranġamenti li jimplimentaw ir-regoli dwar l-għoti ta’ kreditu intraġurnata stabbiliti fil-Parti II tal-Anness I. Ebda kreditu intraġurnata ma għandu jingħata lil parteċipant li l-eliġibbiltà tiegħu bħala kontroparti għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema tkun ġiet sospiża jew itterminata.

2.   Fuq talba minn parteċipant b’aċċess għal kreditu intraġurnata, il-BĊNi taż-żona tal-euro għandhom joffru faċilità ta' awtokollateralizzazzjoni fuq T2S DCAs, sakemm dan isir skont il-kundizzjonijiet għall-Operazzjonijiet ta’ Awtokollateralizzazzjoni stabbiliti fil-Parti IV tal-Anness I.

3.   Parteċipanti li huma suġġetti għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew mill-Istati Membri skont l-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat, li l-implimentazzjoni tagħhom, fil-fehma tal-BĊN rilevanti taż-żona tal-euro u wara li jinforma lill-BĊE, tkun inkompatibbli mal-funzjonament bla xkiel tat-TARGET, ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-kreditu intraġurnata jew għall-awtokollateralizzazzjoni.

4.   Il-BĊNi taż-żona tal-euro jistgħu jagħtu kreditu intraġurnata lil AS kif stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 10(2) tal-Parti II tal-Anness I sakemm l-arranġamenti jkunu ġew sottomessi lill-Kunsill Governattiv bil-quddiem u jkunu ġew approvati mill-Kunsill Governattiv.

5.   Il-BĊNi taż-żona tal-euro jistgħu jipprovdu kreditu mil-lum għall-għada lil ċerti kontropartijiet ċentrali (CCPs) eliġibbli, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(5) tal-Parti II tal-Anness I, sakemm it-talba tkun ġiet ippreżentata lill-Kunsill Governattiv minn qabel u tkun ġiet approvata mill-Kunsill Governattiv.

6.   Il-Kunsill Governattiv jista’, fuq proposta mill-BĊN rilevanti taż-żona tal-euro, jeżenta lid-dipartimenti tat-teżor imsemmija fl-Artikolu 10(2)(b) tal-Parti II tal-Anness I, mir-rekwiżit li jipprovdu kollateral adegwat qabel ma jiksbu kreditu intraġurnata.

7.   Fejn BĊN taż-żona tal-euro jiddeċiedi li jissospendi, jillimita jew jittermina l-aċċess ta’ parteċipant għall-kreditu intraġurnata jew għall-awtokollateralizzazzjoni, għal raġunijiet ta’ prudenza kif stabbilit fl-Artikolu 13(1)(c) tal-Parti II tal-Anness I, jew fl-Artikolu 11 tal-Parti IV tal-Anness I, rispettivament, il-BĊN għandu jinnotifika minnufih dan bil-miktub lill-BĊE u lil BĊNi oħra taż-żona tal-euro u BĊNi konnessi. Fejn xieraq, il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi dwar l-implimentazzjoni uniformi tal-miżuri meħuda fis-sistemi komponenti tat-TARGET kollha.

8.   Jekk l-aċċess ta’ kontroparti għal strumenti ta’ politika monetarja jiġi sospiż, limitat jew eskluż għal raġunijiet ta’ prudenza jew mod ieħor f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 158 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (6), il-BĊN rilevanti taż-żona tal-euro għandu, fir-rigward tal-aċċess għall-kreditu intraġurnata, jimplimenta dik id-deċiżjoni skont id-dispożizzjonijiet fl-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN rilevanti taż-żona tal-euro.

9.   Meta BĊN taż-żona tal-euro jiddeċiedi li jissospendi, jillimita jew jittermina l-aċċess ta’ kontroparti tal-politika monetarja tal-Eurosistema għall-faċilitajiet ta’ kreditu intraġurnata jew ta’ awtokollateralizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13(3) tal-Parti II tal-Anness I jew mal-Artikolu 11 tal-Parti IV tal-Anness I, rispettivament, din id-deċiżjoni ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel ma l-Kunsill Governattiv tal-BĊE jkun approvaha.

10.   B’deroga mill-paragrafu 9, f’ċirkostanzi urġenti, BĊN taż-żona tal-euro jista’ jissospendi l-aċċess ta’ kontroparti tal-politika monetarja tal-Eurosistema għall-faċilitajiet ta’ kreditu intraġurnata u/jew ta’ awtokollateralizzazzjoni b’effett immedjat. F’dawn il-każijiet, il-BĊN taż-żona tal-euro għandu jinnotifika minnufih lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE b’dan bil-miktub. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE għandu jkollu s-setgħa li jreġġa’ lura l-azzjoni tal-BĊN taż-żona tal-euro. Madankollu, jekk il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ma jibgħatx lill-BĊN taż-żona tal-euro notifika dwar dan it-treġġigħ lura fi żmien għaxart ijiem ta’ negozju minn meta l-BĊE jkun irċieva n-notifika, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE għandu jitqies li jkun approva l-azzjoni tal-BĊN taż-żona tal-euro.

11.   Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeċiedi li jneħħi jew li jnaqqas il-penali stabbiliti fl-Artikolu 12(4) tal-Parti II tal-Anness I jekk il-bilanċ ta’ debitu ta’ tmiem il-jum tal-entità inkwistjoni jkun attribwibbli għal force majeure u/jew ħsara teknika fit-TARGET, din l-aħħar frażi kif iddefinita fl-Anness III.

Artikolu 11

Kundizzjonijiet addizzjonali għal AS

1.   Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(1) sa (9), dan li ġej għandu japplika għar-relazzjoni bejn il-BĊ rilevanti tal-Eurosistema u l-AS inklużi l-ASs operati mill-BĊi tal-Eurosistema.

2.   Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jipprovdu servizzi ta’ trasferiment ta’ fondi fi flus tal-bank ċentrali lil AS li jaġixxu f’dik il-kapaċità. Dawn is-servizzi għandhom jiġu offruti permezz ta’:

(a)

il-proċedura ta’ Saldu ta’ TIPS AS biss biex jappoġġaw is-saldu ta’ ħlasijiet istantanji skont l-iskema SCT Inst jew ħlasijiet kważi istantanji fil-kotba tal-AS; jew

(b)

il-Proċeduri ta’ Saldu ta’ RTGS AS għall-każijiet ta’ negozju l-oħrajn kollha.

3.   Il-BĊi tal-Eurosistema jistgħu, eċċezzjonalment u wara l-approvazzjoni tal-korp tal-Livell 2 kif imsemmi fl-Anness II, japprovaw l-użu ta’ RTGS DCA minn AS ħlief fir-rigward tas-saldu ta’ ħlasijiet istantanji skont l-iskema SCT Inst. Applikazzjoni għal permess għandha tinkludi talba motivata mill-AS. Jekk it-talba tintlaqa’, japplika l-ipprezzar stabbilit fil-paragrafu 4 tal-Appendiċi VI tal-Anness I.

4.   Kull BĊ tal-Eurosistema għandu jiftaħ subkont fuq talba għal kull bank tas-saldu li għalih ikollu RTGS DCA meta l-AS tal-bank tas-saldu tipparteċipa jew fis-sistema komponenti tat-TARGET ta’ dak il-BĊN tal-Eurosistema jew f’sistema komponenti differenti tat-TARGET.

5.   Minbarra dawk il-kundizzjonijiet fl-Anness I, il-BĊi tal-Eurosistema jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet b’rabta mal-parteċipazzjoni ta’ AS fit-TARGET li jkunu relatati ma’:

(a)

proċeduri ta’ kontinwità tal-operat u ta’ kontinġenza;

(b)

in-natura tal-intitolament għal fondi miżmuma f’kont tat-TARGET fejn il-fondi miżmuma ma jkunux jifformaw parti mill-patrimonju tal-AS;

(c)

id-drittijiet ta’ rahan tal-BĊi u paċuti fuq kontijiet tat-TARGET miżmuma minn AS jew f’isimha;

(d)

il-ġbir u d-distribuzzjoni ta’ imgħax akkumulat;

(e)

rekwiżiti regolatorji (inkluża s-sorveljanza) fuq AS jew banek tas-saldu ta’ AS (inklużi dawk applikati minn regolaturi barranin);

(f)

skambju ta’ informazzjoni biex tiġi vverifikata l-konformità ma’ politika tal-Eurosistema.

6.   Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar kwalunkwe avveniment sinifikanti matul il-proċess ta’ saldu ta’ AS.

Artikolu 12

Metodoloġija tal-finanzjament u tal-kost

1.   Il-Kunsill Governattiv għandu jiddetermina r-regoli applikabbli għall-finanzjament tat-TARGET.

2.   Il-Kunsill Governattiv għandu jiddetermina l-istruttura tal-ipprezzar għat-TARGET bl-użu ta’ metodoloġija komuni tal-kost tal-Eurosistema.

Artikolu 13

Dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà

Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma’ miżuri speċifikati mill-Kunsill Governattiv li jistabbilixxu l-politika tas-sigurtà u r-rekwiżiti u l-kontrolli tas-sigurtà applikabbli għat-TARGET, inkluż fir-rigward tar-reżiljenza ċibernetika u s-sigurtà tal-informazzjoni.

Artikolu 14

Regoli tal-awditjar

Valutazzjonijiet tal-awditjar għandhom jitwettqu f’konformità mal-prinċipji u l-arranġamenti stipulati fil-Politika tal-Awditjar tas-SEBĊ tal-Kunsill Governattiv.

Artikolu 15

Obbligi f’każ ta’ sospensjoni jew terminazzjoni

1.   Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jitterminaw minnufih mingħajr avviż minn qabel jew jissospendu l-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fis-sistema komponenti tat-TARGET rilevanti jekk:

(a)

jinfetħu proċedimenti ta’ insolvenza fir-rigward ta’ parteċipant; jew

(b)

parteċipant ma jibqax jissodisfa l-kriterji ta’ aċċess għall-parteċipazzjoni fis-sistema komponenti rilevanti tat-TARGET.

2.   Jekk BĊ tal-Eurosistema jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET f’konformità mal-paragrafu 1 jew għal raġunijiet ta’ prudenza skont l-Artikolu 17, huwa għandu jinnotifika immedjatament lill-BĊi l-oħrajn kollha tal-Eurosistema, filwaqt li jipprovdi dawn kollha li ġejjin:

(a)

l-isem u l-BIC tal-parteċipant;

(b)

l-informazzjoni li fuqha l-BĊN taż-żona tal-euro jkun ibbaża d-deċiżjoni tiegħu, inkluż kwalunkwe informazzjoni jew opinjoni miksuba mill-awtorità superviżorja rilevanti;

(c)

il-miżura meħuda u perjodu ta’ żmien propost għall-applikazzjoni tagħha.

Kull BĊ tal-Eurosistema għandu jiskambja l-informazzjoni dwar dak il-parteċipant, inkluża informazzjoni relatata ma’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus indirizzati lilu, jekk jintalab jagħmel dan minn BĊ ieħor tal-Eurosistema.

3.   BĊ tal-Eurosistema li jkun ittermina jew li jkun issospenda l-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fis-sistema komponenti tat-TARGET tiegħu f’konformità mal-paragrafu 1 għandu jassumi r-responsabbiltà fir-rigward tal-BĊi l-oħrajn tal-Eurosistema jekk:

(a)

sussegwentement jawtorizza s-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus indirizzati lil parteċipanti li jkun issospenda jew ittermina l-parteċipazzjoni tagħhom; jew

(b)

ma jikkonformax mal-obbligi fil-paragrafi 1 u 2.

4.   BĊ tal-Eurosistema li jkun issospenda l-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fis-sistema komponenti tat-TARGET tiegħu skont il-paragrafu 1(a) għandu jipproċessa biss ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus minn dak il-parteċipant fuq l-istruzzjonijiet tar-rappreżentanti tagħha, inklużi dawk maħtura minn awtorità kompetenti jew qorti, bħall-amministratur tal-insolvenza tal-parteċipant, jew skont deċiżjoni eżegwibbli ta’ awtorità kompetenti jew qorti li tipprovdi struzzjonijiet dwar kif għandhom jiġu pproċessati l-ħlasijiet. BĊ tal-Eurosistema għandu jiċħad l-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ flus ħerġin mit-TIPS DCA(s) ta’ parteċipant sospiż.

Artikolu 16

Proċeduri għar-rifjut ta’ applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fit-TARGET għal raġunijiet ta’ prudenza

Fejn, skont l-Artikolu 5(5)(c) ta-Parti I tal-Anness I BĊ tal-Eurosistema jirrifjuta applikazzjoni għal sħubija fit-TARGET għal raġunijiet ta’ prudenza, dak il-BĊ tal-Eurosistema għandu jinforma minnufih lill-BĊi l-oħrajn tal-Eurosistema b’tali rifjut.

Artikolu 17

Proċeduri għas-sospensjoni, il-limitazzjoni jew it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni fit-TARGET għal raġunijiet ta’ prudenza, u l-aċċess għall-kreditu intraġurnata u għall-awtokollateralizzazzjoni

1.   Fejn għal raġunijiet ta’ prudenza, BĊN taż-żona tal-euro jissospendi, jillimita jew jittermina l-aċċess ta’ parteċipant għall-kreditu intraġurnata skont l-Artikolu 13(1)(c) tal-Parti II tal-Anness I, jew għal awtokollateralizzazzjoni skont l-Artikolu 11 tal-Parti IV tal-Anness I jew BĊ tal-Eurosistema jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET skont l-Artikolu 25(2)(e) tal-Parti I tal-Anness I, id-deċiżjoni għandha, sa fejn ikun possibbli, tidħol fis-seħħ fl-istess ħin fis-sistemi komponenti kollha tat-TARGET.

2.   Il-BĊN taż-żona tal-euro għandu jipprovdi minnufih l-informazzjoni tal-Artikolu 15(2) lill-awtoritajiet superviżorji rilevanti fl-Istat Membru tal-BĊN taż-żona tal-euro, bit-talba biex l-awtoritajiet superviżorji jaqsmu l-informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ Stati Membri oħra li fihom il-parteċipant ikollu sussidjarja jew fergħa. Wara li jkunu qiesu d-deċiżjoni skont il-paragrafu 1, BĊNi oħrajn taż-żona tal-euro għandhom jieħdu azzjoni xierqa u jagħtu informazzjoni dwar dan lill-BĊE minnufuh.

3.   Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jista’ jipproponi lill-Kunsill Governattiv biex jieħu kwalunkwe deċiżjoni sabiex jiżgura implimentazzjoni uniformi tal-miżuri meħuda skont il-paragrafi 1 u 2.

4.   Il-BĊNi taż-żona tal-euro tal-Istati Membri li fihom trid tiġi implimentata d-deċiżjoni għandhom jinformaw lill-parteċipant dwar id-deċiżjoni, u għandhom jieħdu l-miżuri ta’ implimentazzjoni kollha meħtieġa.

Artikolu 18

Proċeduri għall-kooperazzjoni mill-BĊi tal-Eurosistema b’rabta ma’ miżuri amministrattivi jew restrittivi

B’rabta mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 29(3) tal-Parti I tal-Anness I:

1.

kwalunkwe BĊ tal-Eurosistema għandu jaqsam minnufih mal-BĊi kollha potenzjalment affettwati l-informazzjoni kollha li jirċievi b’rabta ma’ proposta ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ flus, bl-eċċezzjoni ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn kontijiet differenti tal-istess parteċipant;

2.

kwalunkwe BĊ tal-Eurosistema li jirċievi mingħand parteċipant evidenza li tkun saret notifika lil, jew li jkun ingħata kunsens mingħand, kwalunkwe awtorità kompetenti għandu jibgħat minnufih tali evidenza lil kwalunkwe BĊ ieħor li jaġixxi bħala l-fornitur ta’ servizz ta’ ħlas tal-pagatur jew tal-benefiċjarju kif xieraq;

3.

il-BĊ tal-Eurosistema li jaġixxi bħala fornitur ta’ servizz ta’ ħlas tal-pagatur għandu mbagħad jinforma minnufih lill-pagatur li jista’ jdaħħal ordni ta’ trasferiment ta’ flus rilevanti fit-TARGET.

Artikolu 19

Proċeduri ta’ kontinwità tal-operat u ta’ kontinġenza

1.   Jekk iseħħ avveniment li jaffettwa l-operat normali tat-TARGET, il-BĊ tal-Eurosistema kkonċernat għandu jinnotifika minnufih lill-koordinatur tat-TARGET, li flimkien mal-maniġer tas-saldu tat-TARGET tal-BĊ tal-Eurosistema kkonċernat għandu jiddeċiedi dwar il-passi ulterjuri li għandhom jittieħdu.

2.   Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jirrapportaw ħsara relatata ma’ parteċipant kif imsemmi fil-paragrafu 2.4, 3.3 jew 4.2 tal-Appendiċi IV tal-Anness I lill-koordinatur tat-TARGET mhux aktar minn 30 minuta wara li tibda l-ħsara jew mal-ewwel opportunità wara li tiġi skoperta l-ħsara jekk din il-ħsara tista’ taffettwa l-operat tat-TARGET jew toħloq riskju sistemiku jew jekk il-parteċipant ikun ġie indikat bħala parteċipant kritiku mill-BĊi tal-Eurosistema fuq il-bażi ta’ kriterji aġġornati perjodikament u ppubblikati fuq is-sit web tal-BĊE.

3.   F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-BĊi tal-Eurosistema jistgħu jiddeċiedu li jibdlu l-iskeda operattiva tat-TARGET għal raġunijiet li jinkludu iżda li ma humiex limitati għal ħsara li taffettwa AS. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed kollettivament mill-BĊi tal-Eurosistema.

4.   Fil-każijiet ta’ kwalunkwe avveniment ieħor li għandu l-potenzjal li jaffettwa l-funzjonament normali tat-TARGET, il-BĊ tal-Eurosistema kkonċernat għandu jimmonitorja u jimmaniġġja tali avvenimenti sabiex jipprevjeni kwalunkwe riperkussjoni għall-funzjonament bla xkiel tat-TARGET.

5.   Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom iżommu konnessjoni mas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza.

Artikolu 20

Trattament tal-pretensjonijiet skont l-iskema ta’ kumpens tat-TARGET

1.   Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Kunsill Governattiv, il-proċedura ta’ kumpens stabbilita fl-Appendiċi II tal-Anness I għandha tiġi mmaniġġjata f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

2.   Il-BĊ tal-parteċipant li jissottometti l-pretensjoni għall-kumpens għandu jevalwa l-pretensjoni għall-kumpens fuq bażi preliminari u jikkomunika mal-parteċipant fir-rigward ta’ dik l-evalwazzjoni. Fejn meħtieġ għall-evalwazzjoni tal-pretensjonijiet, dan il-BĊ għandu jkun assistit minn BĊi oħrajn ikkonċernati. Il-BĊ rilevanti għandu jinforma lill-BĊE u lill-BĊi l-oħrajn kollha kkonċernati malli jsir jaf bi pretensjonijiet pendenti.

3.   Fi żmien disa’ ġimgħat wara ħsara teknika tat-TARGET, il-BĊ tal-parteċipant li jissottometti l-pretensjoni għandu jħejji rapport ta’ valutazzjoni preliminari li jkun fih il-valutazzjoni tal-BĊ tal-pretensjonijiet riċevuti u jissottomettih lill-BĊE u lill-BĊi l-oħrajn kollha kkonċernati.

4.   Fi żmien ħames ġimgħat wara li jkun irċieva r-rapport ta’ valutazzjoni preliminari, il-Kunsill Governattiv għandu jagħmel il-valutazzjoni finali tal-pretensjonijiet kollha riċevuti, u għandu jiddeċiedi dwar l-offerti ta' kumpens li għandhom isiru lill-parteċipanti kkonċernati. Fi żmien ħamest ijiem ta’ negozju wara li tkun tlestiet il-valutazzjoni finali, il-BĊE għandu jikkomunika l-eżitu tal-valutazzjoni finali lill-BĊi kkonċernati. Dawk il-BĊi għandhom jinformaw lill-parteċipanti tagħhom minnufih bl-eżitu tal-valutazzjoni finali u, fejn applikabbli, bid-dettalji tal-offerta ta’ kumpens, flimkien mal-formola li tikkostitwixxi l-ittra ta’ aċċettazzjoni.

5.   Fi żmien ġimagħtejn mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 4(d) tal-Appendiċi II tal-Anness I, il-BĊ għandu jinforma lill-BĊE u lill-BĊi l-oħrajn kollha kkonċernati dwar liema offerti ta' kumpens ġew aċċettati u liema offerti ta' kumpens ġew miċħuda.

6.   Il-BĊi għandhom jinformaw lill-BĊE dwar kwalunkwe pretensjoni sottomessa mill-parteċipanti tagħhom barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ kumpens tat-TARGET, iżda relatata ma’ ħsara teknika tat-TARGET.

Artikolu 21

Trattament tat-telf ikkawżat minn ħsara teknika tat-TARGET

1.   F’każ ta’ ħsara teknika tat-TARGET:

(a)

Fuq in-naħa tal-pagatur, kwalunkwe BĊ li miegħu pagatur ikun poġġa depożitu jibbenefika minn ċertu qligħ finanzjarju li jammonta għad-differenza bejn ir-rata tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tal-Eurosistema u r-rata ta’ depożitu applikata għaż-żieda marġinali fl-użu tal-faċilità ta’ depożitu tal-Eurosistema għall-perjodu tal-ħsara teknika tat-TARGET u sal-ammont tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldati. Fejn il-pagatur jitħalla b’fondi żejda mhux remunerati, il-qligħ finanzjarju jammonta għar-rata tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tal-Eurosistema, applikat għall-ammont ta’ fondi żejda li ma jrendux imgħax għall-perjodu tal-ħsara teknika tat-TARGET u sal-ammont tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldati.

(b)

Min-naħa tal-benefiċjarju, il-BĊ li minnu l-benefiċjarju jkun issellef billi uża l-faċilità ta’ self marġinali jibbenefika minn ċertu qligħ finanzjarju li jammonta għad-differenza bejn ir-rata tal-faċilità ta’ self marġinali u r-rata tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tal-Eurosistema, applikata għaż-żieda marġinali fl-użu tal-faċilità ta’ self marġinali għall-perjodu tal-ħsara teknika tat-TARGET u sal-ammont tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldati.

2.   Il-qligħ finanzjarju tal-BĊE jammonta għal:

(a)

il-qligħ fir-rigward tal-BĊNi konnessi li jirriżulta mir-remunerazzjoni differenti tal-bilanċi fi tmiem il-jum ta’ dawn il-BĊNi konnessi fir-rigward tal-BĊE; u

(b)

l-ammont ta’ imgħax ta’ penali li jirċievi l-BĊE mingħand BĊNi konnessi kull meta wieħed minn dawk il-BĊNi konnessi jimponi penali fuq parteċipant talli jonqos milli jirrimborża kreditu intraġurnata fil-ħin, kif stipulat fil-ftehim bejn il-BĊi tal-Eurosistema u l-BĊNi konnessi.

3.   Il-qligħ finanzjarju msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun aggregat mill-BĊi u l-ammont aggregat li jirriżulta għandu jintuża biex jirrimborża lil dawk il-BĊi li jġarrbu l-kost tal-kumpens lill-parteċipanti tagħhom. Kull qligħ finanzjarju jew kost imġarrab mill-BĊi li jifdal mill-kumpens lill-parteċipanti tagħhom għandu jitqassam fost il-BĊi tal-Eurosistema f’konformità mal-kjavi għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-BĊE.

Artikolu 22

Drittijiet ta’ titolu fir-rigward ta’ fondi fuq subkontijiet u garanzija intra-Eurosistema

1.   Għall-finijiet tas-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS relatati mal-proċedura C ta’ saldu ta’ RTGS AS, kwalunkwe BĊ tal-Eurosistema li jkun fetaħ subkontijiet għad-detenturi ta’ RTGS DCA tiegħu għandu jiżgura li l-bilanċi fuq tali subkontijiet (inklużi żidiet jew tnaqqis ta’ dak il-bilanċ li jirriżulta mill-akkreditar jew mill-addebitar tal-ħlasijiet ta’ saldu bejn is-sistemi lejn jew mis-subkont jew mill-akkreditar ta’ trasferimenti ta’ likwidità lis-subkont) fil-mument li l-AS tibda ċiklu ta’ saldu jistgħu jintużaw biss għas-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS relatati ma’ dik il-proċedura ta’ saldu C ta’ RTGS AS. Dan huwa minkejja kwalunkwe proċediment ta’ insolvenza fir-rigward tad-detentur ta’ RTGS DCA rilevanti u minkejja kwalunkwe miżura ta’ eżekuzzjoni individwali relatata ma’ tali subkont ta’ dan id-detentur ta’ RTGS DCA.

2.   Kull darba li l-likwidità tiġi ttrasferita lil subkont ta’ detentur ta’ RTGS DCA u fejn il-BĊ tal-Eurosistema ma jkunx il-BĊ tal-AS, dan il-BĊ tal-Eurosistema għandu, wara komunikazzjoni mill-AS (permezz ta’ messaġġ ta’ “bidu taċ-ċiklu”), jikkonferma l-bilanċ fis-subkont lill-AS rilevanti u, meta jagħmel dan, jiggarantixxi lill-BĊ tal-AS ħlas sal-ammont ta’ dan il-bilanċ partikolari. Il-konferma tal-bilanċ lill-AS għandha tinvolvi wkoll dikjarazzjoni legalment vinkolanti tar-rieda tal-BĊ tal-AS li dan tal-aħħar jiggarantixxi lill-AS ħlas sal-ammont tal-bilanċ ikkonfermat. Meta jikkonfermaw iż-żieda jew it-tnaqqis ta’ dak il-bilanċ mal-akkreditar jew l-addebitar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS ta’ saldu bejn is-sistemi lis-subkont jew minnu jew l-akkreditar ta’ trasferimenti ta’ likwidità lis-subkont, kemm il-BĊ tal-Eurosistema li ma huwiex il-BĊ tal-AS kif ukoll il-BĊ tal-AS jiddikjaraw żieda jew tnaqqis tal-garanzija fl-ammont tal-ħlas. Iż-żewġ garanziji għandhom ikunu irrevokabbli, inkondizzjonali u pagabbli mal-ewwel talba. Iż-żewġ garanziji għandhom jiskadu mal-komunikazzjoni mill-AS li s-saldu jkun sar (permezz ta’ messaġġ ta’ “tmiem iċ-ċiklu”).

TAQSIMA IV

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 23

Soluzzjoni tat-tilwim u liġi applikabbli

1.   F’każ ta’ tilwim bejn il-BĊi tal-Eurosistema b’rabta ma’ din il-Linja Gwida, il-partijiet milquta għandhom ifittxu li jsolvu t-tilwima f’konformità mal-Memorandum ta’ Qbil dwar Proċedura għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim fi ħdan is-SEBĊ.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, jekk tilwima relatata mat-tqassim tal-kompiti bejn il-Livell 2 u l-Livell 3 ma tkunx tista’ tiġi solvuta bi ftehim bejn il-partijiet affettwati, il-Kunsill Governattiv għandu jsolvi t-tilwima.

3.   Fil-każ ta’ tilwima tat-tip imsemmi fil-paragrafu 1, id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-partijiet għandhom jiġu ddeterminati primarjament mir-regoli u l-proċeduri stabbiliti f’din il-Linja Gwida. F’tilwim dwar ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bejn is-sistemi komponenti tat-TARGET, il-liġi tal-Istat Membru fejn tinsab is-sede tal-BĊ tal-Eurosistema tal-benefiċjarju għandha tapplika b’mod supplimentari, sakemm ma tmurx kontra din il-Linja Gwida.

Artikolu 24

Revoka tal-Linja Gwida 2013/47/UE (BĊE/2012/27)

1.   Il-Linja Gwida 2013/47/UE (BĊE/2012/27) hija mħassra b’effett mill-21 ta’ Novembru 2022.

2.   Referenzi għal-Linja Gwida revokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din il-Linja Gwida.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-21 ta’ Novembru 2022.

3.   Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-21 ta’ Novembru 2022. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mid-19 ta’ April 2022.

Artikolu 26

Dispożizzjonijiet mixxellanji u tranżitorji

1.   Fid-data speċifikata fl-Artikolu 25(2):

(a)

il-bilanċi ta’ parteċipant fil-kontijiet PM tat-TARGET2 għandhom jiġu ttrasferiti fl-MCAs rilevanti kif speċifikat mill-parteċipant;

(b)

TARGET2 TIPS DCAs ta’ parteċipant għandhom isiru TIPS DCAs;

(c)

TARGET2 T2S DCAs ta’ parteċipant għandhom isiru T2S DCAs;

(d)

kontijiet tekniċi tat-TARGET2, kontijiet tekniċi tat-TARGET2 TIPS AS u kontijiet ta’ fondi ta’ garanzija tat-TARGET2 ta’ parteċipant għall-proċeduri ta’ saldu ta’ AS għandhom isiru kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS, kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS u kontijiet ta’ fondi ta’ garanzija ta’ AS rispettivament;

(e)

Il-bilanċi ta’ parteċipant fuq il-Kontijiet Domestiċi għandhom jiġu ttrasferiti fl-MCAs rilevanti kif speċifikat mill-parteċipant.

2.   Il-parteċipanti la għandhom isofru telf u lanqas jiggwadanjaw qligħ bħala riżultat tat-trasferiment tal-bilanċi skont il-paragrafu 1.

3.   L-obbligi intra-Eurosistema li jirriżultaw mis-saldu ta’ ħlasijiet bejn parteċipanti f’sistemi komponenti differenti tat-TARGET2 skont l-Artikolu 6 tal-Linja Gwida 2013/47/UE (BĊE/2012/27) għandhom ikomplu jiġu rreġistrati fit-TARGET f’konformità mal-Artikolu 6 ta’ din il-Linja Gwida.

4.   Minkejja l-Artikolu 5(1)(d) u (e) tal-Parti I tal-Anness I, l-opinjonijiet dwar il-kapaċità u l-opinjonijiet tal-pajjiż mitluba mill-BĊi tal-Eurosistema skont l-Artikolu 13 tal-Linja Gwida 2013/47/UE (BĊE/2012/27) jew skont l-Artikolu 8(2) tal-Anness II, l-Artikolu 6(2) tal-Anness IIA, u l-Artikolu 6(2) tal-Anness IIB tal-Linja Gwida 2013/47/UE (BĊE/2012/27), rispettivament, għandhom jibqgħu validi għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida.

5.   Minkejja l-Artikolu 10(2)(d) tal-Parti II tal-Anness I, l-aċċess għall-kreditu intraġurnata mogħti mill-Kunsill Governattiv skont it-termini tal-paragrafu (2)(e) tal-Anness III tal-Linja Gwida 2013/47/UE (BĊE/2012/27) għandu jibqa’ validu.

6.   Il-gruppi rikonoxxuti mill-Kunsill Governattiv skont id-definizzjoni ta’ “grupp” fl-Artikolu 1 tal-Anness II tal-Linja Gwida 2013/47/UE (BĊE/2012/27) għandhom jibqgħu jiġu rikonoxxuti u kkunsidrati bħala gruppi bankarji għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 27

Destinatarji, miżuri ta’ implimentazzjoni u rapportar lil-livell 1

1.   Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

2.   Il-Kunsill Governattiv għandu jirċievi rapport fuq bażi annwali mil-Livell 2 li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa mill-Kunsill Governattiv sabiex iwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu bħala Livell 1.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-24 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Il-Linja Gwida 2013/47/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2012/27) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).

(2)  Deċiżjoni 2014/533/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Awwissu 2014 dwar l-identifikazzjoni tat-TARGET2 bħala sistema ta' ħlas sistemikament importanti skont ir-Regolament (UE) Nru 795/2014 dwar il-ħtiġijiet tas-sorveljanza għal sistemi ta’ ħlas sistemikament importanti (BĊE/2014/35) (ĠU L 245, 20.2014, p. 5).

(3)  Ir-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 795/2014 tat-3 ta’ Lulju 2014 dwar ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza għal sistemi ta’ ħlas sistemikament importanti (BĊE/2014/28) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 16).

(4)  Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).

(5)  Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 1).

(6)  Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).


ANNESS I

KUNDIZZJONIJIET ARMONIZZATI GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI FIT-TARGET

PARTI I

Termini u kundizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

It-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din il-Parti I jirregolaw ir-relazzjoni bejn [daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti tiegħu fit-TARGET [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż]. It-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Partijiet II, III, IV, V, VI u VII li ġejjin japplikaw sakemm il-parteċipanti jagħżlu u jingħataw kont wieħed jew aktar deskritti f’dawn il-Partijiet. It-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Partijiet I sa VII ta’ dan l-Anness jissejħu f’din il-Linja Gwida kollettivament bħala l-“Kundizzjonijiet Armonizzati” jew il-“Kundizzjonijiet”.

Artikolu 2

Appendiċijiet

1.   L-Appendiċijiet li ġejjin jifformaw parti integrali minn dawn il-Kundizzjonijiet:

Appendiċi I:

Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus

Appendiċi II:

Skema ta’ kumpens tat-TARGET

Appendiċi III:

Termini ta’ referenza għall-opinjonijiet dwar il-kapaċità u tal-pajjiż

Appendiċi IV:

Proċeduri ta’ kontinwità tal-operat u ta’ kontinġenza

Appendiċi V:

Skeda operattiva tat-TARGET

Appendiċi VI:

Skeda tat-tariffi

Appendiċi VII:

Rekwiżiti rigward il-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni u l-ġestjoni tal-kontinwità tal-operat

[Appendiċi VIII:

Daħħal jekk meħtieġ: Lista ta’ definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III tal-Linja Gwida]

2.   Fil-każ ta’ kwalunkwe kunflitt jew inkonsistenza bejn il-kontenut ta’ kwalunkwe appendiċi u l-kontenut ta’ kwalunkwe dispożizzjoni oħra f’dawn il-Kundizzjonijiet, dan tal-aħħar għandu jipprevali.

Artikolu 3

Deskrizzjoni ġenerali tat-TARGET

1.   It-TARGET hija legalment strutturata bħala sistemi ta’ ħlas multipli magħmula mis-sistemi komponenti kollha tat-TARGET, li kull waħda minnhom hija indikata bħala “sistema” skont il-liġi nazzjonali rilevanti li timplimenta d-Direttiva 98/26/KE.

2.   TARGET tinkludi sistemi ta’ ħlas f’euro li jsaldaw fi flus tal-bank ċentrali u jipprovdu servizzi ċentrali ta’ ġestjoni tal-likwidità, saldu gross f’ħin reali għall-ħlasijiet u servizzi għas-saldu ta’ AS, u jippermettu ħlasijiet fi flus b’rabta mas-saldu ta’ titoli u s-saldu ta’ ħlasijiet istantanji.

3.   TARGET tipprovdi:

(a)

MCAs għas-saldu ta’ operazzjonijiet tal-bank ċentrali;

(b)

RTGS DCAs għas-saldu gross f’ħin reali ta’ valur kbir ta’ ħlasijiet u subkontijiet jekk ikun meħtieġ għal saldu ta’ AS;

(c)

T2S DCAs għal ħlasijiet ta’ flus b’rabta ma’ saldu tat-titoli;

(d)

TIPS DCAs għas-saldu ta’ ħlasijiet istantanji; u

(e)

il-kontijiet li ġejjin għas-saldu ta’ AS: (i) kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS; (ii) kontijiet ta’ fondi ta’ garanzija ta’ AS; u (iii) kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS.

Kull kont fit-TARGET-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiġi identifikat permezz ta’ numru tal-kont uniku magħmul mill-elementi deskritti fil-paragrafu 2 tal-Appendiċi I.

Artikolu 4

Kriterji ta’ aċċess

1.   It-tipi ta’ entitajiet li ġejjin huma eliġibbli biex isiru parteċipanti fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] fuq talba:

(a)

istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, inkluż meta jaġixxu permezz ta' fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE;

(b)

istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti barra ż-ŻEE, sakemm jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE;

(c)

BCNi ta’ Stati Membri u l-BCE;

sakemm l-entitajiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) ma jkunux suġġetti għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew mill-Istati Membri skont l-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat, li l-implimentazzjoni tagħhom, fl-opinjoni ta’ [żid isem il-BĊ] wara li informa lill-BĊE, ma tkunx kompatibbli mal-funzjonament bla xkiel tat-TARGET.

2.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, idaħħal ukoll l-entitajiet li ġejjin bħala parteċipanti:

(a)

dipartimenti tat-teżor ta’ gvernijiet ċentrali jew reġjonali tal-Istati Membri;

(b)

korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri awtorizzati jżommu kontijiet għall-klijenti;

(c)

 

(i)

ditti ta’ investiment stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, inkluż meta jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE; u

(ii)

ditti ta’ investiment stabbiliti barra ż-ŻEE, sakemm jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE;

(d)

entitajiet li jimmaniġġjaw AS u li jaġixxu f’dik il-kapaċità; u

(e)

istituzzjonijiet ta’ kreditu jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet tat-tipi elenkati fil-punti (a) sa (d), fiż-żewġ każijiet meta dawn ikunu stabbiliti f’pajjiż li miegħu l-Unjoni tkun daħlet fi ftehim monetarju li jippermetti aċċess minn kwalunkwe waħda minn dawn l-entitajiet għal sistemi ta’ ħlas fl-Unjoni suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim monetarju u dment li r-reġim legali rilevanti li japplika fil-pajjiż ikun ekwivalenti għal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 5

Proċedura ta’ applikazzjoni

1.   Sabiex tibda tipparteċipa fit-TARGET-[daħħal l-isem tal-BĊ/referenza tal-pajjiż] entità eliġibbli kif deskritt fl-Artikolu 4(1) jew entità li tista’ tiġi ammessa minn [daħħal l-isem tal-BĊ] taħt l-Artikolu 4(2) għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tinstalla, iġġestixxi, topera, timmonitorja u tiżgura s-sigurtà tal-infrastruttura tal-IT meħtieġa biex taqbad mat-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u tkun tista’ tissottometilha ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus. Meta jagħmlu hekk, il-parteċipanti applikanti jistgħu jinvolvu lil partijiet terzi, imma jibqgħu unikament responsabbli;

(b)

tkun għaddiet mit-testijiet meħtieġa minn [daħħal l-isem tal-BĊ];

(c)

jekk tkun applikat għal RTGS DCA, T2S DCA jew TIPS DCA għandu jkollha wkoll jew tiftaħ MCA ma’ [daħħal l-isem tal-BĊ];

(d)

tipprovdi opinjoni dwar il-kapaċità fil-forma speċifikata fl-Appendiċi III, sakemm l-informazzjoni u r-rappreżentazzjonijiet li għandhom jiġu pprovduti f’din l-opinjoni dwar il-kapaċità ma jkunux diġà nkisbu minn [daħħal l-isem tal-BĊ] f’kuntest ieħor;

(e)

għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u fl-Artikolu 4(2)(c)(ii), jipprovdu opinjoni tal-pajjiż fil-forma speċifikata fl-Appendiċi III, sakemm l-informazzjoni u r-rappreżentazzjonijiet li għandhom jiġu pprovduti f’din l-opinjoni tal-pajjiż ma jkunux diġà nkisbu minn [daħħal l-isem tal-BĊ] f’kuntest ieħor;

(f)

jekk tkun applikanta għal TIPS DCA, tkun aderixxiet mal-iskema SCT Inst billi ffirmat l-Ftehim ta’ Aderenza dwar it-Trasferiment ta’ Kreditu Istantanju tas-SEPA;

(g)

jekk tkun applikanta għal kont tekniku TIPS AS, ipprovdiet evidenza li l-ittra ta’ divulgazzjoni li turi l-intenzjoni tagħha li tkun Mekkaniżmu ta’ Kklerjar u Saldu (CSM) konformi mal-SCT Inst ġiet ipprovduta lill-Kunsill Ewropew tal-Ħlasijiet (EPC).

2.   L-applikanti għandhom japplikaw ma’ [daħħal l-isem tal-BĊ] u bħala minimu jehmżu l-informazzjoni/id-dokumenti li ġejjin:

(a)

il-formoli ta’ ġbir ta’ data ta’ referenza mimlija kif ipprovduti minn [daħħal l-isem tal-BĊ];

(b)

l-opinjoni dwar il-kapaċità, jekk meħtieġa minn [daħħal l-isem tal-BĊ], u l-opinjoni tal-pajjiż, jekk meħtieġa minn [daħħal l-isem tal-BĊ];

(c)

jekk tkun applikanta għal TIPS DCA, evidenza tal-aderenza tagħha mal-iskema SCT Inst;

(d)

jekk l-applikanta tkun qed tapplika biex tuża l-proċedura ta’ saldu ta’ TIPS AS, evidenza li pprovdiet lill-EPC bl-ittra ta’ divulgazzjoni li turi l-intenzjoni tagħha li tkun CSM konformi mal-SCT Inst.

(e)

jekk l-applikanta ħatret aġent tal-ħlas, l-evidenza li l-aġent tal-ħlas ikun aċċetta li jaġixxi f’dak ir-rwol.

3.   L-Applikanti li jkunu diġà parteċipanti fit-TARGET u japplikaw għal kont ġdid kif deskritt fi: (i) il-Parti III (RTGS-DCA); (ii) il-Parti IV (T2S DCA); (iii) il-Parti V (TIPS DCA); (iv) il-Parti VI (kont tekniku ta’ RTGS AS); u/jew (v) il-Parti VII (kont tekniku ta’ TIPS AS), għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 sa fejn ikun rilevanti għall-kont il-ġdid li japplikaw għalih.

4.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' wkoll jitlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jidhirlu meħtieġa biex jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni għall-ftuħ ta’ kont tat-TARGET.

5.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jirrifjuta l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni jekk:

(a)

l-applikanta ma tkunx entità eliġibbli kif deskritt fl-Artikolu 4(1) jew entità li tista’ tiġi ammessa minn [daħħal l-isem tal-BĊ] skont l-Artikolu 4(2);

(b)

wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta’ parteċipazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma jiġux issodisfati; u/jew

(c)

skont il-valutazzjoni ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ], tali parteċipazzjoni tipperikola l-istabbiltà, is-sodezza u s-sikurezza ġenerali tat-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew ta’ kwalunkwe sistema komponenti oħra tat-TARGET, jew tipperikola t-twettiq tal-kompiti tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] kif deskritt fi [irreferi għal-liġi nazzjonali rilevanti] u fl-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, jew toħloq riskji għal raġunijiet ta’ prudenza.

6.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jikkomunika lill-parteċipant applikant d-deċiżjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni tiegħu għall-parteċipazzjoni fit-TARGET-[daħħal l-isem tal-BĊ/referenza tal-pajjiż] fi żmien xahar minn meta l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jirċievi l-applikazzjoni. Fejn l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jitlob aktar informazzjoni skont il-paragrafu 4, id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata fi żmien xahar minn meta l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jirċievi din l-informazzjoni mingħand l-applikanta. Kwalunkwe deċiżjoni ta’ rifjut għandha tinkludi raġunijiet għal dak ir-rifjut.

Artikolu 6

Parteċipanti

1.   Il-parteċipanti li ma jkunux AS għandu jkollhom mill-inqas MCA wieħed ma’ [daħħal l-isem tal-BĊ] u jista’ jkollhom ukoll RTGS DCA, T2S DCA u/jew TIPS DCA wieħed jew aktar ma’ [daħħal l-isem tal-BĊ].

2.   L-AS li jużaw il-proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS AS jew il-proċedura ta’ saldu ta’ TIPS AS għandhom ikunu suġġetti għat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din il-Parti kif ukoll fil-Parti VI jew il-Parti VII, rispettivament. Huma jista’ jkollhom MCA, T2S DCA u, eċċezzjonalment u jekk approvati minn [daħħal l-isem tal-BĊ], RTGS DCA wieħed jew aktar ħlief fir-rigward tal-ikklerjar ta’ ħlasijiet istantanji skont l-iskema SCT Inst. Jekk AS ikollha RTGS DCA jew T2S DCA hija għandu jkollha wkoll mill-inqas MCA wieħed ma’ [daħħal l-isem tal-BĊ]. Fil-każ li AS ikollha MCA jew RTGS DCA jew T2S DCA wieħed jew aktar, għandhom japplikaw ukoll il-Partijiet rispettivi ta’ dawn il-Kundizzjonijiet.

Artikolu 7

Aċċess għal kont ta’ parteċipant minn entitajiet differenti mill-parteċipant

1.   Sa fejn huwa teknikament possibbli, parteċipant jista’ jagħti aċċess għall-kontijiet TARGET tiegħu lil entità waħda jew aktar li huwa jindika, għall-finijiet tas-sottomissjoni ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus u tat-twettiq ta’ azzjonijiet oħra.

2.   Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus sottomessi jew fondi riċevuti mill-entitajiet indikati minn parteċipant kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li ġew sottomessi jew riċevuti minn dak il-parteċipant innifisu.

3.   Il-parteċipant għandu jkun marbut b’dawn l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus kontanti u kwalunkwe azzjoni oħra meħuda mill-entità jew entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-kontenut ta’, jew kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’, l-arranġamenti kuntrattwali jew arranġamenti oħra bejn dak il-parteċipant u tali entità.

Artikolu 8

Fatturazzjoni

1.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jidentifika entrati fatturabbli skont l-Appendiċi VI u għandu jalloka kull waħda minnhom lill-parteċipant li minnu toriġina dik l-entrata fatturabbli.

2.   Kwalunkwe tariffa pagabbli b’rabta ma’ ordni ta’ trasferiment ta’ flus mibgħuta minn AS jew trasferiment ta’ flus riċevut minn AS, irrispettivament minn jekk tużax il-proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS AS jew ta’ RTGS DCA, għandha tiġi imposta esklużivament fuq dik l-AS.

3.   Entrati fatturabbli ġġenerati minn azzjonijiet meħuda mill-entitajiet indikati msemmija fl-Artikolu 7, kif ukoll minn banek ċentrali li jaġixxu f’isem parteċipant, għandhom jiġu allokati lill-parteċipant.

4.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu joħroġ fatturi separati lill-parteċipant għas-servizzi rilevanti deskritti fi: (i) il-Parti III (RTGS-DCA); (ii) il-Parti IV (T2S DCA); (iii) il-Parti V (TIPS DCA); (iv) il-Parti VI (proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS AS); u (v) il-Parti VII (proċedura ta’ saldu ta’ TIPS AS).

5.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jsalda kull fattura permezz ta’ debitu dirett ta’ MCA miżmum mill-parteċipant, sakemm il-parteċipant ma jkunx innomina parteċipant ieħor fit-TARGET (li jista’ jkun fit-TARGET- [daħħal l-isem tal-BĊ/ir-referenza tal-pajjiż] jew sistema komponenti oħra) bħala aġent tal-ħlas u jkun ta struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jiddebita l-MCA ta’ dak l-aġent tal-ħlas. Tali struzzjoni ma għandhiex tillibera lill-parteċipant mill-obbligu tiegħu li jħallas kull fattura.

6.   Meta jkun inħatar aġent tal-ħlas, il-parteċipant għandu jipprovdi lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] b’evidenza li l-aġent tal-ħlas ikun aċċetta li jaġixxi f’dak ir-rwol.

7.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, kull AS għandha tiġi ttrattata separatament, anki jekk żewġ AS minnhom jew aktar ikunu operati mill-istess entità legali, u irrispettivament minn jekk l-AS tkunx ġiet magħżula skont id-Direttiva 98/26/KE jew le. Fil-każ ta’ AS li ma tkunx ġiet magħżula skont id-Direttiva 98/26/KE, din għandha tiġi identifikata bħala AS b’referenza għall-kriterji li ġejjin: (a) tkun arranġament formali, ibbażat fuq strument kuntrattwali jew leġiżlattiv, eż. ftehim bejn il-parteċipanti u l-operatur tas-sistema; (b) ikollha sħubija multipli; (c) ikollha regoli komuni u arranġamenti standardizzati; u (d) tkun bl-iskop ta’ kklerjar, nettjar u/jew saldu ta’ ħlasijiet u/jew titoli bejn il-parteċipanti.

Artikolu 9

Gruppi ta’ Fatturazzjoni

1.   Fuq talba tal-parteċipant l-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu joħloq grupp ta’ fatturazzjoni biex jippermetti lill-membri tiegħu jibbenefikaw mill-ipprezzar digressiv applikabbli għal RTGS DCAs. Il-grupp ta’ fatturazzjoni jista’ jinkludi biss detenturi ta’ RTGS DCA li jappartjenu għall-istess grupp bankarju, minn sistema komponenti waħda jew aktar tat-TARGET.

2.   Fuq talba ta’ detentur ta’ RTGS DCA il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jżid lil dak id-detentur ta’ RTGS DCA ma’ grupp ta’ fatturazzjoni li jista’ jkun fit-TARGET-[daħħal l-isem tal-BĊ/ir-referenza tal-pajjiż] jew f’kull sistema komponenti oħra tat-TARGET jew ineħħieh minnu. Id-detentur ta’ RTGS DCA għandu jinforma lill-membri l-oħra kollha tal-grupp ta’ fatturazzjoni b’tali talba qabel ma jagħmilha.

3.   Id-detenturi ta’ RTGS DCA inklużi fi grupp ta’ fatturazzjoni għandhom jiġu fatturati individwalment kif stipulat fl-Artikolu 8.

Artikolu 10

Obbligi ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] u tal-parteċipant

1.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu joffri s-servizzi deskritti fil-Partijiet II, III, IV, V, VI u VII ta’ dawn il-Kundizzjonijiet meta parteċipant ikun għażel kont kif imsemmi fihom u jkun ingħata dak il-kont. Ħlief fejn provdut xort'oħra f'dawn il-Kundizzjonijiet jew meħtieġ mil-liġi, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu juża l-mezzi raġonevoli kollha fis-setgħa tiegħu biex iwettaq l-obbligi tiegħu taħt dawn il-Kundizzjonijiet, mingħajr ma jiggarantixxi riżultat.

2.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] huwa l-fornitur tas-servizzi taħt dawn il-Kundizzjonijiet. L-azzjonijiet u l-ommissjonijiet tal-BĊNi tal-Livell 3 għandhom ikunu kkunsidrati bħala azzjonijiet u ommissjonijiet ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ], li ghalihom għandu jassumi r-responsabbiltà skont l-Artikolu 22. Il-parteċipazzjoni skont dawn il-Kundizzjonijiet m’għandhiex tohloq relazzjoni kuntrattwali bejn il-parteċipanti u l-BCNi tal-Livell 3 meta kwalunkwe minn dawn tal-aħħar jagixxi fil-kapaċità tiegħu bħala BĊN tal-Livell 3. L-istruzzjonijiet, il-messaġġi jew l-informazzjoni li parteċipant jirċievi mingħand, jew jibgħat lil TARGET b’rabta mas-servizzi pprovduti skont dawn il-Kundizzjonijiet għandhom jitqiesu li ġew irċevuti mingħand, jew intbagħtu lil, [daħħal l-isem tal-BĊ].

3.   Il-parteċipant għandu jħallas it-tariffi lil [daħħal l-isem tal-BĊ] skont l-Artikolu 8.

4.   Il-parteċipant għandu jiżgura li jkollu konnessjoni teknika mat-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] f’konformità mal-iskeda operattiva tat-TARGET stabbilita fl-Appendiċi V. Dan l-obbligu jista’ jitwettaq permezz ta’ entità indikata msemmija fl-Artikolu 7.

5.   Il-parteċipant għandu jirrappreżenta u jiggarantixxi lil [daħħal l-isem tal-BĊ] li t-twettiq tal-obbligi tiegħu skont dawn il-Kundizzjonijiet ma jiksrux xi liġi, regolament jew liġi sussidjarja applikabbli għalih jew xi ftehim li bih ikun marbut.

6.   Il-parteċipant għandu jħallas kwalunkwe taxxa tal-boll applikabbli jew taxxi jew dazji dokumentarji oħra, jekk applikabbli, kif ukoll kwalunkwe spiża oħra li l-parteċipant iġarrab biex jiftaħ, iżomm jew jagħlaq il-kont TARGET tiegħu.

Artikolu 11

Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni

1.   Fit-twettiq ta-obbligi tagħhom u fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw l-istabbiltà, is-sodezza u s-sikurezza tat-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż]. Għandhom jipprovdu lil xulxin kwalunkwe informazzjoni jew dokument rilevanti għat-twettiq tal-obbligi u d-drittijiet rispettivi tagħhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, bla ħsara għall-obbligi tas-segretezza bankarja.

2.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jistabbilixxi u jżomm servizz ta’ appoġġ tas-sistema biex jassisti lill-parteċipanti fir-rigward ta’ diffikultajiet li jinqalgħu b’konnessjoni mal-operazzjonijiet tas-sistema.

3.   Informazzjoni aġġornata dwar l-istatus operazzjonali ta’ kull servizz għandha tkun disponibbli fuq Sistema ta' Informazzjoni TARGET (TIS) fuq paġna web apposta fuq is-sit web tal-BĊE.

4.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jikkomunika messaġġi rilevanti għas-sistema lill-parteċipanti permezz ta’ messaġġ imxandar jew, jekk dan il-mezz ma jkunx disponibbli, permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor xieraq ta’ komunikazzjoni.

5.   Il-parteċipanti għandhom jaġġornaw fil-ħin formoli eżistenti għall-ġbir tad-data ta’ referenza u jissottomettu formoli ġodda għall-ġbir tad-data ta’ referenza lil [daħħal l-isem tal-BĊ]. Il-parteċipanti għandhom jivverifikaw l-akkuratezza tal-informazzjoni relatata magħhom li tiddaħħal fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] mill-[daħħal l-isem tal-BĊ].

6.   Il-parteċipant b’dan jawtorizza lil [daħħal isem il-BĊ] biex jikkomunika lill-BĊNi tal-Livell 3 kull informazzjoni relatata mal-parteċipanti li l-BĊNi tal-Livell 3 jista’ jkollhom bżonn, skont il-ftehim bejn il-BĊNi tal-Livell 3 u l-BĊi tal-Eurosistema li jirregolaw il-forniment tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti mill-BĊNi tal-Livell 3.

7.   Il-parteċipanti għandhom jinformaw lil [daħħal l-isem tal-BĊ] mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe bidla fil-kapaċità legali tagħhom u dwar bidliet leġiżlattivi rilevanti li jaffettwaw kwistjonijiet koperti mill-opinjoni tal-pajjiż kif stabbilit fit-termini ta’ referenza mogħtija fl-Appendiċi III.

8.   [Daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ f’kull ħin jitlob aġġornament jew tiġdid tal-opinjonijiet tal-pajjiż jew dwar il-kapaċità msemmija fl-Artikolu 5(1)(d) u (e).

9.   Il-parteċipanti għandhom immedjatament jinformaw lil [daħħal l-isem tal-BĊ] jekk iseħħ każ ta’ inadempjenza fir-rigward tagħhom stess jew jekk ikunu suġġetti għal miżuri għall-prevenzjoni ta’ kriżijiet jew għal miżuri ta’ mmaniġġjar tal-kriżijiet skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jew kwalunkwe leġiżlazzjoni ekwivalenti oħra applikabbli.

Artikolu 12

Remunerazzjoni tal-Kontijiet

1.   L-MCAs, id-DCAs u s-subkontijiet għandhom jew jiġu rremunerati b’żero fil-mija jew bir-rata tal-faċilità tad-depożitu, skont liema tkun l-aktar baxxa, sakemm ma jintużawx biex jinżammu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

riżervi minimi;

(b)

riżervi f’eċċess;

(c)

depożiti tal-gvern kif iddefiniti fl-Artikolu 2 il-punt (5) tal-Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/7) (2).

Fil-każ ta’ riżervi minimi, il-kalkolu u l-ħlas tar-remunerazzjoni tal-parteċipazzjonijiet għandhom ikunu rregolati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 (3) u mir-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1).

Fil-każ ta’ riżervi f’eċċess, il-kalkolu u l-ħlas tar-remunerazzjoni tal-parteċipazzjonijiet għandhom ikunu rregolati mid-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/31) (4).

Fil-każ ta’ depożiti tal-gvern, ir-remunerazzjoni tal-parteċipazzjonijiet għandha tiġi rregolata mid-dispożizzjonijiet relatati ma’ dawk id-depożiti tal-gvern kif stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Linja Gwida (UE) 2019/671 (BĊE/2019/7)

2.   Il-bilanċi mil-lum għall-għada miżmuma f’kont tekniku ta’ TIPS AS jew f’kont tekniku ta’ RTGS AS għall-proċedura ta’ saldu D ta’ AS, u fondi ta’ garanzija, inklużi dawk miżmuma f’kont ta’ fond ta’ garanzija ta’ AS, għandhom jiġu rremunerati bir-rata tal-faċilità tad-depożitu.

Artikolu 13

Ġestjoni tal-Kontijiet

1.   Il-parteċipanti għandhom jimmonitorjaw u jimmaniġġjaw il-likwidità fil-kontijiet tagħhom f’konformità mal-iskeda operattiva tat-TARGET kif stabbilit fl-Appendiċi V u jwettqu rikonċiljazzjoni fil-livell tat-tranżazzjonijiet mill-inqas darba kuljum. Dan l-obbligu jista’ jiġi ssodisfat permezz ta’ entità magħżula msemmija fl-Artikolu 7.

2.   Il-parteċipant għandu jagħmel użu mill-għodod ipprovduti minn [daħħal l-isem tal-BĊ] bl-iskop ta’ rikonċiljazzjoni tal-kont, b’mod partikolari r-rendikont tal-kont ta’ kuljum li jkun magħmul disponibbli għal kull parteċipant. Dan l-obbligu jista’ jiġi ssodisfat permezz ta’ entità magħżula msemmija fl-Artikolu 7.

3.   Il-parteċipanti għandhom jinformaw minnufih lil [daħħal l-isem tal-BĊ] f’każ li jkun hemm nuqqas ta’ qbil fir-rigward ta’ xi wieħed mill-kontijiet tagħhom.

Artikolu 14

Riżervi minimi

1.   Fuq talba ta’ parteċipant suġġett għal rekwiżit ta’ riżerva minima, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jimmarka MCA jew DCA wieħed jew aktar li jappartjenu għal dak il-parteċipant fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] bħala miżmuma bl-iskop li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ riżerva minima.

2.   Għall-finijiet tat-twettiq tar-rekwiżiti ta’ riżerva minima, fejn applikabbli għall-parteċipant, għandha titqies is-somma tal-bilanċi ta’ tmiem il-jum tal-kontijiet kollha miżmuma minn dak il-parteċipant ma’ [daħħal l-isem tal-BĊ] u mmarkati għal dak il-għan.

Artikolu 15

Ammonti minimi u massimi

1.   Il-parteċipant jista’ jiffissa ammonti minimi u massimi fuq l-MCA jew id-DCAs tiegħu.

2.   Il-parteċipant jista’ jagħżel li jirċievi notifika jekk jinkiser l-ammont tal-limitu minimu jew tal-limitu massimu. Barra minn hekk, għal MCAs jew RTGS DCAs, il-parteċipant jista’ jagħżel li l-ksur jiskatta ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli.

3.   Is-saldu ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità ma għandux jiskatta verifika dwar jekk l-ammont minimu jew massimu jkunx inkiser.

Artikolu 16

Grupp ta’ monitoraġġ tal-kontijiet

1.   Detentur ta’ MCA jista’ joħloq grupp wieħed jew aktar ta’ monitoraġġ tal-kontijiet għall-fini ta’ monitoraġġ tal-likwidità fuq diversi MCAs jew DCAs u jsir il-mexxej ta’ kwalunkwe grupp ta’ monitoraġġ tal-kontijiet li joħloq.

2.   Parteċipant jista’ jżid kwalunkwe wieħed mill-MCAs jew DCAs tiegħu miftuħa fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew fi kwalunkwe sistema komponenti oħra tat-TARGET ma’ grupp wieħed jew aktar ta’ monitoraġġ tal-kontijiet u b’hekk isir membru ta’ dak il-grupp ta’ monitoraġġ tal-kontijiet. Membru ta’ grupp ta’ monitoraġġ tal-kontijiet jista’ jniedi t-tneħħija tal-kont tiegħu minn dak il-grupp ta’ monitoraġġ tal-kontijiet fi kwalunkwe ħin. Parteċipant għandu jinforma lill-mexxej ta’ grupp ta’ monitoraġġ tal-kontijiet qabel ma jżid kont ma’ dak il-grupp ta’ monitoraġġ tal-kontijiet jew ineħħih.

3.   Il-mexxej ta’ grupp ta’ monitoraġġ tal-kontijiet biss għandu jkun jista’ jara l-bilanċi tal-kontijiet kollha inklużi f’dak il-grupp ta’ monitoraġġ tal-kontijiet.

4.   Il-mexxej jista’ jħassar il-grupp ta’ monitoraġġ tal-kontijiet u għandu jinforma lill-membri l-oħra tal-grupp ta’ monitoraġġ tal-kontijiet qabel tali tħassir.

Artikolu 17

Aċċettazzjoni u rifjut ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus

1.   Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus sottomessi mill-parteċipanti għandhom jitqiesu aċċettati minn [daħħal l-isem tal-BĊ] jekk:

(a)

il-messaġġ ta’ trasferiment jikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi tat-TARGET deskritti fl-Appendiċi I;

(b)

il-messaġġ jikkonforma mar-regoli u l-kundizzjonijiet tal-ifformattjar deskritti fl-Appendiċi I;

(c)

il-messaġġ jgħaddi mir-rikonċiljazzjoni ta’ kontroentrati deskritta fl-Appendiċi I;

(d)

f’każijiet fejn pagatur ikun ġie sospiż fir-rigward tal-addebitar tal-kont(ijiet) tiegħu jew benefiċjarju jkun ġie sospiż fir-rigward tal-akkreditar tal-kont(ijiet) tiegħu, ikun inkiseb il-kunsens espliċitu tal-BĊ tal-parteċipant sospiż;

(e)

f’każijiet fejn l-ordni ta’ trasferiment ta’ flus issir bħala parti minn proċedura ta’ saldu ta’ RTGS AS, il-kont tal-parteċipant jiġi inkluż fil-grupp tal-kont bankarju tas-saldu mitlub minn dik l-AS kif stabbilit fl-Artikolu 1(7) tal-Parti VI; u

(f)

fil-każ ta’ saldu bejn is-sistemi bħala parti minn proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS AS, l-AS ikkonċernata tkun parti minn arranġament ta’ saldu bejn is-sistemi kif stabbilit fl-Artikolu 9 tal-Parti VI.

2.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu immedjatament jirrifjuta kwalunkwe ordni ta' ħlas li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma lill-parteċipant bi kwalunkwe rifjut ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ flus, kif speċifikat fl-Appendiċi I.

Artikolu 18

Dħul ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fis-sistema u l-irrevokabbiltà tagħhom

1.   Għall-finijiet tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/26/KE u [daħħal dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw dawn l-Artikoli tad-Direttiva 98/26/KE]:

(a)

l-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ flus, ħlief kif previst fil-punti b), c) u d) ta’ dan il-paragrafu, għandhom jitqiesu mdaħħla fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u irrevokabbli fil-mument li l-kont tat-TARGET tal-parteċipant rilevanti jiġi ddebitat;

(b)

l-ordnijiet ta' ħlas istantanju għandhom jitqiesu mdaħħla fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u irrevokabbli fil-mument li l-fondi rilevanti fuq it-TIPS DCA tal-parteċipant jew fuq il-kont tekniku ta’ TIPS AS tiegħu jkunu riżervati;

(c)

fil-każ ta’ tranżazzjonijiet li jiġu saldati fuq it-T2S DCAs u li huma suġġetti għat-tqabbil ta’ żewġ ordnijiet ta’ trasferiment separati:

(i)

dawn l-ordnijiet ta’ trasferiment, ħlief kif previst fil-punt (ii) ta’ dan is-subparagrafu, għandhom jitqiesu mdaħħla fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] fil-mument li fih ikunu ġew iddikjarati konformi mar-regoli tekniċi tat-T2S mill-Pjattaforma T2S u irrevokabbli fil-mument li t-tranżazzjoni tkun ingħatat l-istatus “rikonċiljata” fuq il-Pjattaforma T2S;

(ii)

fil-każ ta’ tranżazzjonijiet li jinvolvu CSD parteċipanti wieħed li għandu komponent ta’ rikonċiljazzjoni separat fejn l-ordnijiet ta’ trasferiment jintbagħtu direttament lil dak is-CSD parteċipanti biex jiġu rrikonċiljati fil-komponent ta’ rikonċiljazzjoni separat tiegħu, dawn l-ordnijiet ta’ trasferiment għandhom jitqiesu li ddaħħlu fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] fil-mument li fih ikunu ġew iddikjarati konformi mar-regoli tekniċi tat-T2S minn dak is-CSD parteċipanti u irrevokabbli mill-mument li t-tranżazzjoni tkun ingħatat l-istatus “rikonċiljata” fuq il-Pjattaforma T2S. Lista ta’ CSDs parteċipanti msemmija f’dan il-punt (ii) hija disponibbli fis-sit web tal-BĊE;

(d)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus b’rabta mal-proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS AS għandhom jitqiesu mdaħħla fis-sistema komponenti tat-TARGET tal-kont li għandu jiġi ddebitat fil-mument li fih jiġu aċċettati minn dik is-sistema komponenti tat-TARGET u irrevokabbli f’dak il-mument.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhom jaffettwaw l-ebda regola ta’ AS li tistipula mument ta’ dħul fl-AS u/jew l-irrevokabbiltà tal-ordnijiet ta’ trasferiment sottomessi lilha f’punt ta’ żmien qabel il-mument tad-dħul tal-ordnijiet ta’ trasferiment rispettivi ta’ AS fis-sistema komponenti rilevanti tat-TARGET.

3.   Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus inklużi f’algoritmu ma jistgħux jiġu rrevokati matul il-perjodu li l-algoritmu jkun qed jaħdem.

Artikolu 19

Proċeduri ta’ kontinwità tal-operat u ta’ kontinġenza

1.   Fil-każ ta’ avveniment estern anormali jew kwalunkwe avveniment ieħor li jaffettwa t-tranżazzjonijiet fuq il-kontijiet tat-TARGET, għandhom japplikaw il-proċeduri ta’ kontinwità tal-operat u ta’ kontinġenza deskritti fl-Appendiċi IV.

2.   F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-iskeda operattiva tat-TARGET tista’ tinbidel, f’liema każ il-parteċipanti jiġu informati minn [daħħal l-isem tal-BĊ].

3.   F’ċirkostanzi eċċezzjonali AS tista’ tagħmel talba lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jimmodifika l-iskeda operattiva tat-TARGET.

4.   L-Eurosistema tipprovdi l-użu ta’ Soluzzjoni ta’ Kontinġenza jekk l-avvenimenti deskritti fil-paragrafu 1 iseħħu. Il-konnessjoni ma’ u l-użu tas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza għandhom ikunu obbligatorji għall-parteċipanti meqjusa minn [daħħal l-isem tal-BĊ] bħala kritiċi u għall-parteċipanti li jagħmlu saldu ta’ tranżazzjonijiet kritiċi ħafna kif stabbilit fl-Appendiċi IV. Parteċipanti oħra jistgħu, fuq talba, jikkollegaw mas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza.

Artikolu 20

Rekwiżiti ta’ sigurtà

1.   Il-parteċipanti għandhom jimplimentaw kontrolli ta’ sigurtà adegwati biex jipproteġu s-sistemi tagħhom minn aċċess u użu mhux awtorizzat. Il-parteċipanti għandhom ikunu esklużivament responsabbli għall-protezzjoni adegwata tal-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tas-sistemi tagħhom.

2.   Il-parteċipanti għandhom jinformaw minnufih lil [daħħal l-isem tal-BĊ] dwar kwalunkwe inċident relatat mas-sigurtà fl-infrastruttura teknika tagħhom u, fejn xieraq, dwar inċidenti relatati mas-sigurtà li jseħħu fl-infrastruttura teknika tal-fornituri terzi. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jitlob aktar informazzjoni dwar l-inċident u, jekk meħtieġ, jitlob biex il-parteċipant jieħu miżuri xierqa biex jevita li jerġa’ jseħħ xi inċident ta’ dak it-tip.

3.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jimponi obbligi ta’ sigurtà addizzjonali, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċibersigurtà jew il-prevenzjoni tal-frodi, fuq il-parteċipanti kollha u/jew fuq il-parteċipanti li huma kkunsidrati kritiċi minn [daħħal l-isem tal-BĊ].

4.   Il-parteċipanti għandhom jipprovdu lil [daħħal l-isem tal-BĊ]: (i) aċċess permanenti għall-attestazzjoni tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-punt tat-tmiem tal-NSP magħżul tagħhom; u (ii) fuq bażi annwali, id-dikjarazzjoni ta’ awtoċertifikazzjoni tat-TARGET kif meħtieġa għat-tipi ta’ kontijiet li jkollhom u kif ippubblikati fuq is-sit web tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] u fuq is-sit web tal-BĊE bl-Ingliż.

5.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jivvaluta d-dikjarazzjoni(jiet) ta’ awtoċertifikazzjoni tal-parteċipant dwar il-livell ta’ konformità tal-parteċipant ma’ kull wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fir-rekwiżiti ta’ awtoċertifikazzjoni tat-TARGET. Dawn ir-rekwiżiti huma elenkati fl-Appendiċi VII.

6.   Il-livell ta’ konformità tal-parteċipant mar-rekwiżiti tal-awtoċertifikazzjoni tat-TARGET għandu jiġi kkategorizzat kif ġej, f’ordni dejjem akbar ta’ severità: “konformità sħiħa”; “nuqqas ta’ konformità minuri”; jew, “nuqqas ta’ konformità maġġuri”. Il-kriterji li ġejjin għandhom japplikaw: tintlaħaq konformità sħiħa meta l-parteċipanti jissodisfaw 100 % tar-rekwiżiti; nuqqas ta’ konformità minuri jseħħ meta parteċipant jissodisfa inqas minn 100% iżda mill-inqas 66% tar-rekwiżiti u nuqqas ta’ konformità maġġuri jseħħ meta parteċipant jissodisfa inqas minn 66% tar-rekwiżiti. Jekk parteċipant juri li rekwiżit speċifiku ma jkunx applikabbli għalih, għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżit rispettiv għall-finijiet tal-kategorizzazzjoni. Parteċipant li jonqos milli jilħaq “konformità sħiħa” għandu jissottometti pjan ta’ azzjoni li juri kif ikun biħsiebu jilħaq konformità sħiħa. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma lill-awtoritajiet superviżorji rilevanti bl-istatus tal-konformità ta’ dan il-parteċipant.

7.   Jekk il-parteċipant jirrifjuta li jagħti aċċess permanenti għall-attestazzjoni ta’ aderenza mar-rekwiżiti ta’ sigurtà tal-punt tat-tmiem tal-NSPs magħżula tiegħu jew ma jipprovdix l-awtoċertifikazzjoni tat-TARGET, il-livell ta’ konformità tal-parteċipant għandu jiġi kkategorizzat bħala “nuqqas ta’ konformità maġġuri”.

8.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jivvaluta mill-ġdid il-konformità tal-parteċipanti fuq bażi annwali.

9.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jimponi l-miżuri ta’ rimedju li ġejjin fuq parteċipanti li l-livell ta’ konformità tagħhom jkun ġie vvalutat bħala nuqqas ta’ konformità minuri jew maġġuri, f’ordni dejjem akbar ta’ severità:

(a)

monitoraġġ imsaħħaħ: il-parteċipant għandu jipprovdi lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] b’rapport fix-xahar dwar il-progress tiegħu fl-indirizzar tan-nuqqas ta’ konformità, iffirmat minn eżekuttiv anzjan. Il-parteċipant għandu jħallas ukoll penali ta’ EUR 1 000 fix-xahar għal kull kont affettwat. Din il-miżura ta’ rimedju tista’ tiġi imposta fil-każ li l-parteċipant jirċievi t-tieni valutazzjoni konsekuttiva ta’ nuqqas ta’ konformità minuri jew valutazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità maġġuri;

(b)

sospensjoni: il-parteċipazzjoni fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] tista’ tiġi sospiża fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 25(2)(b) u/jew (c). B’deroga mill-Artikolu 25, il-parteċipant għandu jingħata avviż ta’ tliet xhur dwar tali sospensjoni. Il-parteċipant għandu jħallas ukoll penali ta’ EUR 2 000 fix-xahar għal kull kont sospiż. Din il-miżura ta’ rimedju tista’ tiġi imposta f’każ li l-parteċipant jirċievi t-tieni valutazzjoni konsekuttiva ta’ nuqqas ta’ konformità maġġuri;

(c)

sospensjoni: il-parteċipazzjoni fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] tista’ tiġi sospiża fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 25(2)(b) u/jew (c). B’deroga mill-Artikolu 25, il-parteċipant għandu jingħata avviż ta’ tliet xhur. Il-parteċipant għandu jħallas penali addizzjonali ta’ EUR 1 000 għal kull kont itterminat. Din il-miżura ta’ rimedju tista’ tiġi imposta jekk il-parteċipant ma jkunx indirizza n-nuqqas ta' konformità maġġuri għas-sodisfazzjon tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] wara sospensjoni ta’ tliet xhur.

10.   Il-parteċipanti li jippermettu aċċess għall-kont tat-TARGET tagħhom minn partijiet terzi kif stabbilit fl-Artikolu 7 u l-parteċipanti li rreġistraw detenturi ta’ BIC indirizzabbli għandhom jindirizzaw ir-riskju li jirriżulta mill-għoti ta’ tali aċċess f’konformità mar-rekwiżiti ta’ sigurtà stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 9.

Artikolu 21

Skema ta’ Kumpens

Jekk ordni ta’ trasferiment ta’ flus ma tkunx tista’ tiġi saldata fl-istess jum ta’ negozju li fih ġiet aċċettata minħabba ħsara teknika fit-TARGET, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu joffri li jikkumpensa lill-parteċipant ikkonċernat f’konformità mal-proċedura speċjali stabbilita fl-Appendiċi II.

Artikolu 22

Reġim ta’ responsabbiltà

1.   Meta jwettqu l-obbligi tagħhom bis-saħħa ta’ dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti għandhom jintrabtu b’obbligu ġenerali ta’ bonus pater familias fil-konfront ta’ xulxin.

2.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkun responsabbli lejn il-parteċipanti tiegħu f’każijiet ta’ frodi (inkluż imma mhux biss imġiba ħażina volontarja) jew negliġenza kbira, għall kull telf li jirriżulta mill-operat tat-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż]. Fil-każijiet ta’ negliġenza ordinarja, ir-responsabbiltà ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] għandha tkun limitata għat-telf dirett tal-parteċipant, jiġifieri l-ammont tat-tranżazzjoni inkwistjoni u/jew għat-telf tal-imgħax fuqu, u eskluż kull telf konsegwenti.

3.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ma għandux ikun responsabbli għal kwalunkwe telf li jirriżulta minn kwalunkwe ħsara fl-infrastruttura teknika (inkluż iżda mhux limitat għall-infrastruttura tal-kompjuters, il-programmi, id-data, l-applikazzjonijiet jew in-networks tal-[daħħal l-isem tal-BĊ], jekk din il-ħsara tinqala’ minkejja li [daħħal l-isem tal-BĊ] ikun adotta dawk il-miżuri li huma raġonevolment meħtieġa biex tali infrastruttura tiġi protetta mill-ħsara, u biex isolvi l-konsegwenzi ta’ tali ħsara (dawn tal-aħħar jinkludu iżda ma humiex limitati għall-bidu u t-tlestija tal-proċeduri ta’ kontinwità tal-operat u ta’ kontinġenza msemmija fl-Appendiċi IV).

4.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ma għandux ikun responsabbli:

(a)

sa fejn il-ħsara tkun ikkawżata mill-parteċipant; jew

(b)

jekk it-telf jirriżulta minn avvenimenti esterni lil hinn mill-kontroll raġonevoli ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] (force majeure).

5.   Minkejja l-[daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali applikabbli] il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw sal-punt li r-responsabbiltà ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] tista’ tiġi eskluża.

6.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri raġonevoli u prattiċi kollha biex itaffu kwalunkwe dannu jew telf imsemmi f’dan l-Artikolu.

7.   Fit-twettiq tal-obbligi kollha tiegħu jew xi wħud minnhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jikkummissjona partijiet terzi f’ismu, b’mod partikolari fornituri tat-telekomunikazzjonijiet jew ta’ networks oħra jew entitajiet oħra, jekk dan ikun meħtieġ biex jitwettqu l-obbligi ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] jew jekk dan ikun prassi standard fis-suq. L-obbligu ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkun limitat għall-għażla u l-kummissjonar xierqa ta’ kwalunkwe parti terza, u r-responsabbiltà ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] għandha tkun limitata skont dan. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-BĊNi tal-Livell 3 ma għandhomx jitqiesu bħala partijiet terzi.

Artikolu 23

Evidenza

1.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dawn il-Kundizzjonijiet, l-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ flus u l-messaġġi relatati, bħall-konferma tad-debiti jew tal-krediti, jew il-messaġġi ta’ dikjarazzjoni, bejn [daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti għandhom isiru permezz tal-NSP rilevanti.

2.   Rekords elettroniċi jew bil-miktub tal-messaġġi miżmuma mill-[daħħal l-isem tal-BĊ] jew mill-NSP rilevanti għandhom jiġu aċċettati bħala mezz ta’ evidenza tal-ħlasijiet ipproċessati permezz tal-[daħħal l-isem tal-BĊ]. Il-verżjoni ssejvjata jew stampata tal-messaġġ oriġinali tal-NSP rilevanti għandha tiġi aċċettata bħala mezz ta’ evidenza, irrispettivament mill-forma tal-messaġġ oriġinali.

3.   Jekk tinqata’ l-konnessjoni ta’ parteċipant mal-NSP, il-parteċipant għandu juża l-mezzi alternattivi ta’ trażmissjoni ta’ messaġġi kif miftiehem ma’ [daħħal l-isem tal-BĊ]. F’każijiet bħal dawn, il-verżjoni ssejvjata jew stampata tal-messaġġ prodott minn [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollha l-istess valur ta’ evidenza bħall-messaġġ oriġinali, irrispettivament mill-forma tagħha.

4.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jżomm rekords kompluti tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus sottomessi u l-ħlasijiet riċevuti mill-parteċipanti għal perjodu ta’ [daħħal il-perjodu meħtieġ mil-liġi nazzjonali rilevanti] mill-mument li fih jiġu sottomessi dawn l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus u jiġu riċevuti l-ħlasijiet, dment li tali rekords kompluti għandhom ikopru minimu ta’ ħames snin għal kwalunkwe parteċipant fit-TARGET li jkun soġġett għal viġilanza kontinwa skont miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew mill-Istati Membri, jew aktar jekk ikun meħtieġ minn regolamenti speċifiċi.

5.   Il-kotba u r-rekords tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] innifsu għandhom jiġu aċċettati bħala mezz ta’ evidenza ta’ kwalunkwe obbligu tal-parteċipanti u ta’ kwalunkwe fatt u avveniment li fuqhom jiddependu l-partijiet.

Artikolu 24

Durata u terminazzjoni ordinarja tal-parteċipazzjoni u għeluq tal-kontijiet

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25, il-parteċipazzjoni fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għandha tkun għal perjodu ta’ żmien indefinit.

2.   Parteċipant jista’ jittermina kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin fi kwalunkwe ħin billi tagħti avviż ta’ 14-il jum ta’ negozju dwar dan, sakemm ma jiftiehemx fuq perjodu ta’ avviż iqsar ma’ [daħħal l-isem tal-BĊ]:

(a)

il-parteċipazzjoni sħiħa tagħha fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż];

(b)

wieħed jew aktar mid-DCAs, mill-kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS u/jew mill-kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS tagħha;

(c)

wieħed jew aktar mill-MCAs tagħha, sakemm tibqa’ tikkonforma mal-Artikolu 5.

3.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jittermina kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin fi kwalunkwe ħin billi jagħti avviż ta’ tliet xhur dwar dan, sakemm ma jiftiehemx fuq perjodu ta’ avviż differenti mal-parteċipant rilevanti:

(a)

il-parteċipazzjoni sħiħa ta’ parteċipant fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż];

(b)

wieħed jew aktar mid-DCAs, mill-kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS jew mill-kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS tal-parteċipant;

(c)

wieħed jew aktar mill-MCAs ta’ parteċipant, sakemm il-parteċipant jibqa’ jkollu mill-inqas MCA wieħed.

4.   Mat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni, id-dmirijiet ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 28 għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta’ ħames snin li jibda fid-data tat-terminazzjoni.

5.   Mat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jagħlaq il-kontijiet tat-TARGET kollha tal-parteċipant ikkonċernata skont l-Artikolu 26.

Artikolu 25

Sospensjoni u terminazzjoni straordinarja tal-parteċipazzjoni

1.   Il-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għandha tiġi tterminata minnufih mingħajr avviż minn qabel jew sospiża jekk iseħħ wieħed mill-avvenimenti ta’ inadempjenza li ġejjin:

(a)

il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza; u/jew

(b)

il-parteċipant ma jibqax jissodisfa l-kriterji ta’ aċċess stabbiliti fl-Artikolu 4.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, it-teħid ta’ miżuri ta’ prevenzjoni tal-kriżijiet jew ta’ miżuri ta’ mmaniġġjar tal-kriżijiet skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/59/UE kontra parteċipant ma għandux awtomatikament jikkwalifika bħala l-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza.

2.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jittermina mingħajr avviż minn qabel jew jissospendi l-parteċipazzjoni tal-parteċipant fit-TARGET-[daħħal il-BĊ/ir-referenza tal-pajjiż] jekk:

(a)

iseħħ każ ta’ inadempjenza wieħed jew aktar (minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1);

(b)

il-parteċipant ikun fi ksur materjali ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-Kundizzjonijiet;

(c)

il-parteċipant jonqos milli jwettaq kwalunkwe obbligu materjali lejn il-[daħħal l-isem tal-CB];

(d)

il-parteċipant ma jibqax ikollu ftehim validu ma’ NSP biex jipprovdi l-konnessjoni meħtieġa mat-TARGET;

(e)

iseħħ kwalunkwe avveniment ieħor relatat mal-parteċipant li, skont il-valutazzjoni ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ], tipperikola l-istabbiltà, is-sodezza u s-sikurezza ġenerali tat-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew ta’ kwalunkwe sistema komponenti oħra tat-TARGET, jew tipperikola t-twettiq tal-kompiti tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] kif deskritt fi [irreferi għal-liġi nazzjonali rilevanti] u fl-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, jew toħloq riskji għal raġunijiet ta’ prudenza;

(f)

BĊN jissospendi jew jittermina l-aċċess tal-parteċipant għall-kreditu intraġurnata, inkluża l-awtokollateralizzazzjoni, skont l-Artikolu 13 tal-Parti II; u/jew

(g)

il-parteċipant ikun eskluż minn jew inkella ma jibqax membru ta’ waħda mill-Grupp ta’ Utenti Magħluq (Closed Group of Users) tal-NSP.

3.   Fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tiegħu taħt il-paragrafu 2, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jqis, inter alia, is-serjetà tal-każ ta’ inadempjenza jew tal-każijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 2.

4.   Fil-każ li [daħħal l-isem tal-BĊ] jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] skont il-paragrafi 1 jew 2, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma mingħajr dewmien żejjed – permezz ta’ messaġġ imxandar jew, jekk dan ma jkunx disponibbli, bi kwalunkwe mezz xieraq ieħor ta’ komunikazzjoni – lill-parteċipant rispettiv, lil BĊi oħrajn u lill-parteċipanti fis-sistemi komponenti kollha tat-TARGET dwar tali sospensjoni jew terminazzjoni. Dan il-messaġġ għandu jitqies li nħareġ mill-BĊ domestiku tal-parteċipant rispettiv.

5.   Ladarba messaġġ maħruġ skont il-paragrafu 4 ikun ġie riċevut mill-parteċipanti, dawn għandhom jitqiesu informati bit-terminazzjoni/is-sospensjoni tal-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew f’sistema komponenti oħra tat-TARGET. Il-parteċipanti għandhom iġorru kwalunkwe telf li jirriżulta mis-sottomissjoni ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ flus lil parteċipanti li l-parteċipazzjoni tagħhom tkun ġiet sospiża jew itterminata jekk tali ordni ta’ trasferiment ta’ flus tkun iddaħħlet fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] wara li jirċievu l-messaġġ.

Artikolu 26

Għeluq ta’ kontijiet TARGET minn [daħħal l-isem tal-BĊ] mat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni

Mat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] skont l-Artikolu 24 jew 25, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jagħlaq il-kontijiet fit-TARGET tal-parteċipant ikonċernat, wara li jkun issalda jew irrifjuta kwalunkwe ordni ta’ trasferiment ta’ flus fil-kju, u għamel użu mid-drittijiet tiegħu ta’ rahan u ta’ tpaċija skont l-Artikolu 27.

Artikolu 27

Id-drittijiet ta’ rahan u ta’ tpaċija ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ]

1.   [Daħħal jekk applikabbli: Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu rahan fuq il-bilanċi tal-kreditu eżistenti u futuri tal-parteċipant fil-kontijiet tat-TARGET tiegħu, biex b’dan jikkollateralizza kwalunkwe pretensjoni kurrenti jew futura li tirriżulta mir-relazzjoni legali bejn il-partijiet.]

(a)

[Daħħal jekk applikabbli: Il-pretensjonijiet kurrenti u futuri ta’ parteċipant fir-rigward tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] li jirriżultaw minn bilanċ tal-kreditu fil-kontijiet tat-TARGET għandhom jiġu ttrasferiti lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] bħala kollateral, jiġifieri bħala trasferiment fiduċjarju, għal kull pretensjoni kurrenti jew futura tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] fir-rigward tal-parteċipant li tirriżulta mill-[daħħal ir-referenza għall-arranġament li jimplimenta dawn il-Kundizzjonijiet]. Dan il-kollateral għandu jiġi stabbilit bis-sempliċi fatt illi l-fondi jkunu ġew akkreditati lill-kontijiet tat-TARGET tal-parteċipant.]

(b)

[Daħħal jekk applikabbli: Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu imposta flessibbli fuq il-bilanċi tal-kreditu eżistenti u futuri tal-parteċipant fil-kontijiet tat-TARGET tiegħu, biex b’dan jikkollateralizza kwalunkwe pretensjoni kurrenti jew futura li tirriżulta mir-relazzjoni legali bejn il-partijiet.]

2.   [Daħħal jekk applikabbli: Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu d-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 anke jekk il-pretensjonijiet tiegħu jkunu kontinġenti biss jew għadhom mhux dovuti.]

3.   [Daħħal jekk applikabbli: Il-parteċipant, fil-kapaċità tiegħu bħala detentur ta’ kont tat-TARGET, b’dan jirrikonoxxi l-ħolqien ta’ rahan favur [daħħal l-isem tal-BĊ], li miegħu infetaħ dak il-kont; dan ir-rikonoxximent għandu jikkostitwixxi l-provvista ta’ assi mirhuna lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] imsemmija fil-liġi [daħħal l-aġġettiv nazzjonali rilevanti]. Kwalunkwe ammont imħallas fil-kontijiet tat-TARGET li l-bilanċ tiegħu jiġi mirhun għandu, bis-sempliċi fatt li jkun totalment imħallas, jiġi mirhun b’mod irrevokabbli, mingħajr l-ebda limitazzjoni, bħala kollateral għat-twettiq sħiħ tal-obbligi garantiti.]

4.   Malli jseħħ:

(a)

każ ta’ inadempjenza, imsemmi fl-Artikolu 25(1); jew

(b)

kwalunkwe każ ieħor ta’ inadempjenza jew avveniment imsemmi fl-Artikolu 25(2) li jkun wassal għat-terminazzjoni jew għas-sospensjoni tal-parteċipazzjoni tal-parteċipant, minkejja l-bidu ta’ kwalunkwe proċediment ta’ insolvenza fir-rigward ta’ parteċipant u minkejja kwalunkwe ċessjoni, qbid ġudizzjarju jew qbid ieħor jew disponiment ieħor ta’ jew fir-rigward tad-drittijiet tal-parteċipant,

l-obbligi kollha tal-parteċipant għandhom jiġu aċċellerati awtomatikament u immedjatament, mingħajr avviż minn qabel u mingħajr il-ħtieġa ta’ approvazzjoni minn qabel ta’ kwalunkwe awtorità, sabiex ikunu dovuti immedjatament. Barra minn dan, l-obbligi reċiproċi tal-parteċipant u l-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandhom jiġu paċuti awtomatikament ma' xulxin, u l-parti li għandha tagħti l-ogħla ammont għandha tħallas id-differenza lill-parti l-oħra.

5.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu minnufih javża lill-parteċipant b’kull tpaċija skont il-paragrafu 4 wara li tkun seħħet din it-tpaċija.

6.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jiddebita mingħajr avviż minn qabel il-kont tat-TARGET ta’ kwalunkwe parteċipant bi kwalunkwe ammont li l-parteċipant ikollu jagħti lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] bħala riżultat tar-relazzjoni legali bejn il-parteċipant u l-[daħħal l-isem tal-BĊ].

7.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx joħolqu xi dritt, rahan, imposta jew pretensjoni jew tpaċija fir-rigward tal-kontijiet TARGET li ġejjin użati minn AS:

(a)

kontijiet tat-TARGET użati skont il-proċeduri ta’ saldu ta’ AS skont il-Parti VI jew il-Parti VII;

(b)

kontijiet tat-TARGET miżmuma minn AS skont il-Partijiet II sa V, fejn il-fondi miżmuma f’tali kontijiet ma jkunux jappartjenu għall-AS iżda jinżammu f’isem il-klijenti tagħhom jew jintużaw biex jiġu saldati ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus f’isem il-klijenti tagħhom.

Artikolu 28

Kunfidenzjalità

1.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jżomm kunfidenzjali kull informazzjoni sensittiva jew sigrieta, inkluż meta tali informazzjoni tkun tirrigwarda ħlasijiet, informazzjoni teknika jew organizzattiva tal-parteċipant, tal-parteċipanti mill-istess grupp jew tal-klijenti tal-parteċipant, sakemm il-parteċipant jew il-klijent tiegħu ma jkunx ta l-kunsens bil-miktub tiegħu għad-divulgazzjoni [daħħal il-frażi li ġejja jekk applikabbli skont il-liġi nazzjonali] jew tali divulgazzjoni tkun permessa jew meħtieġa skont il-liġi [daħħal l-aġġettiv relatat mal-isem tal-pajjiż].

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, il-parteċipant jaqbel li l-informazzjoni dwar kwalunkwe azzjoni meħuda skont l-Artikolu 25 ma għandhiex titqies kunfidenzjali.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-parteċipant jaqbel li l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jiżvela informazzjoni dwar il-ħlasijiet, informazzjoni teknika jew organizzattiva rigward il-parteċipant, il-parteċipanti mill-istess grupp bankarju jew il-klijenti tal-parteċipant, miksuba waqt l-operat ta’ TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] lil:

(a)

BĊi oħrajn jew partijiet terzi li jkunu involuti fl-operat tat-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], sa fejn dan ikun meħtieġ għall-funzjonament effiċjenti tat-TARGET jew għall-monitoraġġ tal-iskopertura tal-parteċipant jew tal-grupp bankarju tiegħu;

(b)

BĊi oħrajn sabiex iwettqu l-analiżi meħtieġa għall-operazzjonijiet tas-suq, il-funzjonijiet tal-politika monetarja, l-istabbiltà finanzjarja jew l-integrazzjoni finanzjarja; jew

(c)

awtoritajiet superviżorji, ta’ riżoluzzjoni u ta’ sorveljanza tal-Istati Membri u tal-Unjoni, inklużi l-BĊi, sal-punt li dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom,

u dment li fil-każijiet kollha bħal dawn l-iżvelar ma jkunx f’kunflitt mal-liġi applikabbli.

4.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ma għandux ikun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji u kummerċjali ta’ divulgazzjoni magħmula f’konformità mal-paragrafu 3.

5.   B’deroga mill-paragrafu 1 u dment li dan ma jippermettix, direttament jew indirettament, li jiġu identifikati l-parteċipant jew il-klijenti tal-parteċipant, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ juża, jiddivulga jew jippubblika informazzjoni dwar il-ħlasijiet li tirrgwarda lill-parteċipant jew lill-klijenti tal-parteċipant għal finijiet ta’ statistika, storja, xjenza jew oħrajn fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet pubbliċi tiegħu jew ta’ funzjonijiet ta’ entitajiet pubbliċi oħra li lilhom l-informazzjoni tiġi ddivulgata.

6.   L-informazzjoni relatata mal-operat tat-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] li għaliha l-parteċipanti kellhom aċċess tista’ tintuża biss għall-finijiet stabbiliti f’dawn il-Kundizzjonijiet. Il-parteċipanti għandhom iżommu din l-informazzjoni kunfidenzjali, sakemm il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ma jkunx espliċitament ta l-kunsens bil-miktub tiegħu għad-divulgazzjoni. Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li kwalunkwe parti terza li lilha jesternalizzaw, jiddelegaw jew jissottokuntrattaw kompiti li jkollhom jew li jista’ jkollhom impatt fuq it-twettiq tal-obbligi tagħhom skont dawn il-Kundizzjonijiet tkun marbuta bir-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità f’dan l-Artikolu.

7.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkun awtorizzat jipproċessa u jittrasferixxi d-data meħtieġa lill-NSP sabiex jissalda ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus.

Artikolu 29

Protezzjoni tad-data, prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, miżuri amministrattivi jew restrittivi u kwistjonijiet relatati

1.   Il-parteċipanti għandhom jitqiesu li jafu dwar l-obbligi kollha tagħhom relatati mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, għandhom jikkonformaw magħhom, u għandhom ikunu kapaċi juru dik il-konformità lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Huma għandhom jitqiesu li huma konxji dwar l-obbligi kollha tagħhom relatati mal-leġiżlazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, attivitajiet nukleari sensittivi għall-proliferazzjoni u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ twassil ta’ armi nukleari, b’mod partikolari f’termini ta’ implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa rigward kwalunkwe ħlas addebitat jew akkreditat lill-kontijiet tat-TARGET tagħhom, u għandhom jikkonformaw ma’ dawk l-obbligi. Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li huma informati dwar il-politika għall-irkupru tad-data tal-NSP magħżul tagħhom qabel ma jidħlu fir-relazzjoni kuntrattwali mal-NSP.

2.   Il-parteċipanti jawtorizzaw lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jikseb kwalunkwe informazzjoni relatata magħhom minn kwalunkwe awtorità finanzjarja jew superviżorja jew korp kummerċjali, kemm jekk nazzjonali kif ukoll jekk barrani, jekk din l-informazzjoni tkun meħtieġa għall-parteċipazzjoni tal-parteċipant fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż].

3.   Il-parteċipanti, meta jaġixxu bħala l-fornitur tas-servizz ta’ ħlas ta’ pagatur jew ta’ benefiċjarju, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li jirriżultaw minn miżuri amministrattivi jew restrittivi imposti skont l-Artikolu 75 jew 215 tat-Trattat li għalihom ikunu soġġetti, inkluż fir-rigward tan-notifika u/jew tal-kisba ta’ kunsens minn awtorità kompetenti fir-rigward tal-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet. Barra minn dan:

(a)

meta il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ikun il-fornitur tas-servizz ta’ ħlas ta’ parteċipant li jkun pagatur:

(i)

il-parteċipant għandu jagħmel in-notifika meħtieġa jew jikseb il-kunsens f’isem il-bank ċentrali li jkun meħtieġ primarjament li jagħmel notifika jew li jikseb kunsens, u għandu jipprovdi lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] b’evidenza li jkun għamel notifika jew li jkun irċieva l-kunsens;

(ii)

il-parteċipant ma għandu jdaħħal l-ebda ordni ta' trasferiment ta' fondi f'kont miżmum minn entità differenti mill-parteċipant fit-TARGET sakemm ma jkunx kiseb konferma minn [daħħal l-isem tal-BĊ] li n-notifika meħtieġa saret jew li l-kunsens inkiseb minn jew f'isem il-fornitur tas-servizz ta' ħlas tal-benefiċjarju;

(b)

meta il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ikun fornitur tas-servizz ta’ ħlas ta’ parteċipant li jkun benefiċjarju, il-parteċipant għandu jagħmel in-notifika meħtieġa jew jikseb il-kunsens f’isem il-bank ċentrali li jkun primarjament meħtieġ li jagħmel notifika jew jikseb il-kunsens, u għandu jipprovdi lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] b’evidenza li għamel in-notifika jew li rċieva l-kunsens.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, it-termini “fornitur ta’ servizz ta’ ħlas”, “pagatur” u “benefiċjarju” għandu jkollhom it-tifsira attribwita lilhom fil-miżuri amministrattivi jew restrittivi applikabbli.

Artikolu 30

Avviżi

1.   Ħlief fejn previst mod ieħor f’dawn il-Kundizzjonijiet, l-avviżi kollha meħtieġa jew permessi skont dawn il-Kundizzjonijiet għandhom jintbagħtu bil-posta rreġistrata, [jekk rilevanti – bil-fax] jew b’mezzi elettroniċi oħra jekk ikun hemm ftehim bilaterali dwar dan, jew inkella bil-miktub. L-avviżi lil [daħħal l-isem tal-BĊ] għandhom ikunu sottomessi lill-kap tal-[daħħal id-dipartiment għas-sistemi ta’ ħlas jew it-taqsima rilevanti tal-BĊ] ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ], [inkludi l-indirizz rilevanti tal-BĊ] jew lil [daħħal l-indirizz BIC tal-BĊ] jew lil [daħħal jekk rilevanti mezzi elettroniċi oħra li hemm ftehim bilaterali dwarhom]. L-avviżi lill-parteċipant għandhom jintbagħtulu fl-indirizz, [jekk rilevanti - fin-numru tal-fax] jew [daħħal informazzjoni rilevanti jekk mezzi elettroniċi oħra huma miftiehma bilateralment] jew fl-indirizz tal-BIC li l-parteċipant jista’ minn żmien għal żmien jinnotifika lil [daħħal l-isem tal-BĊ].

2.   Sabiex jiġi ppruvat li jkun intbagħat avviż, għandu jkun biżżejjed li jiġi ppruvat li l-avviż intbagħat jew fiżikament jew b’mezzi elettroniċi lid-destinatarju rilevanti.

3.   L-avviżi kollha għandhom jingħataw bil-[daħħal il-lingwa nazzjonali rilevanti u/jew “bl-Ingliż”].

4.   Il-parteċipanti għandhom ikunu marbuta bil-formoli u d-dokumenti kollha tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] li l-parteċipanti jkunu mlew u/jew iffirmaw, inkluż iżda mhux limitat għal formoli ta’ ġbir ta’ data ta’ referenza, kif imsemmi fl-Artikolu 5(2)(a), u bl-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 11(5), li ġew sottomessi f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 u li l-[daħħal l-isem tal-BĊ] raġonevolment jemmen li waslet mingħand il-parteċipanti, l-impjegati jew l-aġenti tagħhom.

Artikolu 31

Relazzjoni kuntrattwali ma’ NSP

1.   Sabiex jibagħtu struzzjonijiet u messaġġi lit-TARGET jew jirċevuhom minnha, il-parteċipanti għandhom:

(a)

jikkonkludu kuntratt ma’ NSP fil-qafas tal-kuntratt ta’ konċessjoni ma’ dak l-NSP sabiex jistabbilixxi konnessjoni teknika mat-TARGET [daħħal referenza tal-pajjiż/BĊ]; jew

(b)

jikkollegaw permezz ta’ entità oħra li hija stess tkun ikkonkludiet kuntratt ma’ NSP fil-qafas tal-kuntratt ta’ konċessjoni ma’ dak l-NSP.

2.   Ir-relazzjoni legali bejn parteċipant u l-NSP għandha tkun regolata esklużivament mit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt konkluż bejniethom.

3.   Is-servizzi li għandhom jiġu pprovduti mill-NSP ma għandhomx jiffurmaw parti mis-servizzi li għandhom jitwettqu minn [daħħal l-isem tal-BĊ] fir-rigward tat-TARGET.

4.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ma għandu jkun responsabbli għall-ebda att, żball jew ommissjoni tal-NSP (inklużi d-diretturi, il-persunal u s-sottokuntratturi tiegħu), jew għal kwalunkwe att, żball jew ommissjoni ta’ partijiet terzi magħżula mill-parteċipanti biex jiksbu aċċess għan-network tal-NSP.

Artikolu 32

Proċedura ta’ emenda

Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' fi kwalunkwe ħin jemenda unilateralment dawn il-Kundizzjonijiet, inklużi l-Appendiċijiet. L-emendi ta’ dawn il-Kundizzjonijiet, inklużi l-Appendiċijiet tagħhom għandhom jitħabbru permezz ta’ [niżżel il-mezz rilevanti ta’ tħabbir]. L-emendi għandhom jitqiesu li ġew aċċettati sakemm il-parteċipant ma joġġezzjonax b’mod espliċitu fi żmien 14-il jum minn meta jiġi informat b’tali emendi. Jekk parteċipant joġġezzjona għall-emenda, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ikun intitolat itemm minnufih il-parteċipazzjoni ta’ dak il-parteċipant fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u jagħlaq kwalunkwe kont tat-TARGET tiegħu.

Artikolu 33

Drittijiet ta’ partijiet terzi

1.   Il-parteċipanti ma għandhomx jittrasferixxu, jirahnu jew jassenjaw xi drittijiet, interessi, obbligi, responsabbiltajiet jew talbiet li jirriżultaw minn dawn il-Kundizzjonijiet jew li jkunu relatati magħhom lil kwalunkwe parti terza mingħajr il-kunsens bil-miktub ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ].

2.   Dawn il-kundizzjonijiet ma joħolqu l-ebda dritt favur jew obbligu fir-rigward ta’ xi entità għajr il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż].

Artikolu 34

Il-liġi ta’ governanza, il-ġuriżdizzjoni u l-post tat-twettiq

1.   Ir-relazzjoni bilaterali bejn il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għandha tkun irregolata bil-liġi [daħħal l-aġġettiv relatat mal-isem tal-pajjiż].

2.   Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kull tilwima li tirriżulta minn kwistjoni marbuta mar-relazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-qrati kompetenti ta’ [daħħal il-post tas-sede tal-BĊ].

3.   Il-post tat-twettiq fir-rigward tar-relazzjoni legali bejn [daħħal ir-referenza għall-BĊ] u l-parteċipanti għandu jkun [niżżel il-post tas-sede tal-BĊ].

Artikolu 35

Separabbiltà

Jekk xi dispożizzjoni f’dawn il-Kundizzjonijiet tkun jew issir invalida, dan ma għandux jippreġudika l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dawn il-Kundizzjonijiet.

Artikolu 36

Dħul fis-seħħ u natura vinkolanti

1.   Dawn il-Kundizzjonijiet isiru effettivi minn [daħħal id-data rilevanti].

2.   [Daħħal jekk ikun xieraq skont il-liġi nazzjonali rilevanti: Meta jitolbu li jipparteċipaw fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], il-parteċipanti applikanti jaqblu awtomatikament ma’ dawn il-kundizzjonijiet bejniethom u fir-rigward ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ].]

PARTI II

Termini u kundizzjonijiet speċjali għall-kontijiet ta’ flus ewlenin (MCAs)

Artikolu 1

Ftuħ u mmaniġġjar ta’ MCA

1.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiftaħ u jopera mill-inqas MCA wieħed għal kull parteċipant, ħlief meta l-parteċipant ikun AS li tuża biss proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS jew ta’ TIPS AS, f’liema każ l-użu ta’ MCA għandu jkun fid-diskrezzjoni tal-AS

2.   Għall-fini tas-saldu ta’ operazzjonijiet ta’ politika monetarja kif stabbilit fi [daħħal ir-referenza għad-Dokumentazzjoni ġenerali], u s-saldu ta’ imgħax minn tali operazzjonijiet, il-parteċipant għandu jindika MCA primarju miżmum ma’ [daħħal l-isem tal-BĊ].

3.   L-MCA primarju indikat f’konformità mal-paragrafu 2 għandu jintuża wkoll għall-finijiet li ġejjin:

(a)

ir-remunerazzjoni kif stabbilita fl-Artikolu 12 tal-Parti I, sakemm il-parteċipant ma jkunx indika parteċipant ieħor fit-TARGET-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] għal dak il-għan;

(b)

l-għoti ta’ kreditu intraġurnata, fejn applikabbli.

4.   Kwalunkwe bilanċ negattiv fuq MCA primarju ma għandux ikun inqas mil-linja ta’ kreditu (jekk jingħata). Ma għandu jkun hemm l-ebda bilanċ ta’ debitu fuq MCA li ma jkunx MCA primarju.

Artikolu 2

Ġestjoni konġunta ta’ MCA

1.   Fuq talba ta’ detentur ta’ MCA, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jippermetti li MCA miżmum minn dak id-detentur ta’ MCA jiġi ġestit konġuntament minn wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

detentur ieħor ta’ MCA fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż];

(b)

detentur ta’ MCA f’sistema komponenti oħra tat-TARGET;

(c)

[daħħal l-isem tal-BĊ] jekk applikabbli].

Jekk id-detentur ta’ MCA jkollu aktar minn MCA wieħed, kull MCA miżmum jista’ jiġi ġestit konġuntament minn ġestjonarju konġunt differenti.

Il-ġestjonarju konġunt għandu jkollu l-istess drittijiet u privileġġi fir-rigward ta’ MCA li jimmaniġġja flimkien ma’ ħaddieħor bħalma jkollu fir-rigward tal-MCA tiegħu stess.

2.   Id-detentur tal-MCA għandu jipprovdi lil [daħħal l-isem tal-BĊ] evidenza tal-kunsens tal-ġestjonarju konġunt biex jaġixxi f’dik il-kapaċità. [għandu jiġi inkluż jekk tintuża 1(c) –] Tali evidenza ta’ kunsens għal azzjoni ma għandhiex tkun meħtieġa meta l-ġestjonarju konġunt ikun [daħħal l-isem tal-BĊ.]

3.   Detentur ta’ MCA li jaġixxi bħala ġestjonarju konġunt għandu jissodisfa l-obbligi tad-detentur tal-MCA tal-MCA ġestit konġuntament skont l-Artikolu 5(1)(a) tal-Parti I, l-Artikolu 10(4) tal-Parti I, u l-Artikolu 31(1) tal-Parti I.

4.   Id-detentur tal-MCA ta’ MCA ġestit konġuntament għandu jissodisfa l-obbligi ta’ parteċipant skont il-Parti I u l-Parti II fir-rigward tal-MCA ġestit konġuntament. Fil-każ li d-detentur tal-MCA ma jkollux konnessjoni teknika diretta mat-TARGET, l-Artikolu 5(1)(a) tal-Parti I, l-Artikolu 10(4) tal-Parti I, u l-Artikolu 31(1) tal-Parti I ma għandhomx japplikaw.

5.   L-Artikolu 7 tal-Parti I għandu japplika għal detentur ta’ MCA li jaħtar entità biex taġixxi bħala ġestjonarju konġunt tal-MCA ta’ detentur ta’ MCA skont dan l-Artikolu.

6.   Id-detentur ta’ MCA għandu jinnotifika [minnufih] lil [daħħal l-isem tal-BĊ] jekk il-ġestjonarju konġunt ma jibqax jaġixxi jew l-arranġament ta’ ġestjoni konġunta bejn id-detentur ta’ MCA u l-ġestjonarju konġunt jiġi tterminat.

L-Artikolu 3

Grupp ta’ trasferiment tal-likwidità ta’ MCA

1.   Fuq talba ta’ detentur ta’ MCA, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu joħloq grupp ta’ trasferiment tal-likwidità tal-MCA, bil-għan li jippermetti l-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn MCA għal MCA.

2.   Fuq talba ta’ detentur ta’ MCA, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jżid wieħed mill-MCAs tad-detentur tal-MCA ma’ grupp eżistenti ta’ trasferiment ta’ likwidità tal-MCA maħluq fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew ma’ sistema komponenti oħra tat-TARGET, jew ineħħieh minnu jew minnha. Id-detentur ta’ MCA għandu jinforma lid-detenturi l-oħra kollha ta’ MCA f’dak il-grupp ta’ trasferiment ta’ likwidità tal-MCA qabel ma jagħmel tali talba.

Artikolu 4

Tranżazzjonijiet ipproċessati permezz ta’ MCA

1.   It-tranżazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu pproċessati permezz ta’ MCA fit-TARGET-[daħħal l-BĊ/ir-referenza tal-pajjiż]:

(a)

operazzjonijiet tal-bank ċentrali;

(b)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn u minn kontijiet ta’ depożitu mil-lum għall-għada miftuħa minn [daħħal l-isem tal-BĊ] f’isem il-parteċipant;

(c)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn MCA ieħor fl-istess grupp ta’ trasferiment ta’ likwidità ta’ MCA;

(d)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn T2S DCA, TIPS DCA jew RTGS DCA, jew lejn subkont tagħhom.

2.   It-tranżazzjoni li ġejja tista’ tiġi pproċessata permezz ta’ MCA fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż]:

(a)

[daħħal jekk meħtieġ [ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li jirriżultaw minn depożiti u ġbid ta’ flus.]]

Artikolu 5

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità

1.   Detentur ta’ MCA jista’ jissottometti ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bħala waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjata, li għandha tkun struzzjoni għall-eżekuzzjoni immedjata;

(b)

ordni permanenti ta’ trasferiment tal-likwidità, li għandha tkun struzzjoni għall-eżekuzzjoni rikorrenti tat-trasferiment ta’ ammont speċifikat fl-okkorrenza ta’ avveniment predefinit kull jum ta’ negozju.

Artikolu 6

Ordnijiet ta’ trasferiment tal-likwidità bbażati fuq ir-regoli

1.   Detentur ta’ MCA jista’ jispeċifika ammont minimu u/jew massimu għall-MCA tiegħu.

2.   Meta jistabbilixxi limitu massimu u jagħżel ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli, jekk, wara s-saldu ta’ ordni ta’ ħlas, jinkiser il-limitu massimu, id-detentur tal-MCA jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jeżegwixxi ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli li takkredita RTGS DCA jew MCA ieħor fl-istess grupp ta’ trasferiment ta’ likwidità ta’ MCA indikat minn dak id-detentur ta’ MCA. L-RTGS DCA jew MCA akkreditat jistgħu jkunu fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew sistema komponenti oħra tat-TARGET.

3.   Bl-istabbiliment ta’ limitu minimu u l-għażla ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli, jekk, wara s-saldu ta’ ordni ta’ ħlas, jinkiser il-limitu minimu, tinbeda ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli li taddebita RTGS DCA jew MCA ieħor fl-istess grupp ta’ trasferiment ta’ likwidità ta’ MCA indikat minn dak id-detentur ta’ MCA. L-RTGS DCA jew MCA akkreditat jistgħu jkunu fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew sistema komponenti oħra tat-TARGET. Id-detentur tal-RTGS DCA jew tal-MCA li għandu jiġi ddebitat irid jawtorizza li l-kont tiegħu jiġi ddebitat b’dan il-mod.

4.   Detentur ta’ MCA jista’ jawtorizza li l-MCA tiegħu jiġi ddebitat fil-każ li jinkiser limitu minimu f’RTGS DCA jew MCA wieħed jew f’diversi speċifikati fl-istess grupp ta’ trasferiment ta’ likwidità fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew sistema komponenti oħra tat-TARGET. Meta jawtorizza li l-kont tiegħu jiġi ddebitat, id-detentur tal-MCA jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jeżegwixxi ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli li takkredita l-RTGS DCA(s) jew l-MCA(s) kull meta jinkiser il-limitu minimu.

5.   Detentur ta’ MCA jista’ jawtorizza li l-MCA tiegħu jiġi ddebitat f’każ li ma jkunx hemm likwidità biżżejjed f’RTGS DCA indikat għall-fini ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzati skont l-Artikolu 1(5) u (6) tal-Parti III, biex jiġu saldati ordnijiet ta’ ħlas urġenti, ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS jew ordnijiet ta’ ħlas ta’ prijorità għolja. Meta jawtorizza li l-kont tiegħu jiġi ddebitat, id-detentur tal-MCA jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jeżegwixxi ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli li takkredita l-RTGS DCA tiegħu.

Artikolu 7

Proċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus

1.   L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus, ladarba jiġu aċċettati, għandhom jiġu saldati immedjatament sakemm ikun hemm likwidità disponibbli fl-MCA tal-pagatur.

2.   F’każ li ma jkunx hemm fondi biżżejjed fuq MCA sabiex isir is-saldu, għandha tapplika r-regola rilevanti kif stabbilita fil-punti (a) sa (e) [skont it-tip ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ flus].

(a)

Ordni ta’ ħlas fuq l-MCA: l-istruzzjoni għandha tiġi rrifjutata jekk tinbeda minn [daħħal l-isem tal-BĊ] u twassal kemm għal bidla fil-linja ta’ kreditu intraġurnata tal-parteċipant kif ukoll għal debitu jew kreditu korrispondenti tal-MCA tiegħu. L-istruzzjonijiet l-oħra kollha għandhom jinżammu fil-kju.

(b)

Ordni ta’ trasferiment tal-likwidità immedjata: l-ordni għandha tiġi rrifjutata mingħajr saldu parzjali jew kwalunkwe tentattiv ieħor ta’ saldu.

(c)

Ordni permanenti ta’ trasferiment tal-likwidità: l-ordni għandha tiġi ssaldata parzjalment mingħajr ebda tentattiv ieħor ta’ saldu.

(d)

Ordni ta’ trasferiment tal-likwidità bbażata fuq ir-regoli: l-ordni għandha tiġi ssaldata parzjalment mingħajr ebda tentattiv ieħor ta’ saldu.

(e)

Ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità lil kont ta’ depożitu mil-lum għall-għada: l-ordni għandha tiġi rrifjutata mingħajr saldu parzjali jew kwalunkwe tentattiv ieħor ta’ saldu.

3.   L-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ flus fil-kju għandhom jiġu pproċessati skont il-prinċipju fejn joħroġ li daħal l-ewwel (FIFO) mingħajr prijoritizzazzjoni jew riordinazzjoni.

4.   L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fil-kju fl-aħħar tal-jum tan-negozju għandhom jiġu rrifjutati.

Artikolu 8

Ordnijiet ta’ riżervazzjoni ta’ likwidità

1.   Detentur ta’ MCA jista’ jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jirriżerva ammont speċifikat ta’ likwidità fuq l-MCA tiegħu għall-finijiet tas-saldu ta’ operazzjonijiet tal-bank ċentrali jew ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn kontijiet ta’ depożitu mil-lum għall-għada permezz ta’ waħda minn dawn:

(a)

ordni ta’ riżervazzjoni ta’ likwidità kurrenti li għandu jkollha effett immedjat għall-jum ta’ negozju tat-TARGET kurrenti;

(b)

ordni permanenti ta’ riżervazzjoni tal-likwidità li għandha titwettaq fil-bidu ta’ kull jum ta’ negozju tat-TARGET.

2.   F’każ li l-ammont ta’ likwidità mhux riżervata ma jkunx biżżejjed biex jissodisfa l-ordni ta’ riżervazzjoni ta’ likwidità kurrenti jew permanenti, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jeżegwixxi l-ordni ta’ riżervazzjoni parzjalment. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jingħata struzzjonijiet biex jeżegwixxi ordnijiet ta’ riżervazzjoni ulterjuri sakemm jintlaħaq l-ammont pendenti li għandu jiġi riżervat. L-ordnijiet ta’ riżervazzjoni pendenti għandhom jiġu rrifjutati fi tmiem il-jum tan-negozju.

3.   L-operazzjonijiet tal-bank ċentrali għandhom jiġu saldati permezz tal-likwidità riżervata kif stabbilit fil-paragrafu 1 u ordnijiet oħra ta’ trasferiment ta’ flus għandhom jiġu saldati biss bl-użu tal-likwidità disponibbli wara li jitnaqqas l-ammont riżervat.

4.   Minkejja l-paragrafu 3, f'każ ta’ likwidità mhux riżervata insuffiċjenti fuq l-MCA primarju tad-detentur tal-MCA sabiex titnaqqas il-linja ta’ kreditu intraġurnata tad-detentur tal-MCA, [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu juża l-likwidità riżervata.

Artikolu 9

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus f’każ ta’ sospensjoni jew terminazzjoni

1.   Mat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ma għandu jaċċetta l-ebda ordni ġdida ta’ trasferiment ta’ flus mingħand dik il-parteċipant. Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fil-kju, ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus realizzati jew ordnijiet ġodda ta’ trasferiment ta’ flus favur dak il-parteċipant għandhom jiġu rrifjutati.

2.   Jekk parteċipant jiġi sospiż mit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għal raġunijiet li ma humiex dawk speċifikati fl-Artikolu 25(1)(a) tal-Parti I, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jaħżen l-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ flus kontanti deħlin u ħerġin ta’ dak il-parteċipant fuq l-MCA tiegħu u jissottomettihom biss għas-saldu wara li jkunu ġew aċċettati b’mod espliċitu mill-BĊ tal-parteċipant sospiż.

3.   Jekk parteċipant jiġi sospiż mit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għar-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 25(1)(a) tal-Parti I, kwalunkwe ordni ta’ trasferiment ta’ flus ħierġa mill-MCA ta’ dak il-parteċipant għandha tiġi pproċessata biss fuq l-istruzzjonijiet tar-rappreżentanti tiegħu, inklużi dawk maħtura minn awtorità kompetenti jew qorti, bħall-amministratur tal-insolvenza tal-parteċipant, jew skont deċiżjoni eżegwibbli ta’ awtorità kompetenti jew qorti li tipprovdi struzzjonijiet dwar kif għandhom jiġu pproċessati l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus. L-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ flus li jidħlu għandhom jiġu pproċessati f’konformità mal-paragrafu 2.

Artikolu 10

Entitajiet eliġibbli għal kreditu intraġurnata

1.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipprovdi kreditu intraġurnata lil istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE li jkunu kontropartijiet eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema u li jkollhom aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali, inkluż meta dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE u inklużi friegħi stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu stabbiliti barra miż-ŻEE, sakemm tali friegħi ikunu stabbiliti fl-istess pajjiż bħall-BĊN rilevanti taż-żona tal-euro. L-ebda kreditu intraġurnata ma jista’ jiġi pprovdut lil entitajiet li jkunu soġġetti għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew mill-Istati Membri skont l-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat, li l-implimentazzjoni tagħhom, fil-fehma ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ], tkun inkompatibbli mal-funzjonament bla xkiel tat-TARGET.

2.   [Daħħal l-isem tal-BĊN] jista’ jagħti wkoll kreditu intraġurnata lill-entitajiet li ġejjin:

(a)

istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE li ma jkunux kontropartijiet eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema u/jew li ma jkollhomx aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali, inkluż meta jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE u inklużi friegħi stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu stabbiliti barra miż-ŻEE;

(b)

dipartimenti tat-teżor ta’ gvernijiet ċentrali jew reġjonali tal-Istati Membri u korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri awtorizzati jżommu kontijiet għall-klijenti;

(c)

ditti tal-investiment stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE dment li jkunu kkonkludew arranġament ma’ parteċipant b’aċċess għal kreditu intraġurnata kif stabbilit fil-paragrafu 1 hawn fuq biex jiżguraw li kwalunkwe pożizzjoni ta’ debitu residwu fi tmiem il-jum rilevanti tkun koperta; u

(d)

entitajiet minbarra dawk li jaqgħu fil-punt (a) li jimmaniġġjaw AS u jaġixxu f’dik il-kapaċità;

sakemm fil-każijiet speċifikati fil-punti (a) sa (d), l-entità li tirċievi kreditu intraġurnata tkun stabbilita fl-istess ġuriżdizzjoni bħal [daħħal l-isem tal-BĊN].

3.   Il-kreditu intraġurnata għandu jingħata biss fil-jiem tan-negozju tat-TARGET.

4.   Għall-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2(a) sa (d), u f’konformità ma’ [daħħal id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 19 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)], il-kreditu intraġurnata għandu jkun limitat għall-jum li fih jingħata u ma għandha tkun possibbli l-ebda estensjoni għal kreditu mil-lum għall-għada.

5.   [Daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jipprovdi aċċess għall-faċilità ta’ kreditu mil-lum għall-għada għal ċerti CCPs eliġibbli, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 139(2)(c) tat-Trattat flimkien mal-Artikoli 18 u 42 tal-Istatut tas-SEBĊ u [daħħal id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 1(1) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)]. Tali CCPs eliġibbili huma dawk li, fil-ħinijiet rilevanti kollha:

(a)

ikunu entitajiet eliġibbli għall-finijiet tal-paragrafu 2(d), dment ukoll li dawk l-entitajiet eliġibbli jkunu awtorizzati bħala CCPs f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali;

(b)

ikunu stabbiliti fiż-żona tal-euro;

(c)

ikollhom aċċess għal kreditu intraġurnata.

6.   Il-kreditu mil-lum għall-għada kollu mogħti lil CCPs eliġibbli għandu jkun suġġett għat-termini ta’ dan l-Artikolu 10 u għall-Artikoli 11 u 12 (inklużi d-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-kollateral eliġibbli).

7.   Is-sanzjonijiet previsti fl-Artikoli 12 u 13 għandhom japplikaw meta s-CCPs eliġibbli jonqsu milli jirrimborżaw il-kreditu mil-lum għall-għada estiż lilhom mill-BĊN tagħhom.

Artikolu 11

Kollateral eliġibbli għal kreditu intraġurnata

Il-kreditu intraġurnata għandu jkun ibbażat fuq kollateral eliġibbli. Il-kollateral eliġibbli għandu jikkonsisti fl-istess assi eliġibbli għall-użu fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, u għandu jkun suġġett għall-istess regoli ta’ valwazzjoni u ta’ kontroll tar-riskju bħal dawk stabbiliti fi [daħħal id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw ir-Raba’ Parti tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)].

Artikolu 12

Proċedura ta’ estensjoni tal-kreditu għal kreditu intraġurnata

1.   Il-kreditu intraġurnata għandu jiġi pprovdut mingħajr imgħax.

2.   In-nuqqas minn entità msemmija fl-Artikolu 10(1) li tħallas lura l-kreditu intraġurnata fi tmiem il-jum għandu jitqies awtomatikament bħala talba minn tali entità għar-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali. Jekk entità msemmija fl-Artikolu 10(1) ikollha DCA, kwalunkwe bilanċ ta’ tmiem il-jum fid-DCA(s) tagħha għandu jitqies għall-fini tal-kalkolu tal-ammont tar-rikors tal-entità għall-faċilità ta’ self marġinali awtomatika. Dan ma għandu jiskatta l-ebda rilaxx ekwivalenti ta’ assi depożitati minn qabel bħala kollateral għall-kreditu intraġurnata pendenti sottostanti.

3.   In-nuqqas mill-entità msemmija fl-Artikolu 10(2)(a), (c) jew (d) li tħallas lura l-kreditu intraġurnata fi tmiem il-jum għal kwalunkwe raġuni għandu jagħmel lil dik l-entità responsabbli għall-penali li ġejjin:

(a)

jekk l-entità inkwistjoni jkollha bilanċ ta’ debitu fil-kont tagħha fi tmiem il-jum għall-ewwel darba fi żmien perjodu ta’ 12-il xahar, allura din l-entità għandha tħallas imgħax ta’ penali kkalkolat b’rata ta’ ħames punti perċentwali ogħla mir-rata ta’ faċilità ta’ self marġinali fuq l-ammont ta’ tali bilanċ ta’ debitu;

(b)

jekk l-entità inkwistjoni jkollha bilanċ ta’ debitu fil-kont tagħha fi tmiem il-jum għal mill-inqas it-tieni darba fl-istess perjodu ta’ 12-il xahar, allura, l-imgħax ta’ penali msemmi fis-subparagrafu (a) għandu jiżdied bi 2.5 punti perċentwali għal kull darba addizzjonali wara l-ewwel darba li tkun seħħet pożizzjoni ta’ debitu f’dan il-perjodu ta’ 12-il xahar.

4.   Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeċiedi li jneħħi jew inaqqas il-penali imposti skont il-paragrafu 3, jekk il-bilanċ ta’ debitu ta’ tmiem il-jum tal-parteċipant inkwistjoni jkun attribwibbli għal force majeure u/jew għal ħsara teknika fit-TARGET, din l-aħħar frażi kif iddefinita fi [daħħal referenza għall-miżuri li jimplimentaw l-Anness III].

Artikolu 13

Sospensjoni, limitazzjoni jew terminazzjoni ta’ kreditu intraġurnata

1.   [Daħħal l-isem tal-BĊN] għandu jissospendi jew jittermina l-aċċess għall-kreditu intraġurnata jekk iseħħ wieħed mill-avvenimenti ta’ inadempjenza li ġejjin:

(a)

l-MCA primarju tal-parteċipant ma’ [daħħal l-isem tal-BĊN] jiġi sospiż jew itterminat;

(b)

il-parteċipant ikkonċernat ma jibqax jissodisfa kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 għall-forniment ta’ kreditu intraġurnata;

(c)

tittieħed deċiżjoni minn awtorità ġudizzjarja jew awtorità oħra kompetenti biex tiġi implimentata proċedura għall-istralċ fir-rigward tal-parteċipant jew il-ħatra ta’ likwidatur jew uffiċjal analogu fuq il-parteċipant jew kwalunkwe proċedura oħra analoga;

(d)

il-parteċipant isir soġġett għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti mill-Unjoni li jirrestrinġu l-kapaċità tal-parteċipant li juża l-fondi tiegħu;

(e)

l-eliġibbiltà tal-parteċipant bħala kontroparti għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema tkun ġiet sospiża jew itterminata.

2.   [Daħħal l-isem tal-BĊN] jista’ jissospendi jew jittermina l-aċċess għall-kreditu intraġurnata jekk BĊN jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni tal-parteċipant fit-TARGET skont l-implimentazzjoni minn dak il-BĊN tal-Artikolu 25(2) tal-Parti I.

3.   [Daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jiddeċiedi li jissospendi, jillimita jew jittermina l-aċċess ta’ parteċipant għall-kreditu intraġurnata jekk il-parteċipant jitqies li joħloq riskji għal raġunijiet ta’ prudenza.

PARTI III

Termini u kundizzjonijiet speċjali għal kontijiet ta’ flus dedikati għas-saldu gross f’ħin reali (RTGS DCAs)

Artikolu 1

Ftuħ u mmaniġġjar ta’ RTGS DCA

1.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu fuq talba ta’ detentur tal-MCA, jiftaħ u jopera RTGS DCA wieħed jew aktar, u subkont wieħed jew aktar jekk meħtieġ għall-użu għas-saldu ta’ AS. Jekk id-detentur tal-MCA jkun ikkonforma mal-iskema SCT Inst billi ffirma l-Ftehim ta’ Aderenza dwar it-Trasferiment ta’ Kreditu Istantanju tas-SEPA, l-RTGS DCA(s) (u kwalunkwe subkont) ma għandhomx jinfetħu jew jiġu operati sakemm id-detentur tal-MCA ma jkunx u jibqa’ aċċessibbli f’kull ħin, jew bħala detentur ta’ TIPS DCA jew bħala parti aċċessibbli permezz ta’ detentur ta’ TIPS DCA.

2.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu fuq talba tad-detentur ta’ kont miftuħ skont il-paragrafu 1 (detentur ta’ RTGS DCA) iżid l-RTGS DCA jew is-subkont tiegħu ma’ grupp ta’ kont bankarju għas-saldu ta’ AS. Id-detentur ta’ RTGS DCA għandu jipprovdi [daħħal l-isem tal-BĊ] bi kwalunkwe dokument rilevanti, iffirmat kif xieraq minn dak id-detentur ta’ RTGS DCA u l-AS.

3.   Ma għandu jkun hemm l-ebda bilanċ ta’ debitu f’RTGS DCA jew fis-subkontijiet tiegħu.

4.   Is-subkontijiet għandu jkollhom bilanċ żero mil-lum għall-għada.

5.   Detentur ta’ RTGS DCA għandu jindika wieħed mill-RTGS DCAs tiegħu fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għall-iskop tal-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzati. B’din l-indikazzjoni, id-detentur ta’ RTGS DCA jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jeżegwixxi trasferiment awtomatizzat ta’ likwidità li jakkredita lill-MCA f’każ li ma jkunx hemm fondi suffiċjenti fuq l-MCA primarju tiegħu għas-saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas li jkunu operazzjonijiet tal-bank ċentrali.

6.   Parteċipant li jkollu żewġ RTGS DCAs jew aktar u żewġ MCAs jew aktar għandu jindika wieħed mill-RTGS DCAs tiegħu fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], li ma jkunx diġà indikat lill-MCA primarju tiegħu, għall-fini tal-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzati f’każ li ma jkunx hemm fondi suffiċjenti f’wieħed mill-MCAs l-oħra tiegħu għas-saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas li huma operazzjonijiet tal-bank ċentrali.

Artikolu 2

Detenturi ta’ BIC indirizzabbli

1.   Id-detenturi ta’ RTGS DCA li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu kif stipulat fl-Artikolu 4(1)(a) jew (b) fil-Parti I, jew fl-Artikolu 4(2)(e) tal-Parti I, jistgħu jirreġistraw detenturi ta’ BIC indirizzabbli. Id-detenturi ta’ RTGS DCA jistgħu jirreġistraw detenturi ta’ BIC indirizzabbli li jkunu aderixxew mal-iskema SCT Inst billi ffirmaw il-Ftehim ta’ Aderenza dwar it-Trasferiment ta’ Kreditu Istantanju tas-SEPA biss jekk dawn l-entitajiet ikunu aċċessibbli, jew bħala detentur ta’ TIPS DCA jew bħala parti aċċessibbli permezz ta’ detentur ta’ TIPS DCA.

2.   Id-detenturi ta’ RTGS DCA li huma entitajiet kif stabbilit fl-Artikolu 4(2)(a) sa (d) tal-Parti I jistgħu jirreġistraw biss bħala detentur ta’ BIC indirizzabbli, kwalunkwe BIC li jappartjeni għall-istess entità legali.

3.   Detentur ta’ BIC indirizzabbli jista’ jissottometti ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus lil, u jirċievi ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus permezz ta’, detentur ta’ RTGS DCA.

4.   Detentur ta’ BIC indirizzabbli ma jistax jiġi rreġistrat minn aktar minn detentur wieħed ta’ RTGS DCA.

5.   L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus sottomessi jew trasferimenti ta’ flus riċevuti minn detenturi ta’ BIC indirizzabbli għandhom jitqiesu li ġew sottomessi jew riċevuti mill-parteċipant innifsu.

6.   Il-parteċipant għandu jkun marbut b’dawn l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus u kwalunkwe azzjoni oħra meħuda mid-detenturi tal-BIC indirizzabbli, irrispettivament mill-kontenut ta’, jew kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’, l-arranġamenti kuntrattwali jew arranġamenti oħra bejn dak il-parteċipant u dik l-entità.

Artikolu 3

Aċċess għal diversi destinatarji

1.   Detentur ta’ RTGS DCA li jkun istituzzjoni ta’ kreditu kif stipulat fl-Artikolu 4(1)(a) jew (b) tal-Parti I jista’ jagħti awtorizzazzjoni lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-friegħi li ġejjin biex jużaw l-RTGS DCA tiegħu sabiex jissottomettu u/jew jirċievu ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus direttament permezz ta’ aċċess għal diversi destinatarji:

(a)

istituzzjonijiet ta’ kreditu kif stipulat fl-Artikolu 4(1)(a) jew (b) tal-Parti I li jappartjenu għall-istess grupp bankarju bħad-detentur ta’ RTGS DCA;

(b)

friegħi ta’ dak id-detentur ta’ RTGS DCA;

(c)

friegħi oħra jew l-uffiċċju prinċipali tal-istess entità legali bħad-detentur ta’ RTGS DCA.

2.   L-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ RTGS DCA permezz ta’ aċċess għal diversi destinatarji kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandha tingħata lill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) li jkunu aderixxew mal-iskema SCT Inst billi ffirmaw il-Ftehim ta’ Aderenza dwar it-Trasferiment ta’ Kreditu Istantanju tas-SEPA biss jekk dawn l-entitajiet ikunu aċċessibbli, jew bħala detentur ta’ TIPS DCA jew bħala parti aċċessibbli permezz ta’ detentur ta’ TIPS DCA.

3.   L-Artikolu 7 tal-Parti I għandu japplika għad-detenturi ta’ RTGS DCA li jagħtu aċċess għall-RTGS DCA tagħhom permezz ta’ aċċess għal diversi destinatarji.

Artikolu 4

Grupp ta’ trasferiment tal-likwidità ta’ RTGS

1.   Fuq talba ta’ detentur ta’ RTGS DCA, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu joħloq grupp ta’ trasferiment ta’ likwidità ta’ RTGS, bl-għan li jippermetti l-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn RTGS DCA għal RTGS DCA.

2.   Fuq it-talba ta’ detentur ta’ RTGS DCA, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jżid wieħed mill-RTGS DCA tad-detentur ta’ RTGS DCAs ma’ grupp eżistenti ta’ trasferiment ta’ likwidità tal-RTGS maħluq fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew f’sistema komponenti oħra tat-TARGET, jew ineħħih minn dak il-grupp jew minn dik is-sistema. Id-detentur ta’ RTGS DCA għandu jinforma lid-detenturi l-oħra kollha ta’ RTGS DCA f’dak il-grupp ta’ trasferiment ta’ likwidità ta’ RTGS qabel ma jagħmel tali talba.

Artikolu 5

Tranżazzjonijiet ipproċessati fuq RTGS DCA u fis-subkontijiet tiegħu

1.   Ordnijiet ta’ ħlas lil RTGS DCAs oħra u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus lejn kontijiet ta’ fond ta’ garanzija ta’ AS għandhom jiġu pproċessati permezz ta’ RTGS DCA fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż].

2.   Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus relatati ma’ proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS AS għandhom jiġu saldati permezz ta’ RTGS DCA jew is-subkontijiet tiegħu fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż].

3.   It-tranżazzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu pproċessati permezz ta’ RTGS DCA jew is-subkontijiet tiegħu fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż]:

(a)

[daħħal jekk meħtieġ [ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li jirriżultaw minn depożiti u ġbid ta’ flus];

(b)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn RTGS DCA ieħor fl-istess grupp ta’ trasferiment ta’ likwidità ta’ RTGS:

(c)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn TIPS DCA jew MCA;

(d)

trasferimenti ta’ likwidità lejn kont ta’ depożitu mil-lum għall-għada.

4.   Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn T2S DCAs jistgħu jiġu pproċessati permezz ta’ RTGS DCA fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż].

Artikolu 6

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità

1.   Detentur ta’ RTGS DCA jista’ jissottometti ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità bħala waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjata, li għandha tkun struzzjoni għall-eżekuzzjoni immedjata;

(b)

ordni permanenti ta’ trasferiment tal-likwidità, li għandha tkun struzzjoni għall-eżekuzzjoni rikorrenti tat-trasferiment ta’ ammont speċifikat fl-okkorrenza ta’ avveniment predefinit kull jum ta’ negozju;

2.   Ordni permanenti ta’ trasferiment ta’ likwidità tista’ tiddaħħal jew tiġi modifikata mid-detentur ta’ RTGS DCA fi kwalunkwe ħin matul jum ta’ negozju u għandha ssir effettiva mill-jum ta’ negozju li jmiss.

3.   Ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjata tista’ tiddaħħal mid-detentur ta’ RTGS DCA fi kwalunkwe ħin matul jum ta’ negozju. Ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjata għall-ipproċessar f’konformità mal-proċeduri C jew D ta’ saldu RTGS AS tista’ wkoll tiddaħħal mill-AS rilevanti f’isem il-bank tas-saldu.

Artikolu 7

Ordnijiet ta’ trasferiment tal-likwidità bbażati fuq ir-regoli

1.   Detentur ta’ RTGS DCA jista’ jispeċifika ammont minimu u/jew massimu għall-RTGS DCA tiegħu.

(a)

Billi jistabbilixxi limitu massimu u jagħżel ordni ta’ trasferiment tal-likwidità bbażata fuq ir-regoli, jekk, wara s-saldu ta’ ordni ta’ ħlas jew ordni ta’ trasferiment ta’ AS, jinkiser il-limitu massimu, id-detentur ta’ RTGS DCA jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] sabiex jeżegwixxi ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli li takkredita lil MCA indikat minn dak id-detentur ta’ RTGS DCA. L-MCA akkreditat jista’ jappartjeni għal parteċipant ieħor fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew f’sistema komponenti oħra tat-TARGET.

(b)

Bl-istabbiliment ta’ limitu minimu, u bl-għażla ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli, jekk, wara s-saldu ta’ ordni ta’ ħlas jew ordni ta’ trasferiment ta’ AS, jinkiser il-limitu minimu, tinbeda ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli li taddebita MCA awtorizzat mid-detentur ta’ MCA. L-MCA ddebitat jista’ jappartjeni għal parteċipant ieħor fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew f’sistema komponenti oħra tat-TARGET. Id-detentur tal-MCA ddebitat irid jawtorizza li l-MCA tiegħu jiġi ddebitat b’dan il-mod.

2.   Detentur ta’ RTGS DCA jista’ jawtorizza li l-RTGS DCA tiegħu jiġi ddebitat fil-każ li jinkiser limitu minimu f’MCA speċifikat wieħed jew aktar fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew f’sistema komponenti oħra tat-TARGET. Meta jawtorizza li l-RTGS DCA tiegħu jiġi ddebitat, id-detentur tal-RTGS DCA jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jeżegwixxi ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli li takkredita l-MCA(s) kull meta jinkiser il-limitu minimu.

3.   Detentur ta’ RTGS DCA jista’ jawtorizza l-MCA tiegħu indikat għall-fini ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzati skont l-Artikolu 1(5) u (6) biex jiġi ddebitat f’każ li ma jkunx hemm biżżejjed likwidità fuq l-RTGS DCA biex jiġu saldati ordnijiet ta’ ħlas urġenti, ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS jew ordnijiet ta’ ħlas ta’ prijorità għolja fuq l-RTGS DCA tiegħu.

Artikolu 8

Regoli ta’ prijorità

1.   L-ordni ta’ prijorità għall-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus kontanti, f’livell dekrexxenti ta’ urġenza, għandha tkun:

(a)

urġenti;

(b)

għolja;

(c)

normali.

2.   L-ordnijiet li ġejjin għandhom jiġu assenjati awtomatikament il-prijorità “urġenti”:

(a)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS;

(b)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità inklużi ordnijiet awtomatizzati ta’ trasferiment ta’ likwidità;

(c)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus f’kont tekniku ta’ AS għall-proċedura D ta’ saldu ta’ RTGS AS.

3.   L-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ flus mhux elenkati fil-paragrafu 2 għandhom awtomatikament jiġu assenjati l-prijorità “normali”, ħlief għal ordnijiet ta’ ħlas li d-detentur ta’ RTGS DCA fid-diskrezzjoni tiegħu jkun assenjalhom prijorità “għolja”.

Artikolu 9

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fuq RTGS DCAs

1.   Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fuq RTGS DCAs għandhom jiġu saldati immedjatament malli jiġu aċċettati, jew aktar tard kif indikat mid-detentur ta’ RTGS DCA skont l-Artikolu 16 jew l-Artikolu 17, sakemm fil-każijiet kollha:

(a)

ikun hemm likwidità disponibbli fuq l-RTGS DCA tal-pagatur;

(b)

ma jkun hemm l-ebda ordni ta’ trasferiment ta’ flus ta’ prijorità ugwali jew ogħla fil-kju; u

(c)

jiġi osservat kwalunkwe limitu ta’ debitu stabbilit f’konformità mal-Artikolu 15.

2.   Jekk xi waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata fir-rigward ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ flus, għandu japplika dan li ġej.

(a)

Fil-każ ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzata, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jingħata struzzjonijiet biex jeżegwixxi l-istruzzjoni parzjalment u biex jeżegwixxi trasferimenti ulterjuri ta’ likwidità kull meta l-likwidità tkun disponibbli, sal-ammont tal-ordni inizjali ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzata.

(b)

Fil-każ ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjata, l-ordni għandha tiġi rrifjutata mingħajr saldu parzjali jew kwalunkwe tentattiv ieħor ta’ saldu sakemm l-ordni ma tinbediex minn AS, f’liema każ għandha tiġi saldata parzjalment mingħajr ebda tentattiv ieħor ta’ saldu.

(c)

Fil-każ ta’ ordni permanenti ta’ trasferiment ta’ likwidità jew ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli, l-ordni għandha tiġi saldata parzjalment mingħajr ebda tentattiv ieħor ta’ saldu. Ordni permanenti ta’ trasferiment ta’ likwidità skattata mill-proċeduri C jew D mandatorji ta’ saldu ta’ RTGS AS u li għaliha ma jkunx hemm biżżejjed fondi fuq l-RTGS DCA għandha tiġi saldata wara tnaqqis pro rata tal-ordnijiet kollha. Ordni permanenti ta’ trasferiment ta’ likwidità skattata minn proċedura C fakultattiva ta’ saldu ta’ RTGS AS u li għaliha ma jkunx hemm biżżejjed fondi fuq l-RTGS DCA għandha tiġi rrifjutata.

3.   Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fuq RTGS DCAs, minbarra dawk l-ordnijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitħallew fil-kju u jiġu pproċessati f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 10.

Artikolu 10

Immaniġġjar tal-kju u ottimizzazzjoni tas-saldu

1.   L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fuq RTGS DCAs li jitħallew fil-kju f’konformità mal-Artikolu 9(3) għandhom jiġu pproċessati skont il-prijorità tagħhom. Soġġett għall-paragrafu 2 sa 5, il-prinċipju “joħroġ li daħal l-ewwel” (first in first out, FIFO) għandu japplika f’kull kategorija jew subkategorija ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bi prijorità kif ġej:

(a)

ordnijiet urġenti ta’ trasferiment ta’ flus: l-ordnijiet awtomatizzati ta’ trasferiment ta’ likwidità għandhom jitqiegħdu l-ewwel fil-kju. Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS u ordnijiet urġenti oħra ta’ trasferiment ta’ flus għandhom jitqiegħdu t-tieni fil-kju;

(b)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ta’ prijorità għolja ma għandhomx jiġu saldati waqt li ordnijiet urġenti ta’ trasferiment ta’ flus jkunu fil-kju;

(c)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ta’ prijorità normali ma għandhomx jiġu saldati waqt li ordnijiet urġenti ta’ trasferiment ta’ flus ikunu fil-kju.

2.   Il-pagatur jista’ jibdel il-prijorità tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus tiegħu minbarra l-ordnijiet urġenti ta’ trasferiment ta’ flus.

3.   Il-pagatur jista’ jibdel il-pożizzjoni tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus tiegħu fil-kju. Il-pagatur jista’ jċaqlaq ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bħal dawn jew wara l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzati fil-kju jew lejn l-aħħar tal-kju rispettiv b’effett immedjat fi kwalunkwe ħin waqt il-perjodu għas-saldu għal ħlasijiet tal-klijenti u interbankarji kif speċifikat fl-Appendiċi V.

4.   Sabiex jottimizza s-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fil-kju, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’:

(a)

juża l-proċeduri ta’ ottimizzazzjoni deskritti fl-Appendiċi I;

(b)

jissalda ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bi prijorità aktar baxxa (jew tal-istess prijorità iżda aċċettati aktar tard) qabel ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bi prijorità ogħla (jew tal-istess prijorità aċċettati qabel), jekk l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bi prijorità aktar baxxa jinnettjaw mal-ħlasijiet li għandhom jidħlu u fil-bilanċ jirriżultaw f’żieda ta’ likwidità għall-pagatur;

(c)

jissalda ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bi prijorità normali qabel ħlasijiet oħra ta’ prijorità normali fil-kju aċċettati qabel, sakemm ikunu disponibbli biżżejjed fondi u minkejja li dan jista’ jikser il-prinċipju FIFO.

5.   L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fil-kju għandhom jiġu rrifjutati jekk ma jkunux jistgħu jiġu saldati sal-ħinijiet ta’ skadenza għat-tip ta’ messaġġ rilevanti kif speċifikat fl-Appendiċi V.

6.   Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar is-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus kif stabbilit fl-Appendiċi I.

Artikolu 11

Ordnijiet ta’ riżervazzjoni ta’ likwidità

1.   Detentur ta’ RTGS DCA jista’ jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jirriżerva ammont speċifikat ta’ likwidità fuq l-RTGS DCA tiegħu bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ordni ta’ riżervazzjoni ta’ likwidità kurrenti li għandu jkollha effett immedjat għall-jum ta’ negozju tat-TARGET kurrenti;

(b)

ordni permanenti ta’ riżervazzjoni tal-likwidità li għandha titwettaq fil-bidu ta’ kull jum ta’ negozju tat-TARGET.

2.   Detentur ta’ RTGS DCA għandu jassenja wieħed mill-istatusijiet li ġejjin lil ordni ta’ riżervazzjoni ta’ likwidità kurrenti jew permanenti:

(a)

prijorità għolja: tippermetti l-użu tal-likwidità għal ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ta’ prijorità urġenti jew għolja;

(b)

prijorità urġenti: tippermetti l-użu tal-likwidità biss għal ordnijiet urġenti ta’ trasferiment ta’ flus.

3.   F’każ li l-ammont ta’ likwidità mhux riżervata ma jkunx biżżejjed biex jissodisfa l-ordni ta’ riżervazzjoni ta’ likwidità kurrenti jew permanenti, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu parzjalment iwettaq l-ordni ta’ riżervazzjoni u jingħata struzzjonijiet biex jiġu eżegwiti ordnijiet ta’ riżervazzjoni ulterjuri sakemm jintlaħaq l-ammont pendenti li għandu jiġi rriżervat. L-ordnijiet ta’ riżervazzjoni pendenti għandhom jiġu rrifjutati fi tmiem il-jum tan-negozju.

4.   Meta jitlob ir-riżervazzjoni ta’ ammont speċifikat ta’ likwidità għall-użu għal ordnijiet urġenti ta’ trasferiment ta’ flus, id-detentur ta’ RTGS DCA jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex iħallas biss ordnijiet ta’ prijorità għolja u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ta’ prijorità normali jekk ikun hemm likwidità disponibbli wara li jkun tnaqqas l-ammont riżervat għall-użu għal ordnijiet urġenti ta’ trasferiment ta’ flus.

5.   Meta jitlob ir-riżervazzjoni ta’ ammont speċifikat ta’ likwidità għall-użu għal ordnijiet ta’ prijorità għolja ta’ trasferiment ta’ flus, id-detentur ta’ RTGS DCA jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex isalda biss ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ta’ prijorità normali jekk ikun hemm likwidità disponibbli wara li jkun tnaqqas l-ammont riżervat għall-użu għal ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ta’ prijorità urġenti u għolja.

Artikolu 12

Talba u tweġiba għall-irtirar

1.   Detentur ta’ RTGS DCA jista’ jdaħħal talba għall-irtirar biex jitlob ir-ritorn ta’ ordni ta’ ħlas saldata.

2.   It-talba għall-irtirar għandha tintbagħat lill-benefiċjarju tal-ordni ta’ ħlas saldata li jista’ jwieġeb b’mod pożittiv jew negattiv. Tweġiba pożittiva ma tagħtix bidu għar-ritorn tal-fondi.

Artikolu 13

Direttorju tat-RTGS

1.   Id-direttorju tal-RTGS huwa lista ta’ BICs użati għat-twassil tal-informazzjoni u jinkludi l-BICs ta’:

(a)

detenturi ta’ RTGS DCA;

(b)

kwalunkwe entità b’aċċess għal diversi destinatarji;

(c)

detenturi ta’ BICs indirizzabbli.

2.   Id-direttorju tat-RTGS għandu jiġi aġġornat kuljum.

3.   Sakemm detentur ta’ RTGS DCA ma jitlobx mod ieħor, il-BICs tiegħu għandhom ikunu ppubblikati fid-direttorju tal-RTGS.

4.   Id-detenturi ta’ RTGS DCA jistgħu jqassmu biss id-direttorju tal-RTGS lill-friegħi u lill-entitajiet tagħhom b’aċċess għal diversi destinatarji.

5.   Id-detenturi ta’ RTGS DCA jirrikonoxxu li [daħħal l-isem tal-BĊ] u BĊi oħrajn jistgħu jippubblikaw l-ismijiet u l-BICs ta’ detenturi ta’ RTGS DCA. Barra minn hekk, l-ismijiet u l-BICs ta’ detenturi ta’ BICs indirizzabbli jew entitajiet b’aċċess għal diversi destinatarji jistgħu jiġu ppubblikati u d-detenturi ta’ RTGS DCA għandhom jiżguraw li d-detenturi ta’ BICs indirizzabbli jew entitajiet b’aċċess għal diversi destinatarji jkunu qablu ma’ din il-pubblikazzjoni.

Artikolu 14

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus f’każ ta’ sospensjoni jew terminazzjoni

1.   Meta tiġi tterminata l-parteċipazzjoni ta’ detentur ta’ RTGS DCA fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ma għandux jaċċetta ordnijiet ġodda ta’ trasferiment ta’ flus mingħand dak id-detentur ta’ RTGS DCA. Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fil-kju, ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus realizzati jew ordnijiet ġodda ta’ trasferiment ta’ flus ta’ dak id-detentur ta’ RTGS DCA għandhom jiġu rrifjutati.

2.   Jekk il-parteċipazzjoni ta’ detentur ta’ RTGS DCA fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] tiġi sospiża għal raġunijiet differenti minn dawk speċifikati fl-Artikolu 25(1)(a) tal-Parti I, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jaħżen l-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ flus deħlin u ħerġin ta’ dak id-detentur ta’ RTGS DCA fuq l-RTGS DCA tiegħu u jissottomettihom biss għas-saldu wara li jkunu ġew aċċettati b’mod espliċitu mill-BĊ tad-detentur ta’ RTGS DCA sospiż.

3.   Jekk il-parteċipazzjoni ta’ detentur ta’ RTGS DCA fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] tiġi sospiża għar-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 25(1)(a) tal-Parti I, kwalunkwe ordni ta’ trasferiment ta’ flus ħierġa mill-RTGS DCA ta’ dak id-detentur ta’ RTGS DCA għandha tiġi pproċessata biss fuq l-istruzzjonijiet tar-rappreżentanti tiegħu, inklużi dawk maħtura minn awtorità kompetenti jew qorti, bħall-amministratur tal-insolvenza tad-detentur tal-RTGS DCA, jew skont deċiżjoni eżegwibbli ta’ awtorità kompetenti jew qorti li tipprovdi struzzjonijiet dwar kif għandhom jiġu pproċessati l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus. L-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ flus li jidħlu għandhom jiġu pproċessati f’konformità mal-paragrafu 2.

Artikolu 15

Limiti tad-debitu

1.   Detentur ta’ RTGS DCA jista’ jillimita l-użu tal-likwidità disponibbli għal ordnijiet ta’ ħlas fuq l-RTGS DCAs individwali tiegħu fir-rigward ta’ RTGS DCAs oħra, ħlief għal kwalunkwe wieħed mill-BĊi, billi jispeċifika limiti bilaterali jew multilaterali. Dawn il-limiti jistgħu jiġu definiti biss fir-rigward ta’ ordnijiet ta’ ħlas ta’ prijorità normali.

2.   Meta jispeċifika limitu bilaterali, detentur ta’ RTGS DCA jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] li ordni ta’ ħlas aċċettata ma għandhiex tiġi saldata jekk is-somma tal-ordnijiet ta’ ħlas ta’ prijorità normali ħerġin tiegħu lil detentur ta’ RTGS DCA ieħor nieqes is-somma tal-ħlasijiet kollha ta’ prijorità urġenti, għolja u normali deħlin minn dak l-RTGS DCA (il-pożizzjoni bilaterali netta) taqbeż dan il-limitu bilaterali.

3.   Detentur ta’ RTGS DCA jista’ jispeċifika limitu multilaterali għal kwalunkwe relazzjoni li ma tkunx suġġetta għal limitu bilaterali. Limitu multilaterali jista’ jiġi speċifikat biss jekk id-detentur ta’ RTGS DCA ikun stabbilixxa mill-inqas limitu bilaterali wieħed. Jekk detentur ta’ RTGS DCA jispeċifika limitu multilaterali, huwa jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] li ordni ta’ ħlas aċċettata ma għandhiex tiġi saldata jekk is-somma tal-ordnijiet ta’ ħlas ta’ prijorità normali li jkunu ħerġin lejn l-RTGS DCAs tad-detenturi ta’ RTGS DCA kollha li fir-rigward tagħhom ma jkun ġie speċifikat l-ebda limitu bilaterali nieqes is-somma tal-ħlasijiet kollha ta’ prijorità urġenti, għolja u normali deħlin minn dawk l-RTGS DCAs (il-pożizzjoni multilaterali netta) taqbeż dan il-limitu multilaterali.

4.   Il-limiti jistgħu jinbidlu f’ħin reali b’effett immedjat jew b’effett mill-jum ta’ negozju li jmiss. Jekk limitu jinbidel għal żero, ma għandux ikun possibbli li jerġa’ jinbidel fl-istess jum ta’ negozju. Id-definizzjoni ta’ limitu bilaterali jew multilaterali ġdid għandha tkun effettiva biss mill-jum ta’ negozju li jmiss.

Artikolu 16

Struzzjonijiet tal-parteċipanti fir-rigward tal-ħinijiet tas-saldu

1.   Detentur ta’ RTGS DCA jista’ jindika l-ewwel ħin li qablu ordni ta’ ħlas ma tistax tiġi saldata jew l-aħħar ħin li warajh l-ordni ta’ ħlas tiġi rrifjutata billi juża l-indikatur tal-ewwel ħin ta’ debitu jew l-indikatur tal-aħħar ħin ta’ debitu, rispettivament, jew jista’ jindika medda ta’ ħin li matulha l-ordni ta’ ħlas tissalda billi juża ż-żewġ indikaturi. Detentur ta’ RTGS DCA jista’ juża wkoll l-indikatur tal-aħħar ħin ta’ debitu bħala indikatur ta’ twissija biss. F’każijiet bħal dawn, l-ordni ta’ ħlas ikkonċernata ma għandhiex tiġi rrifjutata.

2.   F’każ li 15-il minuta qabel l-aħħar ħin ta’ debitu indikat, l-ordni ta’ ħlas ma tkunx ġiet saldata, id-detentur ta’ RTGS DCA ikkonċernat għandu jiġi nnotifikat kif xieraq.

Artikolu 17

Ordnijiet għall-ħlas magħmula minn qabel

1.   Ordnijiet għall-ħlas jistgħu jiġu sottomessi sa 10 jum kalendarji qabel id-data tas-saldu speċifikata (ordnijiet ta’ ħlas realizzati).

2.   Ordnijiet għall-ħlas realizzati għandhom jiġu aċċettati u sottomessi għall-ipproċessar fid-data speċifikata mid-detentur ta’ RTGS DCA fil-bidu tal-perjodu ta’ saldu f’dak il-jum għall-ħlasijiet tal-klijenti u interbankarji, kif imsemmi fl-Appendiċi V. Dawn għandhom jitqiegħdu qabel l-ordnijiet għal ħlas tal-istess prijorità.

Artikolu 18

Debitu dirett

1.   Detentur ta’ RTGS DCA (pagatur) jista’ jagħti l-awtorizzazzjoni tiegħu biex detentur ta’ RTGS DCA ieħor (benefiċjarju) fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew f’sistema komponenti oħra tat-TARGET jiddebita l-RTGS DCA tal-pagatur permezz ta’ debitu dirett.

2.   Biex jippermetti dan l-arranġament il-pagatur għandu jipprovdi awtorizzazzjoni minn qabel lil [daħħal l-isem tal-BĊ] li tagħti d-dritt lil [daħħal l-isem tal-BĊ] li jiddebita l-RTGS DCA tal-pagatur meta jirċievi struzzjoni valida ta’ debitu dirett.

3.   Jekk benefiċjarju jirċievi l-awtorizzazzjoni kif deskritt fil-paragrafu 1, huwa jista’ jissottometti struzzjonijiet ta’ debitu dirett biex jiddebita l-RTGS DCA tal-pagatur bl-ammont speċifikat fl-istruzzjoni.

4.   Detentur ta’ RTGS DCA li jitlob li jiġi miżjud ma’ grupp ta’ kontijiet bankarji ta’ saldu ta’ AS għandu jitqies li ta awtorizzazzjoni lil [daħħal l-isem tal-BĊ] li tintitola lil [daħħal l-isem tal-BĊ] jiddebita l-RTGS DCA tad-detentur ta’ RTGS DCA u subkont malli jirċievi struzzjoni valida ta’ debitu dirett minn dik l-AS.

Artikolu 19

Funzjonalità ta’ ħlasijiet ta’ riżerva

Fil-każ ta’ ħsara fl-infrastruttura ta’ ħlas tiegħu, detentur ta’ RTGS DCA jista’ jitlob lil [daħħal l-isem tal-BĊ] sabiex jattiva l-funzjonalità ta’ ħlasijiet ta’ riżerva. Dan jippermetti lid-detentur ta’ RTGS DCA li jdaħħal ċerti ordnijiet ta’ ħlas bl-użu tal-Interfaċċa tal-Utent Grafiku (GUI).

Artikolu 20

Drittijiet ta’ titolu fir-rigward ta’ fondi fuq subkontijiet

1.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu [daħħal referenza għal teknika ta’ kollateralizzazzjoni skont is-sistema legali applikabbli] fuq il-bilanċ fuq subkont ta’ detentur ta’ RTGS DCA miftuħ skont l-arranġamenti bejn l-AS rilevanti u l-BĊ tiegħu għas-saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas relatati ma’ AS f’konformità mal-proċedura C ta’ saldu ta’ RTGS AS. Dan il-bilanċ għandu jikkollateralizza l-obbligu tad-detentur ta’ RTGS DCA msemmi fil-paragrafu 7 lejn [daħħal l-isem tal-BĊ] fir-rigward ta’ dan is-saldu.

2.   Malli l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jirċievi messaġġ ta’ “bidu taċ-ċiklu”, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiżgura li l-bilanċ fis-subkont tad-detentur ta’ RTGS DCA (inklużi żidiet jew tnaqqis ta’ dak il-bilanċ li jirriżultaw mill-akkreditar jew mill-addebitar tal-ħlasijiet ta’ saldu bejn is-sistemi lis-subkont jew minnu, jew mill-akkreditar ta’ trasferimenti ta’ likwidità lis-subkont) fil-mument li l-AS tibda ċiklu jista’ jintuża biss għas-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS relatati ma’ dik il-proċedura ta’ saldu C. Malli [daħħal l-isem tal-BĊ] jirċievi messaġġ ta’ “tmiem iċ-ċiklu”, il-bilanċ fis-subkont għandu jkun disponibbli għall-użu tad-detentur ta’ RTGS DCA.

3.   Meta jikkonferma l-bilanċ fuq is-subkont tad-detentur ta’ RTGS DCA, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jiggarantixxi lill-AS ħlas sal-ammont ta’ dan il-bilanċ partikolari. Bil-konferma, fejn applikabbli, taż-żieda jew tat-tnaqqis tal-bilanċ mal-akkreditar jew l-addebitar bejn is-sistemi lejn is-subkont jew minnu jew l-akkreditar tat-trasferimenti tal-likwidità lis-subkont, il-garanzija tiżdied jew titnaqqas awtomatikament bl-ammont tal-ħlas. Minkejja ż-żieda jew it-tnaqqis tal-garanzija msemmija hawn fuq, il-garanzija għandha tkun irrevokabbli, inkondizzjonata u pagabbli mal-ewwel talba. Jekk il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ma jkunx il-BĊ tal-AS, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jitqies li ngħata struzzjonijiet biex joħroġ il-garanzija msemmija hawn fuq lill-BĊ tal-AS.

4.   Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe proċediment ta’ insolvenza fir-rigward tad-detentur ta’ RTGS DCA, l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS għall-aġġustar tal-obbligu ta’ saldu tad-detentur ta’ RTGS DCA għandhom jiġu saldati mingħajr prelevament mill-garanzija u mingħajr rikors għad-dritt ta’ titolu fuq il-bilanċ fis-subkont tad-detentur ta’ RTGS DCA.

5.   F’każ ta’ insolvenza tad-detentur ta’ RTGS DCA, l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS għall-aġġustar tal-obbligu ta' saldu tad-detentur ta’ RTGS DCA għandhom ikunu l-ewwel talba għal ħlas taħt il-garanzija; l-addebitar tal-ammont indikat mis-subkont tad-detentur ta’ RTGS DCA (u l-akkreditar tal-kont tekniku RTGS AS tal-AS) għandu b’hekk jinvolvi bl-istess mod it-twettiq tal-obbligu tal-garanzija mill-[daħħal l-isem tal-BĊ] u r-realizzazzjoni tad-dritt tal-kollateral tiegħu fuq il-bilanċ fis-subkont tad-detentur ta’ RTGS DCA.

6.   Il-garanzija għandha tiskadi malli l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jirċievi messaġġ ta’ “tmiem iċ-ċiklu” li jikkonferma li s-saldu tlesta.

7.   Id-detentur ta’ RTGS DCA għandu jkun obbligat jirrimborża lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] kull ħlas magħmul minn dan tal-aħħar taħt din il-garanzija.

PARTI IV

Termini u kundizzjonijiet speċjali għal kontijiet ta’ flus dedikati għat-TARGET2-securities (T2S DCAs)

Artikolu 1

Ftuħ u mmaniġġjar ta’ T2S DCA

1.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu, fuq talba ta’ detentur ta’ MCA, jiftaħ u jopera T2S DCAs wieħed jew aktar.

2.   Ma għandu jkun hemm l-ebda bilanċ ta’ debitu fuq T2S DCA.

3.   Detentur ta’ T2S DCA għandu jindika MCA wieħed għall-fini tal-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn T2S DCAs kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(c). L-MCA indikat jista’ jinżamm fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew f’sistema komponenti oħra tat-TARGET u jista’ jappartjeni għal parteċipant differenti.

Artikolu 2

Kollegament bejn il-kontijiet tat-titoli u t-T2S DCAs

1.   Detentur ta’ T2S DCA jista’ jitlob lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jikkollega t-T2S DCA tiegħu ma’ kont jew ma’ diversi kontijiet tat-titoli miżmuma f’ismu jew f’isem il-klijenti tiegħu li jkollhom kontijiet ta’ titoli f’CSD parteċipant wieħed jew aktar.

2.   Id-detenturi ta’ T2S DCA li jikkollegaw it-T2S DCA tagħhom ma’ kont(ijiet) ta’ titoli f’isem il-klijenti kif stabbilit fil-paragrafu 1 huma responsabbli biex jistabbilixxu u jżommu l-lista ta’ kontijiet ta’ titoli konnessi u, fejn rilevanti, għall-istabbiliment tal-aspett tal-kollateralizzazzjoni tal-klijent.

3.   Bħala riżultat tat-talba skont il-paragrafu 1, id-detentur ta’ T2S DCA jitqies li jkun ta mandat lis-CSD fejn jinżammu tali kontijiet ta’ titoli konnessi biex jiddebita t-T2S DCA bl-ammonti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ titoli li jseħħu f’dawn il-kontijiet tat-titoli.

4.   Il-paragrafu 3 għandu japplika irrispettivament minn kwalunkwe ftehim li jkollu d-detentur ta’ T2S DCA mas-CSD u/jew mad-detenturi ta’ kontijiet ta’ titoli.

Artikolu 3

Tranżazzjonijiet ipproċessati fuq T2S DCAs

1.   It-tranżazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu pproċessati permezz ta’ T2S DCA fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/tal-pajjiż]:

(a)

is-saldu ta’ struzzjonijiet ta’ flus li jirriżultaw mit-T2S sakemm id-detentur ta’ T2S DCA jkun indika l-kont(ijiet) tat-titoli rilevanti, kif imsemmi fl-Artikolu 2;

(b)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil RTGS DCA, TIPS DCA jew MCA;

(c)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn T2S DCAs li jappartjenu għall-istess parteċipant jew li fir-rigward tagħhom ġie indikat l-istess MCA skont l-Artikolu 1(3);

(d)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bejn it-T2S DCA u t-T2S DCA ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] fil-kuntest partikolari tal-Artikolu 10(2) u (3).

2.   Ħlasijiet ta’ azzjonijiet korporattivi jistgħu jiġu pproċessati permezz ta’ T2S DCA.

Artikolu 4

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità

Detentur ta’ RTGS DCA jista’ jissottometti ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità bħala waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjata, li għandha tkun struzzjoni għall-eżekuzzjoni immedjata;

(b)

ordni permanenti ta’ trasferiment tal-likwidità, li għandha tkun struzzjoni għall-eżekuzzjoni rikorrenti ta’ (i) trasferiment ta’ ammont ta’ trasferiment speċifikat jew (ii) trasferiment biex jitnaqqas il-bilanċ tat-T2S DCA għal livell predefinit bl-ammont tat-tnaqqis li jkun qed jiġi ttrasferit lil RTGS DCA, TIPS DCA jew MCA, fl-okkorrenza ta’ avveniment predefinit kull jum ta’ negozju.

(c)

ordni predefinita ta’ trasferiment tal-likwidità, li għandha tkun struzzjoni għall-eżekuzzjoni unika ta’ (i) trasferiment ta’ ammont ta’ trasferiment speċifikat jew (ii) trasferiment biex jitnaqqas il-bilanċ tat-T2S DCA għal livell predefinit bl-ammont tat-tnaqqis li jkun qed jiġi ttrasferit lil RTGS DCA, TIPS DCA jew MCA, fl-okkorrenza ta’ avveniment predefinit kull jum ta’ negozju.

Artikolu 5

Riżervazzjoni u bblokkar tal-likwidità

1.   Il-parteċipanti jistgħu jirriżervaw jew jibblokkaw likwidità fuq it-T2S DCAs tagħhom. Dan ma jikkostitwixxix garanzija ta’ saldu fil-konfront ta’ kwalunkwe parti terza.

2.   Meta titlob li tirriżerva jew tibblokka ammont ta’ likwidità, parteċipant jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex inaqqas il-likwidità disponibbli b’dan l-ammont.

3.   Talba ta’ riżervazzjoni hija struzzjoni li permezz tagħha, jekk il-likwidità disponibbli tkun daqs jew ogħla mill-ammont li għandu jiġi riżervat, ir-riżervazzjoni tiġi pproċessata. Jekk il-likwidità disponibbli tkun aktar baxxa, din tiġi rriżervata u n-nuqqas jista’ jiġi ssodisfat mil-likwidità dieħla sakemm l-ammont sħiħ tar-riżervazzjoni jkun disponibbli.

4.   Talba ta’ bblokkar hija struzzjoni li permezz tagħha, jekk il-likwidità disponibbli tkun daqs jew ogħla mill-ammont li għandu jiġi bblokkat, it-talba ta’ bblokkar tiġi pproċessata. Jekk il-likwidità disponibbli tkun aktar baxxa, l-ebda ammont ma jiġi bblokkat u t-talba tal-ibblokkar tiġi sottomessa mill-ġdid, sakemm l-ammont sħiħ tat-talba tal-ibblokkar ikun jista’ jiġi ssodisfat mil-likwidità disponibbli.

5.   Il-parteċipant jista’ f’kull ħin matul il-jum tan-negozju li fih tkun ġiet ipproċessata talba għar-riżervazzjoni jew l-ibblokkar tal-likwidità, jagħti struzzjonijiet lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] biex jikkanċella r-riżervazzjoni jew l-ibblokkar. Kanċellazzjoni parzjali ma għandhiex tkun permessa.

6.   It-talbiet kollha għal riżervazzjoni jew ibblokkar tal-likwidità skont dan l-artikolu għandhom jiskadu fi tmiem il-jum tan-negozju.

Artikolu 6

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fuq T2S DCAs

1.   L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità jiġu allokati kronogramma għall-ipproċessar fis-sekwenza tar-riċevuta tagħhom.

2.   L-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ likwidità sottomessi lit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għandhom jiġu pproċessati skont il-prinċipju “joħroġ li daħal l-ewwel” (FIFO) mingħajr prijoritizzazzjoni jew riordinazzjoni.

3.   Wara li ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità lil TIPS DCA, MCA, RTGS DCA jew T2S DCA tkun ġiet aċċettata kif stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Parti I, it-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għandha tivverifika jekk hemmx biżżejjed fondi disponibbli fuq it-T2S DCA tal-pagatur biex isir is-saldu. Jekk ikun hemm biżżejjed fondi disponibbli, l-ordni ta' trasferiment ta' likwidità għandha tiġi saldata immedjatament. Jekk ma jkunux disponibbli fondi biżżejjed, għandu japplika dan li ġej:-

(a)

fil-każ ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjata, l-ordni għandha tiġi rrifjutata mingħajr saldu parzjali jew kwalunkwe tentattiv ieħor ta’ saldu sakemm dawn ma jkunux inbdew minn parti terza kif indikat f’konformità mal-Artikolu 7 tal-Parti I, f’liema każ għandhom jiġu saldati parzjalment mingħajr ebda tentattiv ieħor ta’ saldu;

(b)

fil-każ ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità predefinita jew permanenti, l-ordni għandha tiġi saldata parzjalment mingħajr ebda tentattiv ieħor ta’ saldu.

Artikolu 7

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus f’każ ta’ sospensjoni jew terminazzjoni

1.   Meta tiġi tterminata l-parteċipazzjoni ta’ detentur ta’ T2S DCA fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ma għandux jaċċetta ordnijiet ġodda ta’ trasferiment ta’ flus mingħand dak id-detentur ta’ T2S DCA.

2.   Jekk detentur ta’ T2S DCA jiġi sospiż mit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għal raġunijiet li ma humiex dawk speċifikati fl-Artikolu 25(1)(a) tal-Parti I, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jaħżen l-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ flus deħlin u ħerġin ta’ dak il-parteċipant fuq it-T2S DCA tiegħu u jissottomettihom biss għas-saldu wara li jkunu ġew aċċettati b’mod espliċitu mill-BĊ tad-detentur tat-T2S DCA sospiż.

3.   Jekk detentur ta’ T2S DCA jiġi sospiż mit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għar-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 25(1)(a) tal-Parti I, kwalunkwe ordni ta’ trasferiment ta’ flus ħierġa mit-T2S DCA ta’ dak id-detentur ta’ T2S DCA għandha tiġi pproċessata biss fuq l-istruzzjonijiet tar-rappreżentanti tiegħu, inklużi dawk maħtura minn awtorità kompetenti jew qorti, bħall-amministratur tal-insolvenza tad-detentur ta’ T2S DCA, jew skont deċiżjoni eżegwibbli ta’ awtorità kompetenti jew qorti li tipprovdi struzzjonijiet dwar kif għandhom jiġu pproċessati l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus. L-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ flus li jidħlu għandhom jiġu pproċessati f’konformità mal-paragrafu 2.

Artikolu 8

Entitajiet eliġibbli għal faċilitajiet ta’ awtokollateralizzazzjoni

1.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu joffri faċilitajiet ta’ awtokollateralizzazzjoni lil detentur ta’ T2S DCA li lilu jkun qed jipprovdi kreditu intraġurnata f’konformità mal-Artikolu 10 tal-Parti II jekk dak id-detentur ta’ T2S DCA jitlob dan u bil-kundizzjoni li dan il-parteċipant ma jkunx suġġett għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew mill-Istati Membri skont l-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat, li l-implimentazzjoni tagħhom, fil-fehma ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] tkun inkompatibbli mal-funzjonament bla xkiel tat-TARGET.

2.   L-awtokollateralizzazzjoni għandha tingħata biss f’jum tan-negozju tat-TARGET, għandha tkun limitata għal dak il-jum u ma għandha tkun possibbli l-ebda estensjoni għal kreditu mil-lum għall-għada.

Artikolu 9

Kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ awtokollateralizzazzjoni

1.   L-awtokollateralizzazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kollateral eliġibbli. Il-kollateral eliġibbli għandu jikkonsisti fl-istess assi eliġibbli għall-użu fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, u għandu jkun suġġett għall-istess regoli ta’ valwazzjoni u ta’ kontroll tar-riskju bħal dawk stabbiliti fi [daħħal id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw ir-Raba’ Parti tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

2.   Barra minn hekk, kollateral eliġibbli għall-awtokollateralizzazzjoni:

(a)

[daħħal kif rilevanti: jista’ jkun limitat mill-[daħħal l-isem tal-BĊ] permezz ta’ esklużjoni ex ante ta’ kollateral potenzjali b’rabtiet mill-qrib];

(b)

ikun suġġett għal ċerti għażliet diskrezzjonarji għall-esklużjoni ta’ kollateral eliġibbli kif mogħti lill-BĊNi taż-żona tal-euro permezz ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE.

Artikolu 10

Għoti ta’ kreditu u proċedura ta’ rkupru

1.   Kreditu miksub permezz ta’ awtokollateralizzazzjoni għandu jiġi pprovdut mingħajr imgħax.

2.   L-awtokollateralizzazzjoni tista’ tiġi rimborżata fi kwalunkwe ħin matul il-jum mid-detentur ta’ T2S DCA.

3.   L-awtokollateralizzazzjoni għandha tiġi rimborżata mhux aktar tard miż-żmien definit fl-Appendiċi V, u f’konformità mal-proċess li ġej:

(a)

il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jirrilaxxa l-istruzzjoni ta’ rimborż li tiġi saldata bil-kundizzjoni li jkunu disponibbli flus biex tiġi rrimborżata l-awtokollateralizzazzjoni pendenti;

(b)

jekk, wara li jsir il-pass (a), il-bilanċ fuq it-T2S DCA ma jkunx biżżejjed biex jirrimborża l-awtokollateralizzazzjoni pendenti, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jiċċekkja T2S DCAs oħra miftuħa fil-kotba tiegħu għall-istess detentur ta’ T2S DCA u jittrasferixxi flus minn kwalunkwe wieħed minn dawn il-kontijiet jew minnhom kollha lejn it-T2S DCA fejn l-istruzzjonijiet ta’ rimborż ikunu pendenti;

(c)

jekk, wara li jkunu saru l-passi (a) u (b), il-bilanċ fuq T2S DCA ma jkunx biżżejjed biex jirrimborża l-awtokollateralizzazzjoni pendenti, id-detentur ta’ T2S DCA għandu jitqies li ta struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jittrasferixxi l-kollateral li jkun intuża biex tinkiseb l-awtokollateralizzazzjoni pendenti fil-kont tal-kollateral ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ]. Minn hemm ’il quddiem, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipprovdi l-likwidità għar-rimborż tal-awtokollateralizzazzjoni pendenti u għandu jiddebita mingħajr dewmien l-MCA primarju tad-detentur ta’ T2S DCA.

(d)

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu japplika penali ta' EUR 1 000 għal kull jum tan-negozju fejn ikun sar rikors jew diversi rikorsi għar-rilokazzjoni ta’ kollateral taħt il-punt (c). Il-penali għandha tiġi ddebitata mill-MCA primarju tad-detentur ta’ T2S DCA imsemmi fil-punt (c).

Artikolu 11

Sospensjoni, limitazzjoni jew terminazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ awtokollateralizzazzjoni

1.   il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jissospendi jew jittermina l-aċċess ta’ detentur ta’ T2S DCA għal faċilitajiet ta’ awtokollateralizzazzjoni jekk jissospendi jew jittermina l-aċċess ta’ dak id-detentur ta’ T2S DCA għall-kreditu intraġurnata skont l-Artikolu 13 tal-Parti II.

2.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jillimita l-aċċess ta’ detentur T2S DCA għall-faċilitajiet ta’ awtokollateralizzazzjoni jekk ikun illimita l-aċċess ta’ dak id-detentur T2S DCA għall-kreditu intraġurnata skont l-Artikolu 13 tal-Parti II. F’każ bħal dan, il-limitu stabbilit għandu japplika għat-total tal-faċilitajiet ta’ awtokollateralizzazzjoni u ta’ kreditu intraġurnata kkombinati, u mhux għal kull waħda separatament.

PARTI V

Termini u kundizzjonijiet speċjali għal kontijiet ta’ flus iddedikati għas-saldu ta’ ħlasijiet istantanji tat-TARGET (TIPS) (TIPS DCAs)

Artikolu 1

Ftuħ u mmaniġġjar ta’ TIPS DCA

1.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu, fuq talba ta’ detentur ta’ MCA, jiftaħ u jopera TIPS DCAs wieħed jew aktar.

2.   Ma għandu jkun hemm l-ebda bilanċ ta’ debitu fuq TIPS DCA.

Artikolu 2

Kif jintbagħtu u jiġu riċevuti messaġġi

1.   Detentur ta’ TIPS DCA jista’ jibgħat messaġġi:

(a)

direttament, u/jew

(b)

permezz ta’ oriġinatur wieħed jew diversi.

2.   Detentur ta’ TIPS DCA għandu jirċievi messaġġi:

(a)

direttament; jew

(b)

permezz ta’ oriġinatur wieħed.

3.   L-Artikolu 7 tal-Parti I għandu japplika għal detentur ta’ TIPS DCA li jibgħat jew jirċievi messaġġi permezz ta’ oriġinatur daqslikieku dak id-detentur ta’ TIPS DCA jibgħat jew jirċievi l-messaġġi direttament.

Artikolu 3

Partijiet aċċessibbli

1.   Detentur ta’ TIPS DCA jista’ jindika parti aċċessibbli waħda jew aktar. Il-partijiet aċċessibbli għandhom ikunu aderixxew mal-iskema SCT Inst billi ffirmaw il-Ftehim ta’ Aderenza dwar it-Trasferiment ta’ Kreditu Istantanju tas-SEPA.

2.   Detentur ta’ TIPS DCA għandu jipprovdi evidenza lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] tal-aderenza ta’ kull parti aċċessibbli indikata mal-iskema SCT Inst.

3.   Detentur ta’ TIPS DCA għandu jinforma [daħħal l-isem tal-BĊ] jekk xi parti aċċessibbli indikata ma tibqax taderixxi mal-iskema SCT Inst u għandu, mingħajr dewmien żejjed, jieħu passi biex jipprevjeni lill-parti aċċessibbli milli taċċessa t-TIPS DCA.

4.   Detentur TIPS DCA jista’ jipprovdi l-aċċess lill-partijiet aċċessibbli indikati tiegħu permezz ta’ oriġinatur wieħed jew diversi.

5.   L-Artikolu 7 tal-Parti I għandu japplika għad-detenturi ta’ TIPS DCA li jindikaw partijiet aċċessibbli.

6.   Detentur ta’ TIPS DCA li jkun indika parti aċċessibbli għandu jiżgura li dik il-parti aċċessibbli tkun disponibbli f’kull ħin sabiex tirċievi l-messaġġi.

Artikolu 4

Tranżazzjonijiet ipproċessati fuq TIPS DCAs

1.   It-tranżazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu pproċessati permezz ta’ TIPS DCA fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/tal-pajjiż]:

(a)

ordnijiet ta' ħlas istantanju;

(b)

risposti pożittivi għall-irtirar;

(c)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS , MCAs, T2S DCAs jew RTGS DCAs;

(d)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità f’subkontijiet;

(e)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità f’kontijiet ta’ depożitu mil-lum għall-għada.

Artikolu 5

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjati

Detentur ta’ TIPS DCA jista’ jissottometti ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjati.

Artikolu 6

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fuq TIPS DCAs

1.   L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus jiġu allokati kronogramma għall-ipproċessar fis-sekwenza tar-riċevuta tagħhom.

2.   L-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ flus sottomessi lit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għandhom jiġu pproċessati skont il-prinċipju “joħroġ li daħal l-ewwel” (FIFO) mingħajr prijoritizzazzjoni jew riordinazzjoni.

3.   Wara li ordni ta’ ħlas istantanju tkun ġiet aċċettata kif stipulat fl-Artikolu 17 tal-Parti I, it-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għandha tivverifika jekk hemmx biżżejjed fondi disponibbli fuq it-TIPS DCA tal-pagatur biex isir is-saldu u dan li ġej għandu japplika:

(a)

jekk ma jkunux disponibbli fondi suffiċjenti, l-ordni ta’ ħlas istantanju għandha tiġi rrifjutata;

(b)

jekk ikunu disponibbli fondi suffiċjenti, l-ammont korrispondenti għandu jiġi rriżervat sakemm tasal it-tweġiba tal-benefiċjarju. Jekk il-benefiċjarju jaċċetta, l-ordni ta’ ħlas istantanju għandha tiġi saldata u r-riżervazzjoni għandha titneħħa fl-istess ħin. Jekk il-benefiċjarju jirrifjuta jew ma tingħatax risposta f’waqtha, skont it-tifsira tal-iskema SCT Inst, l-ordni tal-ħlas istantanju għandha tiġi rrifjutata u r-riżervazzjoni għandha titneħħa fl-istess ħin.

4.   Il-fondi riżervati skont il-paragrafu 3(b) ma għandhomx ikunu disponibbli għas-saldu ta’ ordnijiet sussegwenti ta’ trasferiment ta’ flus.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3(b), il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jirrifjuta ordni ta’ ħlas istantanju jekk l-ammont tal-ordni ta’ ħlas istantanju jaqbeż kwalunkwe bilanċ tal-memorandum ta’ kreditu applikabbli (CMB).

6.   Wara li tkun ġiet aċċettata ordni ta' trasferiment ta' likwidità immedjata kif stipulat fl-Artikolu 17 tal-Parti I, it-TARGET2 [ddaħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għandha tiċċekkja jekk hemmx biżżejjed fondi disponibbli fuq id-TIPS DCA tal-pagatur. Jekk ma jkunx hemm fondi suffiċjenti disponibbli l-ordni tat-trasferiment tal-likwidità għandha tiġi rrifjutata.

7.   Wara li tkun ġiet aċċettata risposta pożittiva għall-irtirar kif stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Parti I, it-TARGET2 [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għandha tiċċekkja jekk hemmx biżżejjed fondi disponibbli fuq it-TIPS DCA li jrid jiġi ddebitat. Jekk ma jkunx hemm fondi disponibbli, ir-risposta pożittiva għall-irtirar għandha tiġi rrifjutata. Jekk ikunu disponibbli fondi suffiċjenti, ir-risposta pożittiva għall-irtirar għandha tiġi saldata immedjatament.

8.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, it-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għandha tirrifjuta r-risposti pożittivi għall-irtirar jekk l-ammont tar-risposta pożittiva għall-irtirar jaqbeż kwalunkwe CMB applikabbli.

Artikolu 7

Talba għall-irtirar

1.   Detentur ta’ TIPS DCA jista' jissottometti talba għall-irtirar.

2.   It-talba għall-irtirar għandha tintbagħat lill-benefiċjarju tal-ordni ta’ ħlas istantanju saldata li jista’ jwieġeb bi risposta pożittiva jew negattiva għall-irtirar.

Artikolu 8

Direttorju tat-TIPS

1.   Id-direttorju tal-TIPS huwa lista ta’ BICs użati għat-twassil tal-informazzjoni u jinkludi l-BICs ta’:

(a)

detenturi ta’ TIPS DCA;

(b)

partijiet aċċessibbli.

2.   Id-direttorju tat-TIPS għandu jiġi aġġornat kuljum.

3.   Id-detenturi tat-TIPS DCA jistgħu jqassmu d-direttorju TIPS lill-friegħi tagħhom, lill-partijiet aċċessibbli indikati tagħhom u lill-oriġinaturi tagħhom biss. Il-partijiet aċċessibbli jistgħu jqassmu d-direttorju tat-TIPS lill-friegħi tagħhom biss.

4.   BIC speċifiku għandu jidher darba biss fid-direttorju tat-TIPS.

5.   Id-detenturi tat-TIPS DCA jirrikonoxxu li [daħħal l-isem tal-BĊ] u BĊi oħrajn jistgħu jippubblikaw isimhom u l-BICs tagħhom. Barra minn hekk, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u BĊi oħrajn jistgħu jippubblikaw l-ismijiet u l-BICs ta' partijiet aċċessibbli indikati minn detenturi ta’ TIPS DCA u d-detenturi ta’ TIPS DCA għandhom jiżguraw li l-partijiet aċċessibbli jkunu qablu dwar din il-pubblikazzjoni.

Artikolu 9

Repożitorju ta’ MPL

1.   Ir-repożitorju ċentrali tat-tiftix bi proxy mobbli (Mobile Proxy Lookup - MPL) fih it-tabella tal-immappjar tal-proxy – IBAN għall-finijiet tas-servizz ta’ MPL.

2.   Kull proxy tista’ tkun konnessa ma’ IBAN wieħed biss. IBAN jista’ jkun konness ma’ proxy waħda jew ma’ diversi proxies.

3.   L-Artikolu 28 tal-Parti I għandu japplika għad-data li tinsab fir-repożitorju tal-MPL.

Artikolu 10

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus f’każ ta’ sospensjoni jew terminazzjoni straordinarja

1.   Meta tiġi tterminata l-parteċipazzjoni ta’ detentur ta’ TIPS DCA fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ma għandux jaċċetta ordnijiet ġodda ta’ trasferiment ta’ flus lil jew mingħand dak id-detentur ta’ TIPS DCA.

2.   Jekk il-parteċipazzjoni ta’ detentur ta’ TIPS DCA fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] tiġi sospiża għal raġunijiet differenti minn dawk speċifikati fl-Artikolu 25(1)(a) tal-Parti I, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu:

(a)

jirrifjuta kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus dieħla tiegħu;

(b)

jirrifjuta kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus ħierġa tiegħu; jew

(c)

jirrifjuta l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li jkunu kemm deħlin kif ukoll ħerġin tiegħu.

3.   Jekk il-parteċipazzjoni ta’ detentur ta’ TIPS DCA fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] tiġi sospiża għar-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 25(1)(a) tal-Parti I, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jirrifjuta l-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ flus deħlin u ħerġin tiegħu.

4.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipproċessa ordnijiet ta' ħlas istantanju ta' detentur ta’ TIPS DCA li l-parteċipazzjoni tiegħu fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] ġiet sospiża jew itterminata skont l-Artikolu 25(1) jew (2) u li fir-rigward tiegħu [daħħal l-isem tal-BĊ] irriżerva fondi fuq TIPS DCA skont l-Artikolu 6(3)(b) qabel is-sospensjoni jew it-terminazzjoni.

PARTI VI

Termini u kundizzjonijiet speċjali għas-sistemi anċillari (AS) li jużaw proċeduri ta’ saldu ta’ sistema anċillari għas-saldu gross f’ħin reali (RTGS AS)

Artikolu 1

Ftuħ u Mmaniġġjar ta’ kontijiet tekniċi ta’ AS u l-użu ta’ proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS AS

1.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ fuq it-talba ta’ AS jiftaħ u jopera kont tekniku RTGS AS wieħed jew diversi kontijiet sabiex jappoġġa l-proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS AS.

2.   Ma għandu jkun hemm l-ebda bilanċ ta’ debitu f’kont tekniku ta’ RTGS AS.

3.   Il-kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS ma għandhomx jiġu ppubblikati fid-direttorju tal-RTGS.

4.   L-AS għandha tagħżel mill-inqas waħda mill-proċeduri ta’ saldu li ġejjin għall-finijiet tal-ipproċessar tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS:

(a)

il-proċedura ta’ saldu A ta’ RTGS AS;

(b)

il-proċedura ta’ saldu B ta’ RTGS AS;

(c)

il-proċedura ta’ saldu C ta’ RTGS AS;

(d)

il-proċedura ta’ saldu D ta’ RTGS AS;

(e)

il-proċedura ta’ saldu E ta’ RTGS AS;

5.   Ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 3, 4, 5, 6 u 7 għandhom japplikaw rispettivament għall-proċeduri ta’ saldu A, B, C, D u E ta’ RTGS AS.

6.   Il-proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS AS għandhom ikunu operazzjonali matul il-ħinijiet stabbiliti fl-Appendiċi V.

7.   L-AS għandha titlob lil [daħħal l-isem tal-BĊ] joħloq grupp ta’ kontijiet bankarji tas-saldu.

8.   L-AS għandha tibgħat biss ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS lil kontijiet inklużi fil-grupp ta’ kontijiet bankarji tas-saldu msemmi fil-paragrafu 7.

Artikolu 2

Prijorità ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS

L-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ AS għandhom jiġu assenjati awtomatikament il-prijorità “urġenti”.

Artikolu 3

Proċedura ta’ saldu A ta’ RTGS AS

1.   L-AS għandha titlob kont tekniku ta’ RTGS AS iddedikat biex jappoġġa l-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS permezz tal-proċedura ta’ saldu A. Il-bilanċ f’dan il-kont għandu jkun żero fl-aħħar tal-jum.

2.   L-AS tista’ titlob il-ftuħ ta’ kont ta’ fond ta’ garanzija ta’ AS biex jappoġġa s-saldu b’rabta mas-servizz tal-“perjodu ta’ saldu”. Il-bilanċi fuq il-kont tal-fond ta’ garanzija ta’ AS għandhom jintużaw għas-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS f’każ li ma jkunx hemm disponibbli biżżejjed likwidità fuq l-RTGS DCA ta’ bank tas-saldu. Il-kont tal-fond ta’ garanzija ta’ AS jista’ jinżamm minn [daħħal l-isem tal-BĊ], l-AS jew parteċipant eliġibbli. Il-kont tal-fond ta’ garanzija ta’ AS ma għandux jiġi ppubblikat fid-direttorju tal-RTGS.

3.   L-AS għandha tissottometti ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS bħala lott f’fajl wieħed li fih is-somma tad-debiti għandha tibbilanċja s-somma tal-krediti.

4.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu l-ewwel jipprova jissalda ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS li jiddebitaw l-RTGS DCAs tal-banek tas-saldu u li jakkreditaw il-kont tekniku ta’ RTGS AS tal-AS. Huwa biss meta jiġu saldati dawn l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS kollha (inkluż il-finanzjament possibbli tal-kont tekniku ta’ RTGS AS mill-kont tal-fond ta’ garanzija ta’ AS) li l-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipprova jissalda l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS li jiddebitaw il-kont tekniku RTGS AS u jakkreditaw l-RTGS DCAs tal-banek tas-saldu.

5.   Jekk ordni ta’ trasferiment ta’ AS biex jiġi ddebitat l-RTGS DCA ta’ bank tas-saldu tkun fil-kju, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma lill-bank tas-saldu permezz ta’ messaġġ imxandar.

6.   Jekk kont ta’ fond ta’ garanzija ta’ AS ikun infetaħ u bank tas-saldu ma jkollux fondi biżżejjed fuq l-RTGS DCA tiegħu, l-AS tista’ tagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jattiva l-mekkaniżmu tal-fond ta’ garanzija permezz ta’ talba biex jiddebita l-kont tal-fond ta’ garanzija ta’ AS u biex jakkredita l-kont tekniku ta’ RTGS AS. Jekk il-kont tal-fond ta’ garanzija ta’ AS ma jkollux biżżejjed fondi biex isir is-saldu, il-proċess tas-saldu għandu jfalli.

7.   Jekk il-proċess tas-saldu jfalli għal kwalunkwe raġuni, inkluż kif imsemmi fil-paragrafu 6, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jirrifjuta l-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ AS mhux saldati fil-fajl uniku msemmi fil-paragrafu 3 u għandu jreġġa’ lura kull ordni ta’ trasferiment ta’ AS li tkun diġà ġiet saldata.

8.   L-AS għandha tiġi nnotifikata meta jsir jew ifalli saldu.

9.   L-AS tista’ tagħżel is-servizzi li ġejjin:

(a)

is-servizz tal-“perjodu ta’ informazzjoni”, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1);

(b)

is-servizz tal-“perjodu ta’ saldu”, kif imsemmi fl-Artikolu 8(3).

Artikolu 4

Proċedura ta’ saldu B ta’ RTGS AS

1.   L-AS għandha titlob kont tekniku ta’ RTGS AS iddedikat biex jappoġġa l-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS permezz tal-proċedura ta’ saldu B. Il-bilanċ f’dan il-kont għandu jkun żero fl-aħħar tal-jum.

2.   L-AS tista’ titlob il-ftuħ ta’ kont ta’ fond ta’ garanzija ta’ AS biex jappoġġa s-saldu b’rabta mas-servizz tal-“perjodu ta’ saldu”. Il-bilanċi fuq il-kont tal-fond ta’ garanzija ta’ AS għandhom jintużaw għas-saldu tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS f’każ li ma jkunx hemm disponibbli biżżejjed likwidità fuq l-RTGS DCA ta’ bank tas-saldu. Il-kont tal-fond ta’ garanzija ta’ AS jista’ jinżamm minn [daħħal l-isem tal-BĊ], l-AS jew parteċipant eliġibbli. Il-kont tal-fond ta’ garanzija ta’ AS ma għandux jiġi ppubblikat fid-direttorju tal-RTGS.

3.   L-AS għandha tissottometti ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS bħala lott f’fajl wieħed li fih is-somma tad-debiti għandha tibbilanċja s-somma tal-krediti.

4.   Il-proċedura ta’ saldu B taħdem fuq bażi ta’ “kollox jew xejn”. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipprova jissalda fl-istess ħin l-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ AS li jiddebitaw l-RTGS DCAs ta’ banek tas-saldu u jakkreditaw il-kont tekniku ta’ RTGS AS tal-AS, u l-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ AS li jiddebitaw il-kont tekniku ta’ RTGS AS u jakkreditaw l-RTGS DCAs ta’ banek tas-saldu. Jekk ordni ta’ trasferiment ta’ AS jew diversi ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS ma jkunux jistgħu jiġu saldati, l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS kollha għandhom jinżammu fil-kju u għandu jiġi applikat algoritmu ta’ ottimizzazzjoni, u l-banek tas-saldu għandhom jiġu informati.

5.   Jekk kont ta’ fond ta’ garanzija ta’ AS ikun infetaħ u bank tas-saldu ma jkollux fondi biżżejjed fuq l-RTGS DCA tiegħu, l-AS tista’ tagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jattiva l-mekkaniżmu tal-fond ta’ garanzija permezz ta’ talba biex jiddebita l-kont tal-fond ta’ garanzija ta’ AS u biex jakkredita l-kont tekniku ta’ RTGS AS. Jekk il-kont tal-fond ta’ garanzija ta’ AS ma jkollux biżżejjed fondi biex isir is-saldu, il-proċess tas-saldu għandu jfalli.

6.   Jekk il-proċess tas-saldu jfalli għal kwalunkwe raġuni, inkluż kif imsemmi fil-paragrafu 5, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jirrifjuta l-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ AS mhux saldati fil-fajl uniku msemmi fil-paragrafu 3.

7.   L-AS għandha tiġi nnotifikata meta jsir jew ifalli saldu.

8.   L-AS tista’ tagħżel is-servizzi li ġejjin:

(a)

is-servizz tal-“perjodu ta’ informazzjoni”, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1);

(b)

is-servizz tal-“perjodu ta’ saldu”, kif imsemmi fl-Artikolu 8(3).

Artikolu 5

Proċedura ta’ saldu C ta’ RTGS AS

1.   Il-proċedura ta’ saldu C tappoġġa s-saldu bl-użu ta’ likwidità dedikata f’subkontijiet. L-AS għandha titlob kont tekniku ta’ RTGS AS iddedikat biex jappoġġa l-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS permezz tal-proċedura ta’ saldu C. Il-bilanċ f’dan il-kont għandu jkun żero fl-aħħar tal-jum. Dan il-kont tekniku ta’ RTGS AS jista’ jintuża wkoll biex jappoġġa l-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS bl-użu tal-proċedura ta’ saldu E.

2.   L-AS għandha tiżgura li kull bank tas-saldu jiftaħ mill-inqas subkont wieħed li għandu jintuża biss mill-AS għall-finijiet ta’ din il-proċedura ta’ saldu.

3.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jibda proċedura ta’ saldu obbligatorju C awtomatikament f’kull jum ta’ negozju tat-TARGET skont l-iskeda stabbilita fl-Appendiċi V, li għandha tiskatta s-saldu ta’ dawk l-ordnijiet permanenti ta’ trasferiment tal-likwidità stabbiliti għall-proċedura ta’ saldu obbligatorju C billi jiddebita l-RTGS DCAs tal-banek tas-saldu u billi jakkredita s-subkont imsemmi fil-paragrafu 2.

4.   Il-proċedura ta’ saldu C għandha tagħlaq permezz ta’ messaġġ ta’ tmiem il-proċedura, li jista’ jintbagħat mill-AS f’kull ħin qabel il-ħin ta’ skadenza għall-ħlasijiet interbankarji kif stabbilit fl-Appendiċi V. Jekk l-AS ma tibgħatx il-messaġġ ta’ tmiem il-proċedura sa dak il-ħin ta’ skadenza, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jagħlaq il-proċedura f’dak il-ħin ta’ skadenza.

5.   L-għeluq tal-proċedura ta’ saldu obbligatorju C iwassal għal trasferiment awtomatiku ta’ likwidità mis-subkont imsemmi fil-paragrafu 2 lill-RTGS DCA.

6.   Jekk il-proċedura ta’ saldu obbligatorju C tingħalaq, l-AS tista’ tibda proċedura fakultattiva fi kwalunkwe ħin qabel il-ħin ta’ skadenza għall-ħlasijiet interbankarji kif stabbilit fl-Appendiċi V, li għandha tiskatta s-saldu ta’ dawk l-ordnijiet permanenti ta’ trasferiment ta’ likwidità stabbiliti għall-proċedura ta’ saldu fakultattiva C billi taddebita l-RTGS DCA tal-bank tas-saldu u takkredita s-subkont tal-RTGS tiegħu. L-AS tista’ tibda u tagħlaq proċedura fakultattiva suċċessiva waħda jew aktar qabel il-ħin ta’ skadenza għall-ħlasijiet interbankarji. L-għeluq ta’ proċedura ta’ saldu fakultattiv C iwassal għal trasferiment awtomatiku ta’ likwidità mis-subkont imsemmi fil-paragrafu 2 lill-RTGS DCA.

7.   Il-proċedura ta’ saldu obbligatorju C u kwalunkwe proċedura ta’ saldu fakultattiv C sussegwenti jistgħu jikkonsistu f’ċiklu wieħed jew aktar.

8.   L-AS tista’, fi kwalunkwe ħin wara l-bidu ta’ proċedura ta’ saldu obbligatorju jew fakultattiv C, tibda ċiklu permezz ta’ messaġġ ta’ “bidu taċ-ċiklu”. Wara l-bidu taċ-ċiklu, ma jistgħux isiru trasferimenti ta’ likwidità mis-subkont imsemmi fil-paragrafu 2 sakemm l-AS ma tibgħatx messaġġ ta’ “tmiem iċ-ċiklu”. Il-bilanċ jista’ jinbidel matul iċ-ċiklu bħala riżultat ta’ ħlasijiet ta’ saldu bejn is-sistemi jew jekk bank tas-saldu jittrasferixxi l-likwidità lis-subkont tiegħu. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinnotifika lill-AS bit-tnaqqis jew biż-żieda tal-likwidità fis-subkont bħala riżultat ta’ ħlasijiet ta’ saldu bejn is-sistemi. Jekk l-AS titlob hekk, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinnotifikaha wkoll biż-żieda fil-likwidità fis-subkont bħala riżultat ta’ ordnijiet ta’ trasferiment tal-likwidità mill-bank tas-saldu.

9.   L-AS tista’ tissottometti ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS bħala lott f’fajl wieħed jew f’diversi fajls waqt li ċ-ċiklu jkun miftuħ. L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus jistgħu jkunu għal kwalunkwe waħda mit-tranżazzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-debitu tas-subkontijiet tal-banek tas-saldu u l-kreditu tal-kont tekniku ta’ RTGS AS;

(b)

id-debitu tal-kont tekniku ta’ RTGS AS u l-kreditu tas-subkontijiet tal-banek tas-saldu;

(c)

id-debitu tal-kont tekniku ta’ RTGS AS u l-kreditu tal-RTGS DCAs tal-banek tas-saldu.

10.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jissalda immedjatament dawk l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS li jistgħu jiġu saldati. L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS li ma jistgħux jiġu saldati immedjatament għandhom jitqiegħdu fil-kju u għandu jiġi applikat algoritmu ta’ ottimizzazzjoni. Kwalunkwe ordni ta’ trasferiment ta’ AS li tibqa’ mhux saldata fil-ħin li jingħalaq iċ-ċiklu għandha tiġi rrifjutata.

11.   L-AS għandha tiġi nnotifikata sa mhux aktar tard minn tmiem iċ-ċiklu dwar l-istatus tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS individwali.

Artikolu 6

Proċedura ta’ saldu D ta’ RTGS AS

1.   Il-proċedura ta’ saldu D ta’ RTGS AS tappoġġa s-saldu bl-użu tal-prefinanzjament. L-AS għandha titlob kont tekniku ta’ RTGS AS iddedikat biex jappoġġa l-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS bl-użu tal-proċedura ta’ saldu D.

2.   Il-kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS għandu jkollhom biss bilanċ żero jew bilanċ pożittiv. Il-likwidità tista’ tibqa’ fil-kont tekniku ta’ RTGS AS mil-lum għall-għada u mbagħad tkun suġġetta għal remunerazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 12(2) tal-Parti I.

3.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinnotifika lill-AS bit-trasferimenti ta’ likwidità li jiddebitaw l-RTGS DCAs tal-banek tas-saldu u li jakkreditaw il-kont tekniku ta’ RTGS AS. Dawn it-trasferimenti ta’ likwidità jistgħu jsiru f’kull jum tan-negozju tat-TARGET skont l-iskeda stabbilita fl-Appendiċi V. L-AS tista’ ddaħħal ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjati li jiddebitaw il-kont tekniku ta’ RTGS AS u jakkreditaw l-RTGS DCAs tal-banek tas-saldu.

Artikolu 7

Proċedura ta’ saldu E ta’ RTGS AS

1.   Il-Proċedura ta’ saldu E ta’ RTGS AS tappoġġa saldu bilaterali u l-ipproċessar individwali ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS. L-AS tista’ tuża l-Proċedura ta’ Saldu E mingħajr kont tekniku ta’ RTGS AS għal saldu bilaterali. L-AS għandha titlob kont tekniku ta’ RTGS AS biex jappoġġa l-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment AS permezz tal-proċedura ta’ saldu E jekk tagħżel l-ipproċessar individwali ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS. Il-bilanċ fuq dan il-kont tekniku ta’ RTGS AS għandu jkun żero fl-aħħar tal-ġurnata. Dan il-kont tekniku ta’ RTGS AS jista’ jintuża wkoll għall-proċedura ta’ saldu C.

2.   L-AS tista’ tissottometti ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS bħala lott f’fajl wieħed jew aktar bejn:

(a)

l-RTGS DCAs tal-banek tas-saldu u l-kont tekniku ta’ RTGS AS jekk jintuża; u

(b)

l-RTGS DCAs tal-banek tas-saldu.

L-AS għandha tkun responsabbli biex tiżgura li l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS fil-fajl ikunu f’sekwenza korretta sabiex jiġi żgurat saldu bla xkiel.

3.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jissalda immedjatament dawk l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS li jistgħu jiġu saldati. L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS li ma jistgħux jiġu saldati immedjatament għandhom jinżammu fil-kju. Jekk ordni ta’ trasferiment ta’ AS biex jiġi ddebitat RTGS DCA ta’ bank tas-saldu tinżamm fil-kju, il-bank tas-saldu għandu jiġi informat permezz ta’ messaġġ imxandar.

4.   L-AS tista’ tagħżel is-servizzi li ġejjin:

(a)

is-servizz tal-“perjodu ta’ informazzjoni”, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1);

(b)

is-servizz tal-“perjodu ta’ saldu”, kif imsemmi fl-Artikolu 8(3).

5.   L-AS għandha tiġi nnotifikata bl-istatus tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS individwali sottomessi.

Artikolu 8

Perjodu ta’ informazzjoni u perjodu ta’ saldu

1.   Is-servizz tal-“perjodu ta’ informazzjoni” jippermetti lill-AS tinforma lill-banek tas-saldu tagħha bil-likwidità meħtieġa biex jiġi żgurat saldu b’suċċess. Dan is-servizz fakultattiv jippermetti lill-AS tiddefinixxi perjodu qabel il-bidu tas-saldu tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS. Matul dak il-perjodu, u fuq talba tal-bank tas-saldu, l-AS tista’ tirrevoka jew ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS singoli (għall-proċedura ta’ saldu E ta’ RTGS AS) jew fajls (għall-proċeduri ta’ saldu A u B ta’ RTGS AS). L-AS tista’ titlob ukoll lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] biex jagħmel din ir-revoka f’isimha.

2.   F’każ li AS, jew il-[daħħal l-isem tal-BĊ] f’isimha, jirrevoka ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS singoli (għall-Proċedura ta’ saldu E ta’ RTGS AS) jew fajls (għall-proċeduri ta’ saldu A u B ta’ RTGS AS) matul il-“perjodu ta’ informazzjoni”, l-ipproċessar tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS għandu jiġi kkanċellat.

3.   Is-servizz tal-“perjodu ta’ saldu” jippermetti lill-AS tiddefinixxi perjodu li fih jista’ jsir is-saldu tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS. Dan is-servizz huwa prerekwiżit għall-użu ta’ kont ta’ fond ta’ garanzija, u huwa fakultattiv għall-użu ta’ kontijiet tekniċi ta’ AS.

4.   Matul il-“perjodu ta’ saldu” l-AS, jew il-[daħħal l-isem tal-BĊ] f’isimha, jista’ jirrevoka jew ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS singoli (għall-proċedura ta’ saldu E ta’ RTGS AS) jew fajls (għall-proċeduri ta’ saldu A u B ta’ RTGS AS) li ma jkollhomx status finali u dan li ġej għandu japplika:

(a)

jekk il-proċedura ta’ saldu E ta’ RTGS AS tintuża għal saldu bilaterali, l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS rilevanti għandhom jitreġġgħu lura;

(b)

jekk il-proċedura ta’ saldu E ta’ RTGS AS ma tintużax għal saldu bilaterali, jew jekk fil-proċedura ta’ saldu A ta’ RTGS AS ifalli s-saldu kollu, kwalunkwe ordni ta’ trasferiment ta’ AS saldata fil-fajl għandha titreġġa’ lura u l-banek tas-saldu kollha u l-AS għandhom jiġu informati permezz ta’ messaġġ imxandar.

(c)

jekk tintuża l-proċedura ta’ saldu B ta’ RTGS AS, is-saldu kollu jfalli u l-banek tas-saldu kollha u l-AS għandhom jiġu informati permezz ta’ messaġġ imxandar.

Artikolu 9

Saldu bejn is-sistemi

1.   Is-saldu bejn is-sistemi jippermetti lil AS takkredita l-kont tekniku ta’ RTGS AS ta’ AS oħra jew subkont ta’ bank tas-saldu ta’ AS oħra u jkun disponibbli għal AS bl-użu tal-proċedura ta’ saldu C jew D ta’ RTGS AS.

2.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu, fuq talba tal-AS, jippermetti s-saldu bejn is-sistemi bejn dik l-AS u AS oħra fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-pajjiż/l-isem tal-BĊ] jew f’sistema komponenti oħra tat-TARGET. L-AS rikjedenti għandha tipprovdi l-awtorizzazzjoni tal-AS l-oħra lill-[daħħal l-isem tal-BĊ].

3.   Saldu bejn is-sistemi jista’ jinbeda biss jekk iż-żewġ AS ikunu fetħu proċedura ta’ saldu. Barra minn hekk, jekk is-saldu bejn is-sistemi jinbeda minn AS permezz tal-proċedura ta’ saldu C ta’ RTGS AS, irid jinfetaħ ukoll ċiklu ta’ saldu għal dik l-AS.

4.   AS li tuża proċedura ta’ saldu Ċ ta’ RTGS AS fil-kuntest ta’ saldu bejn is-sistemi għandha tissottometti biss ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS individwalment li jiddebitaw is-subkont ta’ wieħed mill-banek tas-saldu ta’ AS tagħha. Dawn l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS jakkreditaw is-subkont tal-bank tas-saldu ta’ AS riċeventi jekk dik l-AS riċeventi tkun qed tuża l-proċedura ta’ saldu C ta’ RTGS AS, jew jakkreditaw il-kont tekniku ta’ RTGS AS tal-AS riċeventi jekk dik l-AS tkun qed tuża l-proċedura ta’ saldu D ta’ RTGS AS.

5.   AS li tuża l-proċedura ta’ saldu D ta’ RTGS AS fil-kuntest ta’ saldu bejn is-sistemi għandha tissottometti biss ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS individwalment li jiddebitaw il-kont tekniku ta’ RTGS AS tagħha. Dawn l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS jakkreditaw is-subkont tal-bank tas-saldu ta’ AS riċeventi jekk dik l-AS riċeventi tkun qed tuża l-proċedura ta’ saldu C ta’ RTGS AS, jew jakkreditaw il-kont tekniku ta’ RTGS AS tal-AS riċeventi jekk dik l-AS tkun qed tuża l-proċedura ta’ saldu D ta’ RTGS AS.

Iż-żewġ AS li jużaw saldu bejn is-sistemi għandhom jiġu nnotifikati permezz ta’ messaġġ imxandar dwar is-saldu jew ir-rifjut tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS.

Artikolu 10

Effett ta’ sospensjoni jew terminazzjoni

Jekk AS tissospendi jew tittermina l-użu tal-proċeduri ta’ saldu ta’ AS matul iċ-ċiklu ta’ saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jlesti ċ-ċiklu tas-saldu.

PARTI VII

Termini u kundizzjonijiet speċjali għal sistemi anċillari li jużaw il-proċedura ta’ saldu ta’ sistema anċillari għas-saldu ta’ ħlasijiet istantanji tat-TARGET (TIPS) (proċedura ta’ saldu ta’ TIPS AS)

Artikolu 1

Ftuħ u mmaniġġjar ta’ kont tekniku TIPS AS

1.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ fuq talba ta’ AS li tissalda ħlasijiet istantanji skont l-iskema SCT Inst jew ħlasijiet kważi istantanji fil-kotba tagħha stess, jiftaħ u jħaddem kont tekniku ta’ TIPS AS wieħed jew diversi.

2.   Ma għandu jkun hemm l-ebda bilanċ ta’ debitu f’kont tekniku ta’ TIPS AS.

3.   Is-sistema anċillari għandha tuża kont tekniku ta’ TIPS AS biex tiġbor il-likwidità meħtieġa mwarrba mill-membri tal-ikklerjar tagħha biex jiffinanzjaw il-pożizzjonijiet tagħhom.

4.   Is-sistema anċillari tista’ tagħżel li tirċievi notifiki tal-akkreditar u l-addebitar tal-kont tekniku ta’ TIPS AS tagħha. Jekk is-sistema anċillari tagħżel dan is-servizz tingħata notifika immedjatament mal-addebitar jew l-akkreditar tal-kont tekniku ta’ TIPS AS.

5.   Sistema anċillari tista’ tibgħat ordnijiet ta’ ħlas istantanju, u risposti pożittivi għall-irtirar lil kwalunkwe detentur ta’ TIPS DCA jew ta’ TIPS AS. Sistema anċillari għandha tirċievi u tipproċessa ordnijiet ta’ ħlas istantanju, talbiet għall-irtirar u risposti pożittivi għall-irtirar minn kwalunkwe detentur ta’ TIPS DCA jew ta’ TIPS AS.

Artikolu 2

Kif jintbagħtu u jiġu riċevuti messaġġi

1.   Detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS jista’ jibgħat messaġġi:

(a)

direttament;

(b)

permezz ta’ oriġinatur wieħed jew diversi.

2.   Detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS għandu jirċievi messaġġi:

(a)

direttament; jew

(b)

permezz ta’ oriġinatur wieħed.

3.   L-Artikolu 7 tal-Parti I għandu japplika għal detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS li jibgħat jew jirċievi messaġġi permezz ta’ oriġinatur daqslikieku dak id-detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS jibgħat jew jirċievi messaġġi direttament.

Artikolu 3

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjati

Detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS jista’ jissottometti ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjati.

Artikolu 4

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fuq kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS

1.   L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus jiġu allokati kronogramma għall-ipproċessar fis-sekwenza tar-riċevuta tagħhom.

2.   L-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ flus sottomessi lit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għandhom jiġu pproċessati skont il-prinċipju “joħroġ li daħal l-ewwel” (FIFO) mingħajr prijoritizzazzjoni jew riordinazzjoni.

3.   Wara li ordni ta’ ħlas istantanju tkun ġiet aċċettata kif stipulat fl-Artikolu 17(1) tal-Parti I, il-[daħħal isem il-BĊ] għandha tivverifika jekk hemmx biżżejjed fondi disponibbli fuq il-kont tekniku ta’ TIPS AS tal-pagatur biex isir is-saldu u dan li ġej għandu japplika:

(a)

jekk ma jkunux disponibbli fondi suffiċjenti, l-ordni ta’ ħlas istantanju għandha tiġi rrifjutata;

(b)

jekk ikunu disponibbli fondi suffiċjenti, l-ammont korrispondenti għandu jiġi rriżervat sakemm tasal it-tweġiba tal-benefiċjarju. Jekk il-benefiċjarju jaċċetta, l-ordni ta’ ħlas istantanju għandha tiġi saldata u r-riżervazzjoni għandha titneħħa fl-istess ħin. Jekk il-benefiċjarju jirrifjuta jew ma tingħatax risposta f’waqtha, skont it-tifsira tal-iskema SCT Inst, l-ordni tal-ħlas istantanju għandha tiġi rrifjutata u r-riżervazzjoni għandha titneħħa fl-istess ħin.

4.   Il-fondi riżervati skont il-paragrafu 3(b) ma għandhomx ikunu disponibbli għas-saldu ta’ ordnijiet sussegwenti ta’ trasferiment ta’ flus.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3(b), il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jirrifjuta ordni ta’ ħlas istantanju jekk l-ammont tal-ordni ta’ ħlas istantanju jaqbeż kwalunkwe bilanċ tal-memorandum ta’ kreditu applikabbli (CMB).

6.   Wara li ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità minn kont tekniku ta’ TIPS AS lil TIPS DCA tkun ġiet aċċettata kif stabbilit fl-Artikolu 17(1) tal-Parti I, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jivverifika jekk hemmx biżżejjed fondi disponibbli fil-kont tekniku ta’ TIPS AS tal-pagatur. Jekk ma jkunx hemm fondi suffiċjenti disponibbli l-ordni tat-trasferiment tal-likwidità għandha tiġi rrifjutata. Jekk ikunu disponibbli biżżejjed fondi, l-ordni ta' trasferiment ta' likwidità għandha tiġi saldata immedjatament.

7.   Wara li tkun ġiet aċċettata risposta pożittiva għall-irtirar kif stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Parti 1, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiċċekkja jekk hemmx biżżejjed fondi disponibbli fil-kont tekniku ta’ TIPS AS li jrid jiġi ddebitat. Jekk ma jkunx hemm fondi disponibbli, ir-risposta pożittiva għall-irtirar għandha tiġi rrifjutata. Jekk ikunu disponibbli fondi suffiċjenti, ir-risposta pożittiva għall-irtirar għandha tiġi saldata immedjatament.

8.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jirrifjuta risposti pożittivi għall-irtirar jekk l-ammont tar-risposta pożittiva għall-irtirar jaqbeż kwalunkwe CMB applikabbli.

Artikolu 5

Talba għall-irtirar

1.   Detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS jista' jissottometti talba għall-irtirar.

2.   It-talba għall-irtirar għandha tintbagħat lill-benefiċjarju tal-ordni ta’ ħlas istantanju saldata li jista’ jwieġeb bi risposta pożittiva jew negattiva għall-irtirar.

Artikolu 6

Proċedura ta’ saldu ta’ TIPS AS

Il-proċedura ta’ saldu ta’ TIPS AS għandha tkun operazzjonali matul il-ħinijiet stabbiliti fl-Appendiċi V.

Artikolu 7

Partijiet aċċessibbli permezz ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS

1.   Detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS jista’ jindika parti aċċessibbli waħda jew aktar. Il-partijiet aċċessibbli għandhom ikunu aderixxew mal-iskema SCT Inst billi ffirmaw il-Ftehim ta’ Aderenza dwar it-Trasferiment ta’ Kreditu Istantanju tas-SEPA.

2.   Detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS għandu jipprovdi evidenza lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] tal-aderenza ta’ kull parti aċċessibbli indikata mal-iskema SCT Inst.

3.   Detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS għandu jinforma [daħħal l-isem tal-BĊ] jekk xi parti aċċessibbli indikata ma tibqax taderixxi mal-iskema SCT Inst u għandu, mingħajr dewmien żejjed, jieħu passi biex jipprevjeni lill-parti aċċessibbli milli taċċessa l-kont tekniku ta’ TIPS AS.

4.   Detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS jista’ jipprovdi l-aċċess lill-partijiet aċċessibbli indikati tiegħu permezz ta’ oriġinatur wieħed jew diversi.

5.   L-Artikolu 7 tal-Parti I għandu japplika għal AS li tkun indikat partijiet aċċessibbli.

6.   Detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS li jkun indika parti aċċessibbli għandu jiżgura li dik il-parti aċċessibbli tkun disponibbli f’kull ħin biex tirċievi l-messaġġi.

Artikolu 8

Tranżazzjonijiet ipproċessati fuq il-kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS

1.   It-tranżazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu pproċessati permezz ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/tal-pajjiż]:

(a)

ordnijiet ta' ħlas istantanju;

(b)

risposti pożittivi għall-irtirar;

(c)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil TIPS DCAs.

Artikolu 9

Direttorju tat-TIPS

1.   Id-direttorju tat-TIPS huwa lista ta’ BICs użati għat-twassil tal-informazzjoni u jinkludi l-BICs ta’:

(a)

detenturi ta’ TIPS DCA;

(b)

partijiet aċċessibbli.

2.   Id-direttorju tat-TIPS għandu jiġi aġġornat kuljum.

3.   Id-detenturi ta’ kont tekniku ta’ TIPS DCA jistgħu jqassmu d-direttorju tat-TIPS lill-partijiet aċċessibbli indikati minnhom u lill-oriġinaturi biss. Il-partijiet aċċessibbli jistgħu jqassmu d-direttorju tat-TIPS lill-friegħi tagħhom biss.

4.   BIC speċifiku għandu jidher darba biss fid-direttorju tat-TIPS.

5.   Id-detenturi ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS jirrikonoxxu li [daħħal l-isem tal-BĊ] u BĊi oħrajn jistgħu jippubblikaw l-ismijiet u l-BIC ta’ partijiet aċċessibbli indikati mid-deternturi ta’ kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS u d-detenturi ta’ kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS għandhom jiżguraw li l-partijiet aċċessibbli jkunu qablu ma’ tali pubblikazzjoni.

Artikolu 10

Repożitorju ta’ MPL

1.   Ir-repożitorju ċentrali tat-tiftix bi proxy mobbli (Mobile Proxy Lookup - MPL) fih it-tabella tal-immappjar tal-proxy – IBAN għall-finijiet tas-servizz ta’ MPL.

2.   Kull proxy tista’ tkun konnessa ma’ IBAN wieħed biss. IBAN jista’ jkun konness ma’ proxy waħda jew ma’ diversi proxies.

3.   L-Artikolu 28 tal-Parti I għandu japplika għad-data li tinsab fir-repożitorju tal-MPL.

Artikolu 11

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus f’każ ta’ sospensjoni jew terminazzjoni straordinarja

1.   Meta tiġi tterminata l-parteċipazzjoni ta’ detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ma għandux jaċċetta ordnijiet ġodda ta’ trasferiment ta’ flus lil jew mingħand dak id-detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS.

2.   Jekk il-parteċipazzjoni ta’ detentur ta’ kont tekniku TIPS AS fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] tiġi sospiża għal raġunijiet differenti minn dawk speċifikati fl-Artikolu 25(1)(a) tal-Parti I, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu:

(a)

jirrifjuta kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus dieħla tiegħu;

(b)

jirrifjuta kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus ħierġa tiegħu; jew

(c)

jirrifjuta l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li jkunu kemm deħlin kif ukoll ħerġin tiegħu.

3.   Jekk il-parteċipazzjoni ta’ Detentur ta’ Kont Tekniku ta’ TIPS AS fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] tiġi sospiża għar-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 25(1)(a) tal-Parti I, il-BĊ tad-detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS sospiż għandu jirrifjuta l-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ flus deħlin u ħerġin tiegħu.

4.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipproċessa ordnijiet ta' ħlas istantanju ta’ detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS li l-parteċipazzjoni tiegħu fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] tkun ġiet sospiża jew itterminata skont l-Artikolu 25(1) jew (2) u li fir-rigward tiegħu [daħħal l-isem tal-BĊ] irriżerva fondi fuq kont tekniku ta’ TIPS AS skont l-Artikolu 4(3)(b) qabel is-sospensjoni jew it-terminazzjoni.


(1)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(2)  Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ April 2019 dwar operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2019/7) (ĠU L 113, 29.04.2019, p. 11).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 li għandu x'jaqsam mal-applikazzjoni ta' riżervi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1).

(4)  Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2019/31) (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 12).


APPENDIĊI I

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦALL-IPPROĊESSAR TA’ ORDNIJIET TA’ TRASFERIMENT TA’ FLUS

Minbarra l-Kundizzjonijiet Armonizzati, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw ghall-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus:

1.   Rekwiżiti tal-ittestjar għall-parteċipazzjoni fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż]

Kull parteċipant għandu jagħmel sensiela ta’ testijiet biex jagħti prova tal-kompetenza teknika u operazzjonali tiegħu qabel ma jkun jista’ jipparteċipa fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż].

2.   Numri tal-kontijiet

Il-kont ta’ kull parteċipant għandu jiġi identifikat b’numru uniku tal-kont magħmul minn massimu ta’ 34 karattru li jikkonsistu f'ħames taqsimiet kif ġej:

Isem

Numru ta’ Karattri

Kontenut

Tip ta’ kont

1

M = MCA

R = RTGS DCA

C = T2S DCA

I = TIPS DCA

T = Kont tekniku ta’ RTGS AS

U = Subkont

A = Kont tekniku ta’ TIPS AS

G = Kont ta’ fondi ta’ garanzija ta’ AS

D = Kont ta’ depożitu mil-lum għall-għada

X = Kont ta’ Kontinġenza

Kodiċi tal-Pajjiż tal-Bank Ċentrali

2

Kodiċi ISO tal-pajjiż: 3166-1

Kodiċi tal-munita

3

EUR

BIC

11

BIC tad-detentur tal-kont

L-isem tal-kont

Mass. 17

Test liberu  (1)

3.   Regoli dwar il-messaġġi fit-TARGET

(a)

Kull parteċipant għandu jikkonforma mal-istruttura tal-messaġġi u l-ispeċifikazzjonijiet tal-kampijiet, kif definit fil-Parti 3 tal-Ispeċifikazzjonijiet Funzjonali Dettaljati għall-Utent (UDFS).

(b)

L-intestaturi tal-applikazzjonijiet tan-negozju għandhom jiġu mehmuża mat-tipi kollha ta’ messaġġi pproċessati fuq l-MCAs, l-RTGS DCAs (inklużi s-subkontijiet) kontijiet tekniċi RTGS AS, kontijiet ta’ fondi ta’ garanzija ta’ AS u T2S DCAs kif ġej:

Tip ta’ Messaġġ

Deskrizzjoni

head.001

Intestatura tal-applikazzjoni tan-negozju

head.002

Intestatura tal-fajl tan-negozju

4.   Tipi ta’ messaġġi pproċessati fit-TARGET

(a)

It-tipi ta’ messaġġi li ġejjin huma pproċessati fuq l-MCAs:

Tip ta’ Messaġġ

Deskrizzjoni

Amministrazzjoni (admi)

 

admi.004

SystemEventNotification

admi.005

ReportQueryRequest

admi.007

ReceiptAcknowledgement

Immaniġġjar tal-Flus (camt)

 

camt.003

GetAccount

camt.004

ReturnAccount

camt.005

GetTransaction

camt.006

ReturnTransaction

camt.018

GetBusinessDayInformation

camt.019

ReturnBusinessDayInformation

camt.025

Receipt

camt.046

GetReservation

camt.047

ReturnReservation

camt.048

ModifyReservation

camt.049

DeleteReservation

camt.050

LiquidityCreditTransfer

camt.053

BankToCustomerStatement

camt.054

BankToCustomerDebitCreditNotification

Ikklerjar u Saldu ta’ Ħlasijiet (pacs)

 

pacs.009

FinancialInstitutionCreditTransfer

pacs.010

FinancialInstitutionDirectDebit

(b)

It-tipi ta’ messaġġi li ġejjin huma pproċessati fuq RTGS DCAs, u fejn rilevanti fuq il-kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS u l-kontijiet tal-fondi ta’ garanzija ta’ AS:

Amministrazzjoni (admi)

 

admi.004

SystemEventNotification

admi.005

ReportQueryRequest

admi.007

ReceiptAcknowledgement

Immaniġġjar tal-Flus (camt)

 

camt.003

GetAccount

camt.004

ReturnAccount

camt.005

GetTransaction

camt.006

ReturnTransaction

camt.007

ModifyTransaction

camt.009

GetLimit

camt.010

ReturnLimit

camt.011

ModifyLimit

camt.012

DeleteLimit

camt.018

GetBusinessDayInformation

camt.019

ReturnBusinessDayInformation

camt.021

ReturnGeneralBusinessInformation

camt.025

Receipt

camt.029

ResolutionOfInvestigation

camt.046

GetReservation

camt.047

ReturnReservation

camt.048

ModifyReservation

camt.049

DeleteReservation

camt.050

LiquidityCreditTransfer

camt.053

BankToCustomerStatement

camt.054

BankToCustomerDebitCreditNotification

camt.056

FIToFIPaymentCancellationRequest

 

 

Ikklerjar u Saldu ta’ Ħlasijiet (pacs)

 

pacs.002

PaymentStatusReport

pacs.004

PaymentReturn

pacs.008

CustomerCreditTransfer

pacs.009

FinancialInstitutionCreditTransfer

pacs.010

FinancialInstitutionDirectDebit

Bidu ta’ Ħlasijiet (pain)

 

pain.998

ASInitiationStatus

pain.998

ASTransferNotice

pain.998

ASTransferInitiation

(c)

It-tipi ta’ messaġġi li ġejjin huma pproċessati fuq it-T2S DCAs:

Message Type

Description

Administration (admi)

 

admi.005

ReportQueryRequest

admi.006

ResendRequestSystemEventNotification

admi.007

ReceiptAcknowledgement

Cash Management (camt)

 

camt.003

GetAccount

camt.004

ReturnAccount

camt.005

GetTransaction

camt.006

ReturnTransaction

camt.009

GetLimit

camt.010

ReturnLimit

camt.011

ModifyLimit

camt.012

DeleteLimit

camt.018

GetBusinessDayInformation

camt.019

ReturnBusinessDayInformation

camt.024

ModifyStandingOrder

camt.025

Receipt

camt.050

LiquidityCreditTransfer

camt.051

LiquidityDebitTransfer

camt.052

BankToCustomerAccountReport

camt.053

BankToCustomerStatement

camt.054

BankToCustomerDebitCreditNotification

camt.064

LimitUtilisationJournalQuery

camt.065

LimitUtilisationJournalReport

camt.066

IntraBalanceMovementInstruction

camt.067

IntraBalanceMovementStatusAdvice

camt.068

IntraBalanceMovementConfirmation

camt.069

GetStandingOrder

camt.070

ReturnStandingOrder

camt.071

DeleteStandingOrder

camt.072

IntraBalanceMovementModificationRequest

camt.073

IntraBalanceMovementModificationRequestStatusAdvice

camt.074

IntraBalanceMovementCancellationRequest

camt.075

IntraBalanceMovementCancellationRequestStatusAdvice

camt.078

IntraBalanceMovementQuery

camt.079

IntraBalanceMovementQueryResponse

camt.080

IntraBalanceModificationQuery

camt.081

IntraBalanceModificationReport

camt.082

IntraBalanceCancellationQuery

camt.083

IntraBalanceCancellationReport

camt.084

IntraBalanceMovementPostingReport

camt.085

IntraBalanceMovementPendingReport

(d)

It-tipi ta’ messaġġi li ġejjin huma pproċessati fuq il-kontijiet tekniċi ta’ TIPS DCAs u TIPS AS:

Message Type

Description

Administration (admi)

 

pacs.002

FIToFIPayment Status Report

pacs.004

PaymentReturn

pacs.008

FIToFICustomerCreditTransfer

pacs.028

FIToFIPaymentStatusRequest

Cash Management (camt)

 

camt.003

GetAccount

camt.004

ReturnAccount

camt.011

ModifyLimit

camt.019

ReturnBusinessDayInformation

camt.025

Receipt

camt.029

ResolutionOfInvestigation

camt.050

LiquidityCreditTransfer

camt.052

BankToCustomerAccountReport

camt.053

BankToCustomerStatement

camt.054

BankToCustomerDebitCreditNotification

camt.056

FIToFIPaymentCancellationRequest

acmt.010

AccountRequestAcknowledgement

acmt.011

AccountRequestRejection

acmt.015

AccountExcludedMandateMaintenanceRequest

Reference data (reda)

 

reda.016

PartyStatusAdviceV01

reda.022

PartyModificationRequestV01

5.   Rikonċiljazzjoni ta’ kontroentrati

L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus kollha għandhom jgħaddu minn rikonċiljazzjoni ta’ kontroentrati, li l-għan tagħha huwa li tirrifjuta ordnijiet li jkunu ġew sottomessi aktar minn darba (ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus duplikati). Id-dettalji jinsabu fit-Taqsima 3 tal-Parti I tal-UDFS rilevanti.

6.   Regoli ta’ validazzjoni u kodiċijiet tal-iżbalji

Il-validazzjoni tal-messaġġi titwettaq skont il-linji gwida tal-High Value Payments Plus (HVPS+) dwar il-validazzjonijiet tal-messaġġi speċifikati mill-istandard ISO 20022, u l-validazzjonijiet speċifiċi għat-TARGET. Ir-regoli dwar il-validazzjoni u l-kodiċijiet tal-iżbalji huma deskritti fid-dettall fil-partijiet rispettivi tal-UDFS kif ġej:

(a)

għall-MCAs, fil-Kapitolu 14 tas-CLM UDFS;

(b)

għall-RTGS DCAs, fil-Kapitolu 13 tal-RTGS UDFS;

(c)

għat-T2S DCAs, fil-Kapitolu 4.1 tat-T2S UDFS;

Jekk ordni ta' ħlas istantanju jew tweġiba għall-irtirar pożittiva tiġi miċħuda għal kwalunkwe raġuni, id-detentur ta’ TIPS DCA għandu jirċievi rapport dwar l-istatus tal-ħlas (pacs.002), kif deskritt fil-Kapitolu 4.2 tat-TIPS UDFS. Jekk ordni ta' trasferiment ta' likwidità tiġi rrifjutata għal kwalunkwe raġuni, id-detentur ta’ TIPS DCA għandu jirċievi rifjut (camt.025), kif deskritt fil-Kapitolu 1.6 tat-TIPS UDFS.

7.   Ħinijiet u avvenimenti ta’ saldu predeterminati

RTGS DCAs

(a)

Għal ordnijiet ta’ ħlas li jużaw l-Indikatur tal-Ewwel Ħin ta’ Debitu, għandu jintuża l-element tal-messaġġ “/FromTime/”.

(b)

Għal ordnijiet ta’ ħlas li jużaw l-Indikatur tal-Aħħar Ħin ta’ Debitu, għandhom ikunu disponibbli żewġ għażliet.

(i)

L-element tal-messaġġ “RejectTime”: jekk l-ordni ta’ ħlas ma tkunx tista’ tiġi saldata sal-ħin tad-debitu indikat, l-ordni ta’ trasferiment ta’ flus għandha tiġi rrifjutata.

(ii)

L-element tal-messaġġ “TillTime”: jekk l-ordni ta’ ħlas ma tkunx tista’ tiġi saldata sal-ħin tad-debitu indikat, l-ordni ta’ trasferiment ta’ flus ma għandhiex tiġi rrifjutata iżda għandha tinżamm fil-kju rilevanti.

Taħt iż-żewġ għażliet, jekk ordni ta’ ħlas b’Indikatur tal-Aħħar Ħin ta’ Debitu ma tiġix saldata 15-il minuta qabel il-ħin indikat fiha, għandha tintbagħat awtomatikament notifika permezz tal-GUI.

T2S DCAs

(a)

Għal ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjati, ma tkun meħtieġa l-ebda XML tag speċifika;

(b)

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità predefiniti u ordnijiet permanenti ta’ trasferiment ta’ likwidità jistgħu jiskattaw permezz ta’ ħin jew avveniment speċifiku fil-jum tas-saldu:

(i)

għas-saldu f’ħin speċifiku, għandha tintuża l-XML tag “Time(/ExctnTp/Tm/)”,

(ii)

għas-saldu malli jseħħ avveniment speċifiku, għandha tintuża l-XML tag “(EventType/ExctnTp/Evt/)”.

(c)

il-perjodu ta’ validità għal ordnijiet permanenti ta’ trasferiment ta’ likwidità għandu jiġi stabbilit bit-tags XML li ġejjin: “FromDate/VldtyPrd/FrDt/” u “ToDate/VldtyPrd/ToDt/”.

8.   Tpaċija ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fuq RTGS DCAs

Għandhom isiru kontrolli ta’ tpaċija u, jekk ikun xieraq, kontrolli ta’ tpaċija estiżi (iż-żewġ termini huma ddefiniti fis-subparagrafi a) u (b) fuq ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus sabiex jiġi ffaċilitat is-saldu bla xkiel.

(a)

Kontroll ta’ tpaċija għandu jiddetermina jekk l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus tal-benefiċjarju li jkunu fuq quddiem għall-kju tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bil-prijorità “urġenti” jew, jekk ma japplikax, “għolja” humiex disponibbli biex jiġu paċuti mal-ordni ta’ trasferiment ta’ flus tal-pagatur (minn hawn’il quddiem “ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus paċuti”). Jekk ordni ta’ trasferiment ta’ flus paċuta ma tipprovdix fondi suffiċjenti għall-ordni ta’ trasferiment ta’ flus tal-pagatur rispettiv, għandu jiġi ddeterminat jekk hemmx likwidità suffijċenti disponibbli fl-RTGS DCA tal-pagatur.

(b)

Jekk il-kontroll ta’ tpaċija ma jirnexxix, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ japplika kontroll ta’ tpaċija estiż. Kontroll ta’ tpaċija estiża jiddetermina jekk ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus paċuti humiex disponibbli fi kwalunkwe wieħed mill-kjuwijiet tal-benefiċjarju irrispettivament minn meta jkunu daħlu fil-kju. Madankollu, jekk fil-kju tal-benefiċjarju jkun hemm ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ta’ prijorità ogħla indirizzati lil parteċipanti oħra, il-prinċipju FIFO jista’ jinkiser biss jekk is-saldu ta’ tali ordni ta’ trasferiment ta’ flus paċuta jirriżulta f’żieda fil-likwidità għall-benefiċjarju.

9.   Algoritmi ta’ ottimizzazzjoni fuq RTGS DCAs u subkontijiet

Għandhom jiġu applikati erba’ algoritmi sabiex jiġi ffaċilitat is-saldu bla xkiel tal-flussi tal-ħlasijiet. Aktar informazzjoni hija disponibbli fil-Parti 2 tal-RTGS UDFS.

(a)

Taħt l-algoritmu ta’ “ottimizzazzjoni parzjali”, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu:

(i)

jikkalkula u jivverifika l-pożizzjonijiet ta’ likwidità, il-limiti u r-riżervazzjonijiet ta’ kull RTGS DCA rilevanti; u

(ii)

jekk il-pożizzjoni tal-likwidità totali ta’ RTGS DCA rilevanti waħda jew aktar tkun negattiva, joħroġ ordnijiet ta’ ħlas singoli sakemm il-pożizzjoni tal-likwidità totali ta’ kull RTGS DCA rilevanti tkun pożittiva.

Minn hemm ’il quddiem, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u l-BĊi l-oħrajn involuti għandhom, sakemm ikun hemm fondi suffiċjenti, jissaldaw l-ordnijiet rilevanti li jifdal ta’ trasferiment ta’ flus (ħlief l-ordnijiet ta’ ħlas estratti deskritti fil-punt (ii)) fl-istess ħin fuq l-RTGS DCAs tal-parteċipanti kkonċernati.

Meta joħroġ ordnijiet ta’ ħlas, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jibda mill-RTGS DCA tal-parteċipant bl-ogħla pożizzjoni ta’ likwidità totali negattiva u mill-ordni ta’ ħlas fl-aħħar tal-kju bl-aktar prijorità baxxa. Il-proċess tal-għażla għandu jaħdem biss għal żmien qasir, li għandu jiġi ddeterminat mill-[daħħal l-isem tal-BĊ] fid-diskrezzjoni tiegħu.

(b)

Taħt l-algoritmu ta’ “ottimizzazzjoni multipla”, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu:

(i)

iqabbel pari ta’ RTGS DCAs tal-parteċipanti biex jiddetermina jekk ordnijiet ta’ ħlas fil-kju jistgħux jiġu saldati fil-likwidità disponibbli fl-RTGS DCAS taż-żewġ parteċipanti kkonċernati u fil-limiti stabbiliti minnhom (billi jibda mill-par RTGS DCAs bl-iżgħar differenza bejn l-ordnijiet ta’ ħlas indirizzati lil xulxin), u l-BĊi involuti għandhom jirreġistraw dawk il-ħlasijiet simultanjament fuq l-RTGS DCAs taż-żewġ parteċipanti; u

(ii)

jekk, fir-rigward ta’ par RTGS DCAs kif deskritt fil-punt (i), il-likwidità ma tkunx biżżejjed biex tiffinanzja l-pożizzjoni bilaterali, joħroġ ordnijiet ta’ ħlas uniċi sakemm ikun hemm likwidità suffiċjenti. F’dan il-każ, il-BĊi involuti għandhom jissaldaw il-ħlasijiet li jifdal, ħlief dawk estratti, simultanjament fuq l-RTGS DCAs taż-żewġ parteċipanti.

Wara li jitwettqu l-kontrolli speċifikati fil-punti (i) sa (ii), il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jikkontrolla l-pożizzjonijiet ta’ saldu multilaterali (bejn l-RTGS DCA ta’ parteċipant u l-RTGS DCAs ta’ parteċipanti oħrajn li fir-rigward tagħhom ġie stabbilit limitu multilaterali). Għal dan il-għan, il-proċedura deskritta fis-subparagrafi (i) sa (ii) għandha tapplika mutatis mutandis.

(c)

Skont l-algoritmu “ottimizzazzjoni parzjali b’AS” li jappoġġa l-proċedura ta’ saldu B, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jsegwi l-istess proċedura bħal dik għall-algoritmu ta’ ottimizzazzjoni parzjali, iżda mingħajr ma joħroġ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS (għal AS li ssalda fuq bażi multilaterali simultanja, jiġifieri l-proċedura ta’ saldu B ta’ RTGS AS).

(d)

L-algoritmu “ottimizzazzjoni fuq is-subkontijiet” jintuża biex jiġi ottimizzat is-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS bi prijorità urġenti fuq is-subkontijiet tal-parteċipanti. Meta juża dan l-algoritmu l-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jikkalkula l-pożizzjoni tal-likwidità totali tas-subkont ta’ kull parteċipant billi jistabbilixxi jekk l-aggregat tal-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ AS ħerġin u deħlin li jkunu pendenti fil-kju huwiex negattiv jew pożittiv. Jekk l-eżitu ta’ dawn il-kalkoli u l-kontrolli jkun pożittiv għal kull subkont rilevanti, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u BĊi oħrajn involuti għandhom isaldaw trasferimenti ta’ flus kollha fl-istess ħin fuq is-subkontijiet tal-parteċipanti kkonċernati. Jekk l-eżitu ta’ dawn il-kalkoli u l-kontrolli jkun negattiv, ma għandu jsir l-ebda saldu. Barra minn hekk, dan l-algoritmu ma jqis l-ebda limitu jew riżervazzjoni. Għal kull bank tas-saldu tiġi kkalkolata l-pożizzjoni totali u, jekk il-pożizzjonijiet għall-banek tas-saldu kollha jkunu koperti, għandhom jiġu saldati t-tranżazzjonijiet kollha. It-tranżazzjonijiet li ma jkunux koperti jiġu rritornati fil-kju.

(e)

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus imdaħħla wara li l-algoritmu ta’ ottimizzazzjoni multipla, l-algoritmu ta’ ottimizzazzjoni parzjali jew l-algoritmu tal-ottimizzazzjoni parzjali ta’ AS ikun beda, xorta waħda jistgħu jiġu saldati immedjatament jekk il-pożizzjonijiet u l-limiti tal-RTGS DCAs tal-parteċipanti kkonċernati jkunu kompatibbli kemm mas-saldu ta’ dawn l-ordnijiet kif ukoll mas-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fil-proċedura ta’ ottimizzazzjoni attwali.

(f)

L-algoritmu ta’ ottimizzazzjoni parzjali u l-algoritmu ta’ ottimizzazzjoni multipla għandhom jitħaddmu b’mod sekwenzjali f’dik l-ordni. Dawn ma għandhomx jitħaddmu jekk il-proċedura ta’ saldu B tkun qed taħdem.

(g)

L-algoritmi għandhom jaħdmu b’mod flessibbli billi jiġi stabbilit intervall latenti definit minn qabel bejn l-applikazzjoni ta’ algoritmi differenti sabiex jiġi żgurat intervall minimu bejn it-tħaddim ta’ żewġ algoritmi. Is-sekwenza tal-ħin għandha tiġi kkontrollata awtomatikament. L-intervent manwali għandu jkun possibbli.

(h)

Waqt li tkun inkluża f’algoritmu li jkun qed jaħdem, ordni ta’ ħlas ma għandhiex tiġi riordinata (bidla tal-pożizzjoni fi kju) jew revokata. Talbiet għar-riordinazzjoni jew ir-revoka ta’ ordni ta’ ħlas għandhom jitpoġġew fil-kju sakemm l-algoritmu jkun lest. Jekk l-ordni ta’ ħlas ikkonċernata tiġi ssaldata waqt li l-algoritmu jkun qed jaħdem, kwalunkwe talba għar-riordinazzjoni jew għar-revoka għandha tiġi rrifjutata. Jekk l-ordni ta’ ħlas ma tiġix saldata, it-talbiet tal-parteċipant għandhom jitqiesu immedjatament.

10.   Konnettività

Il-parteċipanti għandhom jikkollegaw mat-TARGET billi jużaw waħda mill-modalitajiet li ġejjin.

(a)

Il-modalità utent għal applikazzjoni (U2A): fil-modalità U2A, il-parteċipanti jikkollegaw permezz ta’ GUI li tippermetti lill-utenti jwettqu funzjonijiet tan-negozju abbażi tad-drittijiet ta’ aċċess rispettivi tagħhom. Dan jippermetti lill-utenti jdaħħlu u jżommu data tan-negozju kif ukoll li jirkupraw informazzjoni kummerċjali. Il-Manwal għall-Utenti (UHB) rilevanti jipprovdi informazzjoni eżawrjenti dwar kull funzjoni tan-negozju li tipprovdi l-GUI rispettiva.

(b)

Il-modalità applikazzjoni għal applikazzjoni (A2A): fil-modalità A2A l-applikazzjonijiet tas-software jikkomunikaw mat-TARGET billi jiskambjaw messaġġi u fajls singoli bbażati fuq id-drittijiet ta’ aċċess rispettivi tagħhom u l-konfigurazzjoni tal-abbonament u tar-routing tal-messaġġi. Il-komunikazzjoni A2A tiddependi fuq messaġġi XML, bl-użu tal-istandard ISO 20022 fejn applikabbli, kemm għal komunikazzjoni ’l ġewwa kif ukoll ’il barra.

Il-modalitajiet ta’ konnessjoni huma deskritti f’aktar dettall fl-ESMIG UDFS.

11.   Il-UDFS u l-Manwal għall-Utent

Aktar dettalji u eżempji li jispjegaw ir-regoli ta’ hawn fuq jinsabu fil-UDFS rispettivi u fil-Manwali għall-Utenti għal kull servizz, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fuq [daħħal kif meħtieġ is-sit web tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] u] is-sit web tal-BĊE bl-Ingliż.


(1)  Għas-subkontijiet din it-taqsima trid tibda bil-kodiċi AS bil-kodiċi ta’ 3 karattri tal-AS kif definit mill-bank ċentrali.


APPENDIĊI II

SKEMA TA’ KUMPENS TAT-TARGET

1.   Prinċipji ġenerali

(a)

Jekk ikun hemm ħsara teknika fit-TARGET, il-parteċipanti jistgħu jissottomettu talbiet għal kumpens f’konformità mal-iskema ta’ kumpens tat-TARGET stabbilita f’dan l-Appendiċi.

(b)

Sakemm il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ma jiddeċidix mod ieħor, l-iskema ta' kumpens tat-TARGET ma għandhiex tapplika jekk il-ħsara teknika tat-TARGET tirriżulta minn avvenimenti barra mill-kontroll raġonevoli tal-BĊi konċernati jew bħala riżultat ta’ atti jew omissjonijiet ta’ partijiet terzi.

(c)

Il-kumpens taħt l-iskema ta’ kumpens tat-TARGET għandu jkun l-unika proċedura ta' kumpens offruta f’każ ta' ħsara teknika tat-TARGET. Il-parteċipanti jistgħu, madankollu, jużaw mezzi legali oħra biex jagħmlu talba għat-telf. Jekk parteċipant jaċċetta offerta ta' kumpens taħt l-iskema ta' kumpens tat-TARGET, dan għandu jikkostitwixxi l-qbil irrevokabbli tal-parteċipant li b'hekk ikun qed jirrinunzja għat-talbiet kollha fir-rigward ta' dawk l-ordnijiet ta' trasferiment ta’ flus li għalihom hija taċċetta kumpens (inkluż kwalunkwe talba għal telf konsegwenzjali) li jista’ jkollu kontra kwalunkwe BĊ, u li l-ħlas ta' kumpens korrispondenti li jirċievi jikkostitwixxi s-saldu sħiħ u finali ta' dawk it-talbiet kollha. Il-parteċipant għandu jindennizza lill-BĊi kkonċernati, sal-massimu tal-ammont irċevut skont l-iskema ta' kumpens tat-TARGET, fir-rigward ta' kwalunkwe talba ulterjuri li titqajjem minn xi parteċipant ieħor jew xi parti terzi oħra fir-rigward tal-ordni ta' trasferiment ta’ flus jew tat-trasferiment ta’ flus ikkonċernat.

(d)

L-għoti ta’ offerta ta’ kumpens ma għandux jikkostitwixxi ammissjoni ta’ responsabbiltà mill-[daħħal l-isem tal-BĊ] jew minn kwalunkwe BĊ ieħor fir-rigward ta’ ħsara teknika fit-TARGET.

2.   Kundizzjonijiet għall-offerti ta’ kumpens

(a)

Pagatur jista’ jissottometti talba għall-kumpens ta’ tariffa amministrattiva u tal-imgħax jekk, minħabba ħsara teknika tat-TARGET ordni ta’ trasferiment ta’ flus ma tkunx ġiet saldata fil-jum tan-negozju li fih tkun ġiet aċċettata.

(b)

Benefiċjarju jista’ jissottometti talba għal tariffa amministrattiva jekk minħabba ħsara teknika tat-TARGET ma jkunx irċieva trasferiment ta’ flus li kien qed jistenna li jirċievi f’jum ta’ negozju partikolari. Il-benefiċjarju jista’ jissottometti wkoll talba għal kumpens tal-imgħax jekk tiġi ssodisfata waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

fil-każ ta’ parteċipanti li għandhom aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali: minħabba ħsara teknika fit-TARGET, benefiċjarju kellu juża l-faċilità ta’ self marġinali; u/jew

(ii)

fil-każ tal-parteċipanti kollha: kien teknikament impossibbli li wieħed jirrikorri għas-suq tal-flus jew tali rifinanzjament kien impossibbli għal raġunijiet oġġettivament raġonevoli oħrajn.

3.   Kalkolu tal-kumpens

(a)

Fir-rigward ta' offerta ta' kumpens għal pagatur:

(i)

it-tariffa amministrattiva għandha tkun ta’ EUR 50 għall-ewwel ordni ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldata, EUR 25 għal kull waħda mill-erba’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li jmiss u EUR 12,50 għal kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus oħra bħal din. It-tariffa amministrattiva għandha tiġi kkalkulata separatament fir-rigward ta' kull benefiċjarju;

(ii)

il-kumpens ta' imgħax għandu jiġi ddeterminat bl-applikazzjoni ta' rata ta' referenza stabbilita minn jum għal jum. Din ir-rata ta’ referenza għandha tkun l-inqas waħda bejn ir-rata ta’ referenza ta’ terminu qasir tal-euro (€STR) u r-rata tal-faċilità ta’ self marġinali. Ir-rata ta’ referenza għandha tiġi applikata għall-ammont tal-ordni ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldata bħala riżultat tal-ħsara teknika tat-TARGET għal kull jum fil-perjodu mid-data tas-sottomissjoni attwali jew, fir-rigward tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus imsemmija fil-paragrafu 2(b)(ii), tas-sottomissjoni maħsuba tal-ordni ta’ trasferiment ta’ flus sad-data li fiha l-ordni ta’ trasferiment ta’ flus kienet jew setgħet ġiet saldata b’suċċess. Kwalunkwe imgħax jew imposta li tirriżulta mit-tqegħid ta’ kwalunkwe ordni ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldata fuq depożitu mal-Eurosistema għandha titnaqqas minn, jew tiġi imposta fuq, l-ammont ta’ kwalunkwe kumpens, skont il-każ;

(iii)

l-ebda kumpens tal-imgħax ma għandu jkun pagabbli jekk u sa fejn il-fondi li jirriżultaw minn ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldati jkunu tqiegħdu fis-suq jew intużaw biex jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta’ riżerva.

(b)

Fir-rigward ta' offerta ta' kumpens għal benefiċjarju:

(i)

it-tariffa amministrattiva għandha tkun ta’ EUR 50 għall-ewwel ordni ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldata, EUR 25 għal kull waħda mill-erba’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li jmiss u EUR 12,50 għal kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus oħra bħal din. It-tariffa amministrattiva għandha tiġi kkalkulata separatament fir-rigward ta’ kull pagatur;

(ii)

il-metodu stabbilit fis-subparagrafu (a)(ii) għall-kalkolu tal-kumpens tal-imgħax għandu japplika ħlief li l-kumpens tal-imgħax għandu jitħallas b’rata ugwali għad-differenza bejn ir-rata tal-faċilità ta’ self marġinali u r-rata ta’ referenza, u għandu jiġi kkalkulat fuq l-ammont ta’ kwalunkwe rikors għall-faċilità ta’ self marġinali li jseħħ bħala riżultat tal-ħsara teknika tat-TARGET.

4.   Regoli proċedurali

(a)

Talba għal kumpens għandha tintbagħat fuq il-formola tat-talba li tinsab fuq is-sit web ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] bl-Ingliż (ara [daħħal referenza għas-sit web tal-BĊ]). Il-pagaturi għandhom jibagħtu formola tat-talba separata fir-rigward ta' kull benefiċjarju u l-benefiċjarji għandhom jibagħtu formola tat-talba separata fir-rigward ta' kull pagatur. Għandhom jiġu pprovduti biżżejjed informazzjoni u dokumenti addizzjonali insostenn tal-informazzjoni indikata fil-formola tat-talba. Tista' tintbagħat talba waħda biss fir-rigward ta' ħlas speċifiku jew ordni ta' ħlas speċifika.

(b)

Il-parteċipanti għandhom jissottomettu l-formoli tat-talba tagħhom lil [daħħal l-isem tal-BĊ] fi żmien erba’ ġimgħat minn ħsara teknika fit-TARGET. Kwalunkwe informazzjoni u evidenza addizzjonali mitluba minn [daħħal l-isem tal-BĊ] għandhom jiġu pprovduti fi żmien ġimagħtejn minn meta ssir din it-talba.

(c)

Il-[daħħal l-isem tal-BC] għandu janalizza t-talbiet u jibgħathom lill-BĊE. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u kkomunikat lill-parteċipanti, it-talbiet kollha rċevuti għandhom jiġu vvalutati sa mhux aktar tard minn 14-il ġimgħa wara li tkun seħħet il-ħsara teknika fit-TARGET.

(d)

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jikkomunika r-riżultat tal-valutazzjoni msemmija fis-subparagrafu (c) lill-parteċipanti rilevanti. Jekk il-valutazzjoni tkun tinvolvi offerta ta’ kumpens, il-parteċipanti kkonċernati għandhom, fi żmien erba’ ġimgħat mill-komunikazzjoni ta’ tali offerta, jew jaċċettawha jew jirrifjutawha, fir-rigward ta’ kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus inkluża f’kull talba, billi jiffirmaw ittra standard ta’ aċċettazzjoni (fil-formola disponibbli fuq is-sit web ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] (ara [daħħal ir-referenza għas-sit web tal-BĊ]). Jekk il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ma jirċevix din l-ittra fi żmien erba' ġimgħat, il-parteċipanti kkonċernati jitqiesu li jkunu rrifjutaw l-offerta ta' kumpens.

(e)

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jagħmel ħlasijiet ta' kumpens meta jirċievi l-ittra ta' aċċettazzjoni tal-kumpens tal-parteċipant. L-ebda imgħax ma għandu jitħallas fuq kwalunkwe ħlas ta’ kumpens.


APPENDIĊI III

TERMINI TA’ REFERENZA GĦALL-OPINJONIJIET DWAR IL-KAPAĊITÀ U TAL-PAJJIŻ

Termini ta’ referenza għall-opinjonijiet dwar il-kapaċità għal parteċipanti fit-TARGET

[Daħħal l-isem tal-BĊ]

[indirizz]

Parteċipazzjoni fl-[isem tas-sistema]

[post]

[data]

Għażiż Sinjur jew Sinjura,

Aħna nltabna nagħtu din l-Opinjoni bħala konsulenti legali [interni jew esterni] ta’ [speċifika l-isem tal-Parteċipant jew tal-fergħa tal-Parteċipant] fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jinħolqu skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni li fiha huwa stabbilit il-Parteċipant; minn hawn ’il quddiem il-“ġuriżdizzjoni”] b’rabta mal-parteċipazzjoni ta’ [speċifika l-isem tal-Parteċipant] (minn hawn ’il quddiem il-“Parteċipant”) fi [l-isem tas-sistema komponenti tat-TARGET] (minn hawn ’il quddiem is-“Sistema”).

Din l-Opinjoni hija limitata għal-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni] kif inhuma fis-seħħ fid-data ta’ din l-Opinjoni. Ma għamilna l-ebda stħarriġ dwar il-liġijiet ta’ xi ġuriżdizzjoni oħra bħala bażi għal din l-Opinjoni, u ma nesprimu jew nimplikaw ebda opinjoni f’dan ir-rigward. Kull waħda mill-istqarrijiet u l-opinjonijiet ippreżentati hawn taħt tapplika bl-istess akkuratezza u validità skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni], kemm jekk il-Parteċipant jaġixxi jew le permezz tal-uffiċċju prinċipali tiegħu jew ta’ fergħa waħda jew aktar stabbiliti ġewwa jew barra [ġuriżdizzjoni] meta jissottometti Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus u jirċievi Trasferimenti ta’ flus.

I.   DOKUMENTI EŻAMINATI

Għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni, eżaminajna:

(1)

kopja ċċertifikata tal-[speċifika d-dokumenti kostituzzjonali rilevanti] tal-Parteċipant kif hija/huma fis-seħħ fid-data ta’ din l-Opinjoni;

(2)

[jekk applikabbli] estratt minn [speċifika r-reġistru tal-kumpaniji rilevanti] u [jekk applikabbli] [reġistru ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jew reġistru analogu];

(3)

[sa fejn japplika] kopja tal-liċenzja tal-Parteċipant jew prova oħra ta’ awtorizzazzjoni biex jipprovdi servizzi bankarji, ta’ investiment, trasferiment ta’ fondi jew servizzi finanzjarji oħra f’konformità mal-kriterji ta’ aċċess għall-parteċipazzjoni fit-TARGET fi [ġuriżdizzjoni];

(4)

[jekk applikabbli] kopja ta' riżoluzzjoni adottata mill-bord tad-diretturi jew il-korp governattiv rilevanti tal-Parteċipant fi [daħħal id-data], [daħħal is-sena], li turi l-qbil tal-Parteċipant li jaderixxi mad-Dokumenti tas-Sistema, kif definit hawn taħt; u

(5)

[speċifika l-prokuri kollha u dokumenti oħra li jikkostitwixxu jew jixhdu s-setgħa meħtieġa tal-persuna jew persuni li jiffirmaw id-Dokumenti tas-Sistema rilevanti (kif definit hawn taħt) f'isem il-Parteċipant];

u d-dokumenti l-oħra kollha relatati mal-kostituzzjoni, is-setgħat, u l-awtorizzazzjonijiet tal-Parteċipant meħtieġa jew xierqa għall-għoti ta’ din l-Opinjoni (minn hawn ’il quddiem id-“Dokumenti tal-Parteċipant”).

Għall-finijiet ta’ din l-opinjoni, eżaminajna wkoll:

(1)

il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il- Kundizzjonijiet Armonizzati għall-parteċipazzjoni fit-TARGET ] għas-Sistema datata [daħħal id-data] (minn hawn ’il quddiem ir-“Regoli”); u

(2)

[...].

Ir-Regoli u l-[...] għandhom jissejħu minn hawn ’il quddiem bħala d-“Dokumenti tas-Sistema” (u kollettivament mad-Dokumenti tal-Parteċipant bħala d-“Dokumenti”).

II.   ASSUNZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni assumejna fir-rigward tad-Dokumenti li:

(1)

id-Dokumenti tas-Sistema li ngħatajna huma oriġinali jew kopji veri;

(2)

it-termini tad-Dokumenti tas-Sistema u d-drittijiet u l-obbligi maħluqin minnhom huma validi u jorbtu legalment skont il-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] li bihom huma rregolati, u l-għażla tal-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] biex jirregolaw id-Dokumenti tas-Sistema hija rikonoxxuta mil-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema];

(3)

id-Dokumenti tal-Parteċipant huma fi ħdan il-kapaċità u s-setgħa tal-partijiet rilevanti u ġew awtorizzati, adottati jew eżegwiti b’mod validu u, fejn meħtieġ, mogħtija minnhom; u

(4)

id-Dokumenti tal-Parteċipant jorbtu lill-partijiet destinatarji, u ma kien hemm l-ebda ksur ta’ xi wieħed mit-termini tagħhom.

III.   OPINJONIJIET DWAR IL-PARTEĊIPANT

A.

Il-Parteċipant huwa korporazzjoni stabbilita u rreġistrata regolarment jew inkorporata jew organizzata regolarment mod ieħor skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni].

B.

Il-Parteċipant għandu s-setgħat korporattivi kollha meħtieġa sabiex jeżegwixxi u jwettaq id-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema li għalihom huwa parti.

C.

L-adozzjoni jew l-eżekuzzjoni u t-twettiq mill-Parteċipant tad-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema li għalihom il-Parteċipant huwa parti bl-ebda mod ma jiksru kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġijiet jew tar-regolamenti ta’ [ġuriżdizzjoni] applikabbli għall-Parteċipant jew għad-Dokumenti tal-Parteċipant.

D.

L-ebda awtorizzazzjoni, approvazzjoni, kunsens, iffajljar, reġistrazzjoni, notarizzazzjoni addizzjonali, jew ċertifikazzjoni oħra ta’ jew ma’ kwalunkwe qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f’[ġuriżdizzjoni] ma hija meħtieġa mill-Parteċipant b’rabta mal-adozzjoni, il-validità jew l-eżegwibbiltà ta’ kwalunkwe Dokument tas-Sistema jew mal-eżekuzzjoni jew it-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi tad-Dokumenti tas-Sistema.

E.

Il-Parteċipant ħa l-azzjonijiet korporattivi kollha meħtieġa u passi l-oħra meħtieġa skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni] biex jiżgura li l-obbligi tiegħu skont id-Dokumenti tas-Sistema jkunu legali, validi u vinkolanti.

Din l-opinjoni hija ddikjarata mid-data tagħha u hija indirizzata biss lil [daħħal l-isem tal-BĊ] u lill-[Parteċipant]. L-ebda persuna oħra ma tista’ tiddependi fuq din l-Opinjoni u l-kontenut ta’ din l-Opinjoni ma jistax jiġi żvelat lil persuni oħra ħlief lir-riċevituri intiżi tagħha u l-konsulent legali tagħha mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub tagħna, bl-eċċezzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali [u [il-bank ċentrali nazzjonali/l-awtoritajiet regolatorji rilevanti] ta' [ġuriżdizzjoni]].

Dejjem tiegħek,

[firma]

Termini ta’ referenza għall-opinjonijiet tal-pajjiż għal parteċipanti mhux taż-ŻEE fit-TARGET

[Daħħal l-isem tal-BĊ]

[indirizz]

[isem tas-sistema]

[post],

[data]

Għażiż Sinjur jew Sinjura,

Aħna ntlabna bħala konsulenti legali [esterni] ta’ [speċifika l-isem tal-Parteċipant jew tal-fergħa tal-Parteċipant] (il-“Parteċipant”) fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jinħolqu skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni li fiha huwa stabbilit il-Parteċipant; minn hawn ’il quddiem il-“ġuriżdizzjoni”] biex nagħtu din l-Opinjoni skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni] b’rabta mal-parteċipazzjoni tal-Parteċipant f’sistema komponenti tat-TARGET (minn hawn ’il quddiem is-“Sistema”). Ir-referenzi hawnhekk għal-liġijiet ta' [ġuriżdizzjoni] jinkludu r-regolamenti applikabbli kollha ta' [ġuriżdizzjoni]. Aħna qegħdin nesprimu opinjoni hawnhekk skont il-liġi ta’ [ġuriżdizzjoni], fir-rigward, b’mod partikolari, tal-Parteċipant stabbilit barra [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] b’rabta mad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fis-Sistema, kif ippreżentati fid-Dokumenti tas-Sistema definiti hawn taħt.

Din l-Opinjoni hija limitata għal-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni] kif inhuma fis-seħħ fid-data ta’ din l-Opinjoni. Ma għamilna l-ebda stħarriġ dwar il-liġijiet ta’ xi ġuriżdizzjoni oħra bħala bażi għal din l-Opinjoni, u ma nesprimu jew nimplikaw ebda opinjoni f’dan ir-rigward. Aħna nassumu li ma hemm xejn fil-liġijiet ta' ġuriżdizzjoni oħra li taffettwa din l-Opinjoni.

1.   DOKUMENTI EŻAMINATI

Għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni, eżaminajna d-dokumenti elenkati hawn taħt u dawk id-dokumenti l-oħra li dehrilna xierqa jew meħtieġa:

(1)

il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il- Kundizzjonijiet Armonizzati għall-parteċipazzjoni fit-TARGET ] għas-Sistema datata [daħħal id-data] (minn hawn ’il quddiem ir-“Regoli”); u

(2)

kull dokument ieħor li jirregola s-Sistema u/jew ir-relazzjoni bejn il-Parteċipant u parteċipanti oħra fis-Sistema, u bejn il-parteċipanti fis-Sistema u l-[daħħal l-isem tal-BĊ].

Ir-Regoli u l-[.] għandhom jissejħu minn hawn ’il quddiem bħala d-“Dokumenti tas-Sistema”.

2.   ASSUNZJONIJIET

Biex nagħtu din l-Opinjoni assumejna fir-rigward tad-Dokumenti tas-Sistema li:

(1)

id-Dokumenti tas-Sistema huma fil-kapaċità u s-setgħa tal-partijiet rilevanti u ġew awtorizzati, adottati jew eżegwiti b’mod validu u, fejn meħtieġ, mogħtija minnhom;

(2)

it-termini tad-Dokumenti tas-Sistema u d-drittijiet u l-obbligi maħluqin minnhom huma validi u jorbtu legalment skont il-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] li bihom huma rregolati, u l-għażla tal-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] biex jirregolaw id-Dokumenti tas-Sistema hija rikonoxxuta mil-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema];

(3)

il-parteċipanti fis-Sistema li permezz tagħha tintbagħat kwalunkwe Ordni ta’ trasferiment ta’ flus jew jidħlu Trasferimenti ta’ flus, jew li permezz tagħha jiġi eżegwit jew imwettaq kwalunkwe dritt jew obbligu skont id-Dokumenti tas-Sistema, huma liċenzjati biex jipprovdu servizzi ta’ trasferiment ta’ fondi, fil-ġuriżdizzjonijiet rilevanti kollha; u

(4)

il-kopji jew il-kampjuni tad-dokumenti sottomessi lilna jikkonformaw mal-oriġinali.

3.   OPINJONI

Fuq il-bażi ta’ u bla ħsara għal dak li ntqal qabel, u fi kwalunkwe każ, suġġett għall-punti msemmija hawn taħt, aħna tal-fehma li:

3.1.   Aspetti legali speċifiċi għall-pajjiż [sa fejn applikabbli]

Il-karatteristiċi li ġejjin tal-leġiżlazzjoni ta’ [ġuriżdizzjoni] huma konsistenti ma’, u bl-ebda mod ma jwarrbu, l-obbligi tal-Parteċipant li jirriżultaw mid-Dokumenti tas-Sistema: [lista ta' aspetti legali speċifiċi għall-pajjiż].

3.2.   Kwistjonijiet ġenerali ta’ insolvenza

3.2.a.   Tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza

L-uniċi tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza (inklużi l-kompożizzjoni jew ir-riabilitazzjoni) li, għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni, għandhom jinkludu l-proċedimenti kollha fir-rigward tal-assi tal-Parteċipant jew kwalunkwe fergħa li jista’ jkollha f’[ġuriżdizzjoni] li għalihom jista’ jsir soġġett il-Parteċipant f’[ġuriżdizzjoni], huma dawn li ġejjin: [elenka l-proċedimenti bil-lingwa oriġinali u tradotti bl-Ingliż] (flimkien kollettivament imsejħa "Proċedimenti ta’ Insolvenza”).

Minbarra l-proċedimenti ta’ insolvenza, il-Parteċipant, kwalunkwe assi tiegħu, jew kwalunkwe fergħa li jista’ jkollu f’[ġuriżdizzjoni] jistgħu jsiru soġġetti f’[ġuriżdizzjoni] għal [elenka kwalunkwe moratorju, riċevitura applikabbli, jew kwalunkwe proċediment ieħor li b’riżultat tiegħu jistgħu jiġu sospiżi l-ħlasijiet lill-Parteċipant u/jew minnu, jew jistgħu jiġu imposti limitazzjonijiet fir-rigward ta’ tali ħlasijiet, jew proċedimenti simili bil-lingwa oriġinali u tradotti bl-Ingliż] (minn hawn ’il quddiem imsejħa kollettivament “Proċedimenti”).

3.2.b.   Trattati ta’ insolvenza

[ġuriżdizzjoni] jew ċerti suddiviżjonijiet politiċi fi [ġuriżdizzjoni], kif speċifikat, hija/huma parti għat-trattati ta’ insolvenza li ġejjin: [speċifika, jekk japplika dawk li għandhom jew jista’ jkollhom impatt fuq din l-Opinjoni].

3.3.   Eżegwibbiltà tad-Dokumenti tas-Sistema

Suġġett għall-punti stabbiliti hawn taħt, id-dispożizzjonijiet kollha tad-Dokumenti tas-Sistema se jkunu vinkolanti u eżegwibbli f’konformità mat-termini tagħhom skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni], b’mod partikolari fil-każ tal-ftuħ ta’ kwalunkwe Proċediment ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant.

B’mod partikolari aħna tal-fehma li:

3.3.a.   Ipproċessar ta’ Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus

Id-dispożizzjonijiet tar-Regoli dwar l-ipproċessar ta’ Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus [żid id-dispożizzjonijiet rilevanti li jimplimentaw l-Artikoli 17 u 18 tal-Parti I tal-Anness I, Artikoli 4 sa 7 u 9 tal-Parti II tal-Anness I, Artikolu 5 sa 10 u 14 sa 17 tal-Parti III tal-Anness I, Artikoli 4 u 6 sa 7 tal-Parti IV tal-Anness I, Artikoli 6 u 10 tal-Parti V tal-Anness I] huma validi u eżegwibbli. B’mod partikolari, l-Ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ flus ipproċessati skont dawn it-taqsimiet se jkunu validi, vinkolanti u se jkunu eżegwibbli skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni]. Id-dispożizzjoni tar-Regoli li tispeċifika l-punt preċiż ta’ żmien li fih l-Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus sottomessi mill-Parteċipant lis-Sistema jsiru eżegwibbli u irrevokabbli [żid id-dispożizzjoni rilevanti li timplimenta l-Artikolu 18 tal-Parti I tal-Anness 1] hija valida, vinkolanti u eżegwibbli skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni].

3.3.b.   L-awtorità ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu

Il-ftuħ ta’ Proċedimenti ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant ma jaffettwawx l-awtorità u s-setgħat ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] li jirriżultaw mid-Dokumenti tas-Sistema. [Speċifika [sa fejn applikabbli] li: l-istess opinjoni hija applikabbli wkoll fir-rigward ta’ kwalunkwe entità oħra li tipprovdi lill-Parteċipanti b’servizzi direttament u neċessarjament meħtieġa għall-parteċipazzjoni fis-Sistema, eż TARGET NSP].

3.3.c.   Rimedji fil-każ ta’ inadempjenza

[Fejn applikabbli għall-Parteċipant, id-dispożizzjonijiet li jinsabu f’[lista ta’ taqsimiet] tar-Regoli dwar it-twettiq aċċellerat ta’ talbiet li għadhom ma mmaturawx, it-tpaċija ta’ talbiet għall-użu tad-depożiti tal-Parteċipant, l-eżekuzzjoni ta’ rahan, is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni, talbiet għal imgħax ta’ inadempjenza, u t-terminazzjoni ta’ ftehimiet u tranżazzjonijiet ([daħħal klawżoli rilevanti oħra tar-Regoli jew tad-Dokumenti tas-Sistema]) huma validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni].]

3.3.d.   Sospensjoni u terminazzjoni

Fejn applikabbli għall-Parteċipant, id-dispożizzjonijiet li jinsabu f’[lista tat-taqsimiet] tar-Regoli (fir-rigward tas-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Parteċipant fis-Sistema mal-ftuħ ta’ Proċedimenti ta’ Insolvenza jew Proċedimenti jew każijiet oħra ta’ inadempjenza, kif definiti fid-Dokumenti tas-Sistema, jew jekk il-Parteċipant jirrappreżenta kwalunkwe tip ta’ riskju sistemiku jew ikollha problemi operazzjonali serji) huma validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni].

3.3.e.   Sistema ta’ penali

Fejn applikabbli għall-Parteċipant, id-dispożizzjonijiet li jinsabu f’[lista ta’ taqsimiet] tar-Regoli fir-rigward tal-penali imposti fuq Parteċipant li ma jkunx jista’ jirrimborża kreditu intraġurnata jew kreditu mil-lum għal għada, fejn applikabbli, fil-ħin huma validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni].

3.3.f.   Ċessjoni ta’ drittijiet u obbligi

Id-drittijiet u l-obbligi tal-Parteċipant ma jistgħux jiġu ċeduti, mibdula jew ittrasferiti b’xi mod ieħor mill-Parteċipant lil partijiet terzi mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-[daħħal l-isem tal-BĊ].

3.3.g.   Għażla tal-liġi regolatorja u ġuriżdizzjoni

Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tat-taqsimiet] tar-Regoli, u b’mod partikolari fir-rigward tal-liġi regolatorja, is-soluzzjoni ta’ xi tilwima, il-qrati kompetenti, u n-notifika tal-proċess huma validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni].

3.4.   Preferenzi annullabbli

Aħna tal-fehma li l-ebda obbligu li jirriżulta mid-Dokumenti tas-Sistema, it-twettiq tiegħu, jew il-konformità miegħu qabel il-ftuħ ta’ kwalunkwe Proċediment ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant ma jista’ jiġi miċħud fi kwalunkwe proċediment bħal dan bħala preferenza, tranżazzjoni annullabbli jew mod ieħor skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni].

B’mod partikolari, u mingħajr limitazzjoni għal dak li ntqal hawn fuq, nesprimu din l-opinjoni fir-rigward ta’ kull Ordni ta’ trasferiment ta’ flus mibgħuta minn kwalunkwe parteċipant fis-Sistema. B’mod partikolari, aħna tal-fehma li d-dispożizzjonijiet ta’ [lista tat-taqsimiet] tar-Regoli li jistabbilixxu l-eżegwibbiltà u l-irrevokabbiltà tal-Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ikunu validi u eżegwibbli, u li Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus mibgħuta minn kwalunkwe parteċipant u pproċessata skont [lista tat-taqsimiet] tar-Regoli ma jistgħux jiġu miċħuda f’kull Proċediment ta’ Insolvenza jew Proċedimenti bħala preferenza, tranżazzjoni annullabbli jew mod ieħor skont il-liġi tal-insolvenza ta’ [ġuriżdizzjoni].

3.5.   Qbid

Jekk xi kreditur tal-Parteċipant jitlob ordni ta’ qbid (inkluż kwalunkwe ordni ta’ iffriżar, ordni ta’ sekwestru, jew kwalunkwe proċedura oħra tad-dritt pubbliku jew privat li hija maħsuba biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-Parteċipant), minn hawn ’il quddiem imsejħa “Qbid”, skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni] minn qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f’[ġuriżdizzjoni], aħna tal-fehma li [daħħal l-analiżi u d-diskussjoni].

3.6.   Kollateral [jekk applikabbli]

3.6.a.   Ċessjoni ta’ drittijiet jew depożitu ta’ assi għall-finijiet ta’ kollateral, rahan u/jew repo

Ċessjonijiet għall-finijiet ta’ kollateral se jkunu validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni]. B’mod speċifiku, il-ħolqien u l-eżekuzzjoni ta’ rahan jew repo skont [daħħal ir-referenza għall-arranġament rilevanti mal-BĊ] ikunu validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni].

3.6.b.   Prijorità tal-interess ta’ ċessjonarji, ta’ detenturi ta’ rahan jew xerrejja ta’ repos fuq dak ta’ pretendenti oħra

Fil-każ ta’ Proċedimenti ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant, id-drittijiet jew l-assi ċeduti għal finijiet ta’ kollateral, jew mirhuna mill-Parteċipant lil [daħħal ir-referenza għall-BĊ] jew lil parteċipanti oħra fis-Sistema, jikklassifikaw fil-prijorità ta’ ħlas qabel it-talbiet tal-kredituri l-oħrajn kollha tal-Parteċipant u ma jkunux suġġetti għall-kredituri ta’ prijorità jew preferenzjali.

3.6.c.   L-eżekuzzjoni ta’ titolu ta’ garanzija

Anke fil-każ ta’ Proċedimenti ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant, parteċipanti oħra fis-Sistema u l-[daħħal l-isem tal-BĊ] bħala [ċessjonarji, detenturi ta’ rahan jew xerrejja ta’ repos skont kif japplika] xorta jkunu liberi li jeżegwixxu u jiġbru d-drittijiet jew l-assi tal-Parteċipant permezz tal-azzjoni ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] skont ir-Regoli.

3.6.d.   Rekwiżiti ta’ formoli u reġistrazzjoni

Ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ formoli għaċ-ċessjoni għal finijiet ta’ kollateral ta’, jew għall-ħolqien u l-eżekuzzjoni ta’ rahan jew ta’ repo fuq id-drittijiet jew l-assi tal-Parteċipant u ma huwiex meħtieġ li [iċ-ċessjoni għal finijiet ta’ kollateral, rahan jew repo, kif applikabbli], jew kwalunkwe dettall ta’ tali [ċessjoni, rahan jew repo, kif applikabbli,] jiġi rreġistrat ma’ jew ippreżentat lil kwalunkwe qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f’[ġuriżdizzjoni].

3.7   Fergħat [safejn japplika]

3.7.a.   L-opinjoni tapplika għal azzjoni permezz tal-friegħi

Kull waħda mid-dikjarazzjonijiet u l-opinjonijiet ippreżentati hawn fuq fir-rigward tal-Parteċipant tapplika bl-istess akkuratezza u validità skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni] f’sitwazzjonijiet fejn il-Parteċipant jaġixxi permezz ta’ waħda jew aktar mill-friegħi tiegħu stabbiliti barra [ġuriżdizzjoni].

3.7.b.   Konformità mal-liġi

La l-eżekuzzjoni u t-twettiq tad-drittijiet u tal-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema u lanqas is-sottomissjoni, it-trażmissjoni jew ir-riċevuta ta’ Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus minn fergħa tal-Parteċipant ma jiksru l-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni] fi kwalunkwe każ.

3.7.c.   Awtorizzazzjonijiet meħtieġa

La l-eżekuzzjoni u t-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema, u lanqas is-sottomissjoni, it-trażmissjoni jew l-irċevuta ta’ Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus minn fergħa ta’ Parteċipant ma jkunu jeħtieġu kwalunkwe awtorizzazzjoni, approvazzjoni, kunsens, iffajljar, reġistrazzjoni, notarizzazzjoni jew ċertifikazzjoni oħra ta’ jew ma’ kwalunkwe qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li huma kompetenti fi [ġuriżdizzjoni].

Din l-opinjoni hija ddikjarata mid-data tagħha u hija indirizzata biss lil [daħħal l-isem tal-BĊ] u lill-[Parteċipant]. L-ebda persuna oħra ma tista’ tiddependi fuq din l-Opinjoni u l-kontenut ta’ din l-Opinjoni ma jistax jiġi żvelat lil persuni oħra ħlief lir-riċevituri intiżi tagħha u l-konsulent legali tagħha mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub tagħna, bl-eċċezzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali [u [il-bank ċentrali nazzjonali/l-awtoritajiet regolatorji rilevanti] ta' [ġuriżdizzjoni]].

Dejjem tiegħek,

[firma]


APPENDIĊI IV

PROĊEDURI TA’ KONTINWITÀ TAL-OPERAT U TA’ KONTINĠENZA

1   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-arranġamenti bejn [daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti, jekk it-TARGET jew wieħed jew aktar mill-NSPs ikollhom ħsara jew jiġu affettwati minn avveniment estern anormali, jew jekk il-ħsara taffettwa lil xi parteċipant.

Ir-referenzi kollha għal ħinijiet speċifiċi f’dan l-Appendiċi huma għall-ħin lokali fis-sede tal-BĊE.

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din it-taqsima 1 għandhom japplikaw għal MCAs, RTGS DCAs u s-subkontijiet tagħhom, kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS, T2S DCAs, TIPS DCAs u kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS.

1.1.   Miżuri ta’ kontinwità tal-operat u ta’ pproċessar ta’ kontinġenza

(a)

Fil-każ li jseħħ avveniment estern anormali u/jew ikun hemm ħsara fit-TARGET u/jew ikun hemm ħsara ta’ NSP wieħed jew aktar li jaffettwa l-operat normali tat-TARGET, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkun intitolat li jadotta miżuri ta’ kontinwità tal-operat u ta’ pproċessar ta’ kontinġenza.

(b)

Il-miżuri ewlenin ta’ kontinwità tal-operat u ta’ pproċessar ta’ kontinġenza li ġejjin għandhom ikunu disponibbli fit-TARGET:

(i)

ir-rilokazzjoni tal-operat tat-TARGET għal sit alternattiv;

(ii)

it-tibdil tal-iskeda operattiva tat-TARGET.

(c)

Fir-rigward tal-miżuri ta’ kontinwità tal-operat u ta’ pproċessar ta’ kontinġenza, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu diskrezzjoni sħiħa fir-rigward ta’ jekk għandhomx jiġu adottati miżuri u liema.

1.2.   Komunikazzjoni dwar l-inċidenti

Jekk iseħħ avveniment deskritt taħt il-paragrafu 1.1(a), dan għandu jiġi kkomunikat lill-parteċipanti permezz tas-sit web tal-BĊE, jekk disponibbli, permezz tal-GUI(s) u, jekk applikabbli permezz ta’ kanali ta’ komunikazzjoni domestiċi. B’mod partikolari, il-komunikazzjonijiet lill-parteċipanti għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(i)

deskrizzjoni tal-avveniment u l-impatt tiegħu fuq it-TARGET;

(ii)

il-ħin li fih tkun mistennija s-soluzzjoni tal-avveniment (jekk ikun magħruf);

(iii)

informazzjoni dwar il-miżuri diġà meħuda (jekk ikun hemm);

(iv)

il-parir lill-parteċipanti (jekk ikun hemm);

(v)

il-kronogramma tal-komunikazzjoni u indikazzjoni ta’ meta se jiġi pprovdut aġġornament.

1.3.   Bidla fis-sigħat tal-operat

(a)

Meta jibdel l-iskeda operattiva tat-TARGET kif previst fl-Artikolu 19(2) tal-Parti I ta’ dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jittardja l-ħin ta’ skadenza tat-TARGET għal jum ta’ negozju partikolari jew jittardja l-bidu tal-jum ta’ negozju li jmiss, jew jibdel il-ħin ta’ kwalunkwe avveniment ieħor elenkat fl-Appendiċi V.

(b)

Il-ħinijiet ta’ skadenza tat-TARGET għal jum ta’ negozju partikolari jistgħu jiġu ttardjati jekk tkun seħħet ħsara fit-TARGET matul dak il-jum iżda tkun ġiet solvuta qabel is-18:00. Tali dewmien fil-ħin tal-għeluq ma għandux normalment jaqbeż is-sagħtejn u għandu jiġi mħabbar lill-parteċipanti mill-aktar fis possibbli.

(c)

Ladarba jiġi mħabbar dewmien fil-ħinijiet ta’ skadenza tat-TARGET, dan jista’ jiġi ttardjat aktar iżda ma jistax jiġi rtirat.

1.4.   Dispożizzjonijiet oħra

(a)

Fil-każ ta’ ħsara fil-[daħħal l-isem tal-BĊ], uħud mill-funzjonijiet tekniċi jew il-funzjonijiet tekniċi kollha tiegħu fir-rigward tat-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jistgħu jitwettqu minn BĊi oħrajn tal-Eurosistema jew mill-BĊNi tal-Livell 3 f’ismu.

(b)

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jirrikjedi li l-parteċipanti jipparteċipaw f’ittestjar regolari jew ad hoc tal-miżuri ta’ kontinwità tal-operat u ta’ pproċessar ta’ kontinġenza, f’taħriġ jew fi kwalunkwe arranġament preventiv ieħor, kif meqjus meħtieġ mill-[daħħal l-isem tal-BĊ]. Kwalunkwe kost imġarrab mill-parteċipanti bħala riżultat ta’ tali ttestjar jew arranġamenti oħra għandu jiġġarrab biss mill-parteċipanti.

2.   PROĊEDURI TA’ KONTINWITÀ TAL-OPERAT U TA’ KONTINGENZA (PROĊEDURI TA’ SALDU TA’ RTGS DCA U TA’ RTGS AS)

Minbarra d-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 1, id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din it-taqsima 2 għandhom japplikaw speċifikament għad-detenturi ta’ RTGS DCA u għal AS li jużaw il-proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS AS.

2.1.   Rilokazzjoni tal-operat tat-TARGET għal sit alternattiv

(a)

Ir-rilokazzjoni tal-operat tat-TARGET għal sit alternattiv, kif imsemmi fil-paragrafu 1.1(b)(i), tista’ tkun f’post fl-istess reġjun jew f’reġjun ieħor.

(b)

Fil-każ li l-operat tat-TARGET jiġi rilokat għal reġjun ieħor, il-parteċipanti għandhom: (i) joqogħdu lura milli jibagħtu ordnijiet ġodda ta’ trasferiment ta’ flus lejn it-TARGET; (ii) iwettqu rikonċiljazzjoni fuq talba ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ]; (iii) jerġgħu jissottomettu kwalunkwe ordnijiet ta’ trasferiment tal-flus identifikata bħala nieqsa; u (iv) jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha f’dan ir-rigward lill-[daħħal l-isem tal-BĊ].

(c)

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jieħu kwalunkwe azzjoni oħra inkluż l-addebitar u l-akkreditar tal-kontijiet tal-parteċipanti sabiex jirrestawra l-istatus tal-kontijiet ta’ dawk il-parteċipanti għal kif kien qabel ir-rilokazzjoni.

2.2.   Bidla fis-sigħat tal-operat

(a)

Jekk [daħħal l-isem tal-BĊ] jittardja l-għeluq tat-TARGET kif previst fil-paragrafu 1.3 qabel l-16:50, il-perjodu minimu ta’ siegħa bejn il-ħin ta’ skadenza għall-ordnijiet ta’ ħlas tal-klijenti u interbankarji normalment għandu jibqa’ fis-seħħ.

(b)

L-AS għandu jkollha mezzi stabbiliti biex tindirizza l-każijiet fejn il-ħin tal-ftuħ mill-ġdid jiġi ttardjat minħabba ħsara fit-TARGET il-jum ta’ qabel.

2.3.   Ipproċessar ta’ kontinġenza

(a)

Jekk iqis li huwa meħtieġ li jagħmel dan, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jibda l-ipproċessar ta’ kontinġenza ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bl-użu tas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza tat-TARGET jew mezzi oħra. F’każijiet bħal dawn, l-ipproċessar ta’ kontinġenza għandu jiġi pprovdut fuq bażi tal-aħjar sforzi. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma lill-parteċipanti tiegħu bil-bidu tal-ipproċessar ta’ kontinġenza permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni disponibbli.

(b)

Fl-ipproċessar ta’ kontinġenza bl-użu tas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza tat-TARGET, l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus għandhom jintbagħtu mid-detenturi ta’ RTGS DCA u awtorizzati minn [daħħal l-isem tal-BĊ]. Il-[Daħħal l-isem tal-BĊ] jista’, b’mod eċċezzjonali, idaħħal ukoll l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus manwalment f’isem il-parteċipanti. Barra minn hekk, l-AS tista’ tissottometti fajls li jkun fihom struzzjonijiet ta’ ħlas skont il-proċedura ta’ saldu A ta’ RTGS AS, li l-AS tawtorizza lil [daħħal l-isem tal-BĊ] itella’ fis-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza.

(c)

L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li ġejjin għandhom jitqiesu bħala “kritiċi ħafna” u [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jagħmel l-aħjar sforzi biex jipproċessahom f’kontinġenza mingħajr dewmien żejjed:

(i)

ħlasijiet relatati mas-saldu tal-operazzjonijiet tas-CLS Bank International ipproċessati fuq CLSSettlement;

(ii)

appelli għall-marġni tal-kontropartijiet ċentrali.

(d)

L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus minbarra dawk elenkati fil-punt (c) u li huma meħtieġa biex jiġi evitat riskju sistemiku għandhom jitqiesu bħala “kritiċi” u l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jiddeċiedi li jibda pproċessar ta’ kontinġenza fir-rigward tagħhom. Ordnijiet kritiċi ta’ trasferiment ta’ flus għandhom jinkludu iżda ma humiex limitati għal:

(i)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus relatati mas-saldu ta’ sistemi oħra ta’ ħlas sistemikament importanti kif iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28);

(ii)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil T2S DCAs jew TIPS DCAs;

(iii)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità li huma indispensabbli għall-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet kritiċi ħafna ta’ trasferiment ta’ flus kif stabbilit fil-punt (c) jew għal ordnijiet kritiċi oħra ta’ trasferiment ta’ flus.

(e)

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li jkunu ġew sottomessi lit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] qabel l-attivazzjoni tal-ipproċessar ta’ kontinġenza, iżda li jkunu fil-kju, jistgħu wkoll jgħaddu minn ipproċessar ta’ kontinġenza. F’dawn il-każijiet il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipprova jevita bis-sħiħ l-ipproċessar doppju ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus, imma huma l-parteċipanti li jassumu r-riskju ta’ dan l-ipproċessar doppju jekk dan iseħħ.

(f)

Għall-ipproċessar ta’ kontinġenza bl-użu tas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza tat-TARGET, il-parteċipanti għandhom jipprovdu assi eliġibbli bħala kollateral. Matul l-ipproċessar ta’ kontinġenza, l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus deħlin jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ħerġin.

2.4.   Ħsara marbuta mal-parteċipanti

(a)

Fil-każ li parteċipant ikollu kwistjoni jew problema li ma tħallihx jibgħat ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus lit-TARGET, huwa għandu jsolvi l-kwistjoni jew il-problema billi juża l-mezzi tiegħu stess. B’mod partikolari, parteċipant jista’ juża kwalunkwe soluzzjoni interna għad-dispożizzjoni tiegħu, il-funzjonalità tal-GUI biex jipproċessa t-trasferimenti ta’ likwidità u l-ordnijiet ta’ ħlas jew tuża l-funzjonalità ta’ backup permezz tal-GUI.

(b)

Jekk il-mezzi ta’ soluzzjoni u/jew is-soluzzjonijiet jew il-funzjonalitajiet użati mill-parteċipant kif imsemmi fil-paragrafu (a) jiġu eżawriti jew jekk ma jkunux biżżejjed, il-parteċipant jista’ mbagħad jitlob appoġġ mingħand [daħħal l-isem tal-BĊ] u [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipprovdi tali appoġġ fuq bażi tal-aħjar sforzi. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiddeċiedi x’appoġġ joffri lill-parteċipant.

(c)

[Daħħal jekk applikabbli, aktar miżuri dettaljati ta’ kontinġenza fir-rigward ta’ AS għandhom jiġu deskritti f’arranġamenti addizzjonali bejn [daħħal l-isem tal-BĊ] u l-AS rilevanti.]

3.   PROĊEDURI TA’ KONTINWITÀ TAL-OPERAT U TA’ KONTINĠENZA (MCA)

Minbarra d-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 1, id-dispożizzjonijiet ta’ din it-taqsima 3 għandhom japplikaw speċifikament għad-detenturi ta’ MCA.

3.1.   Rilokazzjoni tal-operat tat-TARGET għal sit alternattiv

(a)

Ir-rilokazzjoni tal-operat tat-TARGET għal sit alternattiv, kif imsemmi fil-paragrafu 1.1(b)(i), tista’ tkun f’post fl-istess reġjun jew f’reġjun ieħor.

(b)

Fil-każ li l-operat tat-TARGET jiġi rilokat għal reġjun ieħor, il-parteċipanti għandhom: (i) joqogħdu lura milli jibagħtu ordnijiet ġodda ta’ trasferiment ta’ flus lejn it-TARGET; (ii) fuq talba ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] iwettqu rikonċiljazzjoni; (iii) jerġgħu jissottomettu kwalunkwe ordni ta’ trasferiment tal-flus identifikata bħala nieqsa; u (iv) jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha f’dan ir-rigward lill-[daħħal l-isem tal-BĊ].

(c)

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jieħu kwalunkwe azzjoni oħra inkluż l-addebitar u l-akkreditar tal-kontijiet tal-parteċipanti sabiex jirrestawra l-istatus tal-kontijiet ta’ dawk il-parteċipanti għal kif kien qabel ir-rilokazzjoni.

3.2.   Ipproċessar ta’ kontinġenza

(a)

Jekk iqis li huwa meħtieġ li jagħmel dan, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jibda l-ipproċessar ta’ kontinġenza ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bl-użu tas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza tat-TARGET jew mezzi oħra. F’każijiet bħal dawn, l-ipproċessar ta’ kontinġenza għandu jiġi pprovdut fuq bażi tal-aħjar sforzi. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma lill-parteċipanti tiegħu bil-bidu tal-ipproċessar ta’ kontinġenza permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni disponibbli.

(b)

Fl-ipproċessar ta’ kontinġenza bl-użu tas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza tat-TARGET, l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus għandhom jintbagħtu mid-detenturi ta’ MCA u awtorizzati minn [daħħal l-isem tal-BĊ]. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’, b’mod eċċezzjonali, idaħħal ukoll l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus manwalment f’isem il-parteċipanti.

(c)

L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus meħtieġa biex jiġi evitat riskju sistemiku għandhom jitqiesu bħala “kritiċi” u [daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jiddeċiedi li jibda pproċessar ta’ kontinġenza fir-rigward tagħhom.

(d)

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li jkunu ġew sottomessi lit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] qabel l-attivazzjoni tal-ipproċessar ta’ kontinġenza, iżda li jkunu fil-kju, jistgħu wkoll jgħaddu minn ipproċessar ta’ kontinġenza. F’dawn il-każijiet il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipprova jevita bis-sħiħ l-ipproċessar doppju ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus, imma huma l-parteċipanti li jassumu r-riskju ta’ dan l-ipproċessar doppju jekk dan iseħħ.

(e)

Għall-ipproċessar ta’ kontinġenza bl-użu tas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza tat-TARGET, il-parteċipanti għandhom jipprovdu assi eliġibbli bħala kollateral. Matul l-ipproċessar ta’ kontinġenza, l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus deħlin jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ħerġin.

3.3.   Ħsarat marbuta mal-parteċipanti

(a)

Fil-każ li parteċipant ikollu kwistjoni jew problema li ma tħallihx jibgħat ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus lit-TARGET, huwa għandu jsolvi l-kwistjoni jew il-problema billi juża l-mezzi tiegħu stess. B’mod partikolari, parteċipant jista’ juża kwalunkwe soluzzjoni interna jew il-funzjonalità tal-GUI biex jipproċessa ordnijiet ta’ trasferimenti ta’ likwidità.

(b)

Jekk il-mezzi ta’ soluzzjoni u/jew is-soluzzjonijiet jew il-funzjonalitajiet użati mill-parteċipant kif imsemmi fil-paragrafu (a) jiġu eżawriti jew jekk ma jkunux biżżejjed, il-parteċipant jista’ mbagħad jitlob appoġġ mingħand [daħħal l-isem tal-BĊ] u il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipprovdi tali appoġġ fuq bażi tal-aħjar sforzi. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiddeċiedi x’appoġġ joffri lill-parteċipant.

4.   PROĊEDURI TA’ KONTINWITÀ TAL-OPERAT U TA’ KONTINĠENZA (T2S DCA)

Minbarra d-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 1, id-dispożizzjonijiet ta’ din it-taqsima 4 għandhom japplikaw speċifikament għad-detenturi ta’ T2S DCA.

4.1.   Rilokazzjoni tal-operat tat-TARGET għal sit alternattiv

(a)

Ir-rilokazzjoni tal-operat tat-TARGET għal sit alternattiv, kif stabbilit fil-paragrafu 1.1(b)(i), tista’ tkun għal post fl-istess reġjun jew f’reġjun ieħor (fejn disponibbli).

(b)

F’każ li l-operat tat-TARGET jiġi rilokat għal reġjun ieħor, il-parteċipanti għandhom (i) joqogħdu lura milli jibagħtu ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ġodda lit-TARGET; u (ii) fuq talba ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] iwettqu rikonċiljazzjoni, (iii) jerġgħu jissottomettu kwalunkwe struzzjoni identifikata bħala nieqsa u (iv) jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha f’dan ir-rigward lill-[daħħal l-isem tal-BĊ].

(c)

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jitħalla jieħu kwalunkwe azzjoni oħra inkluż l-addebitar u l-akkreditar tal-kontijiet tal-parteċipanti sabiex jirrestawra l-istatus tal-bilanċi tal-kont tal-parteċipanti għal dak li kien qabel ir-rilokazzjoni.

4.2.   Ħsara marbuta mal-parteċipanti

(a)

Fil-każ li detentur ta’ T2S DCA jkollu kwistjoni jew problema li ma tħallihx isalda ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fit-TARGET-[daħħal l-isem tal-BĊ/referenza tal-pajjiż], huwa għandu jsolvi l-kwistjoni jew il-problema billi juża l-mezzi tiegħu stess.

(b)

Jekk il-mezzi ta’ soluzzjoni msemmija fil-paragrafu (a) jiġu eżawriti jew jekk ma jkunux biżżejjed, il-parteċipant jista’ mbagħad jitlob appoġġ mingħand [daħħal l-isem tal-BĊ] u il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipprovdi tali appoġġ fuq bażi tal-aħjar sforzi. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiddeċiedi x’appoġġ joffri lill-parteċipant.


APPENDIĊI V

SKEDA OPERATTIVA TAT-TARGET

1.   

Id-data tal-valur għat-tranżazzjonijiet saldati fit-TARGET hija dejjem id-data tal-valur li fiha topera s-sistema.

2.   

Il-jiem kollha ħlief is-Sibt, il-Ħadd, l-Ewwel tas-Sena, il-Ġimgħa l-kbira (1), it-Tnejn tal-Għid (2), l-1 ta’ Mejju, Jum il-Milied, u s-26 ta’ Diċembru huma jiem ta’ negozju tat-TARGET u għalhekk jistgħu jkunu dati tal-valur għall-fini tas-saldu fit-TARGET.

3.   

Il-kontijiet tekniċi tat-TIPS DCAs u tat-TIPS AS jitħaddmu kuljum. It-tipi l-oħra kollha ta’ kontijiet jitħaddmu fil-ġranet kollha ħlief għas-Sibt, il-Ħadd, l-Ewwel tas-Sena, il-Ġimgħa l-kbira (3), it-Tnejn tal-Għid (4), l-1 ta’ Mejju, Jum il-Milied, u s-26 ta’ Diċembru.

4.   

Jum ta’ negozju jinfetaħ matul il-lejla tal-jum ta’ negozju preċedenti.

5.   

Il-ħin ta’ referenza għas-sistema huwa l-ħin lokali fis-sede tal-BĊE.

6.   

Il-fażijiet differenti tal-jum tan-negozju tat-TARGET u l-avvenimenti operazzjonali sinifikanti rilevanti għal MCAs, RTGS DCAs (5), T2S DCAs u TIPS DCAs (6) huma murija fit-tabella li ġejja:

HH:MM

MCAs

RTGS DCAs (7)

T2S DCAs

TIPS DCAs (8)

18:45 (D-1)

Bidu tal-jum ta’ negozju:

Bidla fid-data tal-valur

Bidu tal-jum ta’ negozju:

Bidla fid-data tal-valur

Bidu tal-jum ta’ negozju:

Bidla fid-data tal-valur

Tħejjija tas-saldu ta’ billejl

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas istantanju u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil/minn kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS.

L-ebda trasferiment ta’ likwidità bejn TIPS DCAs u kontijiet oħra

19:00 (D-1)

Saldu ta’ CBOs

Rimborż ta’ self marġinali

Rifużjoni ta’ depożiti mil-lum għall-għada

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzati u bbażati fuq ir-regoli

 

Skadenza għall-aċċettazzjoni tal-feeds tad-data tas-CMS

Tħejjija tas-saldu ta’ billejl

 

19:30 (D-1)

Saldu ta’ CBOs Ipproċessar ta’ ordnijiet permanenti ta’ trasferiment ta’ likwidità

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjati

Saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS

Ipproċessar ta’ ordnijiet permanenti ta’ trasferiment ta’ likwidità

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzati, ibbażati fuq ir-regoli u immedjati

 

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas istantanju u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn/lejn MCAs u RTGS DCAs

20:00 (D-1)

 

Ċikli ta’ saldu ta’ billejl

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn/lejn T2S DCAs

02:30

(jum kalendarju wara D-1)

Tieqa ta’ manutenzjoni mhux fakultattiva fi

– il-jiem ta’ negozju wara l-jiem ta’ għeluq inkluż kull jum ta’ negozju it-Tnejn

Tieqa ta’ manutenzjoni fakultattiva (jekk meħtieġa) minn 03:00-05:00 fil-jiem li jifdal

Tieqa ta’ manutenzjoni mhux fakultattiva fi

il-jiem ta’ negozju wara l-jiem ta’ għeluq inkluż kull jum ta’ negozju it-Tnejn

Tieqa ta’ manutenzjoni fakultattiva (jekk meħtieġa) minn 03:00-05:00 fil-jiem li jifdal

Tieqa ta’ manutenzjoni mhux fakultattiva fi

il-jiem ta’ negozju wara l-jiem ta’ għeluq inkluż kull jum ta’ negozju it-Tnejn

Tieqa ta’ manutenzjoni fakultattiva (jekk meħtieġa) minn 03:00-05:00 fil-jiem li jifdal (9)

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas istantanju u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil/minn kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS.

L-ebda ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn TIPS DCAs u kontijiet oħra

Ħin ta’ ftuħ mill-ġdid* (D)

Saldu ta’ CBOs

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità

awtomatizzati, ibbażati fuq ir-regoli

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità

Saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzati, ibbażati fuq ir-regoli u immedjati.

Ipproċessar tal-ordnijiet ta’ ħlas tal-klijenti u interbankarji

Ċikli ta’ saldu ta’ billejl

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas istantanju u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil/minn kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn TIPS DCAs u kontijiet oħra.

05:00 (D)

 

Negozjar tal-ġurnata/Saldu f’ħin reali:

Preparazzjoni ta’ saldu f’ħin reali

Twieqi ta’ saldu parzjali (10)

 

16:00 (D)

 

Skadenza għall-ordnijiet ta’ DvP

 

16:30 (D)

 

Rimborż awtomatiku tal-awtokollateralizzazzjoni, segwit mill-kinsa fakultattiva tal-flus

 

17:00 (D)

Skadenza għall-ordnijiet ta’ ħlas lill-klijenti

 

 

17:40 (D)

 

Skadenza għall-operazzjonijiet ta’ mmaniġġjar tat-teżor miftiehma b’mod bilaterali (BATM) u skadenza għas-CBOs

 

17:45 (D)

Skadenza għall-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil T2S-DCAs

Skadenza għall-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità ’l ġewwa

Ibblokkar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn TIPS DCAs għal T2S DCAs. L-ebda ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn T2S DCAs u TIPS DCAs ma tiġi pproċessata matul dan il-perjodu

18:00 (D)

Skadenza għal:

l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità

CBOs, ħlief faċilitajiet permanenti

modifiki fil-linja ta’ kreditu

Skadenza għal:

ordnijiet ta’ ħlas interbankarji u

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS

Skadenza tal-FOP

Tmiem tal-ipproċessar tas-saldu tat-T2S

Riċiklaġġ u tindif

Rapportar u dikjarazzjonijiet ta’ tmiem il-jum

Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas istantanju u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil/minn kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS.

Ibblokkar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn TIPS DCAs lil MCA/RTGS u T2S DCAs. L-ebda ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn TIPS DCAs u kontijiet oħra ma tiġi pproċessata matul dan il-perjodu

Ftit wara s-18:00:

Bidla fil-jum tan-negozju (wara li jasal il-messaġġ camt.019 mis-MCA/RTGS)

Ritratt tal-bilanċi tat-TIPS DCAs u r-rappurtar ta’ tmiem il-jum

18:15 (D)

Skadenza għall-użu ta’ faċilitajiet permanenti

 

 

 

18:40 (D)

Skadenza għall-użu ta’ self marġinali (BĊNi biss)

Proċessar ta’ tmiem il-jum

 

 

 

Is-sigħat tal-operat jistgħu jinbidlu f’każ li jiġu adottati miżuri ta’ kontinwità tal-operat skont l-Appendiċi IV. Fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ żamma tar-riżerva tal-Eurosistema, il-ħinijiet ta’ skadenza 18:15, 18:40, 18:45, 19:00 u 19:30 għall-MCAs u għall-RTGS DCAs (kif ukoll għall-kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS u s-subkontijiet u l-kontijiet ta’ fondi ta’ garanzija ta’ AS) għandhom iseħħu 15-il minuta aktar tard.

Lista ta’ abbrevjazzjonijiet u noti għal din it-tabella:

*

Ħinijiet ta’ ftuħ mill-ġdid: jistgħu jvarjaw skont is-sitwazzjoni. L-informazzjoni hija pprovduta mill-Operatur.

(D-1)

:

jum ta’ negozju preċedenti

(D)

:

jum kalendarju = jum ta’ negozju = data tal-valur

CMS

:

Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kollateral

Ordnijiet ta’ DVP

:

Ordnijiet ta’ Kunsenja kontra Ħlas.


(1)  Skont il-kalendarju applikabbli fis-sede tal-BĊE.

(2)  Skont il-kalendarju applikabbli fis-sede tal-BĊE.

(3)  Skont il-kalendarju applikabbli fis-sede tal-BĊE.

(4)  Skont il-kalendarju applikabbli fis-sede tal-BĊE.

(5)  Japplika wkoll għall-kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS, għas-subkontijiet u għall-kontijiet ta’ fond ta’ garanzija ta’ AS.

(6)  Japplika wkoll għall-kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS.

(7)  Japplika wkoll għall-kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS, għas-subkontijiet u għall-kontijiet ta’ fond ta’ garanzija ta’ AS.

(8)  Japplika wkoll għall-kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS.

(9)  Għat-T2S DCAs: għall-finijiet tal-perjodu ta’ manutenzjoni, l-1 ta’ Mejju għandu jitqies bħala jum ta’ negozju.

(10)  It-twieqi ta’ saldu parzjali jseħħu fit-08:00, fl-10:00, f’12:00, fis-14:00 u fit-15:30 (jew 30 minuta qabel il-bidu tal-iskadenza tad-DvP, skont liema jiġi l-ewwel).


APPENDIĊI VI

SKEDA TAT-TARIFFI

1.   ĠENERALI

1.

Is-servizzi li ġejjin ma humiex inklużi fis-servizzi offruti minn [daħħal l-isem tal-BĊ] u għandhom jiġu imposti mill-fornituri ta’ servizzi rilevanti skont it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom:

(a)

servizzi offruti mill-NSPs;

(b)

servizzi T2S mhux relatati ma’ flus.

2.

Parteċipant li jixtieq jibdel l-għażla tal-iskema tal-ipprezzar tiegħu għandu jikkomunika dan lil [daħħal l-isem tal-BĊ] sal-għoxrin jum kalendarju tax-xahar sabiex ikun jista’ jitqies għax-xahar ta’ wara.

2.   TARIFFI GĦAD-DETENTURI TA’ MCAs

1.

MCAs u tranżazzjonijiet saldati fuqhom ma għandhomx iġarrbu tariffi.

2.

[daħħal jekk applikabbli: Tariffa/tariffi għall-MCAs ko-immaniġġjati]

3.   TARIFFI GĦAD-DETENTURI TA’ RTGS DCA

1.

Id-detenturi ta’ RTGS DCA għandhom jagħżlu waħda miż-żewġ opzjonijiet ta’ pprezzar li ġejjin:

(a)

tariffa fix-xahar, flimkien ma’ tariffa fissa ta’ tranżazzjoni għal kull ordni ta’ ħlas (entrata ta’ debitu).

Tariffa fix-xahar

 

EUR 150

Tariffa ta’ tranżazzjoni għal kull ordni ta’ ħlas

 

EUR 0,80

(b)

tariffa fix-xahar, flimkien ma’ tariffa ta’ tranżazzjoni bbażata fuq il-volum ta’ ordnijiet ta’ ħlas (entrata ta’ debitu) u kkalkulata fuq bażi kumulattiva kif stabbilit fit-tabella li ġejja. Għall-parteċipanti fi grupp ta’ fatturazzjoni l-volum fix-xahar ta’ ordnijiet ta’ ħlas (entrata ta’ debitu) għall-parteċipanti kollha f’dak il-grupp għandu jiġi aggregat.

Tariffa fix-xahar

 

EUR 1 875

Volum fix-xahar ta’ ordnijiet ta’ ħlas

Faxxa

Minn

Għal

Tariffa ta’ tranżazzjoni għal kull ordni ta’ ħlas (EUR)

1.

1

10 000

0,60

2.

10 001

25 000

0,50

3.

25 001

50 000

0,40

4.

50 001

75 000

0,20

5.

75 001

100 000

0,125

6.

100 001

150 000

0,08

7.

Iktar minn EUR 150 000

 

0,05

2.

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn RTGS DCAs lil subkontijiet, lil MCAs, lil kontijiet ta’ depożitu mil-lum għall-għada jew lil RTGS DCAs miżmuma mill-istess parteċipant jew minn parteċipanti fl-istess grupp bankarju għandhom ikunu mingħajr ħlas.

3.

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn RTGS DCAs lil MCAs jew lil RTGS DCAs miżmuma minn parteċipanti li ma jappartjenux għall-istess grupp bankarju għandhom iħallsu imposta ta’ EUR 0.80 għal kull tranżazzjoni (entrata ta’ debitu).

4.

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn RTGS DCAs lil T2S DCAs jew lil TIPS DCAs għandhom ikunu mingħajr ħlas.

5.

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus minn RTGS DCA lil kont AS (1) ma għandhomx jitħallsu mid-detentur ta’ RTGS DCA.

6.

It-tariffi li ġejjin għandhom japplikaw għad-detenturi ta’ RTGS DCA:

Servizz

Tariffa fix-xahar (EUR)

Detentur ta’ BIC indirizzabbli (korrispondenti (2))

20

BIC mhux ippubblikat

30

Aċċess għal diversi destinatarji (ibbażat fuq BIC 8)

80

4.   TARIFFI GĦALL-AS LI JUŻAW IL-PROĊEDURI TA’ SALDU TA’ RTGS AS

It-tariffi jitħallsu għal kull sistema anċillari irrispettivament min-numru u t-tip ta’ kontijiet. L-Operaturi ta’ AS li jħaddmu aktar minn sistema waħda ikollhom iħallsu għal kull sistema.

1.

AS li jużaw proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS AS jew li jkunu ngħataw eċċezzjoni li tippermettilhom isaldaw fuq RTGS DCA għandhom jagħżlu waħda miż-żewġ opzjonijiet ta’ pprezzar li ġejjin:

(a)

tariffa fix-xahar, flimkien ma’ tariffa ta’ tranżazzjoni fissa għal kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus.

Tariffa kull xahar

 

EUR 300

Tariffa ta’ tranżazzjoni għal kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus

 

EUR 1,60

(b)

tariffa fix-xahar, flimkien ma’ tariffa ta’ tranżazzjoni bbażata fuq il-volum ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus u kkalkulata fuq bażi kumulattiva kif stabbilit fit-tabella li ġejja.

Tariffa kull xahar

 

EUR 3 750

Volum fix-xahar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus

Faxxa

Minn

Għal

Tariffa ta’ tranżazzjoni għal kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus (EUR)

1.

1

5 000

1,20

2.

5 001

12 500

1,00

3.

12 501

25 000

0,80

4.

25 001

50 000

0,40

5.

Iktar minn EUR 50 000

 

0,25

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bejn RTGS DCA u kont AS (3) għandhom jitħallsu mill-AS rispettiva skont l-għażla tal-ipprezzar li tkun għamlet l-AS.

2.

Minbarra t-tariffi stabbiliti hawn fuq, kull AS għandha tkun suġġetta għal żewġ tariffi fissi kif stabbilit fit-tabella li ġejja.

A.

Tariffa fissa I

Tariffa fix-xahar għal kull AS

EUR 2 000

B.

Tariffa fissa II (ibbażata fuq il-valur gross sottostanti (4))

Daqs (EUR miljuni/jum)

Tariffa annwali (EUR)

Tariffa fix-xahar (EUR)

minn 0 sa 999,99

10 000

833

minn 1 000 sa 2 499,99

20 000

1 667

minn 2 500 sa 4 999,99

40 000

3 334

minn 5 000 sa 9 999,99

60 000

5 000

minn 10 000 sa 49 999,99

80 000

6 666

minn 50 000 sa 499 999,99

100 000

8 333

500 000 u 'il fuq

200 000

16 667

5.   TARIFFI GĦAD-DETENTURI TA’ T2S DCA

1.

It-tariffi li ġejjin għandhom jitħallsu għall-operat tat-T2S DCAs:

Entrata

Regola applikata

Tariffa għal kull entrata (EUR)

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn T2S DCAs

Għal kull trasferiment għat-T2S DCA ddebitat.

0,141

Movimenti intra-bilanċ

Kwalunkwe moviment intra-bilanċ eżegwit b’suċċess (jiġifieri ibblokkar, żbblokkar, riżervazzjoni ta’ likwidità, eċċ.).

0,094

Mistoqsijiet A2A

Għal kull entrata ta’ negozju f’kull mistoqsija A2A ġġenerata

0,007

Rapporti A2A

Għal kull entrata tan-negozju f’kull rapport A2A ġġenerat inklużi rapporti A2A bħala riżultat ta’ mistoqsijiet U2A.

0,004

Messaġġi raggruppati f'fajl

Għal kull messaġġ f’kull fajl li jkun fih messaġġi raggruppati

0,004

Trażmissjoni

Kull trażmissjoni għal kull parti tat-T2S (kemm ’il ġewwa kif ukoll ’il barra) tingħadd u tkun trid titħallas (ħlief għal messaġġi ta’ rikonoxximent tekniku).

0,012

Mistoqsijiet U2A

Kwalunkwe funzjoni ta’ tiftix imwettqa

0,100

Tariffa għal kull T2S DCA

Kwalunkwe T2S DCA eżistenti fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu ta’ fatturazzjoni fix-xahar

Bħalissa mingħajr ħlas, għandu jiġi rivedut f’intervalli regolari.

0,000

Awtokollateralizzazzjoni

Ħruġ jew ritorn ta’ awtokollateralizzazzjoni

0,000

2.

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn T2S DCA lil RTGS DCA, TIPS DCA jew MCA għandhom ikunu mingħajr ħlas.

6.   TARIFFI GĦAD-DETENTURI TA’ TIPS DCA

1.

It-tariffi għall-operat tat-TIPS DCAs għandhom jitħallsu mill-parti indikata kif muri fit-tabella li ġejja:

Entrata

Regola applikata

Tariffa għal kull entrata (EUR)

Ordni ta’ ħlas istantanju saldata

Parti li għandha tħallas: is-sid tat-TIPS DCA li jrid jiġi ddebitat

0,002

Ordni ta’ ħlas istantanju mhux saldata

Parti li għandha tħallas: is-sid tat-TIPS DCA li jrid jiġi ddebitat

0,002

Tweġiba pożittiva għall-irtirar saldata

Parti li għandha tħallas: is-sid tat-TIPS DCA li jrid jiġi kkreditat

0,002

Tweġiba pożittiva għall-irtirar mhux saldata

Parti li għandha tħallas: is-sid tat-TIPS DCA li jrid jiġi kkreditat

0,002

2.

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn TIPS DCAs lil: MCAs; RTGS DCAs; subkontijiet; kontijiet ta’ depożitu mil-lum għall-għada; kontijiet tekniċi TIPS AS; u T2S DCAs għandhom ikunu mingħajr ħlas.

7.   TARIFFI GĦALL-AS LI JUŻAW IL-PROĊEDURA TA’ SALDU TA’ TIPS AS

1.

It-tariffi għall-użu minn AS tal-proċedura ta’ saldu ta’ TIPS AS għandhom jitħallsu mill-parti indikata kif muri fit-tabella li ġejja:

Entrata

Regola applikata

Tariffa għal kull entrata (EUR)

Ordni ta’ ħlas istantanju saldata

Parti li għandha tħallas: is-sid tal-kont tekniku TIPS AS li jrid jiġi ddebitat

0,002

Ordni ta’ ħlas istantanju mhux saldata

Parti li għandha tħallas: is-sid tal-kont tekniku TIPS AS li jrid jiġi ddebitat

0,002

Tweġiba pożittiva għall-irtirar saldata

Parti li għandha tħallas: is-sid tal-kont tekniku TIPS AS li jrid jiġi kkreditat

0,002

Tweġiba pożittiva għall-irtirar mhux saldata

Parti li għandha tħallas: is-sid tal-kont tekniku TIPS AS li jrid jiġi kkreditat

0,002

2.

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS lil TIPS DCAs għandhom ikunu mingħajr ħlas

3.

Minbarra t-tariffi stabbiliti hawn fuq, kull AS għandha tkun soġġetta għal tariffa fix-xahar ibbażata fuq il-volum gross sottostanti ta’ ħlasijiet istantanji, ħlas kważi istantanji u risposti pożittivi għall-irtirar saldati fil-pjattaforma tal-AS stess u permessi mill-pożizzjonijiet prefinanzjati fuq il-kont tekniku ta’ TIPS AS. It-tariffa għandha tkun ta’ EUR 0,0005 għal kull ħlas istantanju saldat, ħlas kważi istantanju jew għal kull risposta pożittiva għall-irtirar saldata. Għal kull xahar, kull AS għandha tirrapporta l-volum gross sottostanti tal-ħlasijiet istantanji saldati tagħha, ħlasijiet kważi istantanji u r-risposti pożittivi għall-irtirar saldati mqarrba ’l isfel sal-eqreb għaxart elef, sa mhux aktar tard mit-tielet jum tan-negozju tax-xahar ta’ wara. Il-volum gross sottostanti rrapportat għandu jiġi applikat mill-[daħħal l-isem tal-BĊ] biex jikkalkula t-tariffa għax-xahar ta’ wara.

(1)  Irrispettivament minn jekk huwiex RTGS DCA, kont tekniku ta’ RTGS AS jew kont ta’ fondi ta’ garanzija ta’ AS.

(2)  Detenturi ta’ BIC indirizzabbli huma disponibbli għal tipi differenti ta’ parteċipanti: Detentur ta’ BIC Indirizzabbli – Korrispondent; Detentur ta’ BIC Indirizzabbli – Fergħa tal-Parteċipant; u Detentur ta’ BIC Indirizzabbli – Fergħa tal-korrispondent. Id-detentur ta’ BIC Indirizzabbli biss – It-tip ta’ parteċipazzjoni tal-korrispondent għandu jħallas it-tariffa. It-tariffa għandha titħallas għal kull BIC11 differenti.

(3)  Irrispettivament minn jekk huwiex RTGS DCA, kont tekniku ta’ RTGS AS jew kont ta’ fondi ta’ garanzija ta’ AS.

(4)  Il-“valur gross sottostanti” huwa l-ammont totali ta’ obbligi monetarji gross li jiġu rilaxxati permezz ta’ AS wara li jkun sar is-saldu fuq RTGS DCA jew subkont. Għas-CCPs, il-valur gross sottostanti huwa l-valur nozzjonali totali ta’ kuntratti tal-futuri jew il-valur ipprezzat skont il-valur fis-suq tal-kuntratti tal-futuri, b’valuri li għandhom jiġu saldati meta jiskadu l-kuntratti tal-futuri u jiġu applikati l-kummissjonijiet.


APPENDIĊI VII

REKWIŻITI RIGWARD IL-ĠESTJONI TAS-SIGURTÀ TAL-INFORMAZZJONI U L-ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-OPERAT

DETENTURI TA’ MCA, DETENTURI TA’ T2S DCA U DETENTURI TA’ TIPS DCA

Dawn ir-rekwiżiti rigward il-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni jew il-ġestjoni tal-kontinwità tal-operat ma għandhomx japplikaw għad-detenturi ta’ MCA, detenturi ta’ T2S DCA u detenturi ta’ TIPS DCA.

DETENTURI TA’ RTGS DCA U AS

Ir-rekwiżiti stabbiliti fit-taqsima 1 ta’ dan l-Appendiċi VII (ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni) għandhom japplikaw għad-detenturi kollha ta’ RTGS DCA u għall-AS, ħlief fejn detentur ta’ RTGS DCA jew AS juri li rekwiżit speċifiku ma huwiex applikabbli għalih. Fl-istabbiliment tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti fl-infrastruttura tagħha, il-parteċipant għandu jidentifika l-elementi li huma parti mill-Katina tat-Tranżazzjoni tal-Ħlasijiet (Payment Transaction Chain – PTC). Speċifikament, il-PTC tibda f’Punt tad-Dħul (PoE), jiġifieri sistema involuta fil-ħolqien ta’ tranżazzjonijiet (eż. stazzjonijiet tax-xogħol, applikazzjonijiet tal-uffiċċju tan-negozjar u tal-back-office, midware), u tintemm fis-sistema responsabbli biex tibgħat il-messaġġ lill-NSP.

Ir-rekwiżiti stabbiliti fit-taqsima 2 ta’ dan l-Appendiċi VII (ġestjoni tal-kontinwità tal-operat) għandhom japplikaw għal detenturi ta’ RTGS DCA u AS indikati mill-Eurosistema bħala kritiċi għall-funzjonament bla xkiel tas-sistema TARGET fuq il-bażi ta’ kriterji aġġornati perjodikament u ppubblikati fis-sit web tal-BĊE.

1.   Ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni

Rekwiżit 1.1: Politika tas-sigurtà tal-informazzjoni

Il-maniġment għandu jistabbilixxi direzzjoni ta’ politika ċara f’konformità mal-objettivi tan-negozju u juri appoġġ għas-sigurtà tal-informazzjoni u impenn għaliha permezz tal-ħruġ, l-approvazzjoni u ż-żamma ta’ politika tas-sigurtà tal-informazzjoni bil-għan li tiġi ġestita s-sigurtà tal-informazzjoni u r-reżiljenza ċibernetika fl-organizzazzjoni kollha f’termini ta’ identifikazzjoni, valutazzjoni u indirizzar ta’ riskji għas-sigurtà tal-informazzjoni u għar-reżiljenza ċibernetika. Il-politika għandu jkun fiha mill-inqas it-taqsimiet li ġejjin: għanijiet, kamp ta’ applikazzjoni (inklużi oqsma bħall-organizzazzjoni, ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-assi, eċċ.), prinċipji u allokazzjoni tar-responsabbiltajiet.

Rekwiżit 1.2: Organizzazzjoni interna

Għandu jiġi stabbilit qafas għas-sigurtà tal-informazzjoni biex tiġi implimentata l-politika dwar is-sigurtà tal-informazzjoni fi ħdan l-organizzazzjoni. Il-maniġment għandu jikkoordina u jirrevedi l-istabbiliment tal-qafas tas-sigurtà tal-informazzjoni biex jiżgura l-implimentazzjoni tal-politika dwar is-sigurtà tal-informazzjoni (skont ir-Rekwiżit 1.1) fl-organizzazzjoni kollha, inkluż l-allokazzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti u l-assenjazzjoni ta’ responsabbiltajiet ta’ sigurtà għal dan il-għan.

Rekwiżit 1.3: Partijiet esterni

Is-sigurtà tal-faċilitajiet ta’ pproċessar tal-informazzjoni u tal-informazzjoni tal-organizzazzjoni ma għandhiex tonqos bl-introduzzjoni ta’, u/jew id-dipendenza fuq, parti/partijiet esterni jew prodotti/servizzi pprovduti minnhom. Kwalunkwe aċċess għall-faċilitajiet tal-ipproċessar tal-informazzjoni tal-organizzazzjoni minn partijiet esterni għandu jkun ikkontrollat. Meta partijiet esterni jew prodotti/servizzi ta’ partijiet esterni jkunu meħtieġa jaċċessaw il-faċilitajiet tal-ipproċessar tal-informazzjoni tal-organizzazzjoni, għandha ssir valutazzjoni tar-riskju biex jiġu ddeterminati l-implikazzjonijiet tas-sigurtà u r-rekwiżiti ta’ kontroll. Il-kontrolli għandhom jiġu miftiehma u definiti fi ftehim ma’ kull parti esterna rilevanti.

Rekwiżit 1.4: Immaniġġjar tal-assi

L-assi kollha ta’ informazzjoni, il-proċessi tan-negozju u s-sistemi ta’ informazzjoni sottostanti, bħas-sistemi operattivi, l-infrastrutturi, l-applikazzjonijiet tan-negozju, il-prodotti kummerċjalment disponibbli, is-servizzi u l-applikazzjonijiet żviluppati mill-utenti, fl-ambitu tal-Katina tat-Tranżazzjoni tal-Ħlasijiet għandhom jitqiesu u jkollhom sid nominat. Għandha tiġi assenjata r-responsabbiltà għaż-żamma u t-tħaddim ta’ kontrolli xierqa fil-proċessi tan-negozju u l-komponenti relatati tal-IT biex jiġu ssalvagwardjati l-assi tal-informazzjoni. Nota: is-sid jista’ jiddelega l-implimentazzjoni ta’ kontrolli speċifiċi kif xieraq, iżda jibqa’ responsabbli għall-protezzjoni xierqa tal-assi.

Rekwiżit 1.5: Klassifikazzjoni tal-assi ta’ informazzjoni

L-assi ta’ informazzjoni għandhom jiġu kklassifikati f’termini tal-kritikalità tagħhom għat-twassil bla xkiel tas-servizz mill-parteċipant. Il-klassifikazzjoni għandha tindika l-ħtieġa, il-prijoritajiet u l-grad ta’ protezzjoni meħtieġa fl-immaniġġjar tal-assi tal-informazzjoni fil-proċessi tan-negozju rilevanti u għandha tqis ukoll il-komponenti tal-IT sottostanti. Skema ta’ klassifikazzjoni tal-assi tal-informazzjoni approvata mill-maniġment għandha tintuża biex jiġi ddefinit sett xieraq ta’ kontrolli ta’ protezzjoni matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-assi tal-informazzjoni (inkluż it-tneħħija u l-qerda tal-assi tal-informazzjoni) u biex tiġi kkomunikata l-ħtieġa għal miżuri speċjali ta’ mmaniġġjar.

Rekwiżit 1.6: Is-sigurtà tar-riżorsi umani

Ir-responsabbiltajiet tas-sigurtà għandhom jiġu indirizzati qabel l-impjieg f’deskrizzjonijiet tax-xogħol adegwati u f’termini u kundizzjonijiet tal-impjieg. Il-kandidati kollha għall-impjieg, il-kuntratturi u l-utenti terzi għandhom jiġu skrinjati b’mod adegwat, speċjalment għal impjiegi sensittivi. L-impjegati, il-kuntratturi u l-utenti terzi tal-faċilitajiet tal-ipproċessar tal-informazzjoni għandhom jiffirmaw ftehim dwar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom. Għandu jiġi żgurat livell adegwat ta’ għarfien fost l-impjegati kollha, il-kuntratturi u l-utenti terzi, u għandhom jingħataw edukazzjoni u taħriġ fil-proċeduri tas-sigurtà u l-użu korrett tal-faċilitajiet tal-ipproċessar tal-informazzjoni sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji possibbli għas-sigurtà. Għandu jiġi stabbilit proċess dixxiplinari formali għat-trattament ta’ ksur tas-sigurtà fil-każ tal-impjegati. Ir-responsabbiltajiet għandhom ikunu fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-ħruġ ta’ impjegat, kuntrattur jew utent terz mill-organizzazzjoni jew it-trasferiment tiegħu minnha jiġi mmaniġġat, u li t-tagħmir kollu jiġi rritornat u d-drittijiet kollha ta’ aċċess jitneħħew.

Rekwiżit 1.7: Iis-sigurtà fiżika u ambjentali

Faċilitajiet għall-ipproċessar ta’ informazzjoni kritika jew sensittiva għandhom jinżammu f’żoni siguri, protetti minn perimetri ta’ sigurtà definiti, b’barrieri ta’ sigurtà xierqa u kontrolli tad-dħul. Għandhom ikunu protetti fiżikament mill-aċċess mhux awtorizzat, minn ħsara u interferenza. L-aċċess għandu jingħata biss lil individwi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Rekwiżit 1.6. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri u standards li jipproteġu mezzi fiżiċi li jkun fihom assi ta’ informazzjoni meta jkunu fi transitu.

It-tagħmir għandu jkun protett minn theddid fiżiku u ambjentali. Il-protezzjoni tat-tagħmir (inkluż it-tagħmir użat mhux fuq il-post) u kontra t-tneħħija tal-proprjetà hija meħtieġa biex jitnaqqas ir-riskju ta’ aċċess mhux awtorizzat għall-informazzjoni u bħala ħarsien kontra t-telf jew il-ħsara tat-tagħmir jew tal-informazzjoni. Jistgħu jkunu meħtieġa miżuri speċjali għall-protezzjoni kontra theddid fiżiku u għas-salvagwardja tal-faċilitajiet ta’ appoġġ bħall-provvista tal-elettriku u l-infrastruttura tal-kejbils.

Rekwiżit 1.8: Ġestjoni tal-operazzjonijiet

Responsabbiltajiet u proċeduri għandhom jiġu stabbiliti għall-ġestjoni u t-tħaddim tal-faċilitajiet tal-ipproċessar tal-informazzjoni li jkopru s-sistemi sottostanti kollha fil-Katina tat-Tranżazzjoni tal-Ħlasijiet minn tarf sa tarf.

Fir-rigward tal-proċeduri operattivi, inkluża l-amministrazzjoni teknika tas-sistemi tal-IT, għandha tiġi implimentata, fejn xieraq, is-segregazzjoni tad-dmirijiet, biex jitnaqqas ir-riskju ta’ użu ħażin b’negliġenza jew intenzjonat tas-sistema. Meta s-segregazzjoni tad-dmirijiet ma tkunx tista’ tiġi implimentata minħabba raġunijiet oġġettivi dokumentati, il-kontrolli kumpensatorji għandhom jiġu implimentati wara analiżi formali tar-riskju. Għandhom jiġu stabbiliti kontrolli għall-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-introduzzjoni ta’ kodiċi malizzjuż għal sistemi fil-Katina tat-Tranżazzjoni tal-Ħlasijiet. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll kontrolli (inkluż l-għarfien tal-utenti) għall-prevenzjoni, l-iskoperta u t-tneħħija ta’ kodiċi malizzjuż. Il-kodiċi mobbli għandu jintuża biss minn sorsi fdati (eż. komponenti tal-Microsoft COM iffirmati u Java Applets). Il-konfigurazzjoni tal-browser (eż. l-użu ta’ estensjonijiet u plugins) għandha tkun ikkontrollata b’mod strett.

Għandhom jiġu implimentati politiki ta’ backup u rkupru tad-data mill-maniġment; dawk il-politiki ta’ rkupru għandhom jinkludu pjan tal-proċess ta’ restawr li jiġi ttestjat f’intervalli regolari ta’ mill-inqas kull sena.

Is-sistemi li huma kritiċi għas-sigurtà tal-pagamenti għandhom jiġu mmonitorjati u l-avvenimenti rilevanti għas-sigurtà tal-informazzjoni għandhom jiġu rreġistrati. Għandhom jintużaw reġistri tal-operaturi biex jiġi żgurat li jiġu identifikati problemi fis-sistema tal-informazzjoni. Ir-reġistri tal-operaturi għandhom jiġu riveduti regolarment fuq bażi ta’ kampjun, abbażi tal-kritikalità tal-operazzjonijiet. Il-monitoraġġ tas-sistema għandu jintuża biex tiġi vverifikata l-effettività tal-kontrolli li huma identifikati bħala kritiċi għas-sigurtà tal-pagamenti u biex tiġi vverifikata l-konformità ma’ mudell ta’ politika ta’ aċċess.

L-iskambji ta’ informazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq politika ta’ skambju formali, imwettqa f’konformità ma’ ftehimiet ta’ skambju fost il-partijiet involuti u għandhom ikunu konformi ma’ kwalunkwe leġiżlazzjoni rilevanti. Il-komponenti tas-software ta’ partijiet terzi użati fl-iskambju ta’ informazzjoni mat-TARGET (eż. software riċevut minn Uffiċċju tas-Servizz) għandhom jintużaw taħt ftehim formali mal-parti terza.

Rekwiżit 1.9: Kontroll tal-aċċess

L-aċċess għall-assi tal-informazzjoni għandu jkun ġustifikat abbażi tar-rekwiżiti tan-negozju (ħtieġa ta’ tagħrif (1)) u skont il-qafas stabbilit tal-politiki korporattivi (inkluża l-politika dwar is-sigurtà tal-informazzjoni). Għandhom jiġu ddefiniti regoli ċari dwar il-kontroll tal-aċċess abbażi tal-prinċipju tal-inqas privileġġ (2) biex jiġu riflessi mill-qrib il-ħtiġijiet tan-negozju korrispondenti u l-proċessi tal-IT. Fejn rilevanti, (eż. għall-ġestjoni tal-backup) il-kontroll loġiku tal-aċċess għandu jkun konsistenti mal-kontroll fiżiku tal-aċċess sakemm ma jkunx hemm fis-seħħ kontrolli kumpensatorji adegwati (pereżempju kriptaġġ, anonimizzazzjoni tad-data personali).

Għandu jkun hemm fis-seħħ proċeduri formali u dokumentati biex tiġi kkontrollata l-allokazzjoni tad-drittijiet ta’ aċċess għal sistemi u servizzi ta’ informazzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Katina tat-Tranżazzjoni tal-Ħlasijiet. Il-proċeduri għandhom ikopru l-istadji kollha fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-aċċess tal-utent, mir-reġistrazzjoni inizjali ta’ utenti ġodda sad-dereġistrazzjoni finali tal-utenti li ma jibqgħux jeħtieġu aċċess.

Għandha tingħata attenzjoni speċjali, fejn xieraq, għall-allokazzjoni tad-drittijiet ta’ aċċess tant kritiċi li l-abbuż ta’ dawk id-drittijiet ta’ aċċess jista’ jwassal għal impatt negattiv serju fuq l-operazzjonijiet tal-parteċipant (eż. drittijiet ta’ aċċess li jippermettu l-amministrazzjoni tas-sistema, il-preċedenza fuq il-kontrolli tas-sistema, l-aċċess dirett għad-data tan-negozju).

Għandhom jiġu stabbiliti kontrolli xierqa biex jiġu identifikati, awtentikati u awtorizzati utenti f’punti speċifiċi fin-network tal-organizzazzjoni, eż. għal aċċess lokali u remot għal sistemi fil-Katina tat-Tranżazzjoni tal-Ħlasijiet. Il-kontijiet personali ma għandhomx jiġu kondiviżi sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà.

Għall-passwords, għandhom jiġu stabbiliti regoli u dawn għandhom jiġu infurzati permezz ta’ kontrolli speċifiċi biex jiġi żgurat li l-passwords ma jkunux jistgħu jiġu mbassra faċilment, eż. regoli ta’ kumplessità u validità għal żmien limitat. Għandu jiġi stabbilit protokoll sikur ta’ rkupru u/jew ta’ risettjar tal-passwords.

Għandha tiġi żviluppata u implimentata politika dwar l-użu ta’ kontrolli kriptografiċi biex jiġu protetti l-kunfidenzjalità, l-awtentiċità u l-integrità tal-informazzjoni. Għandha tiġi stabbilita politika ta’ ġestjoni ewlenija biex tappoġġa l-użu ta’ kontrolli kriptografiċi.

Għandu jkun hemm politika biex wieħed jara informazzjoni kunfidenzjali fuq l-iskrin jew stampata (eż. politika ta’ skrin vojt, ta’ skrivanija żbarazzata) biex jitnaqqas ir-riskju ta’ aċċess mhux awtorizzat.

Meta jsir xogħol remot, għandhom jitqiesu r-riskji ta’ xogħol f’ambjent mhux protett u għandhom jiġu applikati kontrolli tekniċi u organizzattivi xierqa.

Rekwiżit 1.10: L-akkwist, l-iżvilupp u ż-żamma tas-sistemi tal-informazzjoni

Għandhom jiġu identifikati u miftiehma rekwiżiti tas-sigurtà qabel l-iżvilupp u/jew l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ informazzjoni.

Għandhom jinbnew kontrolli xierqa fl-applikazzjonijiet, inklużi l-applikazzjonijiet żviluppati mill-utenti, sabiex jiġi żgurat l-ipproċessar korrett. Dawn il-kontrolli għandhom jinkludu l-validazzjoni tad-data tal-input, l-ipproċessar intern u d-data tal-output. Jistgħu jkunu meħtieġa kontrolli addizzjonali għal sistemi li jipproċessaw, jew ikollhom impatt fuq, informazzjoni sensittiva, ta’ valur jew kritika. Tali kontrolli għandhom jiġu ddeterminati abbażi tar-rekwiżiti tas-sigurtà u l-valutazzjoni tar-riskju skont il-politiki stabbiliti (eż. il-politika tas-sigurtà tal-informazzjoni, il-politika ta’ kontroll kriptografiku).

Ir-rekwiżiti operazzjonali ta’ sistemi ġodda għandhom jiġu stabbiliti, dokumentati u ttestjati qabel l-aċċettazzjoni u l-użu tagħhom. Fir-rigward tas-sigurtà tan-network, għandhom jiġu implimentati kontrolli xierqa, inklużi s-segmentazzjoni u l-ġestjoni sigura, abbażi tal-kritikalità tal-flussi tad-data u l-livell ta’ riskju taż-żoni tan-network fl-organizzazzjoni. Għandu jkun hemm kontrolli speċifiċi għall-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva li tgħaddi minn fuq networks pubbliċi.

L-aċċess għall-fajls tas-sistema u l-kodiċi tas-sors tal-programm għandu jiġi kkontrollat u l-proġetti tal-IT u l-attivitajiet ta’ appoġġ għandhom jitwettqu b’mod sigur. Għandha tingħata attenzjoni sabiex tiġi evitata l-espożizzjoni ta’ data sensittiva f’ambjenti tat-test. L-ambjent tal-proġett u ta’ appoġġ għandhom ikunu kkontrollati b’mod strett. L-implimentazzjoni ta’ bidliet fil-produzzjoni għandha tiġi kkontrollata b’mod strett. Għandha ssir valutazzjoni tar-riskju tal-bidliet ewlenin li għandhom jiġu implimentati fil-produzzjoni.

Għandhom jitwettqu wkoll attivitajiet regolari ta’ ttestjar tas-sigurtà tas-sistemi fil-produzzjoni skont pjan predefinit ibbażat fuq l-eżitu ta’ valutazzjoni tar-riskju, u l-ittestjar tas-sigurtà għandu jinkludi, tal-anqas, valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà. In-nuqqasijiet kollha enfasizzati matul l-attivitajiet tal-ittestjar tas-sigurtà għandhom jiġu vvalutati u għandhom jitħejjew u jiġu segwiti fil-ħin pjanijiet ta’ azzjoni biex tingħalaq kwalunkwe lakuna identifikata.

Rekwiżit 1.11: Sigurtà tal-informazzjoni fir-relazzjonijiet mal-fornituri  (3)

Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-sistemi ta’ informazzjoni interni tal-parteċipant aċċessibbli mill-fornituri, ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-informazzjoni għall-mitigazzjoni tar-riskji assoċjati mal-aċċess tal-fornitur għandhom jiġu ddokumentati u miftiehma formalment mal-fornitur.

Rekwiżit 1.12: Ġestjoni ta’ inċidenti u titjib fis-sigurtà tal-informazzjoni

Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti u effettiv għall-ġestjoni ta’ inċidenti relatati mas-sigurtà tal-informazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni dwar avvenimenti u dgħufijiet tas-sigurtà, għandhom jiġu stabbiliti u ttestjati rwoli, responsabbiltajiet u proċeduri, fil-livell ta’ negozju u tekniku, biex jiġi żgurat irkupru mgħaġġel, effettiv u ordnat u sikur minn inċidenti tas-sigurtà tal-informazzjoni inklużi xenarji relatati ma’ kawża relatata maċ-ċibersigurtà (eż. frodi mwettqa minn aggressur estern jew minn persuna ta’ ġewwa). Il-persunal involut f’dawn il-proċeduri għandu jkun imħarreġ b’mod adegwat.

Rekwiżit 1.13: Rieżami tal-konformità teknika

Is-sistemi ta’ informazzjoni interni ta’ parteċipant (eż. sistemi tal-back office, networks interni u konnettività tan-networks esterni) għandhom jiġu vvalutati regolarment għall-konformità mal-qafas ta’ politiki stabbilit tal-organizzazzjoni (eż. politika dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, politika ta’ kontroll kriptografiku).

Rekwiżit 1.14: Il-virtwalizzazzjoni

Il-magni virtwali tal-klijenti għandhom jikkonformaw mal-kontrolli tas-sigurtà kollha li huma stabbiliti għall-hardware u s-sistemi fiżiċi (eż. reżistenza, illoggjar). Il-kontrolli li għandhom x’jaqsmu mal-iperviżuri għandhom jinkludu: ir-reżistenza tal-iperviżuri u tas-sistema operattiva tal-hosting, patching regolari, separazzjoni stretta ta’ ambjenti differenti (eż. produzzjoni u żvilupp). Il-ġestjoni ċentralizzata, l-illoggjar u l-monitoraġġ kif ukoll il-ġestjoni tad-drittijiet ta’ aċċess, b’mod partikolari għal kontijiet privileġġati għolja, għandhom jiġu implimentati abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju. Il-magni virtwali tal-klijenti ġestiti mill-istess iperviżur għandu jkollhom profil ta’ riskju simili.

Rekwiżit 1.15: Il-cloud computing

L-użu ta’ soluzzjonijiet ta’ cloud pubbliċi u/jew ibridi fil-Katina tat-Tranżazzjoni tal-Ħlasijiet irid ikun ibbażat fuq valutazzjoni formali tar-riskju, filwaqt li jitqiesu l-kontrolli tekniċi u l-klawżoli kuntrattwali relatati mas-soluzzjoni tal-cloud.

Jekk jintużaw soluzzjonijiet ta’ cloud ibridi, huwa mifhum li l-livell ta’ kritikalità tas-sistema ġenerali huwa l-ogħla wieħed mis-sistemi konnessi. Il-komponenti kollha fuq il-post tas-soluzzjonijiet ibridi għandhom jiġu ssegregati mis-sistemi l-oħra fuq il-post.

2.   Ġestjoni tal-Kontinwità tal-Operat

Ir-rekwiżiti li ġejjin huma relatati mal-ġestjoni tal-kontinwità tal-operat. Kull parteċipant fit-TARGET indikat mill-Eurosistema bħala kritiku għall-funzjonament bla xkiel tas-sistema TARGET għandu jkollu fis-seħħ strateġija ta’ kontinwità tal-operat li tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin.

Rekwiżit 2.1:

Għandhom jiġu żviluppati pjanijiet tal-kontinwità tal-operat u jkun hemm fis-seħħ proċeduri għaż-żamma tagħhom.

Rekwiżit 2.2:

Għandu jkun disponibbli sit operazzjonali alternattiv.

Rekwiżit 2.3:

Il-profil tar-riskju tas-sit alternattiv irid ikun differenti minn dak tas-sit primarju, sabiex jiġi evitat li ż-żewġ siti jiġu affettwati mill-istess avveniment fl-istess ħin. Pereżempju, is-sit alternattiv għandu jkun fuq grilja tal-elettriku u ċirkwit ċentrali tat-telekomunikazzjoni differenti minn dawk tal-post tan-negozju primarju.

Rekwiżit 2.4:

Fil-każ ta’ tfixkil operazzjonali maġġuri li jagħmel is-sit primarju inaċċessibbli u/jew persunal kritiku mhux disponibbli, il-parteċipant kritiku għandu jkun jista’ jissokta bl-operazzjonijiet normali mis-sit alternattiv, fejn għandu jkun possibbli li l-jum ta’ negozju jingħalaq b’mod xieraq u li jiftaħ il-jum/jiem ta’ negozju li jmiss.

Rekwiżit 2.5:

Għandhom ikunu stabbiliti proċeduri li jiżguraw li l-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet jissokta mis-sit alternattiv fi żmien raġonevoli wara l-interruzzjoni inizjali tas-servizz u jkun proporzjonat mal-kritikalità tan-negozju li tkun ġiet imfixkla.

Rekwiżit 2.6:

Il-kapaċità ta’ indirizzar tat-tfixkil operazzjonali għandha tiġi ttestjata mill-inqas darba fis-sena u l-persunal kritiku għandu jitħarreġ kif xieraq. Il-perjodu massimu bejn it-testijiet ma għandux jaqbeż sena.


(1)  Il-prinċipju tal-ħtieġa ta’ tagħrif jirreferi għall-identifikazzjoni tas-sett ta’ informazzjoni li individwu jeħtieġ aċċess għalih sabiex iwettaq dmirijietu.

(2)  Il-prinċipju tal-inqas privileġġ jirreferi għat-tfassil tal-profil ta’ aċċess ta’ suġġett għal sistema tal-IT sabiex jaqbel mar-rwol tan-negozju korrispondenti.

(3)  Fornitur fil-kuntest ta’ dan l-eżerċizzju għandu jinftiehem bħala kwalunkwe parti terza (u l-persunal tagħha) li tkun taħt kuntratt (ftehim), mal-istituzzjoni, biex tipprovdi servizz u skont il-ftehim ta’ servizz il-parti terza (u l-persunal tagħha) jingħataw aċċess, jew remot jew fuq il-post, għal informazzjoni u/jew sistemi ta’ informazzjoni u/jew faċilitajiet ta’ pproċessar ta’ informazzjoni tal-istituzzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni jew assoċjati mal-kamp ta’ applikazzjoni kopert taħt l-eżerċizzju tal-awtoċertifikazzjoni tat-TARGET.


ANNESS II

ARRANĠAMENTI TA' GOVERNANZA TAT-TARGET

Livell 1 — Kunsill Governattiv

Livell 2 — Korp ta’ ġestjoni teknika u operazzjonali

Livell 3 — BĊNi tal-Livell 3

1.

Dispożizzjonijiet ġenerali

 

 

Għandhom kompetenza finali fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha tat-TARGET, partikolarment ir-regoli għat-teħid tad-deċiżjonijiet fit-TARGET, u huma responsabbli għas-salvagwardja tal-funzjoni pubblika tat-TARGET

Iwettqu kompiti ta’ ġestjoni teknika, funzjonali, operazzjonali u finanzjarja fir-rigward tat-TARGET u jimplimentaw ir-regoli dwar il-governanza deċiżi mil-Livell 1

Jieħdu deċiżjonijiet dwar it-tħaddim ta’ kuljum tat-TARGET abbażi tal-livelli ta’ servizz definiti fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 7(6) ta’ din il-Linja Gwida

2.

Politika tal-ipprezzar

 

 

Jiddeċiedu dwar l-istruttura tal-ipprezzar/il-politika tal-ipprezzar

Jiddeċiedu dwar il-pakketti tal-ipprezzar

Jirrevedu regolarment l-istruttura tal-ipprezzar/il-politika tal-ipprezzar

Jabbozzaw u jimmonitorjaw il-pakketti tal-ipprezzar

(Mhux applikabbli)

3.

Finanzjament

 

 

Jiddeċiedu dwar ir-regoli għar-reġim finanzjarju tat-TARGET

Jiddeċiedu dwar il-pakketti finanzjarji

Jabbozzaw proposti għall-karatteristiċi ewlenin tar-reġim finanzjarju kif deċiż mil-Livell 1.

Jabbozzaw u jimmonitorjaw il-pakketti finanzjarji

Japprovaw u/jew jibdew ħlasijiet parzjali mħallsa mill-BĊi tal-Eurosistema lil-Livell 3 għall-provvista ta’ servizzi

Japprovaw u/jew jibdew ir-rimborż ta’ tariffi lill-BĊi tal-Eurosistema

Jipprovdu figuri tal-kost lil-Livell 2 għall-forniment tas-servizzi

4.

Livell tas-servizz

 

 

Jiddeċiedu dwar il-livell ta’ servizz

Jivverifikaw li s-servizz ingħata f’konformità mal-livell tas-Servizz miftiehem

Iwasslu s-servizz f’konformità mal-livell ta’ Servizz miftiehem

5.

Operat

 

 

 

Jiddeċiedu dwar ir-regoli applikabbli għal inċidenti u sitwazzjonijiet ta’ kriżi

Jimmonitorjaw l-iżviluppi tan-negozju

Iġestixxu s-sistema abbażi tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 7(6) ta’ din il-Linja Gwida

6.

Ġestjoni tal-bidliet u tar-rilaxx

 

 

Jieħdu deċiżjonijiet f’każ ta’ eskalazzjoni

Japprovaw it-talbiet għall-Bidliet

Japprovaw id-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-rilaxx

Japprovaw il-pjan ta’ rilaxx u l-eżekuzzjoni tiegħu

Jivvalutaw it-Talbiet għall-Bidliet

Jimplimentaw it-talbiet għall-Bidliet f’konformità mal-pjan maqbul

7.

Ġestjoni tar-riskji

 

 

japprovaw il-Qafas tal-Ġestjoni tar-Riskju tat-TARGET u t-tolleranza tar-riskju għat-TARGET kif ukoll jaċċettaw ir-riskji li jifdal.

jassumu r-responsabbiltà aħħarija għall-attivitajiet tal-ewwel u t-tieni linja ta’ difiża.

jistabbilixxu l-istruttura organizzattiva għar-rwoli u r-responsabbiltajiet relatati mar-riskju u l-kontroll

Iwettqu l-ġestjoni attwali tar-riskju

Iwettqu l-analiżi u s-segwitu tar-riskju

jiżguraw li l-arranġamenti kollha tal-ġestjoni tar-riskji jinżammu u jiġu aġġornati

japprovaw u jirrieżaminaw il-pjan ta’ kontinwità tal-operat kif deskritt fid-dokumentazzjoni operazzjonali rilevanti

Jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għall-analiżi tar-riskju skont it-talbiet tal-Livell 1/Livell 2

8.

Regoli tas-sistema

 

 

Jistabbilixxu u jiżguraw implimentazzjoni adegwata tal-qafas legali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali għat-TARGET inklużi l-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-parteċipazzjoni fit-TARGET

(Mhux applikabbli)

(Mhux applikabbli)


ANNESS III

DEFINIZZJONIJIET

(1)

“grupp ta’ monitoraġġ tal-kontijiet” tfisser grupp ta’ żewġ MCAs jew aktar u/jew DCAs li fir-rigward tagħhom parteċipant wieħed, il-parti mexxejja, tkun tista’ tara l-bilanċ fuq kull wieħed mill-kontijiet fit-TARGET fil-grupp;

(2)

“detentur ta’ BIC indirizzabbli” tfisser entità li: (a) ikollha Kodiċi għall-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC); u (b) tkun korrispondent jew klijent ta’ detentur ta’ RTGS DCA jew fergħa ta’ detentur ta’ RTGS DCA, u tkun tista’ tissottometti ordnijiet ta’ ħlas lil sistema komponenti tat-TARGET u tirċievi ħlasijiet minnha permezz ta’ dak id-detentur ta’ RTGS DCA;

(3)

“sistema anċillari” (AS) tfisser sistema mħaddma minn entità stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE li tkun suġġetta għal superviżjoni u/jew sorveljanza minn awtorità kompetenti u tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ sorveljanza għal-lokalizzazzjoni tal-infrastrutturi li joffru servizzi f’euro, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fuq is-sit web tal-BĊE, li fiha jiġu skambjati u/jew ikklerjati jew irreġistrati ħlasijiet u/jew strumenti finanzjarji (a) bl-obbligi monetarji li jirriżultaw f’ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li jiġu saldati fit-TARGET u/jew (b) b’fondi miżmuma fit-TARGET, f’konformità mal-Linja Gwida BĊE/2022/8;

(4)

kont ta’ fondi ta’ garanzija tas-sistema anċillari” (kont ta’ fondi ta’ garanzija ta’ AS) tfisser kont tekniku użat għall-fini taż-żamma ta’ fondi ta’ garanzija biex jappoġġaw il-proċeduri ta’ saldu A u B ta’ RTGS AS;

(5)

proċedura ta’ saldu ta’ sistema anċillari” (proċedura ta’ saldu ta’ AS) tfisser kwalunkwe proċedura ta’ saldu ta’ TIPS AS jew proċedura ta’ saldu ta’ RTGS AS;

(6)

“ordni ta’ trasferiment ta’ sistema anċillari” (ordni ta’ trasferiment ta’ AS) tfisser kwalunkwe ordni ta’ trasferiment ta’ flus li tinbeda minn sistema anċillari għall-finijiet ta’ proċedura ta’ saldu ta’ sistema anċillari ta’ RTGS;

(7)

“awtokollateralizzazzjoni” tfisser kreditu intraġurnata mogħti minn bank ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro (BĊN) fi flus tal-bank ċentrali skattat meta detentur ta’ T2S DCA ma jkollux fondi biżżejjed biex isalda tranżazzjonijiet ta’ titoli, fejn tali kreditu intraġurnata ikun kollateralizzat jew bit-titoli li jkunu qed jinxtraw (kollateral fuq il-fluss), jew b’titoli miżmuma mid-detentur tat-T2S DCA favur il-BĊN taż-żona tal-euro (kollateral fuq l-istokk). Tranżazzjoni ta’ awtokollateralizzazzjoni tikkonsisti f’żewġ tranżazzjonijiet separati, waħda għall-għoti ta’ awtokollateralizzazzjoni u l-oħra għar-rimborż tagħha. Tista’ tinkludi wkoll it-tielet tranżazzjoni għal kwalunkwe rilokazzjoni eventwali ta’ kollateral. Għall-finijiet tal-Artikolu 18 tal-Parti I tal-Anness 1, it-tliet tranżazzjonijiet kollha jitqiesu li ddaħħlu fis-sistema u jitqiesu irrevokabbli fl-istess ħin tat-tranżazzjoni għall-għoti tal-awtokollateralizzazzjoni;

(8)

“ordni awtomatizzata ta’ trasferiment ta’ likwidità” tfisser ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità ġġenerata awtomatikament għat-trasferiment ta’ fondi minn detentur ta’ RTGS DCA indikat lill-MCA tal-parteċipant f’każ li ma jkunx hemm fondi suffiċjenti f'dak l-MCA għas-saldu ta’ operazzjonijiet tal-bank ċentrali;

(9)

likwidità disponibbli” tfisser bilanċ ta’ kreditu fuq kont ta’ parteċipant u, jekk applikabbli, kwalunkwe linja ta’ kreditu intraġurnata mogħtija fuq l-MCA mill-BĊN rilevanti taż-żona tal-euro fir-rigward ta’ tali kont iżda li għadha ma ġietx prelevata, jew, jekk applikabbli, imnaqqsa bl-ammont ta’ kwalunkwe riżervazzjoni ta’ likwidità pproċessata jew ibblokkar ta’ fondi fuq MCAs jew DCAs;

(10)

grupp bankarju” tfisser:

a)

kompożizzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ kumpanija omm fejn il-kumpanija omm tkun obbligata li tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 27 (IAS 27), adottat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (1) u li tikkonsisti minn: (i) kumpanija omm u sussidjarja waħda jew aktar; jew (ii) żewġ sussidjarji jew aktar ta’ kumpanija omm; jew

b)

kompożizzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu kif imsemmija fis-subparagrafu (a)(i) jew (ii), meta kumpanija omm ma tippreżentax rapporti finanzjarji konsolidati skont l-IAS 27, iżda jkunu kapaċi jissodisfaw il-kriterji definiti fl-IAS 27 għall-inklużjoni fir-rapporti finanzjarji konsolidati, suġġett għall-verifika tal-BĊ tal-parteċipant;

c)

network bilaterali jew multilaterali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huwa: (i) organizzat permezz ta’ qafas statutorju li jiddetermina l-affiljazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma’ tali network; jew (ii) ikkaratterizzat minn mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni awtoorganizzati (li jippromwovu, jappoġġaw u jirrappreżentaw l-interessi kummerċjali tal-membri tiegħu) u/jew ta’ solidarjetà ekonomika li tmur lil hinn mill-kooperazzjoni ordinarja tas-soltu bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fejn tali kooperazzjoni u solidarjetà huma permessi mill-memoranda u l-istatuti ta’ assoċjazzjoni jew mill-Artikoli ta’ inkorporazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew stabbiliti bis-saħħa ta’ ftehimiet separati u f’kull każ imsemmija fil-punti (c)(i) u (c)(ii) il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jkun approva applikazzjoni li għandha titqies bħala li tikkostitwixxi grupp bankarju;

(11)

fergħa” tfisser fergħa skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(17) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew tal-Artikolu 4(1)(30) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

(12)

messaġġ imxandar” tfisser informazzjoni li ssir disponibbli fl-istess ħin għall-parteċipanti kollha jew għal grupp magħżul ta’ parteċipanti;

(13)

“jum ta’ negozju” jew “jum ta’ negozju tat-TARGET” tfisser kwalunkwe jum li fih MCAs, RTGS DCAs, jew T2S DCAs ikunu disponibbli għas-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus;

(14)

“Kodiċi għall-Identifikazzjoni tan-Negozju” (BIC) tfisser kodiċi kif iddefinit mill-Istandard ISO Nru 9362;

(15)

“opinjoni dwar il-kapaċità” tfisser opinjoni speċifika għall-parteċipant li jkun fiha valutazzjoni tal-kapaċità legali ta’ parteċipant li jidħol u jwettaq l-obbligi tiegħu;

(16)

“ordni ta’ trasferiment ta’ flus” tfisser kwalunkwe struzzjoni minn parteċipant jew minn parti li taġixxi f’ismu biex ikun magħmul disponibbli għal benefiċjarju ammont ta’ flus minn kont wieħed permezz ta’ entrata fil-kotba f’kont ieħor u li tkun ordni ta’ trasferiment ta’ sistema anċillari, ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità, ordni ta’ ħlas istantanju, risposta pożittiva għall-irtirar jew ordni ta’ ħlas;

(17)

“bank ċentrali” (BĊ) tfisser BĊ tal-Eurosistema u/jew BĊN konness;

(18)

“operazzjoni ta’ bank ċentrali” tfisser kwalunkwe ordni ta’ ħlas jew ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità mibdija minn BĊ fuq MCA miftuħ fi kwalunkwe sistema komponent tat-TARGET;

(19)

“BĊN konness” tfisser BĊN, minbarra BĊN taż-żona tal-euro, li jkun konness mat-TARGET skont ftehim speċifiku;

(20)

“Soluzzjoni ta’ Kontinġenza” tfisser il-funzjonalità li tippermetti lill-BĊi u lill-parteċipanti jipproċessaw ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus f’każ li l-operat normali tal-MCAs u/jew tal-RTGS DCAs u/jew tal-kontijiet tekniċi ta’ AS ma jkunx possibbli;

(21)

“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser jew: (a) istituzzjoni ta' kreditu skont it-tifsira tal-Artikolu 4 (1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (u d-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-liġi li jimplimentaw l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) applikabbli għall-istituzzjoni ta’ kreditu) li tkun suġġetta għal superviżjoni minn awtorità kompetenti; jew (b) istituzzjoni ta' kreditu oħra skont it-tifsira tal-Artikolu 123(2) tat-Trattat li hija suġġetta għal skrutinju ta' standard komparabbli mas-superviżjoni minn awtorità kompetenti;

(22)

“bilanċ tal-memorandum ta’ kreditu” (CMB) tfisser limitu stabbilit mid-detentur ta’ TIPS DCA għall-użu tal-likwidità fuq it-TIPS DCA minn parti aċċessibbli speċifika;

(23)

“saldu bejn is-sistemi” tfisser is-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS li jiddebita l-kont tekniku ta’ RTGS AS jew subkont ta’ bank tas-saldu ta’ AS waħda bl-użu tal-proċedura ta’ saldu C jew D ta’ AS u li jakkredita l-kont tekniku ta’ RTGS AS jew subkont ta’ bank tas-saldu ta’ AS oħra permezz tal-proċedura ta’ saldu C jew D ta’ AS;

(24)

“kont ta’ flus dedikat” (DCA) tfisser RTGS DCA, T2S DCA jew TIPS DCA;

(25)

“rata tal-faċilità ta’ depożitu” tfisser “rata tal-faċilità ta’ depożitu” kif definita fl-Artikolu 2(22) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);

(26)

“faċilità ta’ depożitu” tfisser “faċilità ta’ depożitu” kif definita fl-Artikolu 2(21) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);

(27)

“BĊN taż-żona tal-euro” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro;

(28)

“skema ta’ Trasferiment ta’ Kreditu Istantanju tas-SEPA tal-Kunsill Ewropew tal-Ħlasijiet (SCT Inst)” jew “Skema SCT Inst” tfisser skema awtomatizzata ta’ standards miftuħa li tipprovdi sett ta’ regoli interbankarji li għandhom jiġu rrispettati mill-parteċipanti fl-SCT Inst, li tippermetti lill-fornituri tas-servizzi ta’ ħlas fiż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA) joffru prodott awtomatizzat ta’ trasferiment ta’ kreditu istantanju bl-euro fis-SEPA kollha;

(29)

“BĊ tal-Eurosistema” tfisser il-BĊE jew BĊN taż-żona tal-euro;

(30)

“każ ta’ inadempjenza” tfisser kwalunkwe avveniment imminenti jew eżistenti, li l-okkorrenza tiegħu tista’ thedded it-twettiq minn parteċipant tal-obbligi tiegħu skont il-Kundizzjonijiet li jinsabu fil-Parti I tal-Anness I jew kwalunkwe regola oħra li tapplika għar-relazzjoni bejn dak il-parteċipant u l-BĊ tal-parteċipant jew kwalunkwe BĊ ieħor, inkluż:

(a)

meta l-parteċipant ma jibqax jissodisfa l-kriterji għall-aċċess stabbiliti fl-implimentazzjoni nazzjonali tal-Artikolu 4 tal-Parti I tal-Anness I jew ir-rekwiżiti stabbiliti fl-implimentazzjoni nazzjonali rilevanti tal-Artikolu 5(1)(a) tal-Parti I tal-Anness I;

(b)

il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza fir-rigward tal-parteċipant;

(c)

is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni relatata mal-proċedimenti msemmija fil-punt (b);

(d)

il-ħruġ mill-parteċipant ta’ dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-inabbiltà tiegħu li jħallas id-djun kollha tiegħu jew xi parti minnhom jew li jissodisfa l-obbligi tiegħu tiegħu li jirriżultaw b’rabta ma’ kreditu intraġurnata;

(e)

id-dħul tal-parteċipant fi ftehim jew arranġament ġenerali volontarju mal-kredituri tiegħu;

(f)

meta l-parteċipant ikun, jew jitqies mill-BĊ tiegħu, li huwa insolventi jew li ma jistax iħallas id-djun tiegħu;

(g)

meta l-bilanċ ta’ kreditu tal-parteċipant fuq kwalunkwe wieħed mill-kontijiet fit-TARGET tiegħu, jew l-assi kollha tal-parteċipant jew parti sostanzjali minnhom ikunu suġġetti għal ordni ta’ ffriżar, qbid, sekwestru jew kwalunkwe proċedura oħra li tkun maħsuba biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-parteċipant;

(h)

meta l-parteċipazzjoni tal-parteċipant f’sistema komponenti tat-TARGET oħra u/jew f’AS tkun ġiet sospiża jew itterminata;

(i)

meta kwalunkwe rappreżentazzjoni materjali jew dikjarazzjoni prekuntrattwali magħmula mill-parteċipant jew li hija implikata li saret mill-parteċipant skont il-liġi applikabbli tkun skorretta jew mhux vera;

(j)

iċ-ċessjoni tal-assi kollha tal-parteċipant jew ta’ parti sostanzjali minnhom;

(31)

“fondi ta’ garanzija” tfisser fondi pprovduti minn parteċipanti ta’ AS, li għandhom jintużaw f’każ li parteċipant wieħed jew aktar jonqsu, għal kwalunkwe raġuni, milli jissodisfaw l-obbligi ta’ ħlas tagħhom fl-AS;

(32)

“proċedimenti ta’ insolvenza” tfisser proċedimenti ta’ insolvenza skont it-tifsira tal-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 98/26/KE;

(33)

“ordni ta’ ħlas istantanju” tfisser, f’konformità mal-iskema ta’ Trasferiment ta’ Kreditu Istantanju tas-SEPA (SCT Inst) tal-Kunsill Ewropew tal-Ħlasijiet, ordni ta’ trasferiment ta’ flus li tista’ tiġi eżegwita 24 siegħa kuljum fi kwalunkwe jum kalendarju tas-sena, b’saldu immedjat jew kważi immedjat u b’notifika lill-pagatur, u li tinkludi: (i) ordnijiet ta’ ħlas istantanju ta’ TIPS DCA lil TIPS DCA; (11) ordnijiet ta’ ħlas istantanju ta’ TIPS DCA lil kont tekniku ta’ TIPS AS; (iii) ordnijiet ta’ ħlas istantanju ta’ TIPS AS lil TIPS DCA; u (iv) ordnijiet ta’ ħlas istantanju ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS lil kont tekniku ta’ TIPS AS;

(34)

“oriġinatur” tfisser entità li tkun ġiet indikata bħala tali minn detentur ta’ TIPS DCA jew mid-detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS, u li titħalla tibgħat ordnijiet ta’ ħlas istantanju jew ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità u/jew tirċievi ordnijiet ta’ ħlas istantanju jew ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità f’isem dak id-detentur ta’ kont jew parti aċċessibbli ta’ dak id-detentur ta’ kont;

(35)

“kreditu intraġurnata” tfisser kreditu estiż għal perjodu ta’ inqas minn jum ta’ negozju wieħed;

(36)

“ditta tal-investiment” tfisser ditta tal-investiment skont it-tifsira ta’ [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE], minbarra l-istituzzjonijiet speċifikati fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw, l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/65/UE kif applikabbli għad-ditta tal-investiment, sakemm id-ditta tal-investiment inkwistjoni tkun:

a)

awtorizzata u ssorveljata minn awtorità kompetenti rikonoxxuta, li tkun ġiet indikata bħala tali taħt id-Direttiva 2014/65/KE; u

b)

intitolata li twettaq l-attivitajiet imsemmija taħt (daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw il-partiti 2, 3, 6 u 7 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE kif applikabbli għad-ditta tal-investiment);

(37)

BĊNi tal-livell 3” tfisser id-Deutsche Bundesbank, il-Banque de France, il-Banca d’Italia u Banco de España fil-kapaċità tagħhom bħala l-BĊi li jiżviluppaw u joperaw TARGET għall-benefiċċju tal-Eurosistema;

(38)

“ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità” tfisser ordni ta’ trasferiment ta’ flus biex jiġi ttrasferit ammont speċifikat ta’ fondi għall-finijiet tal-ġestjoni tal-likwidità;

(39)

“rata tal-faċilità ta’ self marġinali” tfisser “rata tal-faċilità ta’ self marġinali” kif definita fl-Artikolu 2(57) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);

(40)

“faċilità ta’ self marginali” tfisser “faċilità ta’ self marginali” kif definita fl-Artikolu 2(56) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);

(41)

servizz ta’ tiftix bi proxy mobbli (MPL)” tfisser servizz li jippermetti lid-detenturi ta’ TIPS DCA, AS li jużaw kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS u partijiet aċċessibbli, li jirċievu mill-klijenti tagħhom talba biex jeżegwixxu ordni ta’ ħlas istantanju lil benefiċjarju identifikat bi proxy (eż. numru mobbli), biex jirkupraw mir-repożitorju ċentrali tal-MPL l-IBAN korrispondenti għall-benefiċjarju u l-BIC biex jintużaw għall-akkreditar tal-kont tas-Sistema ta’ Ħlas Istantanju tat-TARGET (TIPS) rilevanti;

(42)

“ħlas kważi istantanju” tfisser ordni ta’ trasferiment ta’ flus li tikkonforma mal-Istandard NL tas-Servizzi Fakultattivi Addizzjonali tat-Trasferiment ta’ Kreditu tas-SEPA tal-Kunsill Ewropew tal-Ħlasijiet (SCT AOS) għall-ipproċessar istantanju ta’ trasferimenti ta’ kreditu tas-SEPA;

(43)

“fornitur ta’ servizz ta’ network” (NSP) tfisser impriża li tkun ingħatat konċessjoni mal-Eurosistema biex tipprovdi servizzi ta’ konnettività permezz tal-Portal tal-Infrastruttura tas-Suq Uniku tal-Eurosistema għas-servizzi fit-TARGET;

(44)

“ordni ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldata” tfisser ordni ta’ trasferiment ta’ flus li ma tiġix saldata fil-jum tan-negozju li fih tiġi aċċettata;

(45)

“parteċipant” tfisser; a) entità li jkollha mill-inqas MCA wieħed u li jista’ jkollha wkoll DCA wieħed jew diversi fit-TARGET; jew b) AS;

(46)

“benefiċjarju” tfisser, ħlief fejn jintuża fl-Artikolu 29 tal-Parti I tal-Anness I, parteċipant li l-MCA jew id-DCA tiegħu jiġu kkreditati b’riżultat ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ flus li tkun qed tiġi saldata;

(47)

“pagatur” tfisser, ħlief fejn jintuża fl-Artikolu 29 tal-Parti I tal-Anness I, parteċipant li l-MCA jew id-DCA tiegħu jiġu ddebitati b’riżultat ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ flus li tkun qed tiġi saldata;

(48)

“ordni ta’ ħlas” tfisser kwalunkwe struzzjoni minn parteċipant jew minn parti li taġixxi f’isimha biex ammont ta’ flus ikun magħmul disponibbli għal benefiċjarju minn kont wieħed permezz ta’ entrata fil-kotba f’kont ieħor u li ma tkunx ordni ta’ trasferiment ta’ AS, ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità, ordni ta’ ħlas istantanju jew risposta pożittiva għall-irtirar;

(49)

“risposta pożittiva għall-irtirar” tfisser f’konformità mal-iskema ta’ Trasferiment ta’ Kreditu Istantanju tasSEPA (SCT Inst) tal-Kunsill Ewropew tal-Ħlasijiet ordni ta’ trasferiment ta’ flus mibdija mir-riċevitur ta’ talba għall-irtirar, bi tweġiba għal talba għall-irtirar, għall-benefiċċju tal-mittent ta’ dik it-talba għall-irtirar;

(50)

“korp tas-settur pubbliku” tfisser entità fi ħdan is-“settur pubbliku”, dan it-terminu tal-aħħar kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 (5);

(51)

“parti aċċessibbli” tfisser entità li: (a) ikollha Kodiċi għall-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC); (b) tkun indikata bħala tali minn detentur ta’ TIPS DCA jew minn sistema anċillari li jkollha kont tekniku ta’ TIPS AS; (c) tkun korrispondent, klijent jew fergħa ta' detentur ta’ TIPS DCA jew parteċipant f’sistema anċillari; jew korrispondent, klijent, jew fergħa ta’ parteċipant f’sistema anċillari; u (d) tkun indirizzabbli permezz tat-TIPS u tista' tissottometti ordnijiet ta' trasferiment ta’ flus u tirċievi ordnijiet ta' trasferiment ta’ flus jew permezz tad-detentur ta’ TIPS DCA jew ta’ sistema anċillari li jkollha kont tekniku ta’ TIPS AS, jew direttament jekk tkun awtorizzata mid-detentur ta’ TIPS DCA jew minn sistema anċillari li jkollha kont tekniku ta’ TIPS AS;

(52)

proċedura ta’ saldu ta’ sistema anċillari għas-saldu gross f’ħin reali” (proċedura ta’ saldu ta’ RTGS AS) tfisser waħda mill-firxa ta’ servizzi speċjali u predefiniti għas-sottomissjoni u s-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS relatati mas-saldu ta’ AS fuq RTGS DCAs, subkontijiet u kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS;

(53)

Kont tekniku ta’ sistema anċillari għas-saldu gross f’ħin reali” (kont tekniku ta’ RTGS AS) tfisser kont miżmum minn AS jew mill-BĊ fis-sistema komponenti tat-TARGET tagħha f’isem l-AS u użat fil-kuntest ta’ sistema ta’ saldu ta’ RTGS AS;

(54)

“talba għall-irtirar” tfisser messaġġ minn detentur ta’ RTGS DCA jew detentur ta’ TIPS DCA li jitlob rimborż ta’ ordni ta’ ħlas saldata jew ordni ta’ ħlas istantanju rispettivament;

(55)

“ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli” tfisser ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità li tiġi skattata bħala riżultat ta’: (a) il-bilanċ fuq MCA jew RTGS DCA li jikser limitu minimu jew limitu massimu ddefinit minn qabel; jew (b) nuqqas ta’ fondi suffiċjenti disponibbli biex ikopru ordnijiet ta’ ħlas urġenti fil-kju, ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS jew ordnijiet ta’ ħlas ta’ prijorità għolja fuq RTGS DCA;

(56)

“grupp ta’ kont bankarju tas-saldu” tfisser lista ta’ RTGS DCAs u/jew subkontijiet stabbiliti fil-kuntest tas-saldu ta’ sistema anċillari li tuża proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS AS;

(57)

“bank tas-saldu” tfisser detentur ta’ RTGS DCA li l-RTGS DCA jew is-subkont tiegħu jintuża sabiex jiġu saldati ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS sottomessi minn AS bl-użu tal-proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS AS;

(58)

“sospensjoni” tfisser l-iffriżar temporanju tad-drittijiet u l-obbligi ta’ parteċipant għal perjodu ta’ żmien li għandu jiġi ddeterminat mill-BĊ tal-parteċipant;

(59)

“kont tat-TARGET” tfisser kwalunkwe kont miftuħ f’sistema komponenti tat-TARGET;

(60)

“sistema komponenti tat-TARGET” tfisser kwalunkwe waħda mis-sistemi tal-BĊi li tifforma parti mit-TARGET;

(61)

“koordinatur tat-TARGET” tfisser persuna maħtura mill-BĊE biex tiżgura l-ġestjoni operazzjonali ta’ kuljum tat-TARGET, biex timmaniġġja u tikkoordina l-attività f’każ li sseħħ sitwazzjoni anormali u biex tikkoordina t-tixrid ta’ informazzjoni lill-parteċipanti;

(62)

proċedura ta’ saldu ta’ sistema anċillari għas-Saldu ta’ Ħlasijiet Istantanji tat-TARGET (TIPS)” (proċedura tas-saldu ta’ TIPS AS) tfisser is-servizz predefinit għas-sottomissjoni u s-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità u ordnijiet ta’ ħlas istantanju relatati mas-saldu ta’ AS fuq TIPS DCAs u kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS;

(63)

Kont tekniku ta’ sistema anċillari (kont tekniku għas-Saldu ta’ Ħlasijiet Istantanji fit-TARGET (TIPS)” (kont tekniku ta’ TIPS AS) tfisser kont miżmum minn AS jew mill-BĊ fis-sistema komponenti tat-TARGET tiegħu f’isem l-AS għall-użu mill-AS għall-fini ta’ saldu ta’ ħlasijiet istantanji jew ħlasijiet kważi istantanji fil-kotba tagħha stess;

(64)

“maniġer tas-saldu tat-TARGET” tfisser persuna maħtura minn BĊ tal-Eurosistema biex timmonitorja l-operat tas-sistema komponenti tat-TARGET tagħha;

(65)

TARGET2-Securities” (T2S) tfisser is-sett ta’ hardware, software u komponenti oħra tal-infrastruttura teknika li permezz tagħhom l-Eurosistema tipprovdi s-servizzi lis-CSDs u lill-BĊi tal-Eurosistema li jippermettu saldu bażiku, newtrali u mingħajr fruntieri ta’ tranżazzjonijiet ta’ titoli fuq bażi ta’ konsenja kontra ħlas fi flus tal-bank ċentrali;

(66)

“ħsara teknika fit-TARGET” tfisser kwalunkwe difett jew ħsara fl-infrastruttura teknika u/jew fis-sistemi tal-kompjuter użati mis-sistema komponenti rilevanti tat-TARGET, jew kwalunkwe avveniment ieħor li jagħmilha impossibbli li jiġi eżegwit u kkompletat l-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus skont il-partijiet rilevanti ta’ din il-Linja Gwida fis-sistema komponenti rilevanti tat-TARGET.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).

(2)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(3)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(4)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 tat-13 Diċembru 1993 li jistabbilixxi d-definizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet previsti fl-Artikoli 104 u 104b (1) tat-Trattat (ĠU L 332, 31.12.1993, p. 1).


Top