Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2518

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2022/2518 tat-13 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill

    ST/14958/2022/INIT

    ĠU L 326, 21.12.2022, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2518/oj

    21.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 326/23


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2022/2518

    tat-13 ta’ Diċembru 2022

    li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Meta att għandu jiġi adottat mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, għandu jiġi vverifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

    (2)

    Dak il-perċentwal jiġi kkalkolat skont iċ-ċifri tal-popolazzjoni stipulati fl-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (“ir-Regoli ta’ Proċedura”) (1).

    (3)

    L-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta’ Proċedura jipprevedi li, b’effett mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kunsill għandu jemenda ċ-ċifri stipulati f’dak l-Anness, f’konformità mad-data disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel.

    (4)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regoli ta’ Proċedura jiġu emendati kif meħtieġ għas-sena 2023.

    (5)

    F’konformità mal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Artikolu 240 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplika għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “ANNESS III

    Ċifri li jirrigwardaw il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta’ kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill

    Stat Membru

    Popolazzjoni

    Perċentwal tal-popolazzjoni tal-Unjoni (%)

    Ġermanja

    83 203 320

    18,59

    Franza

    67 842 582

    15,16

    Italja

    59 607 184

    13,32

    Spanja

    47 432 805

    10,6

    Polonja

    37 654 247

    8,41

    Rumanija

    19 038 098

    4,25

    Netherlands

    17 734 036

    3,96

    Belġju

    11 631 136

    2,6

    Greċja

    10 603 810

    2,37

    Ċekja

    10 545 457

    2,36

    Żvezja

    10 440 000

    2,33

    Portugall

    10 352 042

    2,31

    Ungerija

    9 689 010

    2,17

    Awstrija

    8 967 500

    2,00

    Bulgarija

    6 838 937

    1,53

    Danimarka

    5 864 667

    1,31

    Finlandja

    5 541 241

    1,24

    Slovakkja

    5 434 712

    1,21

    Irlanda

    5 060 004

    1,13

    Kroazja

    3 862 305

    0,86

    Litwanja

    2 805 998

    0,63

    Slovenja

    2 107 180

    0,47

    Latvja

    1 875 757

    0,42

    Estonja

    1 331 796

    0,3

    Ċipru

    904 700

    0,2

    Lussemburgu

    643 648

    0,14

    Malta

    520 971

    0,12

    UE 27

    447 533 143

     

    Livell limitu (65 %)

    290 896 543

     

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. BEK


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).


    Top