Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2422

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2422 tal-5 ta’ Diċembru 2022 dwar il-konsistenza tal-miri tal-prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq minn Ċipru skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju (notifikata bid-dokument C(2022) 8719) (It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/8719

    ĠU L 318, 12.12.2022, p. 107–115 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2422/oj

    12.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 318/107


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2422

    tal-5 ta’ Diċembru 2022

    dwar il-konsistenza tal-miri tal-prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq minn Ċipru skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju

    (notifikata bid-dokument C(2022) 8719)

    (It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3)(c), tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,

    Billi:

    KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

    (1)

    Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, l-Istati Membri għandhom ifasslu l-pjanijiet tal-prestazzjoni, fil-livell nazzjonali jew fil-livell ta’ blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali (“FABs”), li għandhom jinkludu miri vinkolanti tal-prestazzjoni għal kull perjodu referenzjarju tal-iskema tal-prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-network. Dawk il-miri tal-prestazzjoni għandhom ikunu konsistenti mal-miri mal-Unjoni kollha adottati mill-Kummissjoni għall-perjodu referenzjarju kkonċernat.

    (2)

    Il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju (“RP3”) ġew stabbiliti oriġinarjament fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/903 (3). Billi dawk il-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha u l-abbozz tal-pjanijiet tal-prestazzjoni tal-RP3 sussegwentement mressqa mill-Istati Membri f’Ottubru 2019, tfasslu qabel it-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 f’Marzu 2020, dawn ma qisux it-tnaqqis konsiderevoli fit-traffiku tal-ajru minħabba l-miżuri meħuda mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi biex jikkontrollaw il-pandemija.

    (3)

    B’rispons għall-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, ġew stabbiliti miżuri eċċezzjonali għall-RP3, li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1627 (4). Fit-2 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/891 (5) li tistabbilixxi miri riveduti tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għall-RP3. Abbażi ta’ dan, f’Ottubru 2021, l-Istati Membri ressqu lill-Kummissjoni abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni li fihom miri riveduti tal-prestazzjoni lokali għall-RP3.

    (4)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/728 (6) kienet indirizzata lill-Belġju, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lil Franza, lil Ċipru, lil-Latvja, lil-Lussemburgu, lil Malta, lin-Netherlands, lir-Rumanija, u lill-Iżvezja. Fir-rigward tal-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni għall-RP3 ta’ Ċipru, il-Kummissjoni sabet li l-miri tal-prestazzjoni tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza en route mhumiex konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha u ħarġet rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni ta’ dawk il-miri.

    (5)

    Bi tweġiba għall-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna, li bdiet fl-24 ta’ Frar 2022, l-Unjoni imponiet miżuri restrittivi li jipprojbixxu lit-trasportaturi tal-ajru Russi, lil kwalunkwe inġenju tal-ajru rreġistrat fir-Russja u lil kwalunkwe inġenju tal-ajru li ma huwiex irreġistrat fir-Russja li huwa proprjetà ta’ kwalunkwe persuna, entità jew korp fiżiku jew ġuridiku Russu jew mikri b’lokazzjoni minnu, jew inkella li huwa kkontrollat minnu, milli jinżel u jitlaq minn territorju tal-Unjoni jew itir minn fuqu. Dawk il-miżuri restrittivi u l-kontromiżuri adottati mir-Russja wasslu għal bidliet fit-traffiku tal-ajru fl-ispazju tal-ajru Ewropew. Ċerti Stati Membri ġew affettwati serjament minn tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta’ titjiriet fuq l-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Madankollu, fil-livell tal-Unjoni kollha, l-impatt osservat fuq l-għadd ta’ titjiriet kien limitat b’kuntrast mat-tnaqqis qawwi tat-traffiku tal-ajru madwar l-Ewropa li rriżulta mit-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19.

    (6)

    Fit-13 ta’ Lulju 2022, Ċipru ressaq abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni għall-RP3 (l-“abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni”) għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

    (7)

    Il-korp ta’ rieżami tal-prestazzjoni, li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, ressaq rapport lill-Kummissjoni, li fih il-parir tiegħu dwar il-valutazzjoni tal-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni.

    (8)

    Skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-miri tal-prestazzjoni lokali inklużi fil-pjan rivedut tal-prestazzjoni abbażi tal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, filwaqt li qieset iċ-ċirkostanzi lokali. Fir-rigward ta’ kull qasam ewlieni tal-prestazzjoni u l-miri tal-prestazzjoni relatati, il-Kummissjoni kkomplementat il-valutazzjoni tagħha billi rrieżaminat l-elementi stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

    (9)

    It-tbassir tat-traffiku bażi tas-Servizz tal-Istatistika u tat-Tbassir tal-Eurocontrol (STATFOR) ippubblikat f’Ġunju 2022 iqis iċ-ċirkostanzi mibdula msemmija fil-premessa (5). Abbażi ta’ dak it-tbassir, il-Kummissjoni tinnota li Ċipru ma huwiex previst li jesperjenza bidliet negattivi fit-traffiku matul l-RP3 bħala riżultat tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna.

    (10)

    Peress li Ċipru ma għandu l-ebda ajruport li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 fir-rigward tal-RP3, ma hemm l-ebda mira tal-prestazzjoni lokali għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal bħala parti mill-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni tiegħu. Għalhekk, is-sejbiet li jinsabu f’din id-Deċiżjoni huma relatati biss mas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route.

    VALUTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    Valutazzjoni tal-miri tal-prestazzjoni fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tas-sikurezza

    (11)

    Fir-rigward tal-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tas-sikurezza, il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-miri mressqa minn Ċipru rigward l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (“ANSPs”) abbażi tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

    (12)

    Il-miri tal-prestazzjoni tas-sikurezza lokali proposti minn Ċipru fir-rigward tal-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, imqassmin skont l-objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza u espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, huma kif ġej:

    Ċipru

    Miri dwar l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, li jvarjaw mil-livell A sa D tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea

    Fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernat

    Objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza

    2022

    2023

    2024

    Miri mal-Unjoni kollha

    (2024)

    CYATS

    Politika u objettivi tas-sikurezza

    C

    C

    C

    C

    Ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza

    D

    D

    D

    D

    Assigurazzjoni tas-sikurezza

    C

    C

    C

    C

    Promozzjoni tas-sikurezza

    C

    C

    C

    C

    Kultura tas-sikurezza

    C

    C

    C

    C

    (13)

    Il-miri tal-prestazzjoni tas-sikurezza proposti minn Ċipru għall-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, jiġifieri s-CYPRUS Air Navigation Services (“CYATS”), huma konformi mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għal kull sena tal-perjodu referenzjarju.

    (14)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-abbozz rivedut tal-prestazzjoni jistabbilixxi miżuri għas-CYATS biex jintlaħqu l-miri tas-sikurezza lokali, bħar-rieżami u l-aġġornament tal-proċessi tal-ġestjoni tat-tibdil, il-linji gwida dwar il-politiki tal-kultura ġusta, u persunal addizzjonali bl-għan li jappoġġa t-twettiq tal-objettivi tas-sikurezza.

    (15)

    Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (12) sa (14), u meta jitqies li l-miri tal-prestazzjoni tas-sikurezza mal-Unjoni kollha stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/891 iridu jintlaħqu sal-aħħar sena tal-RP3, jiġifieri l-2024, jenħtieġ li l-miri inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni jitqiesu konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tas-sikurezza.

    Valutazzjoni tal-miri tal-prestazzjoni fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent

    (16)

    Rigward il-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent, ġiet ivvalutatata l-konsistenza tal-miri mressqa minn Ċipru rigward l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali abbażi tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.2 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għaldaqstant, il-miri proposti fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni tqabblu mal-valuri referenzjarji rilevanti tal-effiċjenza tat-titjir orizzontali en route stabbiliti fil-Pjan ta’ Titjib tan-Network Ewropew tar-Rotot (“ERNIP”) disponibbli fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miri tal-prestazzjoni riveduti mal-Unjoni kollha għall-RP3, jiġifieri fit-2 ta’ Ġunju 2021.

    (17)

    Fir-rigward tas-sena kalendarja 2020, il-mira tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għall-RP3 fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent, li inizjalment ġiet stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/903, qabel it-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, ma ġietx riveduta bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/891, peress li l-perjodu għall-applikazzjoni ta’dik il-mira kien skada u li, b’hekk, l-implimentazzjoni tagħha kienet saret definittiva mingħajr ebda possibbiltà għal aġġustamenti retroattivi. Bl-istess mod, il-miri tal-prestazzjoni tal-ambjent lokali għall-2021 stabbiliti mill-Istati Membri fl-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni mressqa f’Ottubru 2021 ma setgħux jiġu modifikati b’mod retroattiv fl-abbozzi riveduti tal-pjanijiet tal-prestazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-konsistenza tal-miri tal-prestazzjoni tal-ambjent lokali tiġi vvalutata mal-miri tal-prestazzjoni korrispondenti mal-Unjoni kollha fir-rigward tas-snin kalendarji 2022, 2023 u 2024.

    (18)

    Il-miri tal-prestazzjoni fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent proposti minn Ċipru u l-valuri referenzjarji nazzjonali korrispondenti għall-RP3 mill-ERNIP, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali, huma kif ġej:

    Ċipru

    2022

    2023

    2024

    Miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali

    3,84 %

    3,84 %

    3,84 %

    Valuri referenzjarji

    3,84 %

    3,84 %

    3,84 %

    (19)

    Il-Kummissjoni tosserva li l-miri tal-ambjent proposti minn Ċipru huma ugwali għall-valuri referenzjarji nazzjonali korrispondenti għas-snin kalendarji 2022, 2023 u 2024.

    (20)

    Il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni, Ċipru ppreżenta miżuri biex jintlaħqu l-miri tal-prestazzjoni tal-ambjent lokali, li prinċipalment jissodisfaw ir-rekwiżiti legali diġà eżistenti skont id-dritt tal-Unjoni u jinkludu pjan ta’ tranżizzjoni tan-navigazzjoni bbażat fuq il-prestazzjoni sal-2024, l-implimentazzjoni tal-Fażi 1 tal-Ispazju tal-Ajru b’Rotot Liberi ta’ Ċipru (“NICFRA”) f’Marzu 2023 bejn il-livelli tat-titjir 205 u 660, kif ukoll titjib kontinwu tan-network tar-rotot fir-reġjun ta’ informazzjoni dwar it-titjir ta’ Nikosija.

    (21)

    Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (18), (19) u (20), jenħtieġ li l-miri inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni jitqiesu konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent.

    Valutazzjoni tal-miri riveduti tal-prestazzjoni fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità

    (22)

    Fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/728, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miri tal-kapaċità en route proposti inklużi fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021, rigward id-dewmien medju tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (“ATFM”) en route għal kull titjira, ma kinux konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha. Ċipru ppropona miri riveduti tal-kapaċità en route bħala parti mill-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni tiegħu.

    (23)

    Fir-rigward tas-sena kalendarja 2020, il-mira tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għall-RP3 fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità, li inizjalment ġiet stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/903, qabel it-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, ma ġietx riveduta bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/891, peress li l-perjodu għall-applikazzjoni ta’ dik il-mira kien skada u li, b’hekk, l-implimentazzjoni tagħha kienet saret definittiva mingħajr ebda possibbiltà għal aġġustamenti retroattivi. Bl-istess mod, il-miri tal-prestazzjoni tal-kapaċità lokali għall-2021 stabbiliti mill-Istati Membri fl-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni mressqa f’Ottubru 2021 ma setgħux jiġu modifikati b’mod retroattiv fl-abbozzi riveduti tal-pjanijiet tal-prestazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-konsistenza tal-miri tal-prestazzjoni tal-kapaċità lokali tiġi vvalutata mal-miri tal-prestazzjoni korrispondenti mal-Unjoni kollha fir-rigward tas-snin kalendarji 2022, 2023 u 2024.

    (24)

    It-tabella ta’ hawn taħt turi l-abbozzi inizjali għall-RP3 tal-miri tal-prestazzjoni tal-kapaċità en route għaż-żona tal-imposti ta’ Ċipru, kif jinsabu fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021, il-miri riveduti tal-prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni, u l-valuri referenzjarji korrispondenti mill-Pjan Operazzjonali tan-Network disponibbli fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miri tal-prestazzjoni riveduti mal-Unjoni kollha għall-RP3, jiġifieri fit-2 ta’ Ġunju 2021.

    Ċipru

    2022

    2023

    2024

    Miri inizjali tal-kapaċità en route (li jinsabu fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021), espressi f’minuti ta’ dewmien tal-ATFM għal kull titjira

    0,30

    0,40

    0,30

    Miri riveduti tal-kapaċità en route (li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni), espressi f’minuti ta’ dewmien tal-ATFM għal kull titjira

    0,16

    0,15

    0,15

    Valuri referenzjarji

    0,16

    0,15

    0,15

    (25)

    Il-konsistenza tal-miri riveduti tal-kapaċità en route mressqa minn Ċipru ġiet ivvalutata abbażi tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.3 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, billi dawk il-miri tqabblu mal-valuri referenzjarji rilevanti stabbiliti fil-Pjan Operazzjonali tan-Network disponibbli fit-2 ta’ Ġunju 2021. Il-Kummissjoni tosserva li l-miri tal-kapaċità proposti minn Ċipru huma ugwali għall-valuri referenzjarji nazzjonali korrispondenti għas-snin kalendarji 2022, 2023 u 2024.

    (26)

    Il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni, Ċipru ppreżenta miżuri biex jintlaħqu l-miri tal-kapaċità lokali en route. Dawk il-miżuri jinkludu r-reklutaġġ ta’ kontrolluri ġodda tat-traffiku tal-ajru (“ATCOs”) li jippermettu żieda fl-għadd ta’ ekwivalenti full-time ta’ ATCO fis-servizz fiċ-ċentru ta’ kontroll taż-żona. B’mod partikolari, fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni, Ċipru jirrapporta li f’Diċembru 2021 intlaħaq ftehim mal-korpi rappreżentanti tal-persunal sabiex jittejjeb it-taħriġ tal-ATCO u tiżdied il-flessibbiltà tal-ħin tax-xogħol tal-ATCO. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li Ċipru rreveda l-ippjanar inizjali tiegħu tal-ATCOs fl-operat għas-snin kalendarji 2022 u 2023, li rriżulta f’4 FTEs addizzjonali ppjanati għal dawk is-sentejn kalendarji. Barra minn hekk, l-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni jipprevedi investimenti kbar fit-titjib tal-infrastruttura tal-ATM biex jippermetti l-operat ta’ setturi addizzjonali tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, l-implimentazzjoni ta’ programm operazzjonali ta’ eċċellenza f’kooperazzjoni mal-Maniġer tan-Network, miżuri ta’ ristrutturar tal-ispazju tal-ajru u miżuri biex jittejbu l-ġestjoni tal-fluss u tal-kapaċità tat-traffiku tal-ajru.

    (27)

    Il-Kummissjoni tosserva li, meta mqabbel mal-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021, Ċipru ppreżenta miżuri rilevanti addizzjonali għat-titjib fil-kapaċità li huma rakkomandati wkoll fil-Pjan Operazzjonali tan-Network ta’ Settembru 2021.

    (28)

    Wara li qieset l-osservazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni jidhrilha li Ċipru indirizza b’mod adegwat ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/728 fir-rigward tar-reviżjoni tal-miri tal-prestazzjoni tal-kapaċità tiegħu.

    (29)

    Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (24) sa (28), jenħtieġ li l-miri inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni jitqiesu konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità.

    Valutazzjoni tal-miri riveduti tal-prestazzjoni fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza

    (30)

    Il-Kummissjoni kkonkludiet fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/728 li l-miri proposti tal-kosteffiċjenza en route inklużi fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021 ma kinux konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha. Ċipru ppropona miri riveduti tal-kosteffiċjenza en route bħala parti mill-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni tiegħu.

    (31)

    It-tabella ta’ hawn taħt turi l-miri inizjali ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza en route tal-RP3 għaż-żona tal-imposti ta’ Ċipru, kif jinsabu fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021, u l-miri riveduti tal-prestazzjoni korrispondenti li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni mressaq fl-2022.

    Żona tal-imposti en route ta’ Ċipru

    Valur bażi tal-2014

    Valur bażi tal-2019

    2020 - 2021

    2022

    2023

    2024

    Miri inizjali tal-kosteffiċjenza en route (li jinsabu fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021), espressi bħala kost unitarju determinat en route (f’termini reali fil-prezzijiet tal-2017)

    32,94 EUR

    26,61 EUR

    49,85 EUR

    34,14 EUR

    32,52 EUR

    32,26 EUR

    Miri riveduti tal-kosteffiċjenza en route (li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni), espressi bħala kost unitarju determinat en route (f’termini reali fil-prezzijiet tal-2017)

    32,94 EUR

    26,61 EUR

    49,85 EUR

    30,92 EUR

    29,35 EUR

    29,11 EUR

    (32)

    Il-Kummissjoni tosserva li Ċipru rreveda l-miri tal-kosteffiċjenza lokali tiegħu għall-perjodu ta’ żmien mill-2022 sal-2024, li jirriżulta, meta mqabbel mal-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021, f’kost unitarju determinat kumplessiv (“DUC”) li huwa 9.7 % inqas matul dawk is-snin kalendarji u 6.6 % inqas matul l-RP3 kollu kemm hu. Dak it-tnaqqis tad-DUC jirriżulta kemm mit-tbassir tat-traffiku ogħla użat fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni għas-snin kalendarji 2022, 2023 u 2024 kif ukoll mir-reviżjoni ’l isfel tal-kostijiet determinati espressi f’termini reali fil-prezzijiet tal-2017 għal dawk is-snin kalendarji.

    (33)

    Il-bidliet fit-tbassir tat-traffiku għas-snin kalendarji 2022, 2023 u 2024 huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-Kummissjoni tinnota li t-tbassir tat-traffiku użat fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni huwa msejjes fuq it-tbassir bażi tat-traffiku ta’ STATFOR tal-Eurocontrol ta’ Ġunju 2022.

    Żona tal-imposti en route ta’ Ċipru

    2022

    2023

    2024

    Tbassir inizjali tat-traffiku (li jinsab fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021), espress f’eluf ta’ unitajiet ta’ servizzi en route

    1 789

    2 083

    2 169

    Tbassir aġġornat tat-traffiku (li jinsab fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni), espress f’eluf ta’ unitajiet ta’ servizzi en route

    1 837

    2 129

    2 235

    Differenza

    +2,7  %

    +2,2  %

    +3,0  %

    (34)

    Il-kostijiet determinati riveduti għas-snin kalendarji 2022, 2023 u 2024, espressi f’termini reali fil-prezzijiet tal-2017, huma murija fit-tabella ta’ hawn taħt.

    Żona tal-imposti en route ta’ Ċipru

    2022

    2023

    2024

    Kostijiet determinati inizjali f’termini reali fil-prezzijiet tal-2017 (li jinsabu fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021)

    61 M EUR

    68 M EUR

    70 M EUR

    Kostijiet determinati riveduti f’termini reali fil-prezzijiet tal-2017 (li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni)

    57 M EUR

    62 M EUR

    65 M EUR

    Differenza

    -7,0  %

    -7,8 %

    -7,0  %

    (35)

    L-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni jinkludi previżjoni aġġornata tal-inflazzjoni għal Ċipru għas-snin kalendarji 2022, 2023 u 2024, kif deskritt fit-tabella li ġejja.

    Żona tal-imposti en route ta’ Ċipru

    2022

    2023

    2024

    Indiċi tal-inflazzjoni inizjali, bil-bidla mbassra minn sena għal sena fl-inflazzjoni fil-parentesi (data li tinsab fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021)

    102,6

    (0,8  %)

    103,8

    (1,2  %)

    105,3

    (1,4 %)

    Indiċi tal-inflazzjoni rivedut, bil-bidla sena wara sena fl-inflazzjoni fil-parentesi (data li tinsab fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni)

    109,1

    (5,3 %)

    111,6

    (2,3  %)

    113,9

    (2,0 %)

    (36)

    Il-Kummissjoni tosserva li l-kostijiet determinati f’termini nominali ta’ Ċipru għas-snin kalendarji 2022, 2023 u 2024 huma inqas minn dawk fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021, minkejja reviżjoni ’l fuq tal-previżjoni tal-inflazzjoni.

    Żona tal-imposti en route ta’ Ċipru

    2022

    2023

    2024

    Kostijiet determinati inizjali f’termini nominali (li jinsabu fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021)

    62 M EUR

    69 M EUR

    72 M EUR

    Kostijiet determinati riveduti f’termini nominali (li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni)

    60 M EUR

    67 M EUR

    71 M EUR

    Differenza

    -3,1  %

    -3,2  %

    -2,1  %

    (37)

    Il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-miri riveduti tal-kosteffiċjenza proposti minn Ċipru abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-punti 1.4(a), (b) u (c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

    (38)

    Rigward il-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC en route fil-livell taż-żona tal-imposti ta’ +2,3 % matul l-RP3 hija anqas mix-xejra mal-Unjoni kollha ta’ +1,0 % matul l-istess perjodu. Il-Kummissjoni tinnota li madankollu dan jikkostitwixxi titjib mix-xejra tad-DUC ta’ +4,9 % ikkalkolata abbażi tal-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni mressqa fl-2021.

    (39)

    Rigward il-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra fit-tul tad-DUC en route fil-livell taż-żona tal-imposti matul l-RP2 u l-RP3 ta’ -1,4 % tisboq ix-xejra fit-tul mal-Unjoni kollha ta’ -1,3 % matul l-istess perjodu. Il-Kummissjoni tinnota li dan jikkostitwixxi titjib mix-xejra fit-tul tad-DUC ta’ -0,2 % ikkalkolata abbażi tal-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021.

    (40)

    Rigward il-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-valur ta’ bażi għad-DUC ta’ EUR 26,61 ta’ Ċipru, espressi fil-prezzijiet tal-2017, huwa 4,7 % inqas mill-valur ta’ bażi medju ta’ EUR 27,91, espress fil-prezzijiet tal-2017, tal-grupp komparatur rilevanti.

    (41)

    Kif speċifikat fil-premessa (39), il-miri riveduti tal-kosteffiċjenza ta’ Ċipru jirriżultaw f’xejra fit-tul tad-DUC li tisboq ix-xejra korrispondenti mal-Unjoni kollha. Barra minn hekk, id-DUC rivedut ta’ Ċipru għall-2024 huwa inqas mill-valur ta’ bażi għall-2014, li juri tnaqqis tad-DUC matul l-RP2 u l-RP3. B’referenza għall-premessa (40), Ċipru juri prestazzjoni tajba tal-kosteffiċjenza fir-rigward tal-valur ta’ bażi għall-2019, li huwa inqas mill-medja tal-grupp komparatur korrispondenti. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni tiegħu, Ċipru naqqas il-kostijiet determinati għall-RP3 kemm f’termini reali kif ukoll nominali, filwaqt li qed jippjana li jservi traffiku addizzjonali abbażi tal-previżjoni aġġornata tat-traffiku għall-RP3. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li d-devjazzjoni mix-xejra tad-DUC għall-RP3 mal-Unjoni kollha msemmija fil-premessa (38) ma tipprekludix l-istabbiliment ta’ konsistenza mal-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza mal-Unjoni kollha fir-rigward ta’ Ċipru.

    (42)

    Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li Ċipru indirizza b’mod adegwat ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/728 fir-rigward tar-reviżjoni tal-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza tiegħu.

    (43)

    Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (31) sa (42), jenħtieġ li l-miri inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni jitqiesu konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza.

    KONKLUŻJONIJIET

    (44)

    Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li l-miri tal-prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-miri tal-prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq minn Ċipru, skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, u elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/891.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Ċipru.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Adina-Ioana VĂLEAN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)   ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

    (2)   ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1.

    (3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/903 tad-29 ta’ Mejju 2019 li tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu ta’ referenza li jibda fl-1 ta’ Jannar 2020 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2024 (ĠU L 144, 3.6.2019, p. 49).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1627 tat-3 ta’ Novembru 2020 dwar miżuri eċċezzjonali għat-tielet perjodu ta’ referenza (2020-2024) tal-iskema ta’ prestazzjoni u imposti tal-ajru uniku Ewropew minħabba l-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 366, 4.11.2020, p. 7).

    (5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/891 tat-2 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni riveduti mal-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu referenzjarju (2020-2024) u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/903 (ĠU L 195, 3.6.2021, p. 3).

    (6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/728 tat-13 ta’ April 2022 dwar l-inkonsistenza ta’ ċerti miri tal-prestazzjoni li jinsabu fl-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni tal-blokok ta’ spazju tal-ajru nazzjonali u funzjonali ppreżentati mill-Belġju, mill-Ġermanja, mill-Greċja, minn Franza, minn Ċipru, mil-Latvja, mil-Lussemburgu, minn Malta, min-Netherlands, mir-Rumanija, u mill-Iżvezja skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju u li tistabbilixxi rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni ta’ dawk il-miri (ĠU L 135, 12.5.2022, p. 4).


    ANNESS

    Miri tal-prestazzjoni inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq minn Ċipru skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, li nstabu konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju

    QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAS-SIKUREZZA

    Effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza

    Ċipru

    Miri dwar l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, li jvarjaw mil-livell A sa D tal-EASA

    Fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernat

    Objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza

    2022

    2023

    2024

    CYATS

    Politika u objettivi tas-sikurezza

    C

    C

    C

    Ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza

    D

    D

    D

    Assigurazzjoni tas-sikurezza

    C

    C

    C

    Promozzjoni tas-sikurezza

    C

    C

    C

    Kultura tas-sikurezza

    C

    C

    C

    QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-AMBJENT

    Effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali

    Ċipru

    2022

    2023

    2024

    Miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali

    3,84 %

    3,84 %

    3,84 %

    QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ

    Dewmien medju tal-ATFM en route f’minuti għal kull titjira

    Ċipru

    2022

    2023

    2024

    Miri riveduti tal-kapaċità en route, espressi f’minuti ta’ dewmien tal-ATFM għal kull titjira

    0,16

    0,15

    0,15

    QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA

    Kost unitarju determinat għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route

    Żona tal-imposti en route ta’ Ċipru

    Valur bażi tal-2014

    Valur bażi tal-2019

    2020 - 2021

    2022

    2023

    2024

    Miri riveduti tal-kosteffiċjenza en route, espressi bħala kost unitarju determinat en route (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2017)

    32,94 EUR

    26,61 EUR

    49,85 EUR

    30,92 EUR

    29,35 EUR

    29,11 EUR


    Top