Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2412

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2412 tat-8 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

ST/14921/2022/INIT

ĠU L 317, 9.12.2022, p. 122–128 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2412/oj

9.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/122


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2412

tat-8 ta’ Diċembru 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK (1).

(2)

Fit-12 ta’ Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2231 (2) b’reazzjoni għat-tfixkil tal-proċess elettorali u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem marbut miegħu fir- Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/2231 emendat id-Deċiżjoni 2010/788/PESK u introduċiet miżuri restrittivi addizzjonali fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK.

(3)

Wara rieżami tal-miżuri restrittivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, u b’kont meħud tal-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem, l-instabbiltà u l-insigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġġeddu sat-12 ta’ Diċembru 2023.

(4)

Jenħtieġ ukoll li jiġu emendati d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet fir-rigward ta’ ċerti persuni elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/788/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/788/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2) għandhom japplikaw sat-12 ta’ Diċembru 2023. Huma għandhom jiġġeddu, jew jiġu emendati kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħhom ma jkunux intlaħqu.”;

(2)

L-Anness II huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

V. RAKUŠAN


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 336I, 12.12.2016, p. 7).


ANNESS

“ANNESS II

LISTA TA’ PERSUNI FIŻIĊI JEW ĊURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(2)

A.

Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

1

Ilunga KAMPETE

magħruf ukoll bħala Gaston Hughes Ilunga Kampete; Hugues Raston Ilunga Kampete

Data tat-twelid: 24.11.1964

Post tat-twelid: Lubumbashi, DRC

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-karta tal-identità militari: 1-64-86-22311-29

Indirizz: 69, avenue Nyangwile, Kinsuka Mimosas, Kinshasa/Ngaliema, DRC

Sess: Raġel

Bħala Kmandant tal-Gwardja Repubblikana (GR) sa April 2020, Ilunga Kampete kien responsabbli għall-unitajiet tal-GR skjerati fuq l-art u involuti fl-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

Huwa kien ukoll responsabbli għar-repressjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn aġenti tal-GR, bħar-repressjoni vjolenti ta’ manifestazzjoni tal-oppożizzjoni f’Lubumbashi f’Diċembru 2018.

Minn Lulju 2020, huwa suldat ta’ livell għoli, bħala Logutenent Ġenerali fil-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) u Kmandant tal-bażi militari ta’ Kitona fil-provinċja ta’ Kongo Central. Skont il-funzjonijiet tiegħu huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

Ilunga Kampete kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

2

Gabriel Amisi KUMBA

magħruf ukoll bħala Gabriel Amisi Nkumba; ‘Tango Fort’; ‘Tango Four’

Data tat-twelid: 28.5.1964

Post tat-twelid: Malela, DRC

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-karta tal-identità militari: 1-64-87-77512-30

Indirizz: 22, avenue Mbenseke, Ma Campagne, Kinshasa/Ngaliema DRC

Sess: Raġel

Eks Kmandant tal-ewwel żona tad-difiża tal-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) li ħadu sehem fl-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

Gabriel Amisi Kumba kien Viċi Kap tal-Persunal tal-FARDC inkarigat mill-operazzjonijiet u l-intelligence minn Lulju 2018 sa Lulju 2020.

Minn dak iż-żmien, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ Spettur Ġenerali tal-FARDC. Minħabba l-funzjonijiet għolja tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

Gabriel Amisi Kumba kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

3

Célestin KANYAMA

magħruf ukoll bħala Kanyama Tshisiku Celestin; Kanyama Celestin Cishiku Antoine; Kanyama Cishiku Bilolo Célestin; ‘Esprit de mort’

Data tat-twelid: 4.10.1960

Post tat-twelid: Kananga, DRC

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-passaport tar-RDK: OB0637580 (validu mill-20.5.2014 sad-19.5.2019)

Viża ta’ Schengen bin-numru 011518403, maħruġa fit-2.7.2016

Indirizz: 56, avenue Usika, Kinshasa/Gombe, DRC

Sess: Raġel

Bħala Kummissarju tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC), Célestin Kanyama kien responsabbli għall-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

F’Lulju 2017, Célestin Kanyama nħatar Direttur Ġenerali tal-iskejjel ta’ taħriġ tal-PNC.

F’Ottubru 2018, meta kien iservi f’dik il-kariga, uffiċjali tal-pulizija intimidaw u ċaħħdu lill-ġurnalisti mil-libertà wara l-pubblikazzjoni ta’ sensiela ta’ artikli dwar il-miżapproprjazzjoni tar-razzjonijiet tal-kadetti tal-pulizija u r-rwol li Célestin Kanyama kellu f’dawn l-avvenimenti.

Minħabba r-rwol tiegħu bħala uffiċjal anzjan tal-PNC, rwol li għad għandu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-PNC. Célestin Kanyama kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

12.12.2016

4

John NUMBI

magħruf ukoll bħala John Numbi Banza Tambo; John Numbi Banza Ntambo; Tambo Numbi

Data tat-twelid: 16.8.1962

Post tat-twelid: Jadotville-Likasi-Kolwezi, DRC

Nazzjonalità: RDK

Indirizz: 5, avenue Oranger, Kinshasa/Gombe, DRC

Sess: Raġel

John Numbi kien l-Ispettur Ġenerali tal-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) minn Lulju 2018 sa Lulju 2020. Minħabba r-rwol tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC bejn Lulju 2018 u Lulju 2020, bħal vjolenza sproporzjonata kontra minaturi illegali minn Ġunju sa Lulju 2019 minn truppi tal-FARDC taħt l-awtorità diretta tiegħu.

John Numbi kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Sal-bidu tal-2021, John Numbi kellu pożizzjoni ta’ influwenza fl-FARDC, speċjalment f’Katanga, fejn ġie rrappurtat ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

John Numbi għadu theddida għas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK, speċjalment f’Katanga.

12.12.2016

5

Evariste BOSHAB

magħruf ukoll bħala Evariste Boshab Mabub Ma Bileng

Data tat-twelid: 12.1.1956

Post tat-twelid: Tete Kalamba, DRC

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-passaport diplomatiku: DP0000003 (validu mill-21.12.2015 sal-20.12.2020)

Il-viża ta’ Schengen skadiet fil-5.1.2017

Indirizz: 3, avenue du Rail, Kinshasa/Gombe, DRC

Sess: Raġel

Fil-kapaċità tiegħu ta’ Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà minn Diċembru 2014 sa Diċembru 2016, Evariste Boshab kien uffiċjalment responsabbli għall-pulizija u s-servizzi ta’ sigurtà u għall-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F’din il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-arrest ta’ attivisti u ta’ membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, inkluż bejn Settembru 2016 u Diċembru 2016 b’reazzjoni għad-dimostrazzjonijiet f’Kinshasa, li wassal biex għadd kbir ta’ ċivili nqatlu jew indarbu mis-servizzi ta’ sigurtà.

Evariste Boshab kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Evariste Boshab kellu wkoll rwol fl-isfruttament u fl-aggravament tal-kriżi fir-reġjun ta’ Kasai, fejn huwa għandu pożizzjoni ta’ influwenza, b’mod partikolari minn mindu sar is-Senatur ta’ Kasai f’Marzu 2019.

29.5.2017

6

Alex Kande MUPOMPA

magħruf ukoll bħala Alexandre Kande Mupomba; Kande-Mupompa

Data tat-twelid: 23.9.1950

Post tat-twelid: Kananga, DRC

Nazzjonalità: RDK u Belġjana

Numru tal-passaport tar-RDK: PO0024910 (validu mill-21.3.2016 sal-20.3.2021)

Indirizzi: Messidorlaan 217/25, 1180 Uccle, Belgium

1, avenue Bumba, Kinshasa/Ngaliema, DRC

Sess: Raġel

Bħala Gvernatur ta’ Kasai Central sa Ottubru 2017, Alex Kande Mupompa kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza, repressjoni vjolenti għal każijiet ta’ qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC) f’Kasai Central minn Awwissu 2016, inkluż qtil fit-territorju ta’ Dibaya fi Frar 2017.

Alex Kande Mupompa kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Alex Kande Mupompa kellu wkoll rwol fl-isfruttament u l-aggravament tal-kriżi fir-reġjun ta’ Kasai, reġjun li kien rappreżentant tiegħu sa Ottubru 2019 u li fih huwa għandu pożizzjoni ta’ influwenza permezz tal-Congrès des alliés pour l’action au Congo (CAAC), li huwa parti mill-gvern provinċjali ta’ Kasai.

29.5.2017

7

Éric RUHORIMBERE

magħruf ukoll bħala Eric Ruhorimbere Ruhanga; ‘Tango Two’; ‘Tango Deux’

Data tat-twelid: 16.7.1969

Post tat-twelid: Minembwe, DRC

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-karta tal-identità militari: 1-69-09-51400-64

Numru tal-passaport tar-RDK: OB0814241

Indirizz: Mbujimayi, Provinċja ta’ Kasai, DRC

Sess: Raġel

Bħala Viċi Kmandant tal-21 reġjun militari minn Settembru 2014 sa Lulju 2018, Éric Ruhorimbere kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u għal każijiet ta’ qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-forzi tal- Forzi Armati Kongoliżi (FARDC), b’mod partikolari kontra l-milizzja Nsapu u kontra nisa u tfal.

Éric Ruhorimbere ilu l-Kmandant tas-settur operattiv ta’ Nord Equateur minn Lulju 2018. Minħabba r-rwol tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

Éric Ruhorimbere kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

29.5.2017

8

Emmanuel Ramazani SHADARY

magħruf ukoll bħala Emmanuel Ramazani Shadari Mulanda; Shadary

Data tat-twelid: 29.11.1960

Post tat-twelid: Kasongo, DRC

Nazzjonalità: RDK

Indirizz: 28, avenue Ntela, Mont Ngafula, Kinshasa, DRC

Sess: Raġel

Bħala Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà sa Frar 2018, Emmanuel Ramazani Shadary kien uffiċjalment responsabbli għall-pulizija u s-servizzi tas-sigurtà u għall-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F’din il-kapaċità, kien responsabbli għall-arresti ta’ attivisti u membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, bħall-miżuri ta’ repressjoni vjolenti ta’ membri tal-moviment Bundu Dia Kongo (BDK) fil-Kongo Ċentrali, ir-repressjoni f’Kinshasa minn’ Jannar sa Frar 2017 u l-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti fil-provinċji ta’ Kasai.

F’din il-kapaċità, Emmanuel Ramazani Shadary kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

Minn Frar 2018, Emmanuel Ramazani Shadary ilu segretarju permanenti tal-Parti du peuple pour la reconstruction et le développement (PPRD), li sa Diċembru 2020 kien il-partit ewlieni fil-koalizzjoni taħt l-eks President Joseph Kabila.

F’dik il-kapaċità, f’Lulju 2022 huwa ddikjara li l-PPRD kien lest li jmur għall-elezzjonijiet presidenzjali fl-2023.

29.5.2017

9

Kalev MUTONDO

magħruf ukoll bħala Kalev Katanga Mutondo; Kalev Motono; Kalev Mutundo; Kalev Mutoid; Kalev Mutombo; Kalev Mutond; Kalev Mutondo Katanga; Kalev Mutund

Data tat-twelid: 3.3.1957

Nazzjonalità: RDK

Numru tal-passaport tar-RDK: DB0004470 (validu mit-8.6.2012 sas-7.6.2017)

Indirizz: 24, avenue Ma Campagne, Kinshasa, DRC

Sess: Raġel

Bħala l-Kap tas-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali (ANR) sa Frar 2019, Kalev Mutondo kien involut fl-arrest arbitrarju, id-detenzjoni u t-trattament ħażin ta’ membri tal-oppożizzjoni, attivisti tas-soċjetà ċivili u oħrajn, u responsabbli għal dawn l-atti.

Kalev Mutondo kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

F’Mejju 2019, huwa ffirma dikjarazzjoni ta’ lealtà passata u futura lejn Joseph Kabila, lejn min jibqa’ assoċjat mill-qrib.

Sal-bidu tal-2021, Kalev Mutondo kellu livell għoli ta’ influwenza politika, fir-rwol tiegħu bħala ‘konsulent politiku’ tal-Prim Ministru tar-RDK.

Huwa allegat li għad għandu influwenza f’xi partijiet tal-forzi tas-sigurtà.

29.5.2017

B.

Entitajiet


Top