Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2097

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/2097 tas-27 ta’ Ottubru 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tat-Taħriġ Speċjali għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) (EUMAM Ukraine/2/2022)

    ST/13934/2022/INIT

    ĠU L 281, 31.10.2022, p. 72–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2097/oj

    31.10.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 281/72


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/2097

    tas-27 ta’ Ottubru 2022

    dwar il-ħatra tal-Kmandant tat-Taħriġ Speċjali għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) (EUMAM Ukraine/2/2022)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1968 tas-17 ta’ Ottubru 2022 dwar Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1968 dwar Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine).

    (2)

    L-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/1968 jipprevedi li Stat Membru għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni Kmand ta’ Taħriġ Speċjali (ST-C) multinazzjonali li għandu jmexxi attivitajiet ta’ taħriġ fit-territorju tiegħu.

    (3)

    Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/1968, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-ħatra tal-Kmandanti tal-UE għall-EUMAM Ukraine, inkluż il-Kmandant tat-Taħriġ Speċjali.

    (4)

    Fil-21 ta’ Ottubru 2022, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Logutenent Ġeneral Andrea MARLOW bħala l-Kmandant tat-Taħriġ Speċjali.

    (5)

    Fl-24 ta’ Ottubru 2022, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

    (6)

    Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Logutenent Ġeneral Andreas MARLOW bħala l-Kmandant tat-Taħriġ Speċjali għall-EUMAM Ukraine mis-27 ta’ Ottubru 2022,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Logutenent Ġeneral Andreas MARLOW huwa b’dan maħtur Kmandant tat-Taħriġ Speċjali għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) mis-27 ta’ Ottubru 2022.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2022.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    D. PRONK


    (1)  ĠU L 270, 18.10.2022, p. 85.


    Top