Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1846

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1846. tad-29 ta’ Settembru 2022 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius

    ST/5657/2022/INIT

    ĠU L 256, 4.10.2022, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1846/oj

    Related international agreement

    4.10.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 256/3


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1846.

    tad-29 ta’ Settembru 2022

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/614 (2), il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (3) (“il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri”) ġie iffirmat fil-5 ta’ April 2022, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

    (2)

    L-objettivi tal--Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri huma li jippermettu lill-Unjoni u r-Repubblika ta’ Mauritius jkomplu jaħdmu flimkien biex jippromwovu politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Mauritius u li jippermetti lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom f’dawn l-ilmijiet.

    (3)

    Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri jenħtieġ li jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fil-punt (10) tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri. (4)

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. SÍKELA


    (1)  Approvazzjoni tat-13 ta’ Settembru 2022.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/614 tal-11 ta’ Frar 2022 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (ĠU L 115, 13.4.2022, p. 43).

    (3)  ĠU L 115, 13.4.2022, p. 45.

    (4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top