This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1664
Council Decision (EU) 2022/1664 of 20 September 2022 on the conclusion on behalf of the Union of the Framework Agreement between the European Union and its Member States, of the one part, and Australia, of the other part
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1664 tal-20 ta’ Settembru 2022 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1664 tal-20 ta’ Settembru 2022 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra
ST/15467/2016/INIT
ĠU L 255, 3.10.2022, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1664/oj
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 255/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1664
tal-20 ta’ Settembru 2022
dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 u l-Artikolu 212(1), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mill-Kummissjoni Ewropea u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1546 (2), il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fis-7 ta’ Awwissu 2017, u xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu qiegħdin jiġu applikat fuq bażi provviżorja skont l-Artikolu 61 tal-Ftehim, sakemm jiħdol fis-seħħ. |
(2) |
L-objettiv tal-Ftehim huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni fuq spettru wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika, li jinkludu d-drittijiet tal-bniedem, in-nonproliferazzjoni tal-armi tal-qerda massiva, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ekonomiċi u kummerċjali, is-saħħa, l-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-enerġija, l-edukazzjoni, il-kultura, ix-xogħol, il-ġestjoni tad-diżastri, is-sajd u l-affarijiet marittimi, it-trasport, il-kooperazzjoni legali u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, l-iffinanzjar tat-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni. |
(3) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (3).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim (4).
Artikolu 3
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għandu jippresjedi b’mod konġunt il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 56 tal-Ftehim.
L-Unjoni jew, skont kif ikun il-każ, l-Unjoni u l-Istati Membri, għandhom ikunu rrappreżentati fil-Kumitat Konġunt, skont is-suġġett.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) Kunsens tat-18 ta’ April 2018 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1546 tad-29 ta’ Settembru 2016 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (ĠU L 237, 15.9.2017, p. 5).
(3) Il-Ftehim ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 237, 15.9.2017, p. 7) flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tiegħu.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.