This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1216(01)
Decision 2022/C 478/09
Deċiżjoni 2022/C 478/09
Deċiżjoni 2022/C 478/09
ĠU C 478, 16.12.2022, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 478/22 |
DEĊIŻJONI
(2022/C 478/09)
IS-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-PARLAMENT EWROPEW
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), kif emendat b’mod partikolari bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 30 tar-Regolamenti tal-Persunal;
Wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Jannar 2014 dwar id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra (AIPN) u tal-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta’ impjieg (AECE);
Wara li kkunsidra l-iskadenza fil-31 ta’ Diċembru 2022 tal-listi ta’ riżerva u l-listi tal-kandidati tal-Parlament Ewropew li ġejjin: PE/168/S, PE/171/S, PE/186/S, PE/219/S, PE/226/S — 1, PE/226/S — 2, PE/226/S — 3, PE/226/S — 4, PE/227/S, AD/1/16, AD/2/16 (P), AD/2/18, AST/1/13, AST/2/16 (P), AST/1/17;
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Konġunt mogħtija waqt il-laqgħat tiegħu tad-19 ta’ Ottubru u s-16 ta’ Novembru 2022;
IDDEĊIEDA:
Artikolu 1
Il-perjodu tal-validità tal-listi ta’ riżerva u l-listi tal-kandidati li ġejjin:
PE/168/S, PE/186/S, PE/226/S — 1, PE/226/S — 2, PE/226/S — 3, PE/226/S — 4, PE/227/S, AD/1/16, AD/2/16 (P), AST/1/13 u AST/1/17 huwa estiż sal-31 ta’ Diċembru 2023.
Artikolu 2
Il-perjodu tal-validità tal-listi ta’ riżerva u l-listi tal-kandidati li ġejjin:
PE/171/S, PE/219/S, AD/2/18 u AST/2/16 (P) mhuwiex estiż.
Il-Lussemburgu, is-6 ta’ Diċembru 2022.
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri partikolari li huma temporanjament applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ impjegati oħra) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1)