This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1164
Decision (EU) 2022/1164 of the European Parliament and of the Council of 23 June 2022 on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund for Displaced Workers following an application from France (EGF/2022/001 FR/Air France)
Deċiżjoni (UE) 2022/1164 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni minn Franza (EGF/2022/001 FR/Air France)
Deċiżjoni (UE) 2022/1164 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni minn Franza (EGF/2022/001 FR/Air France)
ĠU L 179, 6.7.2022, p. 45–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/45 |
DEĊIŻJONI (UE) 2022/1164 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ Ġunju 2022
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni minn Franza (EGF/2022/001 FR/Air France)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssenjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (2), u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-objettivi tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) għandu l-għan li juri solidarjetà u li jippromwovi impjiegi deċenti u sostenibbli fl-Unjoni billi jipprovdi appoġġ għall-ħaddiema ssensjati u għal dawk li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet fil-każ ta’ avvenimenti kbar ta’ ristrutturar u billi jgħinhom isibu xogħol deċenti u sostenibbli mill-aktar fis possibbli. |
(2) |
Il-FEG ma jridx jaqbeż l-ammont annwali massimu ta’ EUR 186 000 000 (prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3). |
(3) |
Fil-21 ta’ Jannar 2022, Franza ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward tas-sensji tal-ħaddiema ta’ Air France fi Franza. Din l-applikazzjoni ġiet issupplimentata b’informazzjoni addizzjonali mogħtija f’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2021/691. Hija tikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/691. |
(4) |
Għalhekk, il-FEG jenħtieġ li jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 17 742 607 fir-rigward tal-applikazzjoni mressqa minn Franza. |
(5) |
Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, jenħtieġ li din id-deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja tal-2022, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi l-ammont ta’ EUR 17 742 607 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mit-23 ta’ Ġunju 2022.
Magħmul fi Brussel, it-23 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
F. RIESTER
(1) ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(3) Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).