This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D0936
Council Decision (EU) 2022/936 of 13 June 2022 on the position to be taken on behalf of the European Union at the 14th meeting of the Committee of Technical Experts of the Intergovernmental Organisation for International Carriage by Rail (OTIF) as regards the modification of the uniform technical prescriptions concerning telematics applications for freight and the revision of Annex B to the ATMF Uniform Rules on derogations, and in the written procedure of the Revision Committee of OTIF as regards the modification of the ATMF Uniform Rules
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/936 tat-13 ta’ Ġunju 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fl-14-il laqgħa tal-Kumitat ta’ Esperti Tekniċi tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) fir-rigward tal-modifika tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-applikazzjonijiet telematiċi għat-trasport tal-merkanzija u r-reviżjoni tal-Anness B tar-Regoli Uniformi tal-ATMF dwar id-derogi, u fil-proċedura bil-miktub tal-Kumitat ta’ Reviżjoni tal-OTIF fir-rigward tal-modifika tar-Regoli Uniformi tal-ATMF
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/936 tat-13 ta’ Ġunju 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fl-14-il laqgħa tal-Kumitat ta’ Esperti Tekniċi tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) fir-rigward tal-modifika tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-applikazzjonijiet telematiċi għat-trasport tal-merkanzija u r-reviżjoni tal-Anness B tar-Regoli Uniformi tal-ATMF dwar id-derogi, u fil-proċedura bil-miktub tal-Kumitat ta’ Reviżjoni tal-OTIF fir-rigward tal-modifika tar-Regoli Uniformi tal-ATMF
ST/9552/2022/INIT
ĠU L 162, 17.6.2022, p. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/936
tat-13 ta’ Ġunju 2022
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fl-14-il laqgħa tal-Kumitat ta’ Esperti Tekniċi tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) fir-rigward tal-modifika tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-applikazzjonijiet telematiċi għat-trasport tal-merkanzija u r-reviżjoni tal-Anness B tar-Regoli Uniformi tal-ATMF dwar id-derogi, u fil-proċedura bil-miktub tal-Kumitat ta’ Reviżjoni tal-OTIF fir-rigward tal-modifika tar-Regoli Uniformi tal-ATMF
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Unjoni ssieħbet fil-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta’ Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta’ Vilnius tat-3 ta’ Ġunju 1999 (COTIF) permezz tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta’ Mejju 1980, kif emendata bil-Protokoll ta’ Vilnius tat-3 ta’ Ġunju 1999 (1). |
(2) |
Skont l-Artikolu 13 § 1, il-punt f), tal-COTIF, ġie stabbilit il-Kumitat ta’ Esperti Tekniċi (“CTE”) tal-OTIF. |
(3) |
Skont l-Artikolu 20 § 1, il-punt b), tal-COTIF, u f’konformità mal-Artikolu 6 tal-Appendiċi F tal-COTIF dwar ir-Regoli Uniformi dwar il-Validazzjoni tal-Istandards Tekniċi u l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi applikabbli għall-Materjal Ferrovjarju maħsub biex jintuża fit-Traffiku Internazzjonali, is-CTE huwa kompetenti biex jadotta jew jemenda, inter alia, il-Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi (“UTP”) dwar l-applikazzjonijiet telematiċi għall-merkanzija (“UTP TAF”). |
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 20 § 1, il-punt e), tal-COTIF u l-Artikoli 7a u 21 tal-Appendiċi G tal-COTIF dwar Regoli Uniformi li jirrigwardaw l-Ammissjoni Teknika ta’ Materjal tal-Ferroviji użat fit-Traffiku Internazzjonali (“ir-Regoli Uniformi tal-ATMF”), is-CTE huwa kompetenti biex jadotta jew jemenda l-Anness B tar-Regoli Uniformi tal-ATMF dwar id-derogi mill-applikazzjoni tal-UTP. |
(5) |
Is-CTE inkluda, fl-aġenda għall-14-il sessjoni tiegħu, li se ssir fl-14 u l-15 ta’ Ġunju 2022, proposta għal deċiżjonijiet biex tiġi emendata l-UTP TAF u r-reviżjoni tal-Anness B tar-Regoli Uniformi tal-ATMF dwar id-derogi mill-applikazzjoni tal-UTP. |
(6) |
L-objettivi tad-deċiżjoni tas-CTE previsti huma li jallinjaw il-UTP TAF mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/541 (2) u li jallinjaw l-Anness B tar-Regoli Uniformi tal-ATMF tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(7) |
Il-Kumitat ta’ Reviżjoni stabbilit f’konformità mal-Artikolu 13§ 1, il-punt c), tal-COTIF (il-“Kumitat ta’ Reviżjoni”), huwa mistenni li jwettaq proċedura bil-miktub biex jiddeċiedi dwar l-emenda tal-Artikolu 3a § 5 u l-Artikolu 15 § 2 tar-Regoli Uniformi tal-ATMF. |
(8) |
L-objettiv tad-deċiżjoni prevista tal-Kumitat ta’ Reviżjoni huwa li jallinja r-Regoli Uniformi tal-ATMF mad-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(9) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fis-CTE u, fir-rigward tar-reviżjoni tar-Regoli Uniformi tal-ATMF, fil-Kumitat ta’ Reviżjoni, peress li d-deċiżjonijiet proposti se jkunu vinkolanti fuq l-Unjoni. |
(10) |
Id-deċiżjonijiet previsti tal-OTIF huma f’konformità mal-liġi u mal-objettivi strateġiċi tal-Unjoni, billi jikkontribwixxu għall-allinjament tal-leġiżlazzjoni tal-OTIF mad-dispożizzjonijiet ekwivalenti tal-liġi tal-Unjoni, u għalhekk jenħtieġ li jiġu appoġġati mill-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fl-14-il sessjoni tas-CTE tal-OTIF fir-rigward tal-modifika tal-UTP TAF u r-reviżjoni tal-Anness B tar-Regoli Uniformi tal-ATMF fir-rigward tad-derogi mill-applikazzjoni tal-UTP għandha tkun kif ġej:
(1) |
li ssir votazzjoni favur il-proposta tas-CTE biex tiġi aġġornata l-UTP TAF (dokument ta’ ħidma tas-CTE TECH-22004-CTE14); |
(2) |
li ssir votazzjoni favur il-proposta tas-CTE biex jiġi aġġornat l-Anness B tar-Regoli Uniformi tal-ATMF dwar id-derogi mill-applikazzjoni tal-UTP (dokument ta’ ħidma tas-CTE TECH-22005-CTE14). |
Artikolu 2
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-proċedura bil-miktub tal-Kumitat ta’ Reviżjoni fir-rigward tar-reviżjoni parzjali tar-Regoli Uniformi tal-ATMF għandha tkun li tivvota favur il-proposta tas-CTE li għandhom jiġu emendati l-Artikolu 3a § 5 u l-Artikolu 15 § 2 tar-Regoli Uniformi tal-ATMF (dokument ta’ ħidma TECH-22019-CTE14-7).
Artikolu 3
Ladarba jiġu adottati, id-deċiżjonijiet tas-CTE u tal-Kumitat ta’ Reviżjoni għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li tiġi indikata d-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. FESNEAU
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/541 tas-26 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2014 fir-rigward tas-simplifikazzjoni u t-titjib tal-kalkolu u l-iskambju tad-data u l-aġġornament tal-proċess tal-Ġestjoni tal-Kontroll tat-Tibdil (ĠU L 108, 29.3.2021, p. 19).
(3) Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).
(4) Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102).