This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D0691
Commission Implementing Decision (EU) 2022/691 of 28 April 2022 amending Implementing Decision (EU) 2016/2323 establishing the European List of ship recycling facilities pursuant to Regulation (EU) No 1257/2013 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/691 tat-28 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/2575
ĠU L 128, 2.5.2022, p. 84–100
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32016D2323 | Sostituzzjoni | anness | 22/05/2022 |
2.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 128/84 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/691
tat-28 ta’ April 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 jeħtieġ li s-sidien tal-bastimenti jiżguraw li l-bastimenti li jkunu se jiġu riċiklati, ikunu riċiklati biss f’faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li huma inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (“il-Lista Ewropea”) ippubblikata skont l-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Il-Lista Ewropea hija stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 (2). |
(3) |
In-Netherlands għarrfu lill-Kummissjoni li DECOM Amsterdam B.V., faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fit-territorju tagħhom, ġiet awtorizzata mill-awtorità kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. In-Netherlands ipprovdew lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha biex dik il-faċilità tiġi inkluża fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tinkludi dik il-faċilità. |
(4) |
L-awtorizzazzjoni ta’ Navalria - Docas, Construções e Reparações Navais, faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fil-Portugall, skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2021 u l-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mill-Portugall li l-proċess għat-tiġdid ta’ din l-awtorizzazzjoni għadu għaddej. Għalhekk, il-faċilità attwalment ma tissodisfax ir-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex titneħħa dik il-faċilità. |
(5) |
L-awtorizzazzjoni ta’ Grand Port Maritime de Bordeaux u GARDET & DE BEZENAC Recycling, żewġ faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Franza, skadiet fil-21 ta’ Ottubru 2021 u fit-30 ta’ Diċembru 2021, rispettivament. Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni minn Franza li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lil dawk il-faċilitajiet biex iwettqu r-riċiklaġġ tal-bastimenti ġew imġedda qabel l-iskadenza tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Għalhekk, jenħtieġ li d-data ta’ skadenza tal-inklużjoni ta’ dawk il-faċilitajiet fil-Lista Ewropea tiġi aġġornata. |
(6) |
Il-Kummissjoni rċeviet żewġ applikazzjonijiet, f’konformità mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għal Dales Marine Services Ltd u Kishorn Port Ltd, żewġ faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f’partijiet oħra tar-Renju Unit għajr l-Irlanda ta’ Fuq, li għandhom jiġu inklużi fil-Lista Ewropea. Wara li vvalutat l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn li ngħataw jew li nġabru f’konformità mal-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tqis li l-faċilitajiet jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament biex iwettqu riċiklaġġ tal-bastimenti u biex jiġu inklużi fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tinkludi dawk il-faċilitajiet. |
(7) |
Spanja infurmat lill-Kummissjoni dwar il-bidliet li jikkonċernaw id-dettalji ta’ kuntatt u l-metodu ta’ riċiklaġġ applikat fil-faċilità DESGUACE INDUSTRIAL Y NAVAL, S.L.U. (DINA), li tinsab fit-territorju tagħha. Barra minn hekk, hija infurmat lill-Kummissjoni dwar il-bidliet li jikkonċernaw il-proċess għall-approvazzjoni tal-pjanijiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti fi Spanja. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tirrifletti dawn il-bidliet. |
(8) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 tiġi emendata skont dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 tad-19 ta’ Diċembru 2016 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 119).
ANNESS
“ANNESS
IL-LISTA EWROPEA TAL-FAĊILITAJIET TA’ RIĊIKLAĠĠ TAL-BASTIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 16 TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 1257/2013
PARTI A
Il-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru
Isem il-faċilità |
Metodu ta’ riċiklaġġ |
Tip u daqs ta’ bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati |
Limitazzjonijiet u kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż |
Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (1) |
Ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew riċiklati f’sena partikolari f’dik il-faċilità, espress bħala LDT (2) |
Data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (3) |
||||||||
IL-BELĠJU |
||||||||||||||
Telefown: +32(0)9/251 25 21 Posta elettronika: peter.wyntin@galloo.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 265 metru Wisa’: 37 metru Pixka: 12,5-il metru |
|
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 30 jum. |
34 000 (4) |
il-31 ta’ Marzu 2025 |
||||||||
ID-DANIMARKA |
||||||||||||||
Telefown: +45 7592 0000 Posta elettronika: fayard@fayard.dk |
Baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 415-il metru Wisa’: 90 metru Pixka: 7,8 metri |
Il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti hija rregolata f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli u mal-kundizzjonijiet stipulati fil-Permess Ambjentali tas-7 ta’ Novembru 2018 maħruġ mill-Muniċipalità ta’ Kerteminde. Il-Permess Ambjentali jinkludi l-kundizzjonijiet għas-sigħat ta’ operat, il-kundizzjonijiet ta’ operat speċjali, l-immaniġġjar u l-ħżin tal-iskart u jinkludi wkoll kundizzjoni li l-attività trid titwettaq f’baċir imbattal mill-ilma. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
0 (5) |
is-7 ta’ Novembru 2023 |
||||||||
www.fornaes.com Telefown: +45 86326393 Posta elettronika: recycling@fornaes.dk |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 150 metru Wisa’: 25 metru Pixka: 7 metri TG: 10 000 |
Il-muniċipalità ta’ Norddjurs għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż lil faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
30 000 (6) |
it-12 ta’ Mejju 2026 |
||||||||
www.jatob.dk Telefown: +45 8668 1689 Posta elettronika: post@jatob.dk mathias@jatob.dk |
Laterali, skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 150 metru Wisa’: 30 metru Pixka: 6 metri |
Il-maniġġ u l-ħżin ta’ frazzjonijiet tal-iskart huma diskrezzjoni tal-Awtorizzazzjoni Ambjentali. Il-ħżin intermedju tal-iskart perikoluż jista’ jseħħ għal massimu ta’ sena fuq is-sit. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
13 000 (7) |
id-9 ta’ Marzu 2025 |
||||||||
www.modernamericanrecyclingservices.com/ Posta elettronika: kim@mars-eu.dk |
Skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 290 metru Wisa’: 90 metru Pixka: 14-il metru |
Il-kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti huma definiti fil-Permess Ambjentali tad-9 ta’ Marzu 2018 maħruġ mill-Muniċipalità ta’ Frederikshavn. Il-Muniċipalità ta’ Frederikshavn għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż lil faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali. Il-faċilità ma tridx taħżen l-iskart perikoluż għal aktar minn sena. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
0 (8) |
it-23 ta’ Awwissu 2023 |
||||||||
www.smedegaarden.net Telefown: +45 75128888 Posta Elettronika: m@smedegaarden.net |
Laterali, skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 200 metru* Wisa’: 48 metru Pixka: 7,5 metri (*Jekk tul > 170 metru, aċċettazzjoni mill- Muniċipalità ta’ Esbjerg hija meħtieġa) |
Il-kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti huma definiti fil-Permess Ambjentali tal-4 ta’ Ġunju 2015 maħruġ mill-Muniċipalità ta’ Esbjerg. Il-Muniċipalità ta’ Esbjerg għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż lil faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
20 000 (9) |
il-11 ta’ Marzu 2026 |
||||||||
www.stenarecycling.dk Telefown: +45 20699190 Posta elettronika: jakob.kristensen@stenarecycling.com |
Baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 40 metru Wisa’: 40 metru Pixka: 10 metri |
Il-kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti huma definiti fil-Permess Ambjentali tal-5 ta’ Ottubru 2017 maħruġ mill-Muniċipalità ta’ Esbjerg. Il-Muniċipalità ta’ Esbjerg għandha d-dritt talloka l-iskart perikoluż lil faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali, kif stipulat fil-Permess Ambjentali għall-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
0 (10) |
is-7 ta’ Frar 2024 |
||||||||
L-ESTONJA |
||||||||||||||
Telefown: +372 610 2933 Faks: +372 610 2444 Posta elettronika: refonda@blrt.ee www.refonda.ee |
F’wiċċ l-ilma mal-moll u fil-baċir f’wiċċ l-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 197 metru Wisa’: 32 metru Pixka: 9,6 metri |
Permess għall-iskart Nru. KL-511809. Il-liċenzja tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż Nru 0546. Ir-Regoli tal-Port Vene-Balti, Il-Manwal dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti MSR-Refonda. Sistema ta’ Mmaniġġjar Ambjentali, Immaniġġjar tal-iskart EP 4.4.6-1-13 Il-faċilità tista’ tirriċikla biss il-materjali perikolużi li għalihom ġiet liċenzjata. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 30-il jum. |
24 364 (11) |
il-15 ta’ Frar 2026 |
||||||||
SPANJA |
||||||||||||||
Telefown: +34944971552 Posta elettronika: dina@dinascrapping.com www.redena.es |
Laterali, rampa għaż-żarmar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 120 metru Wisa’: 20 metru Pixka: 6 metri |
Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata. |
Approvazzjoni taċita. L-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni hija l-awtorità ambjentali tal-Komunità Awtonoma fejn tkun tinsab il-faċilità. |
2 086 (12) |
it-3 ta’ Marzu 2026 |
||||||||
Telefown: +34 630 14 44 16 Posta elettronika: abarredo@ddr-vessels.com |
Laterali, rampa għaż-żarmar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 169,9 metru (Bastimenti b’daqs ikbar minn dan li waqt l-operat tagħhom ma jkollhomx riskju li jinqalbu jew inkella li r-rampa tagħhom ma tiċċaqlaqx jistgħu jiġu aċċettati skont ir-riżultat ta’ studju dettaljat tal-vijabbiltà) Wisa’: 25 metru |
Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata. |
Approvazzjoni taċita. L-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni hija l-awtorità ambjentali tal-Komunità Awtonoma fejn tkun tinsab il-faċilità. |
3 600 (13) |
it-28 ta’ Lulju 2025 |
||||||||
FRANZA |
||||||||||||||
Telefown: (+ 33) (0)7 69 79 12 80 Posta elettronika: patrick@demonaval-recycling.fr |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 140 metru Wisa’: 25 metru Fond: 5 metri |
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita — L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent |
0 (14) |
il-11 ta’ Diċembru 2022 |
||||||||
Telefown: +33(0)2 35 95 16 34 Posta elettronika: infos@gardet-bezenac.com |
F’wiċċ l-ilma u fl-iskal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 150 metru Wisa’: 18-il metru Fond: 7 metri LDT: 7 000 |
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita — L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent. |
7 730 (15) |
id-29 ta’ Diċembru 2026 |
||||||||
Telefown: +33(0)5 56 90 58 00 Posta elettronika: maintenance@bordeaux-port.fr |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 240 metru Wisa’: 37 metru Fond: 17-il metru |
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita — L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent. |
9 000 (16) |
is-27 ta’ Settembru 2026 |
||||||||
Telefown: +33(0)2 98 01 11 06 Posta elettronika: navaleo@navaleo.fr |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 225 metru Wisa’: 34 metru Fond: 27 metru |
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita — L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent. |
15 000 (17) |
id-19 ta’ Ġunju 2025 |
||||||||
L-ITALJA |
||||||||||||||
Telefown: +39 (0)10 251561 Posta elettronika: segreteria@sgdp.it; sangiorgiodelporto@legalmail.it www.sgdp.it |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 350 metru Wisa’: 75 metru Fond: 16-il metru TG: 130 000 |
Il-limitazzjonijiet u r-restrizzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata. |
Approvazzjoni espliċita |
38 564 (18) |
is-6 ta’ Ġunju 2023 |
||||||||
IL-LATVJA |
||||||||||||||
Telefown: +371 29410506 Posta elettronika: galaksisn@inbox.lv |
Laterali (irmiġġ fl-ilma), baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 165 metru Wisa’: 22 metru Fond: 7 metri TG: 12 000 |
Ara l-permess nazzjonali Nru LI12IB0053 |
Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol |
0 (19) |
is-17 ta’ Lulju 2024 |
||||||||
IL-LITWANJA |
||||||||||||||
Telefown: +370 (46) 365776 Faks: +370 (46) 365776 Posta elettronika: uab.apk@gmail.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma) |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 130 metru Wisa’: 35 metru Fond: 10 metri TG: 3 500 |
Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-15/2015 |
Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol |
1 500 (20) |
it-12 ta’ Marzu 2025 |
||||||||
Telefown: +370 685 32607 Posta elettronika: armar.uab@gmail.com; albatrosas33@gmail.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma) |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 80 metru Wisa’: 16-il metru Fond: 5 metri TG: 1 500 |
Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-51/2017 |
Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol |
3 910 (21) |
id-19 ta’ April 2022 |
||||||||
Telefown: +370 630 69903 Posta elettronika: uabdemeksa@gmail.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma) |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 58 metru Wisa’: 16-il metru Fond: 5 metri TG: 3 500 |
Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-64/2019 |
Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol |
0 (22) |
it-22 ta’ Mejju 2024 |
||||||||
Telefown: +370 (46) 483940/483891 Faks: +370 (46) 483891 Posta elettronika: refonda@wsy.lt |
Laterali (irmiġġ fl-ilma) |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 230 metru Wisa’: 55 metru Fond: 14-il metru TG: 70 000 |
Ara l-permess nazzjonali Nru (11.2)-30-161/2011/TL-KL.1-18/2015 |
Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol |
20 140 (23) |
it-30 ta’ April 2025 |
||||||||
IN-NETHERLANDS |
||||||||||||||
Telefown: +31 (0)181 23 4353 Posta elettronika: MZoethout@damenverolme.com |
Baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 400 metru Wisa’: 90 metru Fond: 12-il metru Għoli: 90 metru |
Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent. |
Approvazzjoni espliċita |
0 (24) |
il-21 ta’ Mejju 2026 |
||||||||
Telefown: +31 23 558 1937 Posta elettronika: info@decomamsterdam.eu |
Azzjonijiet preparatorji mal-moll, imtella’ fuq l-art għall-iskrappjar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 240 metru Wisa’: 50 metru Pixka: 9 metri |
Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent. |
Approvazzjoni espliċita |
17 500 (25) |
il-5 ta’ Ottubru 2026 |
||||||||
Telefown: +31 113352510 Posta elettronika: info@hsd.nl |
Azzjonijiet preparatorji mal-moll, imtella’ fuq l-art għall-iskrappjar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 175 metru Wisa’: 40 metru Fond: 10 metri |
Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent. |
Approvazzjoni espliċita |
30 000 (26) |
is-26 ta’ Jannar 2026 |
||||||||
Telefown: +31113351710 Posta elettronika: slf@sagro.nl |
Azzjonijiet preparatorji mal-moll, imtella’ fuq l-art għall-iskrappjar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 120 metru Wisa’: 20 metru Fond: 6 metri |
Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent. |
Approvazzjoni espliċita |
15 000 (27) |
it-28 ta’ Marzu 2024 |
||||||||
Telefown: +31 18 046 39 90 Posta elettronika: gsnoek@sloperij-nederland.nl |
Irmiġġ fl-ilma u skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 200 metru Wisa’: 33 metru Fond: 5,5 metri Għoli: 45 metru (Botlekbridge) |
Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent. Azzjonijiet preparatorji li jsiru mal-moll, sakemm il-buq ikun jista’ jiġi rmunkat fuq l-iskal permezz ta’ winċ b’kapaċità ta’ ġbid ta’ 2 000 tunnellata. |
Approvazzjoni espliċita |
17 500 (28) |
it-12 ta’ Mejju 2026 |
||||||||
IN-NORVEĠJA |
||||||||||||||
Indirizz tal-uffiċċju:
https://adrs.no/ |
Laterali, skal, baċir imbattal mill-ilma/baċir mimli bl-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 360 metru Wisa’: Bla limitu Fond: Bla limitu |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2019,0501.T |
Approvazzjoni espliċita |
0 (29) |
l-1 ta’ Ottubru 2024 |
||||||||
https://afgruppen.no/selskaper/af-offshore-decom/ |
Laterali |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 290 metru Wisa’: bla limitu Fond: bla limitu |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2005,0038.T |
Approvazzjoni espliċita |
31 000 (30) |
it-28 ta’ Jannar 2024 |
||||||||
www.greenyard.no |
Baċir imbattal mill-ilma (ġewwa), skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 230 metru Wisa’: 25 metru Fond: 20 metru |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2018,0833.T L-operazzjonijiet ewlenin ta’ żarmar iridu jsiru fuq ġewwa. L-uniċi operazzjonijiet ta’ żarmar u ta’ qtugħ li jitħallew isiru fil-beraħ huma l-operazzjonijiet żgħar meħtieġa biex jitwaħħlu l-bastimenti mal-faċilità ta’ fuq ġewwa. Għal aktar dettalji ara l-permess. |
Approvazzjoni espliċita |
0 (31) |
it-28 ta’ Jannar 2024 |
||||||||
www.kleven.no |
Laterali, skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 170 metru Wisa’: 35 metru Fond: Bla limitu |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2021,0011.T |
Approvazzjoni espliċita |
0 (32) |
id-9 ta’ April 2026 |
||||||||
Telefown: +47 400 39 479 Posta Elettronika: knut@fosengjenvinning.no |
Laterali |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr riggijiet jew vapuri użati għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 150 metru Wisa’: 20 metru Fond: 7 metri |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2006,0250.T |
Approvazzjoni espliċita |
8 000 (33) |
id-9 ta’ Jannar 2024 |
||||||||
www.akersolutions.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma), skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 230 metru Wisa’: Bla limitu Fond: Bla limitu |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2013,0111.T |
Approvazzjoni espliċita |
43 000 (34) |
it-28 ta’ Jannar 2024 |
||||||||
www.lutelandetoffshore.com |
Laterali |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: Bla limitu Wisa’: Bla limitu Fond: Bla limitu |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2014,0646.T |
Approvazzjoni espliċita |
14 000 (35) |
it-28 ta’ Jannar 2024 |
||||||||
www.norscrap.no |
Laterali, skal li jżomm f’wiċċ l-ilma, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 150 metru Wisa’: 34 metru Fond: bla limitu |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2017,0864.T Massimu ta’ 8 000 LDT fuq skal li jżomm f’wiċċ l-ilma. Il-bastimenti li jaqbżu t-8 000 LDT jeħtieġ li jitnaqqsu qabel ma jidħlu fl-iskal |
Approvazzjoni espliċita |
4 500 (36) |
l-1 ta’ Marzu 2024 |
||||||||
IL-FINLANDJA |
||||||||||||||
Telefown: +358 2 44 511 Posta elettronikatry@turkurepairyard.com |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 250 metru Wisa’: 40 metru Pixka: 7,9 metri |
Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata. |
Approvazzjoni espliċita |
20 000 (37) |
l-1 ta’ Ottubru 2023 |
||||||||
IR-RENJU UNIT – L-IRLANDA TA’ FUQ |
||||||||||||||
Telefown +44(0)2890534189 Faks +44(0)2890458515 Posta elettronika Eoghan.Rainey@harland-wolff.com |
Baċir imbattal mill-ilma u rmiġġ fl-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 556 metru Wisa’: 93 metru Pixka: 7,5 metri DWT: 550 000 |
Is-sit huwa awtorizzat b’liċenzja għall-immaniġġjar tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni LN/20/11 li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità. |
Approvazzjoni espliċita |
12 000 (38) |
is-16 ta’ Ġunju 2025 |
PARTI B
Il-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f’pajjiż terz
Isem il-faċilità |
Metodu ta’ riċiklaġġ |
Tip u daqs ta’ bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati |
Limitazzjonijiet u kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż |
Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (39) |
Ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew riċiklati f’sena partikolari f’dik il-faċilità, espress bħala LDT (40) |
Data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (41) |
||||||
IT-TURKIJA |
||||||||||||
Telefown: +90 232 618 21 07 – 08 - 09 Posta elettronika: info@avsargemiltd.com |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr riggijiet Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 50 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jitressqu lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
54 224 (42) |
it-2 ta’ Diċembru 2025 |
||||||
Telefown: +90 232 618 21 65 Posta elettronika: info@isiksanship.com www.isiksanship.com |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 75 metru Pixka: 17-il metru |
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jitressqu lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
91 851 (43) |
is-7 ta’ Lulju 2024 |
||||||
Telefown: +90 232 618 21 62 Posta elettronika: pamirtaner@egecelik.com |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 50 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jitressqu lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
55 503 (44) |
it-12 ta’ Frar 2025 |
||||||
Telefown: +90 232 618 20 30 Posta elettronika: info@leyal.com.tr |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 100 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jitressqu lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
55 495 (45) |
id-9 ta’ Diċembru 2023 |
||||||
Telefown: +90 232 618 20 65 Posta elettronika: demtas@leyal.com.tr |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 63 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jitressqu lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
50 350 (46) |
id-9 ta’ Diċembru 2023 |
||||||
Telefown: +90 232 618 21 05 Posta elettronika: oge@ogegemi.com www.ogegemi.com |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 70 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jitressqu lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
62 471 (47) |
it-12 ta’ Frar 2025 |
||||||
Telefown: +90 232 618 20 36 Posta elettronika: shipyard@simseklergroup.com.tr |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 95 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jitressqu lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
51 569 (48) |
it-2 ta’ Diċembru 2025 |
||||||
Telefown: +90 232 618 2092 Posta elettronika: info@sokship.com |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 90 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jitressqu lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
66 167 (49) |
it-12 ta’ Frar 2025 |
||||||
IR-RENJU UNIT |
||||||||||||
Telefown: + 44 (0)131 454 3380; + 44 (0)770 380 6067 Posta elettronika: b.robertson@dalesmarine.co.uk |
Baċir imbattal mill-ilma u rmiġġ fl-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr ir-riggijiet Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 165 metru Wisa’: 20 metru Pixka: 7,7 metri |
Is-sit huwa awtorizzat b’liċenzja għall-immaniġġjar tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni WML/L/1157331 li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità. |
Approvazzjoni espliċita |
5 019 (50) |
it-22 ta’ Mejju 2027 |
||||||
Telefown: +44 (0)139 777 3840 Posta elettronika: enquiries@kishornportltd.com alasdair@kishornportltd.com |
Baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 140 metru Wisa’: 100 metru Pixka: 12-il metru |
Is-sit huwa awtorizzat b’liċenzja għall-immaniġġjar tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni WML/L/1175043, li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità. |
Approvazzjoni espliċita |
1 200 (51) |
it-22 ta’ Mejju 2027 |
||||||
L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA |
||||||||||||
Telefown: 956-831-2299 Posta elettronika: chris.green@internationalshipbreaking.com robert.berry@internationalshipbreaking.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 366 metru Wisa’: 48 metru Pixka: 9 metri |
Il-kundizzjonijiet li skonthom il-faċilità hija awtorizzata topera huma definiti fil-permessi, fiċ-ċertifikati u fl-awtorizzazzjonijiet maħruġa lill-faċilità mill-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent, mill-Kummissjoni ta’ Texas dwar il-Kwalità Ambjentali, mill-Uffiċċju tal-Artijiet Ġenerali ta’ Texas u mill-Gwardja tal-Kosta tal-Istati Uniti. L-Att dwar il-Kontroll ta’ Sustanzi Tossiċi tal-Istati Uniti jipprojbixxi l-importazzjoni fl-Istati Uniti ta’ bastimenti b’bandiera barranija li fihom konċentrazzjonijiet ta’ PCB ta’ akbar minn 50 parti għal kull miljun. Il-faċilità għandha żewġ skalijiet bir-rampi għar-riċiklaġġ finali tal-bastimenti (Skal tal-Lvant u Skal tal-Punent). Il-bastimenti li jtajru bandiera tal-Istati Membri tal-UE għandhom jiġu riċiklati biss fuq ir-rampa tal-iSkal tal-Lvant. |
Bħalissa ma hemm l-ebda proċedura fil-liġi tal-Istati Uniti tal-Amerka marbuta mal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti |
120 000 (52) |
id-9 ta’ Diċembru 2023 |
(1) Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti.
(2) Kif imsemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 32(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.
(3) Id-data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea tikkorrispondi mad-data tal-iskadenza tal-permess jew tal-awtorizzazzjoni mogħtija lill-faċilità fl-Istat Membru.
(4) Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 50 000 LDT fis-sena.
(5) Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(6) Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 50 000 LDT fis-sena.
(7) Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(8) Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 200 000 LDT fis-sena.
(9) Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 50 000 LDT fis-sena.
(10) Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 45 000 LDT fis-sena.
(11) Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 36 000 LDT fis-sena.
(12) Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 6000 LDT fis-sena.
(13) Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.
(14) Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 15 000 LDT fis-sena.
(15) Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 12 000 LDT fis-sena.
(16) Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 23 000 LDT fis-sena.
(17) Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 40 000 LDT fis-sena.
(18) Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.
(19) Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 10 000 LDT fis-sena.
(20) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(21) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 6 000 LDT fis-sena.
(22) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 10 000 LDT fis-sena.
(23) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 45 000 LDT fis-sena.
(24) Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 100 000 LDT fis-sena.
(25) Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 47 500 LDT fis-sena.
(26) Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 100 000 LDT fis-sena.
(27) Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 100 000 LDT fis-sena.
(28) Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 40 000 LDT fis-sena.
(29) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 75 000 LDT fis-sena.
(30) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 75 000 LDT fis-sena.
(31) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(32) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(33) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 10 000 LDT fis-sena.
(34) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 85 000 LDT fis-sena.
(35) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 200 000 LDT fis-sena.
(36) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 100 000 LDT fis-sena
(37) Skont l-informazzjoni mressqa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 40 000 LDT fis-sena.
(38) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 300 000 LDT fis-sena.
(39) Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti
(40) Kif imsemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 32(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013
(41) L-inklużjoni ta’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab f’pajjiż terz fil-Lista Ewropea hija valida għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni rilevanti li tipprevedi l-inklużjoni ta’ dik il-faċilità, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.
(42) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.
(43) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 120 000 LDT fis-sena.
(44) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.
(45) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 80 000 LDT fis-sena.
(46) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.
(47) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 90 000 LDT fis-sena.
(48) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 70 000 LDT fis-sena.
(49) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 100 000 LDT fis-sena.
(50) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 7 275 LDT fis-sena.
(51) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 40 165 LDT fis-sena.
(52) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 120 000 LDT fis-sena.”