Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32022D0341
Council Implementing Decision (CFSP) 2022/341 of 28 February 2022 implementing Decision 2010/231/CFSP concerning restrictive measures against Somalia
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/341 tat-28 ta’ Frar 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/341 tat-28 ta’ Frar 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja
ST/6411/2022/INIT
ĠU L 56, 28.2.2022, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Fis-seħħ
Relazzjoni | Att | Kumment | Is-subdiviżjoni kkonċernata | Minn | sa |
---|---|---|---|---|---|
Emenda | 32010D0231 | Żieda | anness I taqsima I punt 21 | 28/02/2022 |
28.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/3 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/341
tat-28 ta’ Frar 2022
li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta’ April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK. |
(2) |
Fit-18 ta’ Frar 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 751 (1992) approva li tiżdied persuna /waħda mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN
ANNESS
Il-persuni elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK:
I. Persuni
“21. |
Ali Mohamed RAGE (magħruf ukoll bħala: a) Ali Mohammed Rage b) Ali Dheere c) Ali Dhere d) Ali Mohamed Rage Cali Dheer e) Ali Mohamud Rage).
Deżinjazzjoni: Kelliem ta’ Al-Shabaab Data tat-Twelid: 1966 Post tat-twelid: is-Somalja Nazzjonalità: is-Somalja Indirizz: is-Somalja Data tad-deżinjazzjoni min-NU: it-18 ta’ Frar 2022 Informazzjoni oħra: Elenkat f’konformità mal-paragrafu 43(a) tar-riżoluzzjoni 2093 (2013) billi kien ‘Involut f’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja jew jipprovdi appoġġ għalihom, inkluż atti li jheddu l-proċess ta’ paċi u rikonċiljazzjoni fis-Somalja, jew jheddu lill-Gvern Federali tas-Somalja jew lill-AMISOM bil-forza.’ Bħala kelliem ta’ Al-Shabaab, Rage huwa involut fil-promulgazzjoni u l-appoġġ għall-attivitajiet terroristiċi tal-grupp.” |