Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0189

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/189 tal-10 ta’ Frar 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    ST/5902/2022/INIT

    ĠU L 30, 11.2.2022, p. 115–116 (BG, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 30, 11.2.2022, p. 116–117 (ES)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/189/oj

    11.2.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 30/115


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/189

    tal-10 ta’ Frar 2022

    li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

    (2)

    Fit-28 ta’ Jannar 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1970 (2011) emenda l-elenkar għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.

    (3)

    L-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma b’dan emendati kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-Y. LE DRIAN


    (1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.


    ANNESS

    Fl-Anness I u l-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 15 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “15.   Isem: 1: SAADI 2: QADHAFI 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli

    Titolu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Forzi Speċjali Data tat-Twelid: a)27 ta' Mejju 1973b)1 ta' Jannar 1975Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Nazzjonalità: mhux disponibbli Nru tal-passaport: a) 014797 b) 524521 c) Numru Libjan AA862825, maħruġ fid-19 ta' Mejju 2021, maħruġ fi Tripli (jiskadi fit-18 ta' Mejju 2029) Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (detenut) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011 (emendata fit-28 ta' Jannar 2022, is-26 ta' Marzu 2015, it-2 ta' April 2012, l-14 ta' Marzu 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi).”


    Top