This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D0164
Political and Security Committee Decision (CFSP) 2022/164 of 3 February 2022 on the activation of the European Union military operation to contribute to the deterrence, prevention and repression of acts of piracy and armed robbery off the Somali coast (Atalanta)’s secondary executive task of contributing to countering narcotic drugs trafficking off the coast of Somalia (ATALANTA/2/2022)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/164 tat-3 ta’ Frar 2022 dwar l-attivazzjoni tal-kompitu eżekuttiv sekondarju tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) biex tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi narkotiċi ’l barra mill-kosta tas-Somalja (ATALANTA/2/2022)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/164 tat-3 ta’ Frar 2022 dwar l-attivazzjoni tal-kompitu eżekuttiv sekondarju tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) biex tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi narkotiċi ’l barra mill-kosta tas-Somalja (ATALANTA/2/2022)
ST/5571/2022/INIT
ĠU L 27, 8.2.2022, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 27/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/164
tat-3 ta’ Frar 2022
dwar l-attivazzjoni tal-kompitu eżekuttiv sekondarju tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) biex tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi narkotiċi ’l barra mill-kosta tas-Somalja (ATALANTA/2/2022)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mill-kosta tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2b tagħha,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/2188 (2), li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK u tat lill-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta), fost l-oħrajn, il-kompitu eżekuttiv sekondarju biex tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi narkotiċi ’l barra mill-kosta tas-Somalja (il-“kompitu eżekuttiv sekondarju”). |
(2) |
L-Artikolu 2b(3) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, jipprevedi li l-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà għandu jattiva l-kompitu eżekuttiv sekondarju meta l-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE jirrapporta li l-Atalanta tiddisponi mill-assi meħtieġa biex twettaq il-kompiti msemmija f’dak l-Artikolu. |
(3) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrapporta li l-Atalanta tiddisponi mill-assi meħtieġa biex twettaq il-kompitu eżekuttiv sekondarju. |
(4) |
Jenħtieġ li l-kompitu eżekuttiv sekondarju jiġi attivat b’effett immedjat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kompitu eżekuttiv sekondarju biex tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi narkotiċi ’l barra mix-xtut tas-Somalja, mogħti lill-Atalanta permezz tal-Artikolu 2b tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, huwa b’dan attivat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2022.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2188 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 74).