This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D0153
Council Decision (CFSP) 2022/153 of 3 February 2022 amending Decision 2011/486/CFSP concerning restrictive measures directed against certain individuals, groups, undertakings and entities in view of the situation in Afghanistan
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/153 tat-3 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/153 tat-3 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
ST/5281/2022/INIT
ĠU L 25, 4.2.2022, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011D0486 | Żieda | artikolu 4 paragrafu 6 | 05/02/2022 |
4.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/153
tat-3 ta’ Frar 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta’ Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK. |
(2) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2615 (2021) li tesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni umanitarja fl-Afganistan, inkluż l-insigurtà tal-ikel, u li fakkret li n-nisa, it-tfal u l-minoranzi ġew affettwati b’mod sproporzjonat. |
(3) |
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, fir-Riżoluzzjoni tiegħu 2615 (2021), iddeċieda li l-assistenza umanitarja u attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fl-Afganistan mhumiex ksur tal-paragrafu 1(a) tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2255 (2015) filwaqt li tinkoraġġixxi bil-qawwa lill-fornituri li jiddependu fuq UNSCR 2615 (2021) biex jużaw sforzi raġonevoli biex jimminimizzaw l-akkumulazzjoni ta’ kwalunkwe benefiċċju, kemm jekk bħala riżultat ta’ forniment dirett jew devjazzjoni, lil individwi jew entitajiet deżinjati fuq il-Lista ta’ Sanzjonijiet taħt il-UNSCR 1988 (2011). |
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/486/PESK tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Hija neċessarja aktar azzjoni mill-Unjoni biex jiġu implimentati ċerti miżuri f’din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“6. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-ipproċessar u l-ħlas ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra, u l-forniment ta’ oġġetti u servizzi meħtieġa biex jiġu żgurati t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja u attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fl-Afganistan jew biex jiġu appoġġjati tali attivitajiet.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN