This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1296
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/1296 of 4 August 2021 amending and correcting Regulation (EU) No 965/2012 as regards the requirements for fuel/energy planning and management, and as regards requirements on support programmes and psychological assessment of flight crew, as well as testing of psychoactive substances (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1296 tal-4 ta’ Awwissu 2021 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ippjanar u l-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija u fir-rigward tar-rekwiżiti dwar programmi ta’ appoġġ u ta’ valutazzjoni psikoloġika tal-ekwipaġġ tat-titjira, kif ukoll dwar l-ittestjar għas-sustanzi psikoattivi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1296 tal-4 ta’ Awwissu 2021 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ippjanar u l-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija u fir-rigward tar-rekwiżiti dwar programmi ta’ appoġġ u ta’ valutazzjoni psikoloġika tal-ekwipaġġ tat-titjira, kif ukoll dwar l-ittestjar għas-sustanzi psikoattivi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/5713
ĠU L 282, 5.8.2021, p. 5–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32012R0965 | Tħassir | anness I punt 46 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Tħassir | anness I punt 51 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Tħassir | anness IV punt CAT.OP.MPA.106 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Tħassir | anness IV punt CAT.OP.MPA.151 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Tħassir | anness IV punt CAT.OP.MPA.186 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Tħassir | anness IV punt CAT.OP.MPA.281 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Tħassir | anness VII punt NCO.OP.126 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Tħassir | anness VII punt NCO.SPEC.135 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Tħassir | anness VII punt NCO.SPEC.140 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Żieda | anness I punt 104a | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Żieda | anness I punt 31a | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Żieda | anness I punt 49d | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Żieda | anness I punt 49e | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Żieda | anness I punt 50a | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Żieda | anness I punt 50b | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Żieda | anness I punt 8c | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Żieda | anness I punt 98b | 14/02/2021 | |
Modifies | 32012R0965 | Żieda | anness IV punt CAT.OP.MPA.177 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Żieda | anness IV punt CAT.OP.MPA.191 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Żieda | anness IV punt CAT.OP.MPA.192 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Żieda | anness VI punt NCC.OP.157 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Żieda | anness VII punt NCO.OP.147 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Żieda | anness VIII punt SPO.OP.157 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness I punt 26 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness I punt 73 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness II punt ARO.OPS.225 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness III appendiċi I | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness IV punt CAT.IDE.A.195 punt (e) | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness IV punt CAT.OP.MPA.100 punt (b) punt 3 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness IV punt CAT.OP.MPA.150 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness IV punt CAT.OP.MPA.175 punt (b) punt 7 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness IV punt CAT.OP.MPA.180 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness IV punt CAT.OP.MPA.181 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness IV punt CAT.OP.MPA.182 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness IV punt CAT.OP.MPA.185 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness IV punt CAT.OP.MPA.190 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness IV punt CAT.OP.MPA.195 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness IV punt CAT.OP.MPA.200 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness IV punt CAT.OP.MPA.245 punt (a) punt 1 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness IV punt CAT.OP.MPA.246 punt (a) | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness IV punt CAT.OP.MPA.260 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness IV punt CAT.OP.MPA.280 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness IV punt CAT.POL.A.220 punt (f) | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness IV punt CAT.POL.A.420 punt (d) | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness V punt SPA.HEMS.150 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness V punt SPA.HEMS.155 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness V punt SPA.HOFO.120 punt (a) | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness V punt SPA.SET-IMC.110 punt l | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VI punt NCC.OP.105 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VI punt NCC.OP.130 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VI punt NCC.OP.131 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VI punt NCC.OP.151 punt (b) | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VI punt NCC.OP.155 punt (b) | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VI punt NCC.OP.205 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VI punt NCC.POL.110 punt (a) punt 6 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VI punt NCC.POL.110 punt (a) punt 7 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VI punt NCC.POL.110 punt (a) punt 8 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VI punt NCC.POL.110 punt (a) punt 9 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VII punt NCO.OP.105 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VII punt NCO.OP.125 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VII punt NCO.OP.145 punt (b) | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VII punt NCO.OP.185 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VIII punt SPO.IDE.H.146 punt (a) punt 1 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VIII punt SPO.OP.105 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VIII punt SPO.OP.130 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VIII punt SPO.OP.131 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VIII punt SPO.OP.150 punt (b) | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VIII punt SPO.OP.155 punt (b) | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VIII punt SPO.OP.190 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VIII punt SPO.POL.110 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VIII punt SPO.POL.115 punt (a) punt 6 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VIII punt SPO.POL.115 punt (a) punt 7 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VIII punt SPO.POL.115 punt (a) punt 8 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | anness VIII punt SPO.POL.115 punt (a) punt 9 | 30/10/2022 | |
Modifies | 32012R0965 | Sostituzzjoni | artikolu 9b paragrafu 2 | 30/10/2022 |
5.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 282/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1296
tal-4 ta’ Awwissu 2021
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ippjanar u l-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija u fir-rigward tar-rekwiżiti dwar programmi ta’ appoġġ u ta’ valutazzjoni psikoloġika tal-ekwipaġġ tat-titjira, kif ukoll dwar l-ittestjar għas-sustanzi psikoattivi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operazzjonijiet tal-ajru u b’mod partikolari għall-ippjanar u l-ġestjoni tal-fjuwil. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jiġu aġġornati biex jirriflettu l-avvanzi reċenti fit-teknoloġija tal-magni u l-aħjar prattiki fil-qasam tal-operazzjonijiet tal-ajru, u biex iqisu l-esperjenza tal-avjazzjoni dinjija u l-progress xjentifiku u tekniku fl-operazzjonijiet tal-ajru. |
(2) |
Jenħtieġ li l-aktar emendi riċenti relatati mal-fjuwil tal-Anness 6 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), jiġifieri l-Parti I (il-11-il edizzjoni) Parti III (id-disa’ edizzjoni) u l-gwida l-ġdida tad-Dokument 9976 tal-ICAO “Fuel planning manual” jiġu inkorporati fir-Regolament (UE) Nru 965/2012, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti rekwiżiti applikabbli għall-ħelikopters, fejn hemm soluzzjonijiet oħra li jitqiesu li jissodisfaw il-livell meħtieġ ta’ sikurezza mill-EASA. |
(3) |
Ir-regoli l-ġodda dwar l-ippjanar u l-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija jenħtieġ li jippermettu kundizzjonijiet ekwi għall-partijiet interessati kollha fis-suq intern tal-avjazzjoni u jtejbu l-kompetittività tal-industrija tal-avjazzjoni tal-Unjoni. |
(4) |
Ir-rekwiżiti l-ġodda għall-ippjanar u l-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija għandhom jappoġġaw l-innovazzjoni u jippermettu l-integrazzjoni bla xkiel ta’ teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-operazzjonijiet tal-ajru. Għalhekk, it-terminu “fjuwil/enerġija” jenħtieġ li jintuża minflok it-terminu “fjuwil”, kull fejn ikun xieraq, biex jakkomoda operazzjonijiet b’inġenji tal-ajru li jużaw sorsi ta’ enerġija oħra minbarra fjuwil konvenzjonali bbażat fuq l-idrokarburi. |
(5) |
Ir-rekwiżiti relatati mat-tipi differenti ta’ operazzjonijiet jenħtieġ li jkunu proporzjonati mal-iskala u l-kumplessità ta’ tali operazzjonijiet, kif ukoll mar-riskji involuti f’tali operazzjonijiet. |
(6) |
L-operaturi tal-ajru jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw proċeduri ta’ ppjanar u ġestjoni li jtejbu l-effiċjenza operazzjonali billi jipproduċu benefiċċji finanzjarji u ambjentali, filwaqt li jżommu jew saħansitra jtejbu l-livell ta’ sikurezza. Għalhekk, jenħtieġ li r-rekwiżiti l-ġodda għall-ajruplani użati f’operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru (CAT) jintroduċu skema komprensiva tal-fjuwil li tinkludi tliet politiki ewlenin relatati mal-fjuwil: l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija, l-għażla tal-ajrudrom u l-ġestjoni tal-fjuwil u tal-enerġija matul it-titjira. Dan mistenni jippermetti ġestjoni aktar flessibbli tar-riskju mill-operatur, li twassal għal kisbiet potenzjali fl-effiċjenza. |
(7) |
L-informazzjoni dwar is-sikurezza miġbura mill-EASA tissuġġerixxi li jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti ġodda biex jiġu indirizzati r-riskji assoċjati mal-għoti tal-fjuwil, u b’mod aktar speċifiku meta jingħata l-fjuwil waqt li l-passiġġieri jkunu abbord, ikunu qed jiżbarkaw jew jitilgħu abbord u meta jingħata l-fjuwil lil ħelikopter bir-rotors iduru. |
(8) |
Il-valutazzjoni tal-iskemi kumplessi tal-fjuwil/tal-enerġija teħtieġ kapaċitajiet imtejba mill-awtoritajiet kompetenti, għalhekk huwa meħtieġ li jiġu introdotti kriterji li jiggwidaw lill-awtoritajiet kompetenti meta jagħmlu l-valutazzjonijiet tar-riskju tas-sikurezza operazzjonali biex jappoġġaw l-applikazzjoni tal-iskemi tal-fjuwil/tal-enerġija bbażati kompletament fuq il-prestazzjoni. |
(9) |
Skont il-prinċipji tal-proporzjonalità u regolamentazzjoni aħjar, jenħtieġ li r-rekwiżiti tal-fjuwil u tal-enerġija għall-operazzjonijiet mhux kummerċjali b’inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni (NCC) u għal operazzjonijiet speċjalizzati (SPO) ikunu allinjati aħjar ma’ dawk għall-operazzjonijiet CAT. Mill-banda l-oħra, jenħtieġ li r-rekwiżiti tal-fjuwil u tal-enerġija għall-operaturi mhux kummerċjali ta’ inġenji tal-ajru li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni jkunu bbażati fuq objettivi ta’ sikurezza u jkunu jippermettu approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni. Ir-rekwiżiti l-ġodda dwar l-ippjanar u l-ġestjoni tal-fjuwil u l-enerġija mistennija jnaqqsu l-piż regolatorju, iżidu l-kosteffettività u b’xi eċċezzjonijiet, iwasslu għal armonizzazzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti mill-ICAO. |
(10) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1042 (3) żied mar-Regolament (UE) Nru 965/2012 rekwiżiti għal programmi ta’ appoġġ, għall-valutazzjoni psikoloġika tal-ekwipaġġ tat-titjira, kif ukoll għall-ittestjar aleatorju u sistematiku għas-sustanzi psikoattivi sabiex tiġi żgurata l-idoneità medika tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina u tat-titjira. Dawk ir-rekwiżiti saru applikabbli fi Frar 2021. L-Aġenzija ngħatat il-mandat li tevalwa kontinwament l-effettività tad-dispożizzjonijiet il-ġodda u tipproduċi l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni sa’ Awwissu 2022. Filwaqt li jitqies l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-avjazzjoni, huwa rakkomandabbli li jingħata aktar żmien lill-Aġenzija biex tiġbor id-data rilevanti għall-evalwazzjoni. Għalhekk, jeħtieġ li l-iskadenza għat-tlestija tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiġi posposta għall-14 ta’ Awwissu 2023. |
(11) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1042 introduċa fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 il-punt 98(a) li ddefinixxa t-terminu “sustanzi psikoattivi”. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2036 (4), li sussegwentement emenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, b’mod involontarju ssostitwixxa l-punt 98(a) b’test ġdid, li jiddefinixxi t-terminu “profiċjenti”, u ħassar id-definizzjoni tat-terminu “sustanzi psikoattivi”. Dik id-definizzjoni hija essenzjali għall-interpretazzjoni konsistenti tad-dispożizzjonijiet introdotti mir-Regolament (UE) 2018/1042 u b’mod partikolari biex jiġi definit b’mod ċar liema sustanzi huma soġġetti għal dawk id-dispożizzjonijiet u liema mhumiex. Għalhekk, sabiex jiġu salvagwardjati l-aspettattivi leġittimi tal-persuni soġġetti għal dawk id-dispożizzjonijiet, dik id-definizzjoni jenħtieġ li tiddaħħal mill-ġdid fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 b’effett mid-data tal-applikazzjoni tal-bidliet relatati introdotti bir-Regolament (UE) 2018/1042, jiġifieri mill-14 ta’ Frar 2021. |
(12) |
L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea ħejjiet abbozz ta’ regola ta’ implimentazzjoni u ppreżentatu mal-Opinjoni Nru 02/2020 (5) f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 75(2) u mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 965/2012 jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq. |
(14) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati affettwati jenħtieġ li jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-proċeduri tagħhom għar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti b’dan ir-Regolament. Għalhekk, l-applikazzjoni tiegħu jenħtieġ li tiġi differita. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat maħtur f’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 965/2012
Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 9b, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Aġenzija għandha twettaq analiżi kontinwa tal-effikaċja tad-dispożizzjonijiet dwar il-programmi ta’ appoġġ, il-valutazzjoni psikoloġika tal-ekwipaġġ tat-titjira u l-ittestjar sistematiku u aleatorju għas-sustanzi psikoattivi sabiex tiġi żgurata l-idoneità medika tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-ekwipaġġ tal-kabina stipulati fl-Annessi II u IV. L-Aġenzija għandha tipproduċi l-ewwel rapport dwar ir-riżultati ta’ din l-analiżi mhux aktar tard mill-14 ta’ Awwissu 2023. Dik l-analiżi għandha tinvolvi l-għarfien espert rilevanti u għandha tkun imsejsa fuq id-data miġbura, bl-għajnuna tal-Istati Membri u l-Aġenzija, fuq bażi ta’ perjodu twil ta’ żmien.”; |
(2) |
L-Annessi I, II, III, IV, V, VI, VII u VIII huma emendati skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Korrezzjoni tar-Regolament (UE) Nru 965/2012
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa kkoreġut skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-30 ta’ Ottubru 2022.
Madankollu, l-Anness II għandu japplika mill-14 ta’ Frar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1042 tat-23 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012, fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi relatati mal-introduzzjoni ta’ programmi ta’ appoġġ, mal-valutazzjoni psikoloġika tal-ekwipaġġ tat-titjira, kif ukoll mal-ittestjar aleatorju u sistematiku għas-sustanzi psikoattivi sabiex tiġi żgurata l-idoneità medika tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina u tat-titjira, u fir-rigward tat-tgħammir tal-ajruplani ġodda li jaħdmu b’magna b’turbina b’massa massima ta’ tlugħ iċċertifikata ta’ 5 700 kg jew inqas approvati biex iġorru minn sitta sa disa’ passiġġieri b’sistema ta’ twissija u ta’ għarfien tat-terren (ĠU L 188, 25.7.2018, p. 3).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2036 tad-9 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kompetenza u l-metodi ta’ taħriġ tal-ekwipaġġ tat-titjira u l-posponiment tad-dati tal-applikazzjoni ta’ ċerti miżuri fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 416, 11.12.2020, p. 24).
(5) https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions
ANNESS I
L-Annessi I, II, III, IV, V, VI, VII u VIII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Anness III, l-Appendiċi I huwa sostitwit b’dan li ġej: ““Appendiċi I
|
(4) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
L-Anness VII huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS II
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, jiddaħħal il-punt (98b) li ġej:
“(98b) |
‘sustanzi psikoattivi’ tfisser alkoħol, opjojdi, kannabinojdi, sedattivi u ipnotiċi, kokaina, psikostimulanti oħrajn, alluċinoġeni u solventi volatili, bl-eċċezzjoni tal-kafeina u t-tabakk;”. |