Vælg de eksperimentelle funktioner, som du ønsker at prøve

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument 32021R0685

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/685 tat-22 ta’ April 2021 li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2021/2664

    ĠU L 143, 27.4.2021, s. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 143, 27.4.2021, s. 6–8 (PL)

    Dokumentets juridiske status I kraft

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/685/oj

    27.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 143/6


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/685

    tat-22 ta’ April 2021

    li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (2) fiha żball fil-punt M.A.201(a)(1) tal-Anness I u fil-punt ML.A.201(a)(1) tal-Anness Vb fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati qabel ma tkun tista’ sseħħ kwalunkwe titjira; żball fil-punt M.A.201(a)(3) tal-Anness I, fil-frażi introduttorja tal-punt M.A.901 tal-Anness I, fil-punt ML.A.201(a)(3) tal-Anness Vb u fil-fażi introduttorja tal-punt ML.A.901 tal-Anness Vb fir-rigward taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà; żball fil-punt M.A.302(e) tal-Anness I fir-rigward tal-intervalli eskalati li jistgħu jiġu proposti mis-sid jew mill-organizzazzjoni li jimmaniġġjaw il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru; żball fil-punt M.A.402(e) tal-Anness I u fil-punt ML.A.402(b)(5) tal-Anness Vb fir-rigward tal-limitazzjonijiet li fihom titwettaq il-manutenzjoni; żball fil-punt M.A.901(f) tal-Anness I fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-fakultà li tiġi estiża l-validità taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà; żbalji fil-formoli 15a EASA, 15b EASA u 15c EASA fl-Appendiċi III tal-Anness I u fl-Appendiċi IV tal-Anness Vb fir-rigward tad-data li għaliha ċ-ċertifikat jagħmel referenza; żball fit-tieni sentenza tal-punt 145.A.55(c) tal-Anness II fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu tal-organizzazzjoni li żżomm kopja tar-rekords tal-manutenzjoni.

    (2)

    Barra minn hekk, il-verżjoni bil-lingwa Pollakka tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fiha żbalji fil-punt M.A.201(b) tal-Anness I, fit-tieni inċiż tal-punt 3 tal-Appendiċi I tal-Anness I, fil-punt Ml.1(c)(3)(ii) tal-Anness VB, fil-punt ML.A.201(b) tal-Anness VB, fil-punt (c)(2) tal-Appendiċi I tal-Anness Vb u fil-punt CAO.1(2)(ii) tal-Anness Vd fir-rigward tar-referenzi għal-lokazzjoni tal-inġenju tal-ajru u għal-lokatarju tal-inġenju tal-ajru.

    (3)

    Il-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 għalhekk jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

    (4)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    (ma japplikax għal-lingwa Maltija)

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).


    Op