Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0655

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/655 tal-21 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

    C/2021/2900

    ĠU L 137, 22.4.2021, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/655/oj

    22.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 137/10


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/655

    tal-21 ta’ April 2021

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti mill-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq nhar it-22 ta’ Mejju 2003, skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fil-15 ta’ April 2021, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi sitt entitajiet mil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi.

    (3)

    Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2021.

    Għall-Kummissjoni

    F’isem il-President

    Id-Direttur Ġenerali

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja,

    is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


    (1)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.


    ANNESS

    Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, jitħassru l-entrati li ġejjin:

    “41.

    GENERAL ESTABLISHMENT FOR BAKERIES AND OVENS (magħrufa wkoll bħala GENERAL ESTABLISHMENT OF BAKERIES AND OVENS). L-indirizzi: (a) Al Nidhal Street, ħdejn Saddoun Park, P.O. Box 109, Bagdad, l-Iraq; (b) Milla, l-Iraq; (c) Basrah, l-Iraq; (d) Kerbala, l-Iraq; (e) Diwaniya, l-Iraq; (f) Najaf, l-Iraq; (g) Mosul, l-Iraq; (h) Arbil, l-Iraq; (i) Kirkuk, l-Iraq; (j) Nasiriya, l-Iraq; (j) Samawa, l-Iraq; (k) Baquba, l-Iraq; (m) Amara, l-Iraq; (n) Sulaimaniya, l-Iraq; (o) Dohuk, l-Iraq.”

    “43.

    GENERAL ESTABLISHMENT FOR FLOUR MILLS (magħrufa wkoll bħala STATE ENTERPRISE OF FLOUR MILLS). L-indirizzi: (a) P.O. Box 170, entrance to Hurriyah City, Bagdad, l-Iraq; (b) P.O. Box 17011, entrance of Huriah City, Bagdad, l-Iraq.”

    “68.

    IRAQI STATE EXPORT ORGANISATION. Indirizz: P.O. Box 5670, Sadoon Street, Bagdad, l-Iraq.”

    “69.

    IRAQI STATE IMPORT ORGANISATION (magħrufa wkoll bħala IRAQI STATE ORGANISATION OF IMPORTS). Indirizz: P.O. Box 5642, Al Masbah, Hay Babile Area, 29 Street 16 Building no. 5, Bagdad, l-Iraq.”

    “196.

    STATE TRADING ENTERPRISE FOR EQUIPMENT AND HAND TOOLS. L-indirizzi: (a) Khalid Al Bin Al Waleed St., P.O. Box 414, Bagdad, l-Iraq; (b) Camp Sarah, New Baghdad St., Bagdad, l-Iraq.”

    “197.

    STATE TRADING ENTERPRISE FOR MACHINERY. Indirizz: P.O. Box 2218, Camp Sarah, Bagdad, l-Iraq.”


    Top