Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021L1716

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1716 tad-29 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ modifiki fid-deżinjazzjonijiet tal-kategoriji tal-vetturi li jirriżultaw minn emendi għal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/4623

ĠU L 342, 27.9.2021, p. 45–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2021/1716/oj

27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/45


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1716

tad-29 ta’ Ġunju 2021

li temenda d-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ modifiki fid-deżinjazzjonijiet tal-kategoriji tal-vetturi li jirriżultaw minn emendi għal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt tal-affidabbiltà stradali ta’ vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl-Unjoni u li jirrevoka d-Direttiva 2000/30/KE (1), u partikolarment l-Artikolu 21 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/47/UE tapplika għal vetturi kummerċjali b’veloċità skont id-disinn ta’ aktar minn 25 km/h tal-kategoriji elenkati fl-Artikolu 2(1) ta’ dik id-Direttiva. Dawk il-kategoriji huma ddeterminati b’referenza għad-Direttivi 2003/37/KE (2) u 2007/46/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(2)

Id-Direttivi 2003/37/KE u 2007/46/KE tħassru, rispettivament, bir-Regolament (UE) Nru 167/2013 (4), u bir-Regolament (UE) 2018/858 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(3)

Minħabba l-bidliet fid-deżinjazzjonijiet tal-kategoriji tal-vetturi li rriżultaw mit-tħassir tad-Direttiva 2003/37/KE bir-Regolament (UE) Nru 167/2013, jenħtieġ li jiġu aġġornati l-kategoriji tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/47/UE, kif ukoll il-punt 6 tal-Anness IV ta’ dik id-Direttiva.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva 2014/47/UE tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2014/47/UE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal vetturi b’veloċità skont id-disinn ta’ aktar minn 25 km/h tal-kategoriji li ġejjin, kif definit fir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), u fir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil (*2):

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1)."

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1)”;"

(ii)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

vetturi tal-kategoriji T1b, T2b, T3b, T4.1b, T4.2b u T4.3b li l-użu tagħhom prinċipalment isir f’toroq pubbliċi għal skopijiet kummerċjali ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq, b’veloċità massima skont id-disinn ta’ aktar minn 40 km/h.”;

(2)

Fl-Anness IV, il-punt 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti (g) u (h) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(g)

T1b;

(h)

T2b;”

(b)

jiżdiedu l-punti minn (i) sa (m) li ġejjin:

“(i)

T3b

(j)

T4.1b

(k)

T4.2b

(l)

T4.3b

(m)

Kategorija oħra ta’ vettura:

(jekk jogħġbok speċifika)”

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mis-27 ta’ Settembru 2022, il-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Huma għandhom japplikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1 mis-27 ta’ Settembru 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 127, 29.4.2014, p. 134.

(2)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2003/37/KE tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE (ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).


Top