Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1790

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1790 tal-5 ta’ Ottubru 2021 dwar l-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    ST/5210/2021/INIT

    ĠU L 363, 12.10.2021, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1790/oj

    Related international agreement

    12.10.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 363/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1790

    tal-5 ta’ Ottubru 2021

    dwar l-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/608 (2), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-25 ta’ Ġunju 2020, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard.

    (2)

    L-għan tal-Ftehim huwa li l-ftehimiet bilaterali dwar servizzi tal-ajru bejn diversi Stati Membri u r-Repubblika tal-Korea jiġu jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni.

    (3)

    Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (3).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (4).

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta’ Ottubru 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. ŠIRCELJ


    (1)  Approvazzjoni tal-15 ta’ Settembru 2021 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/608 of 24 ta’ April 2020 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (ĠU L 142, 5.5.2020, p. 1).

    (3)  Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Ufficjali.

    (4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top