Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1036

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1036 tat-22 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1113 fir-rigward tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u r-rappreżentant tiegħu fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti magħmulin mill-pitravi ħelu ġenetikament modifikat tat-tip H7-1 (notifikata bid-dokument C(2021) 4325) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (It-testi bl-Olandiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)

C/2021/4325

ĠU L 226, 25.6.2021, pp. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/1036/oj

25.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 226/34


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1036

tat-22 ta’ Ġunju 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1113 fir-rigward tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u r-rappreżentant tiegħu fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti magħmulin mill-pitravi ħelu ġenetikament modifikat tat-tip H7-1

(notifikata bid-dokument C(2021) 4325)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(It-testi bl-Olandiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Bayer Agriculture BVBA, ibbażata fil-Belġju, hija r-rappreżentanta fl-Unjoni ta’ Monsanto Company, ibbażata fl-Istati Uniti, fejn jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti magħmula mill-pitravi ħelu ġenetikament modifikat tat-tip H7-1 skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1113 (2). KWS SAAT SE, ibbażata fil-Ġermanja, hija d-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-pitravi ħelu ġenetikament modifikat tat-tip H7-1, awtorizzat b’dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(2)

Permezz ta’ ittra datata t-28 ta’ Lulju 2020, Bayer Agriculture BVBA infurmat lill-Kummissjoni li mill-1 ta’ Awwissu 2020 tikkonverti l-forma ġuridika tagħha u se tbiddel isimha għal Bayer Agriculture BV.

(3)

Permezz ta’ ittra datata t-28 ta’ Lulju 2020, Bayer Agriculture BVBA infurmat lill-Kummissjoni li mill-1 ta’ Awwissu 2020 Monsanto Company tikkonverti l-forma ġuridika tagħha u se tbiddel isimha għal CropScience LP.

(4)

Il-bidliet mitluba huma purament amministrattivi fin-natura tagħhom u għalhekk ma jeħtiġux valutazzjoni ġdida tal-prodotti kkonċernati.

(5)

Permezz ta’ ittra datata l-10 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni infurmat lil KWS SAAT SE dwar il-bidliet mitluba. Permezz tal-ittra tad-9 ta’ Diċembru 2020, KWS SAAT SE infurmat lill-Kummissjoni li taqbel mal-modifikazzjonijiet proposti.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1113 tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1113

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1113 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Bayer CropScience LP, rappreżentata fl-Unjoni minn Bayer Agriculture BV,”;

(2)

Fl-Artikolu 8, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Bayer CropScience LP, 800 N, Lindbergh Boulevard, St. Louis, Missouri 63167, l-Istati Uniti tal-Amerika, rappreżentata fl-Unjoni minn Bayer Agriculture BV, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”;

(3)

Fl-Anness, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Applikanti u detenturi tal-awtorizzazzjoni:

Isem: KWS SAAT SE

Indirizz: Grimsehlstrasse 31, 37574 Einbeck, il-Ġermanja

kif ukoll

Isem: Bayer CropScience LP

Indirizz: 800 N, Lindbergh Boulevard, St. Louis, Missouri 63167, l-Istati Uniti tal-Amerika

Rappreżentata fl-Unjoni minn Bayer Agriculture BV, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.”

Artikolu 2

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:

(a)

KWS SAAT SE, Grimsehlstrasse 31, 37574 Einbeck, il-Ġermanja, u

(b)

Bayer CropScience LP, 800 N, Lindbergh Boulevard, St. Louis, Missouri 63167, l-Istati Uniti tal-Amerika, rappreżentata fl-Unjoni minn Bayer Agriculture BV, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1113 tat-3 ta’ Awwissu 2018 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel u għalf magħmulin mill-pitravi ħelu ġenetikament modifikat tat-tip H7-1 (KM-ØØØH71-4), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 203, 10.8.2018, p. 32).


Top