Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0959

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/959 tal-10 ta’ Ġunju 2021 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.) (EULEX KOSOVO) (EULEX KOSOVO/1/2021)

    ST/7530/2021/INIT

    ĠU L 212, 15.6.2021, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/06/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/959/oj

    15.6.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 212/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2021/959

    tal-10 ta’ Ġunju 2021

    li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (*) (EULEX KOSOVO) (EULEX KOSOVO/1/2021)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 12(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni.

    (2)

    Fit-28 ta’ Novembru 2019, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1991 (2) biex ħatar lis-Sur Lars-Gunnar WIGEMARK bħala l-Kap tal-Missjoni EULEX KOSOVO għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2019 sal-14 ta’ Ġunju 2020.

    (3)

    Fil-11 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/792 (3) li estendiet il-mandat tas-Sur Lars-Gunnar WIGEMARK bħala Kap tal-Missjoni EULEX KOSOVO għall-perijodu mill-15 ta’ Ġunju 2020 sal-14 ta’ Ġunju 2021.

    (4)

    Fit-3 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/904 (4), li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u testendi t-tul ta’ żmien tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ġunju 2023.

    (5)

    Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Lars-Gunnar WIGEMARK bħala l-Kap tal-Missjoni EULEX KOSOVO għall-perijodu mill-15 ta’ Ġunju 2021 sal-14 ta’ Ġunju 2022,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-mandat tas-Sur Lars-Gunnar WIGEMARK bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) huwa b’dan estiż għall-perijodu mill-15 ta’ Ġunju 2021 sal-14 ta’ Ġunju 2022.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2021.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    S. FROM-EMMESBERGER


    (*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

    (1)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) tat-28 ta’ Novembru 2019 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX Kosovo) (EULEX Kosovo/2/2019) (ĠU L 308, 29.11.2019, p. 105)

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/792 tal-11 ta’ Ġunju 2020 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (ĠU L 193, 17.6.2020, p. 9).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/904 tat-3 ta’ Ġunju 2021 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (ĠU L 197, 4.6.2021, p. 114).


    Top