EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0800

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/800 tas-17 ta’ Mejju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument C(2021) 3291) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/3291

ĠU L 179, 20.5.2021, p. 1–8 (BG, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 179, 20.5.2021, p. 1–9 (ES)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R2293

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/800/oj

20.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/1


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/800

tas-17 ta’ Mejju 2021

li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument C(2021) 3291)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 29(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 96/23/KE jirrikjedi li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw l-annimali u l-prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva, jissottomettu l-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi li jipprovdu l-garanziji meħtieġa (“il-pjanijiet”). Dawn il-garanziji jrid ikollhom effett mill-inqas ekwivalenti għal dawk previsti f’dik id-Direttiva u, b’mod partikolari, iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva u jispeċifikaw id-dettalji stabbiliti fl-Artikolu 7 ta’ dik id-Direttiva u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 96/22/KE. Jenħtieġ li l-pjanijiet ikopru mill-inqas il-gruppi tar-residwi u tas-sustanzi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 96/23.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi dwar l-annimali u l-prodotti tal-annimali, li huma elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Il-budellat tal-annimali jista’ jkun fih residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi. Tali residwi nstabu fil-budellat importat lejn l-Unjoni u rrapportati fis-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf mill-2015 minn xi pajjiżi terzi u kienu jikkonċernaw sustanzi pprojbiti b’attività antimikrobika. Dawk ir-residwi jistgħu jkunu preżenti fil-budellat minħabba l-amministrazzjoni ta’ antimikrobiċi li jipprevjenu t-taħsir batteriku tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura s-sikurezza kimika tal-budellat billi teżiġi li l-budellat tal-annimali jidħol biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li pprovdew il-garanziji meħtieġa għal din il-komodità fil-pjanijiet approvati tagħhom ta’ monitoraġġ tar-residwi. L-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2011/163/UE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u intestini ttrattati għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 (3), huma elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (4). Il-pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-laħam f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 (5), huma elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (6).

(5)

Sabiex jiġi minimizzat it-tfixkil fil-kummerċ, il-pajjiżi terzi kollha li bħalissa huma awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 u (UE) 2021/405 u li huma diġà elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE jenħtieġ li jiġu wkoll elenkati f’dak l-Anness għall-budellat tal-annimali, peress li diġà pprovdew biżżejjed garanziji relatati mas-sorveljanza tar-residwi. Barra minn hekk, fir-rigward tal-budellat, ir-riskju ma jirriżultax mit-trattament tal-annimali iżda mill-adulterazzjoni tal-prodott għall-prevenzjoni tat-taħsir batteriku.

(6)

Barra minn hekk, dawk il-pajjiżi terzi li lestew b’suċċess il-kwestjonarju relatat mas-saħħa tal-annimali u mas-saħħa pubblika bil-ħsieb li jiġi inkluż fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 u (UE) 2021/405, jenħtieġ li jiġu elenkati wkoll għall-budellat fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, dment li jkunu ppreżentaw pjan speċifiku ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-budellat tal-annimali lill-Kummissjoni, u li dak il-pjan ikun ġie approvat mill-Kummissjoni.

(7)

wara l-evalwazzjoni sħiħa tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi ppreżentati mill-pajjiżi terzi kollha li jesportaw il-budellat lejn l-Unjoni, u qabel it-tmiem tal-perjodu tranżitorju li jiskadi fl-20 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni se tistabbilixxi lista definittiva tal-pajjiżi li jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 96/23/KE relatati man-nuqqas ta’ sustanzi pprojbiti b’attività antimikrobika fil-budellat.

(8)

Filwaqt li l-Awstralja ma għandha l-ebda pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi approvat għall-bajd, hija pprovdiet il-garanziji li fil-prodotti komposti destinati għall-esportazzjoni lejn l-UE, jintuża biss il-bajd li joriġina minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi li huma approvati biex jesportaw tali prodotti lejn l-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied entrata għall-Awstralja dwar il-bajd, bin-nota f’qiegħ il-paġna xierqa.

(9)

Filwaqt li l-Indja ma għandha l-ebda pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi approvat għall-prodotti tat-tjur u għall-prodotti tal-ħalib, hija pprovdiet il-garanziji li fil-prodotti komposti destinati għall-esportazzjoni lejn l-UE, jintużaw biss il-prodotti tal-ħalib li joriġinaw minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi li huma approvati biex jesportaw tali prodotti lejn l-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li mal-lista tiżdied entrata għall-Indja dwar il-prodotti tal-ħalib, bin-nota f’qiegħ il-paġna xierqa.

(10)

Filwaqt li New Zealand ma għandha l-ebda pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi approvat għall-ispeċi porċina, għall-prodotti tat-tjur, għall-bajd u għall-fniek, hija pprovdiet il-garanziji li fil-prodotti komposti destinati għall-esportazzjoni lejn l-UE, jintużaw biss il-prodotti tal-majjal, il-prodotti tat-tjur, il-bajd u l-fniek li joriġinaw minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi li huma approvati biex jesportaw tali prodotti lejn l-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li mal-lista tiżdied entrata għal New Zealand dwar il-speċi porċina, il-prodotti tat-tjur, il-bajd u l-fniek, bin-nota f’qiegħ il-paġna xierqa.

(11)

Filwaqt li l-Filippini ma għandhom l-ebda pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi approvat għall-prodotti tal-ħalib u l-bajd, huma pprovdew il-garanziji li fil-prodotti komposti destinati għall-esportazzjoni lejn l-UE, jintużaw biss il-prodotti tal-ħalib u l-bajd li joriġinaw minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi li huma approvati biex jesportaw tali prodotti lejn l-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li mal-lista tiżdied entrata għall-Filippini dwar il-prodotti tal-ħalib u l-bajd, bin-nota f’qiegħ il-paġna xierqa.

(12)

Filwaqt li Singapore ma għandha l-ebda pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi approvat għall-bajd, hija pprovdiet il-garanziji li fil-prodotti komposti destinati għall-esportazzjoni lejn l-UE, jintuża biss il-bajd li joriġina minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi li huma approvati biex jesportaw tali prodotti lejn l-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li mal-lista tiżdied entrata għal Singapore dwar il-bajd, bin-nota f’qiegħ il-paġna xierqa.

(13)

Filwaqt li t-Tajlandja ma għandha l-ebda pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi approvat għall-ispeċi bovina, għall-ispeċi porċina, għall-prodotti tal-ħalib u għall-bajd, hija pprovdiet il-garanziji li fil-prodotti komposti destinati għall-esportazzjoni lejn l-UE, jintużaw biss il-prodotti tal-ispeċi bovina, il-prodotti tal-ħalib u l-bajd li joriġinaw minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi li huma approvati biex jesportaw tali prodotti lejn l-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li mal-lista tiżdied entrata għat-Tajlandja dwar l-ispeċi bovina, il-prodotti tal-ħalib u l-bajd, bin-nota f’qiegħ il-paġna xierqa.

(14)

Filwaqt li l-Korea t’Isfel ma għandha l-ebda pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi approvat għall-prodotti tal-ħalib, għall-bajd u għall-għasel, hija pprovdiet il-garanziji li fil-prodotti komposti destinati għall-esportazzjoni lejn l-UE, jintużaw biss il-prodotti tal-ħalib, il-bajd u l-għasel li joriġinaw minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi li huma approvati biex jesportaw tali prodotti lejn l-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li mal-lista tiżdied entrata għall-Korea t’Isfel dwar il-prodotti tal-ħalib, il-bajd u l-għasel, bin-nota f’qiegħ il-paġna xierqa.

(15)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/163/UE tiġi emendata skont dan.

(16)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (7).

Artikolu 2

L-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2011/163/UE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Bl-eċċezzjoni tal-materja prima użata għall-produzzjoni tal-budellat, il-pajjiżi terzi li jużaw materja prima importata minn pajjiżi terzi oħra approvati għall-produzzjoni ta’ ikel ta’ oriġini mill-annimali f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni, jew minn Stati Membri għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni u li ma setgħux jipprovdu pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi ekwivalenti għal dak meħtieġ mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE għat-tali materja prima, għandhom iżidu d-dikjarazzjoni li ġejja mal-pjan: “L-awtorità kompetenti ta’ [il-pajjiż terz] tiżgura li l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali għall-konsum mill-bniedem esportati lejn l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-prodotti mmanifatturati minn materja prima impurtata fi [il-pajjiż terz], għandhom jiġu biss minn stabbilimenti elenkati f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625* (*1) u li għandhom proċeduri affidabbli implimentati biex jiggarantixxu li l-materja prima ta’ oriġini mill-annimali użata fit-tali ikel toriġina biss mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew minn pajjiżi terzi elenkati għall-materja prima rispettiva fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE mingħajr nota f’qiegħ il-paġna restrittiva kif previst fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni.”.

Għall-produzzjoni tal-budellat maħsub għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, il-pajjiżi terzi jistgħu jużaw il-materja prima importata minn pajjiżi terzi oħra, li huma awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk, jew ta’ ċerti prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u intestini ttrattati fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 u (UE) 2021/405.

Il-pajjiż terz li beħsiebu jesporta l-budellat lejn l-Unjoni għandu jiġi elenkat fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 u (UE) 2021/405 għall-budellat, kif ukoll fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE (għall-budellat). Barra minn hekk, l-istabbilimenti li minnhom il-budellat ikun se jiġi esportat lejn l-Unjoni, għandhom jiġu elenkati f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625.”.

Artikolu 3

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta' Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ĠU L 095, 7.4.2017, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) ( ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p.118).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).


ANNESS

“ANNESS

Kodiċi tal-ISO2

Pajjiż (1)

Bovini

Ovini/kaprini

Porċini

Ekwini

Tjur

Akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Kaċċa salvaġġa

Kaċċa mrobbija

Għasel

Budellat

AD

Andorra

X

X

X (4)

X

 

 

 

 

 

 

 

X

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X (4)

X (2)

 

 

 

 

 

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X (9)

 

X

 

 

 

 

X

AM

L-Armenja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

 

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

X (4bis)

 

X

X

X

X

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

X

X

X

 

X

X (9)

X

X

 

 

 

X

 

BD

Il-Bangladesh

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

BF

Il-Burkina Faso

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

BJ

Il-Benin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

BN

Il-Brunei

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

X

X

BW

Il-Botswana

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

BY

Il-Belarussja

 

 

 

X (3)

 

X

X

X

 

 

 

X

X

BZ

Il-Belize

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH

L-Iżvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċilì

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

X

CM

Il-Kamerun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

X

X

 

 

X

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

X

X (4)

 

 

 

 

X

CR

Il-Costa Rica

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

 

DO

Ir-Repubblika Dominicana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

ET

L-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

FK

Il-Gżejjer Falkland

X

X (13)

 

 

 

X (9)

 

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X (9)

 

 

 

 

 

 

 

GB

Il-Gran Brittanja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

GE

Il-Georgia

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

GG

Guernesey

X

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GH

Il-Ghana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

GL

Greenland

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X (11)

 

 

 

 

 

X

 

HN

Il-Honduras

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

IL

Iżrael (7)

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

 

IM

Isle of Man

X

X

X

 

 

X

X

 

 

 

 

X

 

IN

L-Indja

 

 

 

 

X (4bis)

X

X (4bis)

X

 

 

 

X

X

IR

L-Iran

 

 

 

 

 

X (11)

 

 

 

 

 

 

X

JE

Jersey

X

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

JP

Il-Ġappun

X

 

X

 

X

X

X

X

 

 

 

 

X

KE

Il-Kenja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

KR

Il-Korea t’Isfel

 

 

 

 

X

X

X (4bis)

X (4bis)

 

 

 

X (4bis)

 

LBN

Il-Libanu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

LK

Is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

X

X (9)

 

 

 

 

 

 

X

MD

Il-Moldova

 

 

 

 

X

X (9)

X

X

 

 

 

X

 

ME

Il-Montenegro

X

X (13)

X

 

X

X (9)

X

X

 

 

 

X

 

MG

Madagascar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

 

MK

Il-Maċedonja ta’ Fuq

X

X

X

 

X

X

X

X

 

X

 

X

 

MM

Il-Myanmar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

 

MU

Mauritius

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X (4)

 

MX

Il-Messiku

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

X

MY

Il-Malasja

 

 

 

 

X (4)

X

 

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Mozambique

 

 

 

 

 

X (11)

 

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X (13)

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

NC

New Caledonia

 

 

 

 

 

X (11)

 

 

 

 

X

X

 

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X (11)

 

 

 

 

 

X

 

NG

In-Niġerja

 

 

 

 

 

X (11)

 

 

 

 

 

 

 

NZ

New Zealand

X

X

X (4bis)

X

X (4bis)

X

X

X (4bis)

X (4bis)

X

X

X

X

OM

L-Oman

 

 

 

 

 

X (9)

 

 

 

 

 

 

 

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

PK

Il-Pakistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PE

Il-Perù

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

X (4bis)

X (4bis)

 

 

 

 

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

PN

Il-Gżejjer Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

RS

Is-Serbja (5)

X

X

X

X (3)

X

X

X

X

 

X

 

X

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X (6)

X

X

RW

Ir-Rwanda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

SA

L-Arabja Sawdija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

SG

Singapore

X (4)

X (4)

X (4)

X (8)

X (4)

X

X (4)

X (4bis)

 

X (8)

X (8)

 

 

SL

Sierra Leone

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

SM

San Marino

X

 

X (4)

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

SZ

L-Eswatini

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TG

It-Togo

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

TH

It-Tajlandja

X (4bis)

 

X (4bis)

 

X

X

X (4bis)

X (4bis)

 

 

 

X

 

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

 

X (9)

 

 

 

X

 

 

X

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

 

TZ

It-Tanzanija

 

 

 

 

 

X (11)

 

 

 

 

 

X

 

UA

L-Ukrajna

X

 

X

 

X

X (9)

X

X

X

 

 

X

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

 

US

L-Istati Uniti

X

X (12)

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

 

X

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

 

XK

Il-Kosovo  (14)

 

 

 

 

X (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X (10)

 

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 


(1)  Din it-tabella fiha lista ta’ pajjiżi u territorji. Mhijiex limitata għall-pajjiżi rikonoxxuti mill-UE.

(2)  Il-ħalib tal-ġemel biss.

(3)  L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin għat-tbiċċir (annimali li jipproduċu l-ikel biss).

(4)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkunu approvati għall-importazzjoni ta’ tali materja prima lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2.

(4bis)  3 bis Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkunu approvati għall-importazzjoni ta’ tali materja prima lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2, bil-fini li tintuża biss għall-preparazzjoni ta’ prodotti komposti destinati għall-esportazzjoni lejn l-UE.

(5)  Il-Kosovo mhux inkluż.

(6)  Iċ-ċriev biss.

(7)  Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li ilhom taħt l-amministrazzjoni ta’ Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet tal-Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

(8)  Għall-komoditajiet ta’ laħam frisk li joriġinaw minn New Zealand biss, destinati għall-Unjoni, u li jinħattu, jitgħabbew mill-ġdid u jgħaddu minn Singapore, kemm jekk jinħażnu hemm, kif ukoll jekk le.

(9)  Esklużi l-krustaċji.

(10)  Ir-ratiti biss.

(11)  Esklużi l-ħut bil-pinen.

(12)  L-ispeċi kaprina biss.

(13)  L-ispeċi ovina biss.

(14)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Kosovo.”


Top