This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D0727
Council Decision (EU) 2021/727 of 29 April 2021 on the submission, on behalf of the European Union, of proposals to amend Annexes A and B to the Minamata Convention on Mercury, regarding mercury-added products and manufacturing processes in which mercury or mercury compounds are used
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/727 tad-29 ta’ April 2021 dwar il-preżentazzjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ proposti għall-emendar tal-Annessi A u B tal-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju, fir-rigward ta’ prodotti miżjudin bil-merkurju u proċessi ta’ manifattura li fihom jintużaw il-merkurju jew il-komposti tal-merkurju
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/727 tad-29 ta’ April 2021 dwar il-preżentazzjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ proposti għall-emendar tal-Annessi A u B tal-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju, fir-rigward ta’ prodotti miżjudin bil-merkurju u proċessi ta’ manifattura li fihom jintużaw il-merkurju jew il-komposti tal-merkurju
ST/7534/2021/INIT
ĠU L 155, 5.5.2021, p. 23–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Partial adoption | 52021PC0063 | 29/04/2021 |
5.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/727
tad-29 ta’ April 2021
dwar il-preżentazzjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ proposti għall-emendar tal-Annessi A u B tal-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju, fir-rigward ta’ prodotti miżjudin bil-merkurju u proċessi ta’ manifattura li fihom jintużaw il-merkurju jew il-komposti tal-merkurju
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju (il-“Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/939 (1) u daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Awwissu 2017. |
(2) |
Taħt id-Deċiżjoni MC-1/1 dwar ir-Regoli ta’ Proċedura, adottata mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni (“COP”, Conference of the Parties) fl-ewwel laqgħa tagħha, il-Partijiet għall-Konvenzjoni (il-“Partijiet”) għandhom jagħmlu kull sforz biex jilħqu qbil b’konsensus dwar il-materji sostantivi kollha. |
(3) |
Taħt l-Artikoli 4(8) u 5(10) tal-Konvenzjoni, is-COP għandha, sas-16 ta’ Awwissu 2022, tirrevedi l-Annessi A u B tal-Konvenzjoni, filwaqt li tqis proposti mressqa mill-Partijiet taħt l-Artikoli 4(7) u 5(9) tal-Konvenzjoni, informazzjoni li s-Segretarjat tal-Konvenzjoni (is-“Segretarjat”) jagħmel disponibbli taħt l-Artikoli 4(4) u 5(4) tal-Konvenzjoni u d-disponibbiltà għall-Partijiet ta’ alternattivi teknikament u ekonomikament fattibbli mingħajr merkurju, filwaqt li jitqiesu r-riskji u l-benefiċċji għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem. |
(4) |
L-Unjoni kkontribwiet b’mod sinifikanti għall-iżvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni fir-rigward ta’ prodotti miżjudin bil-merkurju u proċessi ta’ manifattura li fihom jintużaw il-merkurju jew il-komposti tal-merkurju (“proċessi tal-merkurju”) u fil-ħidma esperta intersessjonali rilevanti varata mid-Deċiżjoni MC-3/1, li ġiet adottata mis-COP fit-tielet laqgħa tagħha. |
(5) |
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li jittrasponi l-Anness A tal-Konvenzjoni fid-dritt tal-Unjoni, jkopri aktar prodotti miżjudin bil-merkurju, u hemm prodotti oħrajn miżjudin bil-merkurju li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq intern taħt il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(6) |
Il-proposti għall-emendar tal-Anness A tal-Konvenzjoni għandhom l-għan li jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal aktar prodotti miżjudin bil-merkurju b’dati assoċjati ta’ eliminazzjoni gradwali jew b’miżuri li jirregolaw il-merkurju. |
(7) |
L-Anness III tar-Regolament (UE) 2017/852, li jittrasponi l-Anness B tal-Konvenzjoni fid-dritt tal-Unjoni, jkopri aktar proċessi tal-merkurju u jistabbilixxi dati ta’ eliminazzjoni gradwali għall-proċessi kkonċernati kollha. |
(8) |
Il-proposta għall-emendar tal-Anness B tal-Konvenzjoni għandha l-għan li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha billi tintroduċi data ta’ eliminazzjoni gradwali għal proċess tal-merkurju kopert minn dak l-Anness. |
(9) |
F’konformità mal-Artikolu 26(2) u mal-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni, it-test ta’ kull emenda proposta għandu jkun ikkomunikat lill-Partijiet mis-Segretarjat tal-anqas sitt xhur qabel il-laqgħa tas-COP li matulha l-emenda tiġi proposta għall-adozzjoni. Is-Segretarjat għandu jikkomunika wkoll l-emenda proposta lill-firmatarji ta’ din il-Konvenzjoni u, għall-fini ta’ informazzjoni, lid-Depożitarju tal-Konvenzjoni. Peress li r-raba’ laqgħa tas-COP hija skedata li ssir mill-1 sal-5 ta’ Novembru 2021, jenħtieġ li l-Unjoni tippreżenta l-proposti tagħha għall-emendar tal-Annessi A u B tal-Konvenzjoni lis-Segretarjat sat-30 ta’ April 2021, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Unjoni għandha tippreżenta proposti għall-emendar tal-Annessi A u B tal-Konvenzjoni kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dawk il-proposti f’isem l-Unjoni lis-Segretarjat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/939 tal-11 ta’ Mejju 2017 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju (ĠU L 142, 2.6.2017, p. 4).
(2) Ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (ĠU L 137, 24.5.2017, p. 1).
ANNESS
I. EMENDI PROPOSTI GĦALL-PARTI I TAL-ANNESS A TAL-KONVENZJONI
L-Unjoni tipproponi ż-żieda tal-entrati li ġejjin fil-Parti I tal-Anness A:
Prodotti miżjudin bil-merkurju |
Data li warajha l-manifattura, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-prodott ma għandhomx ikunu permessi (id-data tal-eliminazzjoni gradwali) |
||||
“Batteriji buttuna tal-ossidu taż-żingu tal-fidda b’kontenut ta’ merkurju < 2 % u batteriji buttuna taż-żingu-arja b’kontenut ta’ merkurju < 2 % |
2023 |
||||
Bozoz fluworexxenti lineari (LFLs) tal-fosfru tal-alofosfat għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali |
2023 |
||||
L-istrumenti tal-kejl mhux elettroniċi li ġejjin:
|
2023 |
||||
L-istrumenti tal-kejl tal-elettriku u elettroniċi li ġejjin:
|
2023 |
||||
Poliuretan, inklużi ċilindri għall-applikazzjoni tal-poliuretan |
2023” |
II. EMENDI PROPOSTI GĦALL-PARTI II TAL-ANNESS A TAL-KONVENZJONI
L-Unjoni tipproponi ż-żieda tad-dispożizzjoni li ġejja fil-Parti II tal-Anness A:
“Sal-1 ta’ Jannar 2024, il-Partijiet għandhom:
|
III. EMENDA PROPOSTA GĦALL-ANNESS B TAL-KONVENZJONI
L-Unjoni tipproponi ż-żieda tal-entrata li ġejja fil-Parti I tal-Anness B:
Proċessi ta’ manifattura li jużaw il-merkurju jew komposti tal-merkurju |
Data ta’ eliminazzjoni gradwali |
“Il-produzzjoni tal-poliuretan bl-użu ta’ katalizzaturi li fihom il-merkurju |
2023” |
(1) Kapsuli tal-amalgama bħal dawk deskritti fl-istandards internazzjonali ISO 13897:2018 u 24234:2015 huma meqjusa li huma tajbin għall-użu mill-prattikanti fil-qasam dentali.
(2) Il-konformità tas-separaturi tal-amalgama għandha tkun ibbażata fuq standards internazzjonali rilevanti, inkluż l-ISO 11143:2008.” ”