EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1534

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1534 tal-21 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2020/7114

ĠU L 351, 22.10.2020, p. 2–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 07/09/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1534/oj

22.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 351/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1534

tal-21 ta’ Ottubru 2020

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008 (2) il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”). Il-miżuri ħadu l-forma ta’ dazju speċifiku għal kull kumpanija li jvarja minn 361,4 EUR/tunnellata sa 531,2 EUR/tunnellata piż nett tal-prodott.

(2)

Dawn il-miżuri ġew annullati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE fit-22 ta’ Marzu 2012 (3) iżda ġew imposti mill-ġdid fit-18 ta’ Frar 2013 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 158/2013 (4).

(3)

Il-miżuri nżammu bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1313/2014 (5) wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

1.2.   Il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti tal-miżura fis-seħħ (6), il-Federación Nacional de Asociaciones de Transformados Vegetales y Alimentos Procesados (“Fenaval” jew “l-applikant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri mandolin, eċċ.), talbu l-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza. Feneval argumentat li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għal kontinwazzjoni tad-dumping u għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(5)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7) (“in-Notifika ta’ Bidu”), il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri fis-seħħ skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

1.3.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(6)

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2018 sat-30 ta’ Settembru 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2015 sat-30 ta’ Settembru 2019 (“il-perjodu kkunsidrat”).

1.4.   Partijiet interessati

(7)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. B’mod partikolari, ikkuntattjat lill-applikanti, lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ, lill-importaturi mhux relatati magħrufa fl-Unjoni u lill-awtoritajiet tar-RPĊ.

(8)

Il-partijiet interessati kollha ġew mistiedna jagħmlu l-fehmiet tagħhom magħrufa, jissottomettu l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fil-limiti ta’ żmien stipulati fin-Notifika ta’ Bidu. Il-partijiet interessati ngħataw ukoll l-opportunità li jitolbu seduta ta’ smigħ mas-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta ta’ Smigħ fi proċedimenti kummerċjali.

1.5.   Kampjunar

(9)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kien hemm il-possibbiltà li tagħżel kampjun minn fost il-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.5.1.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(10)

L-applikant irrapporta lista ta’ 33 esportatur/produttur Ċiniż tal-prodott ikkonċernat. (8) Għalhekk, minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ esportaturi/produtturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni pprevediet li jsir kampjunar fin-Notifika ta’ Bidu.

(11)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jieħdu sehem fl-investigazzjoni.

(12)

Ħames produtturi jew gruppi ta’ produtturi fir-RPĊ ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Minħabba n-numru għoli ta’ esportaturi/produtturi magħrufa tal-prodott rieżaminat fir-RPĊ, il-livell ta’ kooperazzjoni tqies li kien baxx.

(13)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet proviżorjament kampjun ta’ produttur wieħed u żewġ gruppi ta’ produtturi bl-akbar volum ta’ kapaċità u esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea. Żewġ gruppi ta’ kumpaniji magħżula biegħu wkoll kwantitajiet sinifikanti fis-suq domestiku tar-RPĊ. Dan il-kampjun kopra 69 % tal-volum irrappurtat esportat lejn l-Unjoni Ewropea matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2018 sat-30 ta’ Settembru 2019. Il-kwestjonarju tal-esportaturi sar disponibbli online (9) fil-jum tal-bidu u l-link għas-sit web intbagħat lill-partijiet interessati kollha. Il-kumpaniji fil-kampjun kellhom 30 jum biex jibagħtu t-tweġiba għall-kwestjonarju.

(14)

Madankollu, grupp wieħed u produttur fil-kampjun iddeċidew li jirtiraw il-kooperazzjoni tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tkompli l-investigazzjoni abbażi tal-bqija tal-kumpaniji kollha li kkooperaw (żewġ kumpaniji u grupp ta’ kumpaniji). Ftit wara li ġew infurmati mill-Kummissjoni li l-kumpaniji esportaturi kollha li kkooperaw kellhom jimlew il-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi, żewġ produtturi esportaturi rtiraw il-kooperazzjoni tagħhom. Grupp wieħed biss ta’ produtturi esportaturi pprovda l-informazzjoni meħtieġa. Dan il-grupp jammonta għal madwar [45 % - 65 %] tal-esportazzjonijiet kollha tar-RPĊ lejn l-Unjoni.

1.5.2.   Kampjunar ta’ importaturi mhux relatati

(15)

Biex ikun deċiż jekk kienx hemm bżonn ta’ kampjunar u, jekk dan ikun il-każ, biex jittieħed kampjun, l-importaturi/distributuri magħrufa kollha ġew mistednin jimlew il-formola ta’ kampjunar mehmuża man-Notifika ta’ Bidu.

(16)

Kienu erbgħa biss l-importaturi li wieġbu għall-formola tal-kampjunar, u għaldaqstant il-kampjunar ma kienx meqjus neċessarju.

1.6.   Kwestjonarji u żjarat ta’ verifika

(17)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). Il-kwestjonarji għall-produtturi, għall-importaturi, għall-utenti tal-Unjoni, u għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ kienu disponibbli online (10) fil-jum tal-bidu.

(18)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju miż-żewġ produtturi tal-Unjoni, tlettax-il fornitur ta’ materja prima u produttur esportatur wieħed fir-RPĊ. Importatur wieħed u utent ippreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarju mhux kompluti. Il-GTĊ ma weġibx għall-kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(19)

Minħabba l-miżuri tal-lockdown u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar ikkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19 globalment u fl-Unjoni, iż-żjarat ta’ verifika ppjanati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fl-aħħar ma twettqux fil-bini tal-entitajiet legali li ġejjin.

Produtturi tal-Unjoni:

Agricultura y Conservas S.A., Algemesí (Valencia), Spanja

Industrias Videca S.A., Villanueva de Castellón (Valencia), Spanja

Produtturi esportaturi fir-RPĊ u negozjanti relatati:

Zhejiang Taizhou Yiguan Food Co., Ltd u l-kumpanija relatata tagħha Zhejiang Merry Life Food Co., Ltd (“il-grupp ta’ produtturi esportaturi li kkoopera” jew “il-grupp Yiguan”)

(20)

Billi ma setgħet issir l-ebda żjara ta’ verifika fuq il-post fil-bini tal-kumpaniji msemmija hawn fuq minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, il-Kummissjoni qieset l-informazzjoni mressqa kif suppost mill-partijiet (bħat-tweġibiet għall-kwestjonarju jew it-tweġibiet għall-ittri ta’ defiċjenza) f’konformità mal-Avviż tas-16 ta’ Marzu 2020 dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u kontra s-sussidji. (11)

(21)

Il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki remoti tal-informazzjoni kollha li qieset bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki remoti taż-żewġ produtturi tal-Unjoni u l-grupp ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw.

1.7.   Kummenti dwar l-ilment u dwar il-bidu tal-investigazzjoni

(22)

Fis-16 ta’ Jannar 2020, żewġ partijiet interessati, jiġifieri l-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni għall-Oġġetti tal-Ikel, il-prodotti nattivi u l-prodotti sekondarji tal-annimali (“CCC”) f’isem għadd ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi u l-grupp Yiguan, ippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar l-ilment u dwar il-bidu tal-investigazzjoni. (12)

(23)

Is-CCC prinċipalment argumentat li l-bidu tal-proċediment attwali ta’ skadenza ma kienx ġustifikat u li għalhekk il-proċediment preżenti jenħtieġ li jintemm immedjatament għar-raġunijiet li ġejjin:

L-allegati distorsjonijiet tas-suq u l-applikazzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) għad-determinazzjoni tal-marġnijiet tad-dumping mhumiex konformi mal-liġi tad-WTO.

L-ilment fih informazzjoni qarrieqa u perċezzjoni ħażina tal-istruttura ekonomika taċ-Ċina u ma hemm l-ebda evidenza sostanzjata li turi li hemm distorsjoni tal-prezzijiet tal-input tal-frott taċ-ċitru. Is-CCC qajmet ukoll il-kwistjoni tar-rwol tal-SOEs f’ċerti swieq Ċiniżi - il-preżenza tal-Istat u d-distorsjonijiet tas-suq, tad-drittijiet tal-użu tal-art, tal-allegata diskriminazzjoni mill-politiki jew miżuri u tal-kostijiet tal-manodopera.

Il-politika agrikola komuni tal-Unjoni.

Sussidji u skemi ta’ sostenn ipprovduti lill-bdiewa mill-gvern Spanjol fil-qasam tal-agrikoltura.

Evidenza insuffiċjenti biex jintwera li teżisti probabbiltà ta’ rikorrenza jew ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu.

(24)

Il-Kummissjoni rrifjutat l-argumenti kollha mressqa mis-CCC. Ir-raġunament speċifiku biex jiġu rrifjutati dawn l-argumenti huwa pprovdut

fil-Premessa (54) dwar il-konformità tal-metodoloġija użata biex jiġi stabbilit il-valur normali mal-liġi tad-WTO u t-taqsimiet minn 3.2.1.2. sa 3.2.1.9. dwar id-distorsjonijiet sinifikanti tal-kostijiet u l-prezzijiet fir-RPĊ, inklużi dawk tal-inputs użati fil-produzzjoni tal-mandolin tal-bott.

Il-Premessa (55) dwar il-politika agrikola komuni tal-Unjoni u skemi ta’ sostenn għall-bdiewa Spanjoli;

it-Taqsima 4, dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza jew ta’ kontinwazzjoni tad-dannu.

1.8.   Proċedura sussegwenti

(25)

Fil-5 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni żvelat il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom hija kellha l-ħsieb iżżomm id-dazji anti-dumping (ir-rivelazzjoni finali) u stiednet lill-partijiet biex jikkummentaw. Is-CCC biss ippreżentat xi kummenti.

(26)

Ma kienet irċevuta l-ebda talba għal seduta.

(27)

Fis-7 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni ppreżentat lill-partijiet interessati rivelazzjoni finali addizzjonali biex tinkludi klawżola ta’ monitoraġġ. Il-partijiet interessati kollha ingħataw perjodu ta’ tlett ijiem li fihom setgħu jagħmlu kummenti dwar id-dokument tar-rivelazzjoni finali addizzjonali. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment.

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(28)

Il-prodott ikkonċernat minn dan ir-rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri mandolin ippreparat jew ippriżervat (inklużi tanġerini u satsumi), klementin, wilkings u ibridi taċ-ċitru simili, li ma fihomx spirtu miżjud, kemm jekk fihom zokkor miżjud jew xi sustanza oħra ta’ ħlewwa kif ukoll jekk le, u kif bħalissa definit taħt l-intestatura HS 2008, li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (il-prodott ikkonċernat), li bħalissa huwa kklassifikat taħt il-kodiċijiet NM 2008 30 55, 2008 30 75 u ex 2008 30 90 (“mandolin tal-bott”).

(29)

Il-prodott ikkonċernat huwa miksub billi jitqaxxru u jinqasmu ċerti varjetajiet ta’ frott taċ-ċitru żgħir (l-aktar is-satsuma) li mbagħad jiġu ppakkjati f’kontenitur tal-ġulepp taz-zokkor, meraq jew ilma f’diversi daqsijiet biex jissodisfaw id-domandi speċifiċi tas-swieq differenti.

(30)

Is-satsuma, il-klementin u l-frott taċ-ċitru żgħir ieħor huma l-aktar magħrufa bl-isem kollettiv ta’ “mandolin”. Il-maġġoranza ta’ dawn il-varjetajiet ta’ frott huma tajbin biex ikunu użati bħala prodott frisk jew għall-ipproċessar. Dawn huma simili u l-preparazzjonijiet jew il-preservazzjoni tagħhom, għalhekk, huma kkunsidrati bħala prodott uniku.

2.2.   Prodott simili

(31)

L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

(a)

il-prodott ikkonċernat;

(b)

il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ;

(c)

il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(32)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI/RIKORRENZA TA’ DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(33)

F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ twassal għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza ta’ dumping mir-RPĊ.

(34)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-mandolin tal-bott komplew f’livelli simili għal dawk tal-investigazzjoni tar-rieżami tal-iskadenza preċedenti (jiġifieri mill-1 ta’ Ottubru 2012 sat-30 ta’ Settembru 2013). F’termini assoluti, l-importazzjonijiet mir-RPĊ ammontaw għal 19 152 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-grupp ta’ produtturi esportaturi li kkoopera jirrapreżenta madwar [17 % - 25 %] tas-suq tal-Unjoni.

(35)

Il-kapaċità ta’ produzzjoni totali ddikjarata tal-grupp ta’ produtturi esportaturi li kkoopera ammontat għal madwar 5 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni Ċiniża totali stmata. Fid-dawl tal-livell baxx ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 18 u bbażat il-konstatazzjonijiet tagħha dwar is-suq Ċiniż tal-mandolin tal-bott, inklużi l-produzzjoni, il-kapaċità u l-kapaċità ta’ riżerva, fuq il-fatti disponibbli.

(36)

Is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati b’mod partikolari fuq l-informazzjoni inkluża fit-talba għal rieżami, l-istatistika bbażata fuq id-data rrapportata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (“il-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 14(6)”), kif ukoll fuq it-tweġibiet fil-kampjunar ipprovduti fil-mument tal-bidu, ir-risposti għall-kwestjonarju pprovduti mill-grupp Yiguan u l-informazzjoni mogħtija mis-CCC. Barra minn hekk, il-Kummissjoni użat sorsi oħra ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku bħall-bażijiet tad-data Global Trade Atlas (13) (“GTA”) u l-Orbis Bureau van Dijk (14) (“Orbis”).

3.1.1.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(37)

Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fit-talba għal rieżami ta’ skadenza fil-bidu tal-investigazzjoni li indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-suq domestiku fir-RPĊ fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ investigazzjoni rigward ir-RPĊ skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(38)

Konsegwentement, sabiex tinġabar id-data meħtieġa għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi magħrufa kollha fir-RPĊ biex jipprovdu l-informazzjoni mitluba fl-Anness III tan-Notifika ta’ Bidu fir-rigward tal-inputs użati għall-produzzjoni tal-prodott rieżaminat. Ħames produtturi ppreżentaw l-informazzjoni rilevanti.

(39)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti fis-suq domestiku fir-RPĊ fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lill-GTĊ. Ma waslet l-ebda tweġiba mingħand il-GTĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li kienet se tuża l-fatti disponibbli fis-sens tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għad-determinazzjoni tal-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba mill-GTĊ.

(40)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(41)

Is-CCC u l-grupp Yiguan ikkummentaw dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. Il-Kummissjoni indirizzat dawn l-affermazzjonijiet fil-premessa (54) ta’ hawn fuq.

(42)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku biex jiġi ddeterminat il-valur normali għall-produtturi esportaturi fuq il-bażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mhux distorti.

(43)

Fit-23 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha permezz tal-ewwel nota għall-fajl (15) (“l-ewwel Nota FOP”) biex tikseb l-opinjonijiet tagħhom dwar is-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni tista’ tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ, skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi tal-produzzjoni kollha, bħall-materjali, l-enerġija, il-manodopera u l-iskart użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat lit-Turkija bħala l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dak l-istadju.

(44)

Il-Kummissjoni tat lill-partijiet interessati kollha l-opportunità li jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand FENAVAL u FRUCOM (16).

(45)

Il-Kummissjoni indirizzat dawk il-kummenti fit-tieni nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali, datata d-29 ta’ Mejju 2020 (“it-tieni Nota FoP”). F’dik in-nota, il-Kummissjoni speċifikat ukoll il-lista ta’ fatturi tal-produzzjoni u tenniet il-konklużjoni li t-Turkija kienet l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment.

3.2.   Valur normali għall-produttur esportatur li kkoopera

(46)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(47)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem jissejħu “SG&A”). Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, fl-investigazzjoni preżenti, il-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u l-assenza ta’ pretensjonijiet sostanzjati mill-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.2.1.   Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

3.2.1.1.   Introduzzjoni

(48)

L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddefinixxi “id-distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:

is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

il-preżenza tal-istat f’ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet;

politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;

il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat”.

(49)

Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) għandha tqis, fost l-oħrajn, il-lista mhux eżawrjenti ta’ elementi fid-dispożizzjoni ta’ qabel. Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, fil-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, għandhom jitqiesu l-impatt potenzjali ta’ wieħed jew aktar minn dawn l-elementi fuq il-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur tal-prodott ikkonċernat. Fil-fatt, billi dik il-lista mhijiex kumulattiva, m’hemmx bżonn li jitqiesu l-elementi kollha biex ikun hemm sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex juru l-eżistenza ta’ element wieħed jew aktar tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir fuq il-bażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni kumplessiva dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali biex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq.

(50)

L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”.

(51)

Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar ir-RPĊ (minn hawn ’il quddiem “ir-Rapport”) (17), li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u x-xogħol), kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħall-azzar u s-sustanzi kimiċi). Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. Il-partijiet interessati kienu mistiedna biex jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li kienet inkluża fil-fajl tal-investigazzjoni fil-mument tal-bidu.

(52)

Kif indikat fil-premessa (18), il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġja jew li tirribatti l-evidenza eżistenti dwar il-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

(53)

Kif imsemmi fil-premessa (23), is-CCC u l-grupp Yiguan ippreżenta kummenti f’dan ir-rigward. It-tnejn li huma argumentaw li l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament Bażiku la kienet legali u lanqas fattwalment ġustifikata. Skont is-CCC u l-grupp Yiguan, dan huwa minħabba li l-Artikolu 2.2 tal-ADA tad-WTO ma jirrikonoxxix il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, fil-fehma tas-CCC u tal-grupp Yiguan, il-kalkolu tal-UE tal-valur normali maħdum ma kienx konformi mal-Artikolu 2.1.1 tal-ADA tad-WTO u mal-interpretazzjoni tiegħu mill-Korp tal-Appell ipprovduta fil-każ UE – Biodiesel (l-Arġentina), fejn intqal li l-kostruzzjoni tal-valur normali hija permessa biss fil-każ li “ma jkun hemm l-ebda bejgħ tal-prodott simili fl-andament normali tal-kummerċ fis-suq domestiku tal-pajjiż esportatur jew meta, minħabba s-sitwazzjoni partikolari tas-suq (…) il-bejgħ ma jippermettix paragun xieraq”. Is-CCC sostniet li l-preżenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti ma taqax la fil-kategorija tal-bejgħ u lanqas fil-“kors ordinarju tal-kummerċ” jew f’“sitwazzjoni partikolari tas-suq”. Barra minn hekk, is-CCC u l-grupp Yiguan irreferew għal allegat nuqqas ta’ dimostrazzjoni ta’ kif preċiżament l-intervent tal-gvern jaffettwa l-prezzijiet u, konsegwentement, iwassal għal distorsjonijiet. Barra minn hekk, is-CCC u l-grupp Yiguan qajmu mistoqsijiet dwar jekk l-iskemi ta’ sostenn eżistenti fl-ambitu tal-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni u/jew fl-ambitu tal-liġi nazzjonali Spanjola jirriżultawx f’distorsjoni fl-intervent tal-gvern u konsegwentement fil-kostijiet u l-prezzijiet korrispondenti tal-produtturi tal-UE tal-mandolin tal-bott. F’dan ir-rigward, is-CCC u l-grupp Yiguan jitolbu lill-Kummissjoni biex ma tapplikax l-Artikolu 2(6a) minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-settur agrikolu li fil-fehma tagħhom huwa settur uniku li għalih il-pajjiżi kollha fid-dinja jimplimentaw ċerta politika ta’ sostenn.

(54)

Għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (110) li huwa xieraq li jiġi applikat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ma qablitx mas-sottomissjoni tas-CCC u l-grupp Yiguan li l-Kummissjoni ma għandhiex tapplika l-Artikolu 2(6a). Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni qieset li l-Artikolu 2(6a) huwa applikabbli u jrid jiġi applikat fiċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ. Il-Kummissjoni qieset li d-dispożizzjoni hija konsistenti mal-obbligi tal-Unjoni Ewropea skont il-WTO. Il-Kummissjoni fakkret ukoll f’dan ir-rigward li t-tilwima DS473 UE-Biodiesel (l-Arġentina) ma kinitx tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, li huwa l-bażi ġuridika rilevanti għad-determinazzjoni tal-valur normali f’din l-investigazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni rrifjutat din l-affermazzjoni.

(55)

Fir-rigward tar-referenza tas-CCC u ta’ Yiguan għall-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni u/jew skemi ta’ sostenn li allegatament jeżistu skont il-liġi nazzjonali Spanjola, il-Kummissjoni fakkret li għall-finijiet li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens ta’ 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, jiġi analizzat l-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar minn dawk elenkati f’dik id-dispożizzjoni fuq il-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur. L-istruttura tal-kostijiet u l-mekkaniżmi tal-formazzjoni tal-prezzijiet fi swieq oħra, inklużi l-valutazzjonijiet kwalitattivi ġenerali tas-sitwazzjoni speċifika ta’ settur, ma jiġux ikkunsidrati f’dan il-kuntest. L-argument imqajjem mis-CCC u mill-grupp Yiguan għalhekk mhuwiex rilevanti u kien irrifjutat.

(56)

Fil-kummenti tagħha dwar ir-rivelazzjoni finali, is-CCC sostniet l-argumenti li hija ppreżentat fil-premessa (53), billi qalet li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament Bażiku - maħluq b’mod unilaterali mill-UE - imur lil hinn mid-dispożizzjonijiet legali tal-ADA li ma għandhiex dispożizzjoni korrispondenti. Barra minn hekk, is-CCC qalet li l-Korp tal-Appell li kien qed jiddeċiedi dwar it-tilwima DS473 stabbilixxa r-regoli dwar kif għandhom ikunu determinati l-valuri normali u li l-UE għandha taderixxi mad-deċiżjonijiet tal-Korp tal-Appell.

(57)

Kif diġà msemmi hawn fuq fil-premessa (54), il-Kummissjoni sostniet li t-tilwima DS473 ma kinitx tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, li huwa l-bażi ġuridika rilevanti għad-determinazzjoni tal-valur normali f’din l-investigazzjoni. Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali fil-pajjiż tal-oriġini jenħtieġ li jirrifletti l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima fil-pajjiż rappreżentattiv. Barra minn hekk, id-deċiżjoni tal-Korp ta’ Appell fit-tilwima DS473 kkonfermat li hemm ċirkostanzi fejn il-valur normali fil-pajjiż tal-oriġini jista’ jkun kostrutt billi wieħed jikkunsidra informazzjoni minn pajjiż terz rapreżentattiv.

(58)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li hemm fir-Rapport, li tistrieħ fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżaminazzjoni tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ inġenerali, iżda anki s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Abbażi ta’ din l-analiżi, kif previst hawn taħt fit-taqsimiet 3.2.1.2. sa 3.2.1.9. l-argument dwar in-nuqqas ta’ dimostrazzjoni dwar kif l-intervent tal-gvern jaffettwa l-prezzijiet fis-settur tal-mandolin tal-bott huwa miċħud.

3.2.1.2.   Distorsjonijiet sinifikanti li affettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ

(59)

Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa inkorporat fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-RPĊ. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi ta’ produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-Istat hija “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (18). B’konsegwenza ta’ dan, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija, iżda tali interventi jsiru b’mod espliċitu. Il-kunċett ta’ supremazija tas-sjieda pubblika fuq is-sjieda privata huwa mifrux fis-sistema legali sħiħa u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fil-partijiet fundamentali kollha tal-leġiżlazzjoni. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ċarissimu: din tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li skontha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħra ta’ sjieda huma tollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (19).

(60)

Barra minn hekk, skont il-liġi Ċiniża, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (Chinese Communist Party, “CCP”). L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbutin ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw superstruttura li fiha ma hemmx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “is-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[il-]karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hi t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (20) Dan juri l-kontroll mhux ikkontestat u dejjem akbar tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ. Din it-tmexxija u dan il-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali fil-pajjiżi l-oħrajn fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fi ħdanu jkun hemm il-limiti tal-forzi tas-suq ħieles.

(61)

L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq għanijietu, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (21). Huma bosta l-għodod ekonomiċi intervenzjonista użati mill-awtoritajiet Ċiniżi, u fosthom hemm is-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju.

(62)

L-ewwel, fil-livell ta’ kontroll amministrattiv globali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniżi hija regolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li jaffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. It-totalità ta’ dawn il-pjanijiet tkopri matriċi komprensiv u kumpless ta’ setturi u politiki trasversali u hija preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma dettaljati filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi biex jiġu sostnuti l-industriji/is-setturi rilevanti kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom iridu jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri espliċiti fir-rigward tal-produzzjoni filwaqt li din kienet karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Skont il-pjanijiet, qegħdin jiġu identifikati s-setturi u/jew proġetti industrijali individwali bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern, u qegħdin jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u tal-Istat kollha kemm huma jeħtiġilhom jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhuwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anki minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema ta’ pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.5 hawn taħt) (22).

(63)

It-tieni, fil-livell ta’ allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom għandhom jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-taqsima 3.2.1.8 hawn taħt) (23). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju, għajr is-settur bankarju, huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li mhumiex maħsuba biex itejbu l-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (24).

(64)

It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli tal-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika li mhumiex l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk idgħajfu l-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhix iddefinita, u b’hekk tħalli marġni wiesa’ ta’ apprezzament għall-korpi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet (25). B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u d-daqs kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġjati l-għanijiet tal-politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (26).

(65)

Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprovdu għal u jħeġġu diversi interventi mill-gvern. Tali interventi sostanzjali tal-gvern jinsabu f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (27).

(66)

Fil-kummenti tagħha dwar ir-rivelazzjoni finali, is-CCC irrimarkat li l-Kummissjoni tikkunsidra l-ekonomija tas-suq soċjalista li skontha l-ekonomija b’sjieda statali għandha pożizzjoni predominanti fiċ-Ċina u s-CCP li ssaħħaħ tali pożizzjoni bħala raġuni sabiex tkun applikata metodoloġija differenti biex ikun stabbilit il-valur normali. F’din il-konnessjoni, is-CCC ikkritikat lill-Kummissjoni għax qed tikkritika l-iżvilupp tal-pajjiż għax inkiseb bid-“distorsjoni tas-suq”. Fl-opinjoni tas-CCC, kwalunkwe partit politiku fid-dinja jitħasseb dwar l-ekonomija ta’ pajjiżu u jipprova jtejjeb l-istandards tal-għajxien domestiċi. Konsegwentament, is-CCC tikkunsidra li l-approċċ tal-Kummissjoni huwa orjentat politikalment, u sa ċertu punt apprezzabbli, preġudikat.

(67)

Il-Kummissjoni rrifjutat id-dikjarazzjoni li hija preġudikata. Kif diġà ntqal fil-premessa ((48)), l-analiżi skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiffoka biss fuq distorsjonijiet sinifikanti, jiġifieri fuq dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta l-prezzijiet jew il-kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. B’hekk, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq ċirkostanzi fattwali fil-pajjiż tal-esportazzjoni.

3.2.1.3.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni li huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur

(68)

Fir-RPĊ, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija.

(69)

Il-GTĊ u s-CCP għandhom strutturi li jiżguraw li jibqa’ jkollhom influwenza fuq l-intrapriżi, u b’mod partikolari fuq l-intrapriżi tal-istat (state-owned enterprises, SOEs). L-Istat (u f’ħafna aspetti anki s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali minn SOEs individwali, iżda jeżerċita wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Tipikament, dan isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fuq il-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji (ara wkoll it-taqsima 3.2.1.4), kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs (28). Inkambju, l-SOEs igawdu status partikolari fl-ekonomija Ċiniża, li jinkludi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari protezzjoni kontra l-kompetizzjoni u aċċess preferenzjali għal inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (29).

(70)

Fis-settur tal-frott tal-bott, hemm ħafna produtturi żgħar u s-settur huwa ġeneralment ikkaratterizzat minn għadd kbir ta’ SMEs. Għalhekk kien impossibbli li jiġi stabbilit il-proporzjon ta’ SOEs u kumpaniji privati. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni li tixhed il-kuntrarju, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-Istat huwa wkoll pjuttost preżenti f’dan is-settur. Fi kwalunkwe każ, irrispettivament mis-sjieda tagħhom, il-produtturi kollha huma soġġetti għall-gwida politika mill-istat Ċiniż kif deskritt aktar fit-taqsima 3.2.1.5.

3.2.1.4.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: Il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet

(71)

Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda tal-SOEs u għodod oħra, il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija ta’ membri kruċjali tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, (30) iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (31)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, mill-inqas sa mill-2016 is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu biex jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex iqiegħdu l-“patrijottiżmu” bħala prijorità u jsegwu d-dixxiplina tal-partit (32). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, u dan irriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fir-rigward tad-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (33). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-mandolin tal-bott u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(72)

Anki jekk informazzjoni disponibbli dwar il-preżenza tal-istat fis-settur tal-mandolin tal-bott, hija biss limitata minħabba l-frammentazzjoni tagħha, l-investigazzjoni stabbilit li l-azzar jammonta għal madwar 21 % tal-kost tal-produzzjoni, biex b’hekk jirrappreżenta, l-aktar materja prima importanti, wara l-frott taċ-ċitru (li jammonta għal madwar 25-30 % tal-kost tal-produzzjoni), biex ikun prodott il-mandolin tal-bott. Madankollu, is-settur tal-azzar huwa soġġett għall-dominanza sinifikanti mill-Istat (34). Fis-settur tal-azzar, ħafna mill-produtturi ewlenin tal-azzar huma SOEs. Uħud jissemmew b’mod speċifiku fil-“Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar għall-perjodu 2016-2020” (35) bħala eżempji tal-kisbiet tat-12-il perjodu ta’ ppjanar ta’ ħames snin (bħal Baosteel, Anshan Iron and Steel, Wuhan Iron and Steel, eċċ.). Fid-dawl tal-importanza tal-azzar bħal input fil-produzzjoni tal-laned, il-produtturi tal-mandolin tal-bott jibbenefikaw minn kwalunkwe distorsjoni fil-prezzijiet minħabba l-interferenza tal-Istat fis-settur tal-azzar.

(73)

Fil-kummenti tagħha dwar l-iżvelar finali s-CCC ikkontestat l-approċċ tal-Kummissjoni. Fl-opinjoni tagħha, il-Kummissjoni ammettiet li l-preżenza tal-Istat hija pjuttost limitata fl-industrija tal-frott taċ-ċitru, iżda imbagħad warrbet din il-kwistjoni billi semmiet l-input tas-settur tal-azzar minflok il-preżenza tal-Istat fis-settur tal-frott taċ-ċitru nnifsu.

(74)

Il-Kummissjoni rrifjutat dan il-kumment. Kif imfakkar fil-premessi (96) u (97) ta’ hawn taħt, il-karatteristiċi rilevanti tas-sistema Ċiniża li jirriżultaw f’distorsjonijiet sinifikanti japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha, inkluż il-fatturi ta’ produzzjoni użati fil-manifattura tal-mandolin tal-bott. Fid-dawl tal-importanza tal-azzar bħal input u fid-dawl tal-fatt li l-inputs kollha għajr parti miz-zokkor jiġu mir-RPĊ, il-kostijiet tal-mandolin tal-bott huma esposti b’mod ċar għal tali distorsjonijiet sistemiċi, anki minħabba id-dominanza sinifikanti tal-Istat fis-settur tal-azzar.

(75)

Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-taqsima 3.2.1.8 hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs addizzjonali għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (36).

(76)

B’hekk, il-preżenza u l-interventi tal-Istat f’ditti, inklużi SOEs u setturi oħrajn (bħas-settur finanzjarju u dak tal-input) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet.

3.2.1.5.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles

(77)

Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata f’livell sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li l-gvernijiet ċentrali u lokali jeħtiġilhom jiffokaw fuqhom. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru, tista’ tgħid, is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. Kumplessivament, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jintbagħtu lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jkunu allokati skont il-forzi tas-suq (37).

(78)

Speċifikament fis-settur tal-mandolin tal-bott, kif diġà indikat fil-premessa (72) hawn fuq, l-azzar huwa input importanti għall-produzzjoni. Filwaqt li s-settur tal-mandolin tal-bott innifsu huwa fergħa minuri tal-industrija, mhuwiex kopert speċifikament mill-pjanijiet ewlenin tal-GTĊ, il-produtturi tiegħu jibbenefikaw minn distorsjonijiet fil-prezzijiet fil-materja prima li jużaw, prinċipalment l-azzar u l-ħadid.

(79)

L-industrija tal-azzar titqies bħala industrija essenzjali mill-GTĊ (38). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali, bħall-“Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar għas-snin 2016-2020”. Dan il-Pjan jiddikjara li l-industrija tal-azzar hija “settur importanti u fundamentali tal-ekonomija Ċiniża, pedament nazzjonali” (39). Il-kompiti u l-objettivi ewlenin stabbiliti f’dan il-Pjan ikopru l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-industrija (40). Il-“Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013)” (41) (“il-Katalogu”) jelenka l-ħadid u l-azzar bħala industriji mħeġġa. L-applikabbiltà tal-Katalogu ġiet ikkonfermata mill-investigazzjoni antisussidji reċenti ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni fis-sħana tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta’ azzar ieħor li joriġinaw mir-RPĊ (42).

(80)

Il-GTĊ jiggwida wkoll l-iżvilupp tas-settur skont firxa wiesgħa ta’ għodod politiċi u ta’ direttivi relatati ma’, fost l-oħrajn: il-kompożizzjoni u r-ristrutturar tas-suq, il-materja prima, l-investiment, l-eliminazzjoni tal-kapaċità, il-firxa ta’ prodotti, ir-rilokazzjoni, it-titjib, eċċ. Permezz ta’ dawn il-mezzi u ta’ oħrajn, il-GTĊ jidderieġi u jikkontrolla virtwalment kull aspett fl-iżvilupp u fil-funzjonament tas-settur tal-azzar (43).

(81)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġjaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-azzar u l-ħadid bħala l-materja prima ewlenija li tintuża fil-manifattura tal-prodott ikkonċernat. Tali miżuri jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw b’mod normali.

(82)

Fil-kummenti tagħha dwar ir-rivelazzjoni finali, is-CCC qalet li l-argument tal-Kummissjoni kien jagħti x’jifhem li fir-RPĊ ir-riżorsi qed ikunu allokati mingħajr ma jkunu segwiti l-forzi tas-suq u b’hekk jimpedixxi l-iżvilupp ekonomiku kumplessiv tal-pajjiż, li ma kienx minnu. Barra minn hekk, is-CCC ġibdet l-attenzjoni li l-operaturi ekonomiċi kollha tal-UE, b’sjieda pubblika jew privata, ukoll qed jaġixxu skont il-pjanijiet tal-UE jew il-politiki mfassal mill-Istat Membru.

(83)

B’rabta ma’ dan, il-Kummissjoni saħqet li kwistjonijiet bħall-iżvilupp ekonomiku kumplessiv jew titjib tal-istandards tal-għajxien mhumiex soġġetti għall-analiżi skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Minflok, kif intqal fil-premessa ((48)), dik l-analiżi tiffoka biss fuq il-punt sa fejn il-prezzijiet jew il-kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materja prima u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Fir-rigward tar-referenza tas-CCC għal azzjonijiet ta’ operaturi ekonomiċi tal-UE, il-Kummissjoni fakkret li, kif diġà ddikjarat fil-premessa (55), l-analiżi ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens ta’ 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku tħares lejn l-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar minn dawk elenkati f’dik id-dispożizzjoni fuq il-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur. L-azzjonijiet tal-operaturi ekonomiċi fis-swieq a kinux ikkunsidrata f’dan il-kuntest.

3.2.1.6.   Distorsjonijiet sinifikanti skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà

(84)

Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża tal-falliment ipproduċiet riżultati inadegwati fl-ilħuq tal-objettivi ewlenin tagħha stess, bħal dawk ta’ saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-djun u ta’ salvagwardja tad-drittijiet u tal-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tibbaża formalment fuq prinċipji simili għal dawk li jiġu applikati f’liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħra minbarra r-RPĊ, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-inqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jbatu minn għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu wieħed b’saħħtu u attiv, li spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (44).

(85)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta’ proprjetà huma partikolarment evidenti fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ. (45) L-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali ta’ proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss mill-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u li huma mmirati lejn il-prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, fejn ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (46). Barra minn dan, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (47).

(86)

L-istess bħas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-mandolin tal-bott huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment, dwar il-liġi tal-kumpaniji u dwar il-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anki dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. L-investigazzjoni preżenti ma żvelat xejn li jista’ jitfa’ dubju fuq dawk is-sejbiet, bis-CCC u l-grupp Yiguan sempliċiment issottomettew li l-allokazzjoni tal-art mhix ekwivalenti għal restrizzjonijiet fuq l-użu tal-art kummerċjali jew rifjut ta’ dan, kif ukoll li l-pajjiżi kollha jipproteġu lill-bdiewa u minħabba li l-agrikultura tirrapreżenta parti kruċjali tal-attivitajiet ekonomiċi ta’ kwalunkwe pajjiż li huma marbuta mill-qrib mal-istabbilità u s-sigurtà soċjali. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost, u b’hekk iwasslu għal distorsjonijiet meta ditti insolventi jiġu miżmuma ħajjin u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni li tixhed il-kuntrarju, jidhru li huma applikabbli bis-sħiħ anki fis-settur tal-mandolin tal-bott.

(87)

Mar-rivelazzjoni finali, is-CCC u l-grupp Yiguan qalu li fid-dawl li l-Kummissjoni ma setgħetx issib evidenza biex tappoġġa l-konklużjonijiet tagħha ta’ distorsjonijiet tas-suq minħabba n-nuqqas ta’ elementi fattwali fl-industrija tal-frott taċ-ċitru, hija daret fuq l-istruttura ekonomika kumplessiva taċ-Ċina kkaratterizzata mill-“ekonomija soċjalista”, l-istruttura tal-amministrazzjoni tal-GtĊ u r-rwol tas-CCP. Is-CCC innutat fil-kummenti tagħha li l-elementi bħan-nuqqas jew inadegwatezza ta’ infurzar tal-liġijiet dwar il-falliment, korporattivi u tal-proprjetà jew l-applikazzjoni diskriminatorja tagħhom ma jinsabx fis-settur tal-frott taċ-ċitru.

(88)

Madankollu, l-argumenti tac-CCC ma kinux aċċettati. Il-Kummissjoni fakkret li l-liġijiet dwar il-falliment, korporattivi u dwar il-proprjetà huma ġeneralment applikabbli, (48) anke fis-settur tal-mandolin tal-bott. Ma hemmx evidenza akkurata u xierqa biex ikun stabbilit b’mod pożittiv li s-settur tal-frott taċ-ċitru mhux affettwat bid-distorsjonijiet li jirriżultaw min-nuqqas jew l-inadegwatezza ta’ infurzar tal-liġijiet dwar il-falliment, korporattivi u dwar il-proprjetà jew mill-applikazzjoni diskriminatorja tagħhom.

(89)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-mandolin tal-bott, inkluż fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

3.2.1.7.   Distorsjonijiet sinifikanti skont il-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni

(90)

Mhuwiex possibbli li fir-RPĊ tiżviluppa bis-sħiħ sistema ta’ pagi bbażata fuq is-suq peress li d-drittijiet ta’ organizzazzjoni kollettiva tal-ħaddiema u tal-impjegaturi huma mxekkla. Ir-RPĊ ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (49). Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni waħda biss tat-trade unions hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni mhijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (50). Barra minn dan, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u benefiċċji oħrajn lir-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (51). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fir-RPĊ.

(91)

Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-mandolin tal-bott mhuwiex soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għall-kuntrarju, is-CCC u l-grupp Yiguan argumentaw li porzjon sinifikanti tal-forza tax-xogħol tal-kumpaniji tal-frott taċ-ċitru tipikament jikkonsisti minn ħaddiema temporanji jew staġjonali li jiġu reklutati mill-kampanja, li ma jikkonkludux kuntratt ta’ impjieg mal-kumpaniji u li l-ħlasijiet tagħhom huma bbażati għalkollox fuq il-prestazzjoni tagħhom abbażi tal-kwantità prodotta jew ipproċessata. Is-CCC u l-grupp Yiguan ma ppreżentawx xi informazzjoni li jmorru s-sejbiet fil-premessa (90). Minflok, huma sempliċiment iddikjaraw li t-tkabbir rapidu tal-urbanizzazzjoni taċ-Ċina mhux kontestabbli u li ċ-ċaqliq ta’ miljuni ta’ nies f’bosta bliet juri l-eżistenza tal-mobilità tal-poplu fiċ-Ċina. Madankollu, kif innutat fil-premessa (90), aktar minn mobilità fiżika tal-ħaddiema fiha nnifisha, hija l-konsegwenza tas-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi li tirriżulta f’distorsjonijiet fill-pagi minħabba l-vulnerabbiltà ta’ ċerti kategoriji ta’ ħaddiema. Barra minn hekk, is-CCC u l-grupp Yiguan irreferew għall-investigazzjoni oriġinali iżda ma indikaw l-ebda sejba speċifika f’dik l-investigazzjoni li titfa’ dubju fuq l-eżistenza ta’ distorsjoniijiet sinifikanti tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku. B’rabta ma’ dan il-Kummissjoni nnutat li l-investigazzjoni oriġinali, aktar milli tappoġġa il-pożizzjoni tas-CCC u ta’ Yiguan, indikat għadd ta’ irregolaritajiet rigward il-mod li kien konkluż il-kuntratt ta’ impjieg u kif il-ħaddiema kienu remunerati.

(92)

Wara l-iżvelar finali, is-CCC irrepetiet l-argumenti tagħha dwar iż-żewġ gruppi ta’ ħaddiema fl-industrija tal-proċessar tal-frott, jiġifieri l-impjegati full-time u l-impjegati staġonali. B’rabta ma’ dan, is-CCC insistiet li l-użu ta’ ħaddiema staġonali mill-parti ta’ fuq tal-RPĊ mill-kumpanija li jipproċessaw il-frott turi kemm il-libertà li jimpjegaw ħaddiema, u kif ukoll il-libertà li jagħżlu li jkunu impjegati. Konsegwentament, is-CCC ikkunsidrat li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta’ distorsjonijiet relatati mal-pagi hija fattwalment skorretta.

(93)

Madankollu, il-Kummissjoni ma argumentatx li l-eżistenza tal-kategoriji varji tal-ħaddiema, bħall-impjegati full-time jew il-ħaddiema staġonali tirriżulta f’distorsjonijiet sinifikanti. Minflok, huma l-partikolaritajiet tas-sistema tal-liġi tax-xogħol li, flimkien mas-sistema tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi u n-nuqqas ta’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-ħaddiema, jirriżultaw fl-irregolaritajiet u d-distorsjoni tal-pagi deskritta hawn fuq fil-premessa ((90)). Għaldaqstant, l-argumenti tas-CCC ma setgħux ikunu aċċettati.

(94)

Għalhekk is-settur tal-mandolin tal-bott huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-manodopera kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (f’termini ta’ aċċess għall-kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ).

3.2.1.8.   Distorsjonijiet sinifikanti skont is-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat

(95)

L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

(96)

L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija karatterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (52), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbutin mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (53) u, għal darb’oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-gvern. Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (54). Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jmexxu l-finanzi f’setturi li l-gvern jagħżel bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (55).

(97)

Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inkluż is-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali.

(98)

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu spiss huma distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-istimi jissuġġerixxu b’mod qawwi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi jikkorrispondu b’mod sistematiku mal-klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi. (56)

(99)

Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jmexxu l-finanzi f’setturi li l-gvern jagħżel bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (57). Dan jirriżulta fi preġudizzji favur is-self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

(100)

It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan jintwera mit-tkabbir reċenti fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-istat minkejja tnaqqis kbir fil-profitabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi li jitħaddmu fis-sistema bankarja ma jsegwux reazzjonijiet kummerċjali normali.

(101)

It-tielet, minkejja li f’Ottubru 2015 kien hemm il-liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Tabilħaqq, is-sehem ta’ self bir-rata ta’ referenza jew taħtha għadu jirrappreżenta 45 % tas-self kollu u r-rikors għal kreditu mmirat jidher li żdied, peress li dan is-sehem żdied notevolment mill-2015 minkejja d-deterjorament fil-kundizzjonijiet ekonomiċi. Rati tal-imgħax artifiċjalment baxxi jwasslu għal prezzijiet baxxi, u bħala konsegwenza ta’ dan, għall-użu eċċessiv tal-kapital.

(102)

It-tkabbir kumplessiv tal-kreditu fir-RPĊ jindika deterjorament tal-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr ebda sinjal ta’ restrizzjoni kreditizja li tkun mistennija f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. Bħala riżultat, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu fis-snin reċenti. Quddiem sitwazzjoni ta’ żieda tad-dejn f’riskju, il-GTĊ għażel li jevita l-inadempjenzi. B’konsegwenza ta’ dan, il-kwistjonijiet ta’ dejn mitluf ġew ittrattati permezz ta’ dejn ta’ riportament, sabiex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “zombi”, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew swaps ta’ dejn għal ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema kumplessiva tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha.

(103)

Essenzjalment, minkejja l-passi reċenti li ttieħdu biex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fir-RPĊ hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti b’riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-istat fis-swieq kapitali.

(104)

Ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza li tgħid li s-settur tal-mandolin tal-bott se jkun eżentat mill-intervent tal-gvern deskritt hawn fuq fis-sistema finanzjarja. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

(105)

Fil-kummenti dwar ir-rivelazzjoni finali, is-CCC qalet li l-Kummissjoni, wara dikjarazzjoni li s-sjieda mill-Istat ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fiċ-Ċina u l-preżenza tas-CCP toħloq distorsjoni fil-finanzjament u r-rata tal-imgħax, taqbeż għall-konklużjoni li l-agrikoltura u s-settur tal-ipproċessar tagħha huma distorti. Is-CCC osservat nuqqas ta’ spjegazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni dwar jekk is-settur tal-frott taċ-ċitru għandux problemi biex jaċċessa l-finanzjament, u wara espremiet l-opinjoni tagħha li l-iskop u l-motivazzjoni tal-istrument tal-UE modifikat għad-difiża tal-kummerċ huwa li joħloq dispożizzjonijiet ġodda li mhumiex l-ADA tad-WTO.

(106)

Bi tweġiba għal dawn il-kummenti, il-Kummissjoni indikat li l-analiżi tagħha ta’ hawn fuq dwar id-distorsjonijiet skont l-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, hija bbażata fuq evidenza oġġettiva li tqiegħdet fil-fajl u li dwarha s-CCC ingħatat opportunità tikkumenta. Abbażi tal-evidenza kollha disponibbli, il-Kummissjoni ma kellhiex evidenza akkurata u xierqa li l-aċċess għal finanzjament ma kienx se jkun distort. Fir-rigward tal-kummenti tas-CCC dwar il-kumpatibilità tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, dawn kienu diġà indirizzati fil-premessi (54) u (57) ta’ hawn fuq.

3.2.1.9.   In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

(107)

Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristiċi fl-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritt hawn fuq fit-Taqsimiet minn 3.2.1.1 sa 3.2.1.5 kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni kif stabbilit hawn fuq fit-Taqsimiet 3.2.1.6-3.2.1.8 u fil-Parti B tar-Rapport.

(108)

Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi prodott il-mandolin tal-bott, hemm bżonn ta’ firxa wiesgħa ta’ inputs. Skont l-evidenza fil-fajl, il-produttur esportatur li kkoopera kiseb l-inputs tiegħu kollha, minbarra parti miz-zokkor, fir-RPĊ. Meta l-produtturi tal-mandolin tal-bott jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma evidentement esposti għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Jistgħu jissellfu flus li jkunu soġġetti għad-distorsjonijiet fuq is-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u fis-setturi kollha.

(109)

Bħala konsegwenza, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-mandolin tal-bott mhumiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, l-art, il-manodopera, l-enerġija u l-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input lejn l-input u l-bqija. Fl-investigazzjoni attwali, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw ebda evidenza jew argument li juri l-kuntrarju.

3.2.1.10.   Konklużjoni

(110)

L-analiżi stabbilita fit-taqsimiet 3.2.1.2. sa 3.2.1.9., li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent tar-RPĊ fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali kif ukoll fis-settur tal-mandolin tal-bott (inkluż il-prodott ikkonċernat) uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott ikkkonċernat, inkluż il-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ.

(111)

Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex tibni l-valur normali esklussivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu l-prezzijiet jew il-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja.

3.2.2.   Il-pajjiż rappreżentattiv

(112)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:

(a)

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji;

(b)

Il-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni f’dak il-pajjiż;

(c)

Id-disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti f’dak il-pajjiż;

(d)

Meta kien hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, ingħatat preferenza, fejn kien xieraq, lill-pajjiż b’livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(113)

Kif spjegat fil-premessi minn (43) sa (45), il-Kummissjoni għamlet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali disponibbli għall-partijiet interessati. Fit-tieni Nota tal-FoP, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Turkija kienet ikkunsidrata bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv.

3.2.3.   Is-sorsi li ntużaw biex jiġu stabbiliti kostijiet mhux distorti

(114)

Fl-ewwel Nota tal-FoP, il-Kummissjoni ddikjarat li, biex taħdem il-valur normali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija kienet se tuża l-Global Trade Atlas (“GTA”) biex tistabbilixxi l-kost mhux distort ta’ ħafna mill-fatturi tal-produzzjoni, filwaqt li għall-istabbiliment tal-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manodopera, tal-enerġija u tal-iskart, is-sors użat se jkun jiddependi mill-pajjiż rappreżentattiv magħżul.

(115)

Barra minn hekk, abbażi tad-deċiżjoni li t-Turkija tintuża bħala l-pajjiż rappreżentattiv kif iddikjarat fit-tieni Nota tal-FoP, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li hija kienet se tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-fatturi tal-produzzjoni, u l-Istitut tal-Istatistika tat-Turkija biex tistabbilixxi l-kostijiet tal-manodopera u l-enerġija mingħajr distorsjoni.

3.2.4.   Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

3.2.4.1.   Id-data li ntużat biex inħadem il-valur normali

(116)

Fl-ewwel u fit-tieni Nota tal-FoP, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kellha l-ħsieb li tuża s-sorsi li ġejjin:

(a)

il-Global Trade Atlas (“GTA”) (58) għall-materja prima;

(b)

l-Istitut tal-Istatistika tat-Turkija (“Turkstat”) (59) għall-manodopera u għall-elettriku;

(c)

Orbis (60) għad-data finanzjarja ta’ kumpanija Torka fir-rigward tal-SG&A u tal-profitt.

(117)

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor il-fatturi tal-produzzjoni użati fil-kalkoli bil-kodiċijiet HS u l-valuri tal-unità korrispondenti tagħhom mill-GTA jew mill-bażijiet ta’ data Torok, inklużi d-dazji tal-importazzjoni u l-kost tat-trasport.

Tabella 1

Fattur tal-produzzjoni

Kodiċijiet tal-prodotti Torok

Valur mingħajr distorsjoni

Materja Prima

Frott taċ-ċitru, frisk jew imnixxef, mandolin (inklużi l-varjetajiet tanġerini u satsuma)

0805211000

5,66 CNY/kg

Zokkor tal-kannamieli u tal-pitravi u sukrożju kimikament pur, f’forma solida, li fih sustanzi tat-togħma jew kulur miżjuda, zokkor abjad

1701991000

6,15 CNY/kg

Kartun, kaxxi u kontenituri ta’ karta jew kartun korrugat użati f’uffiċċji, ħwienet jew bħalhom

4819100000

11,69 CNY/kg

Tikketti tal-karti jew tal-kartun ta’ kull tip, stampati, jeħlu waħedhom

4821101000

118,30 CNY/kg

Karti, kartun, wadding taċ-ċelluloża u webs tal-fibra taċ-ċelluloża oħrajn, maqtugħin skont il-qies jew l-għamla; oġġetti oħrajn ta’ polpa tal-karta, karta, kartun, materjal artab taċ-ċelluloża jew insiġ ta’ fibri ċellulożi

4823904090

38,95 CNY/kg

Laned li għandhom jingħalqu bl-issaldjar jew bil-crimping, tat-tip użat għall-preservazzjoni tal-ikel, tal-ħadid jew tal-azzar, b’kapaċità li ma taqbiżx it-300 l, kemm jekk miksija jew iżolati kontra s-sħana kif ukoll jekk le, iżda mhux mgħammra b’apparat mekkaniku jew termiku

7310211100

28,26 CNY/kg

Manodopera

Kostijiet tal-manodopera fis-settur tal-manifattura

[MHUX APPLIKABBLI]

37,70 CNY/siegħa

Enerġija

Elettriku

[MHUX APPLIKABBLI]

CNY 0,52/kWh

3.2.4.2.   Materja prima u ruttam

(118)

Għall-materja prima kollha, fin-nuqqas ta’ informazzjoni dwar is-suq tal-pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni qagħdet fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala l-medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha minbarra r-RPĊ. B’mod simili, id-data tal-importazzjoni dwar l-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv minn pajjiżi mhux membri tal-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (61) kienet eskluża wkoll. L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jikkunsidra li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw biex ikun determinat il-valur normali u„ fi kwalunkwe każ, tali data tal-importazzjoni kienet negliġibbli. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-Taqsima 3.2.1.10 ikkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra baqgħet rappreżentattiva b’firxa minn 70 % sa 100 % tal-volumi totali importati fit-Turkija.

(119)

Il-Kummissjoni fittxet li tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima użata fil-produzzjoni tal-mandolin tal-bott, kif ikkunsinnat fil-fabbrika tal-produttur esportatur kif meħtieġ mill-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Biex tagħmel dan, hija applikat id-dazju tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv għal kull pajjiż tal-oriġini rispettiv u żiedet il-kostijiet tat-trasport domestiku mal-prezz tal-importazzjoni. Il-kostijiet tat-trasport domestiku għall-materja prima kollha ġew stmati fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw u, għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, mhumiex inklużi fil-lista tal-valuri referenzjarji msemmija fit-Tabella 1.

3.2.4.3.   Manodopera

(120)

Il-Kummissjoni identifikat statistika dwar il-kostijiet tal-manodopera mill-Istitut Statistiku tat-Turkija li jippubblika informazzjoni ddettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija. Il-Kummissjoni użat il-pagi rrappurtati fis-settur tal-manifattura Torka għall-2016 (l-aktar reċenti disponibbli), għall-attività ekonomika C.10 (Manifattura ta’ prodotti tal-ikel) skont il-klassifikazzjoni NACE Rev.2 fit-Turkija biex tistabbilixxi l-kostijiet tal-manodopera mingħajr distorsjoni (62) skont il-klassifikazzjoni NACE Rev.2 (63). Din l-informazzjoni ma tippermettix distinzjoni bejn ħaddiema manwali u ħaddiema mhux manwali. Kif kien sar fl-investigazzjoni preċedenti, il-valur medju fix-xahar tal-2016 ikun aġġustat kif xieraq għall-inflazzjoni bl-użu tal-indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi domestiċi (64) kif ippubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika.

3.2.4.4.   Elettriku

(121)

Biex tistabbilixxi valur referenzjarju għall-elettriku, il-Kummissjoni użat it-tariffi tal-elettriku ppubblikati mill-Istitut tal-Istatistika Tork (65). Il-Kummissjoni użat id-data tal-prezzijiet tal-elettriku industrijali fil-livell ta’ konsum korrispondenti.

3.2.4.5.   Oġġetti tal-konsum/kwantitajiet negliġibbli

(122)

Minħabba l-għadd kbir ta’ fatturi tal-produzzjoni u l-piż negliġibbli totali ta’ xi materja prima fil-kost totali tal-produzzjoni (bħall-aċidu ċitriku, alkali likwidi, l-aċidu idrokloriku, il-lattat tal-kalċju, diversi materjali tal-ippakkjar), li b’kollox jirrappreżenta inqas minn 2 % tal-kostijiet totali tal-manifattura u l-fatt li d-dumping kien diġà stabbilit fuq il-bażi tal-fatturi ewlenin l-oħra tal-produzzjoni, il-Kummissjoni kkalkulat il-valur normali abbażi tal-fatturi li ġejjin: satsuma, zokkor, bott tal-landa, għata, kartuna, tray tal-karta u tikketta tal-karta. Il-fatturi l-oħrajn tal-produzzjoni kienu miġbura taħt oġġetti tal-konsum.

(123)

Il-Kummissjoni kkalkolat il-perċentwal tal-oġġetti tal-konsum fuq il-kost totali tal-materja prima abbażi tal-produttur esportatur li kkoopera u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-prezzijiet stabbiliti mingħajr distorsjoni.

3.2.4.6.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti

(124)

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

(125)

Għall-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni użat id-data finanzjarja ta’ produttur Tork (66) disponibbli pubblikament għall-perjodu Jannar - Diċembru 2019 kif imħabbar fit-tieni Nota tal-FoP.

(126)

B’riżultat ta’ dan, żdiedu l-entrati li ġejjin mal-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura:

(a)

SG&A ta’ 10,40 % mill-kost tal-oġġetti mibjugħa, b’applikazzjoni fuq is-somma tal-kostijiet tal-manifattura;

(b)

Profitt ta’ 18,30 % mill-kost tal-oġġetti mibjugħin, b’applikazzjoni fuq il-kostijiet tal-manifattura.

3.2.4.7.   Kalkolu tal-valur normali

(127)

Sabiex tistabbilixxi l-valur normali maħdum, il-Kummissjoni segwiet il-passi li ġejjin:

(128)

L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura tal-mandolin tal-bott. Hija applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali tal-produzzjoni għall-grupp ta’ produtturi esportaturi li kkoopera.

(129)

It-tieni, biex waslet għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura tal-mandolin tal-bott determinati kif deskritt hawn fuq mal-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni.

(130)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt kif spjegat fil-premessa (126) għall-kostijiet mhux imxekkla tal-produzzjoni stabbiliti.

(131)

Abbażi ta’ dak, il-Kummissjoni fasslet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott abbażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.3.   Il-prezz tal-esportazzjoni għall-grupp ta’ produtturi esportaturi li kkoopera

(132)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, il-grupp ta’ produtturi esportaturi li kkoopera esporta l-prodott taħt rieżami direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz attwalment imħallas jew li jista’ jitħallas għall-prodott taħt rieżami meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.4.   Tqabbil u marġni tad-dumping

(133)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali mibni f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku mal-prezz tal-esportazzjoni abbażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

(134)

Meta dan kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-paragunabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport intern, l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-kostijiet anċillari li jvarjaw minn 2 % sa 8 %, il-kost tal-kreditu li tvarja minn 0,1 % sa 3 %, il-kummissjonijiet li jvarjaw minn 0,1 % sa 3 % u l-kostijiet bankarji li jvarjaw minn 0,1 % sa 3 %.

(135)

Meta dan kien iġġustifikat, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali maħdum bil-perċentwal tal-VAT mhux rimborsat fuq il-bejgħ mill-esportazzjoni tagħha.

(136)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(137)

Fuq dik il-bażi, il-marġni medju ponderat tad-dumping, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ 184 % għall-grupp Yiguan.

3.5.   Dumping mill-produtturi esportaturi li ma kkooperawx

(138)

Il-Kummissjoni kkalkolat ukoll il-marġni tad-dumping medju għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx. Il-Kummissjoni użat fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(139)

L-ewwel, sabiex tistabbilixxi l-valur normali, il-Kummissjoni użat il-valur normali medju tal-grupp ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw. It-tieni, sabiex jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni użat il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6) wara li naqqset l-esportazzjonijiet tal-grupp ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw. Għall-finijiet tat-tqabbil, il-Kummissjoni aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika billi użat il-provvedimenti verifikati medji, inklużi l-kostijiet tat-trasport, tal-grupp ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw.

(140)

Abbażi ta’ dan, il-marġni ta’ dumping medju ponderat, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ 206 %.

(141)

Għalhekk, ma hemm ebda dubju li d-dumping tkompla matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

3.6.   Konklużjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping

(142)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping tkompla matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

3.7.   Evidenza tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping mir-RPĊ

(143)

Wara li nstabet l-eżistenza tal-kontinwazzjoni ta’ dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Meta għamlet dan, analizzat il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina, l-imġiba tal-esportaturi Ċiniżi fi swieq oħra, is-sitwazzjoni fis-suq domestiku tar-RPĊ u kemm huwa attraenti s-suq tal-Unjoni.

(144)

Kif imsemmi hawn fuq, ħames produtturi esportaturi Ċiniżi biss jew gruppi ta’ produtturi esportaturi ppreżentaw ruħhom u mlew l-Anness I tan-Notifika ta’ Bidu. L-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kienet, għalhekk, limitata.

(145)

Għal din ir-raġuni, il-maġġoranza tas-sejbiet stabbiliti hawn taħt li jikkonċernaw il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping kellhom ikunu bbażati fuq sorsi oħra, jiġifieri, l-bażijiet tad-data tal-Eurostat u l-GTA u l-informazzjoni mressqa mis-CCC u mill-industrija tal-Unjoni fit-talba għal rieżami. L-analiżi ta’ dik l-informazzjoni żvelat dan li ġej.

3.7.1.   Il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ

(146)

Iċ-Ċina hija bil-bosta l-akbar pajjiż produttur tal-mandolin tal-bott fid-dinja bi produzzjoni stmata ta’ 540 000 sa 700 000 tunnellata (67).

(147)

Fir-rigward tal-kapaċità ta’ produzzjoni totali Ċiniża u l-kapaċità ta’ riżerva Ċiniża, il-Kummissjoni ma kisbitx informazzjoni ġenerali għar-RPĊ. Għalhekk, il-Kummissjoni għamlet is-sejbiet tagħha abbażi tal-informazzjoni mressqa mill-ħames produtturi/grupp ta’ produtturi li wieġbu għall-kwestjonarju tal-kampjunar. Il-kapaċità ta’ riżerva Ċiniża rrappurtata mill-ħames produtturi/grupp ta’ produtturi kienet madwar 40-60 000 tunnellata (jiġifieri madwar 40 % tal-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom) li diġà hija ogħla mill-volum totali tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

3.7.2.   Imġiba ta’ esportaturi Ċiniżi fi swieq ta’ pajjiżi terzi

(148)

Il-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż lejn swieq ta’ pajjiżi terzi ġie stabbilit matul il-PIR abbażi tad-data disponibbli mill-istatistika tal-esportazzjoni tal-GTA (68), jiġifieri abbażi tal-kwantitajiet u l-valuri tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ (fil-livell FOB). L-Unjoni hija t-tielet l-aktar suq tal-esportazzjoni importanti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. Il-prezz medju tal-unità għall-Unjoni huwa ta’ USD 1,17 għal kull kilo. L-ewwel u t-tieni l-aktar swieq importanti tal-esportazzjoni huma l-Istati Uniti u l-Ġappun. Il-prezz medju tal-unità huwa ta’ USD 1,19 u 1,15 għal kull kilo rispettivament.

(149)

Skont il-GTA u s-CCC, il-volum tal-esportazzjonijiet lejn l-Istati Uniti naqas b’mod sinifikanti bejn l-2018 u l-2019, minn 195 066 tunnellata għal 139 682 tunnellata (differenza ta’ 55 384 tunnellata ekwivalenti għall-konsum totali tal-Unjoni). Dan it-tnaqqis huwa prinċipalment spjegat mill-impożizzjoni ta’ tariffa addizzjonali ta’ 25 % fuq mandolin tal-bott (parti mill-pakkett akbar ta’ tariffi imposti mill-miżuri tat-Taqsima 301 tal-Istati Uniti fuq importazzjonijiet Ċiniżi) (69).

3.7.3.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(150)

Is-suq tal-Unjoni huwa ferm iżgħar mill-kapaċitajiet ta’ riżerva disponibbli tal-produtturi Ċiniżi. Barra minn hekk, minħabba l-kwistjonijiet kummerċjali mal-Istati Uniti (70), il-produtturi Ċiniżi tilfu madwar 55 000 tunnellata ta’ esportazzjonijiet lejn l-Istati Uniti li faċilment jistgħu jiġu diretti mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni. Dan il-volum huwa ogħla b’mod sinifikanti meta mqabbel mal-konsum tal-Unjoni. Qabel l-introduzzjoni tal-miżuri AD, l-Unjoni kienet suq tradizzjonali għaċ-Ċina, huma kienu jesportaw aktar minn tliet darbiet il-volum li bħalissa qed jesportaw lejn l-Unjoni. Il-prezz medju tal-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni (USD 1,17/kg) huwa kemxejn ogħla milli lejn il-Ġappun (USD 1,15/kg) iżda ogħla b’mod sinifikanti meta mqabbel mal-prezz lejn it-Tajlandja (USD 1,04/kg). Ta’ min jinnota wkoll li l-prezz għall-Istati Uniti (USD 1,19/kg) huwa f’firxa simili għal dik għall-Unjoni.

(151)

Fil-qosor, fid-dawl tal-kapaċità kbira ta’ produzzjoni disponibbli fiċ-Ċina (u għalhekk il-kapaċità li jiżdiedu malajr il-volumi ta’ produzzjoni tagħha) u l-prattika tagħha ta’ dumping fil-passat, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li r-revoka tal-miżuri attwali tirriżulta f’żieda tal-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni.

3.8.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni ta’ dumping

(152)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà li jerġa’ jseħħ dumping jekk il-miżuri attwali jitħallew jiskadu. B’mod partikolari, il-livell tal-valuri normali stabbiliti għall-esportaturi/produtturi Ċiniżi, il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produttur li kkoopera lejn swieq ta’ pajjiżi terzi, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u d-disponibbiltà ta’ kapaċità ta’ produzzjoni sinifikanti fir-RPĊ juru probabbiltà kbira ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping fil-każ li l-miżuri attwali jitħassru.

3.9.   Il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu

(153)

Kif imsemmi fil-premessa (165), l-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħu sinifikanti meta mqabbla mal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Barra minn hekk, il-marġni tad-dumping misjuba huma kkonfermati mill-analiżi tal-prezzijiet ta’esportazzjoni lejn pajjiż terzi oħra, li jidher li huma saħansitra aktar baxxi kif deskritt fil-premessa (150). Fid-dawl tal-elementi eżaminati fit-taqsimiet 3.7.2 u 3.7.3, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li x’aktarx il-produtturi Ċiniżi jesportaw kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat; lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping, jekk il-miżuri jiskadu. B’hekk, hemm evidenza li x’aktarx jitkompla d-dumping u, fi kwalunkwe każ, il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping jekk il-miżuri jiskadu.

4.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU

4.1.   Kummenti ġenerali

(154)

Il-mandolin huwa maħsud fil-ħarifa u fix-xitwa, peress li l-istaġun tal-ħsad u tal-ipproċessar jibda kmieni f’Ottubru u jispiċċa madwar l-aħħar ta’ Jannar (għal ċerti varjetajiet, Frar jew Marzu) is-sena ta’ wara. Il-biċċa l-kbira tal-kuntratti ta’ bejgħ u xiri huma nnegozjati fl-ewwel xhur ta’ kull staġun. Il-prattika fl-industrija tal-mandolin tal-bott hija li jintuża l-istaġun (il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru ta’ sena waħda sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara) bħala l-bażi għal paragun. Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni adottat din il-prattika fl-analiżi tagħha.

4.2.   Definizzjoni tal-Industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(155)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, żewġ produtturi tal-Unjoni li kkooperaw immanifatturaw il-prodott simili. Sa tmiem l-istaġun tal-2017/2018 kien hemm tliet produtturi tal-Unjoni. It-tielet produttur tal-Unjoni (71) waqqaf il-produzzjoni minn tmiem l-istaġun tal-2017/2018. Id-data li tikkonċerna dan il-produttur preċedenti kienet inkluża f’xi makroindikaturi skont il-prattika standard tal-Kummissjoni biex tinkludi ċ-ċifri kollha magħrufa relatati mal-perjodu kkunsidrat għall-iskop tal-analiżi tad-dannu sabiex tinkiseb l-aħjar rappreżentazzjoni infurmata tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kif preskritt fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(156)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili ġiet stabbilita abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju pprovduti miż-żewġ produtturi tal-Unjoni li kkooperaw għall-perjodu kkunsidrat. Il-produzzjoni tal-produttur preċedenti kienet ibbażata fuq l-informazzjoni ppreżentata fl-ilment minn Fenaval u hija riflessa sal-istaġun tal-2017/2018.

(157)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żewġ produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, li jammontaw għall-produzzjoni totali tal-Unjoni, jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku.

(158)

Peress li l-industrija tal-Unjoni hija magħmula biss minn żewġ produtturi, iċ-ċifri kollha relatati ma’ data sensittiva kellhom jiġu indiċizzati jew mogħtija fi klassifika għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità.

(159)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, il-produzzjoni tal-Unjoni ġiet stabbilita għal bejn 18 000 u 24 000 tunnellata.

4.3.   Konsum apparenti tal-Unjoni

(160)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u d-data tal-importazzjoni mill-Eurostat. Filwaqt li l-produzzjoni tal-prodott soġġett għall-investigazzjoni hija staġonali, il-konsum huwa mifrux b’mod ugwali matul is-sena.

(161)

Fuq din il-bażi, matul il-perjodu kkunsidrat il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Il-Konsum tal-Unjoni

 

2015/2016

2016/2017

2017/2018

PIR

Il-Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

48 000 -64 000

56 000 -60 000

45 000 -60 000

47 000 -63 000

Indiċi (2015/2016 = 100)

100

118

94

99

Sors: L-ilment, ir-risposti għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni, Eurostat

(162)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-konsum tal-Unjoni varja skont il-kwalità tal-ħsad fl-Unjoni.

4.4.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.4.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(163)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi ta’ data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi tqabblu l-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif irrapportat fit-tabella 2 hawn fuq.

(164)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq

 

2015/2016

2016/2017

2017/2018

PIR

Volum ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ (tunnellati)

29 392

27 604

23 527

19 152

Indiċi (2015/2016 = 100)

100

94

80

65

Sehem mis-suq RPĊ (f’%)

61 - 46

49 - 37

52 - 39

41 - 30

Indiċi (2015/2016 = 100)

100

80

85

66

Sors: Eurostat

(165)

Fil-perjodu kkunsidrat, il-volumi tal-importazzjoni mir-RPĊ naqsu b’35 %. B’mod simili għall-volum tal-importazzjoni, is-sehem mis-suq Ċiniż segwa xejra ’l isfel matul il-perjodu kkunsidrat, u niżel b’34 %. Minkejja din ix-xejra ta’ tnaqqis, is-sehem mis-suq tal-prodott ikkonċernat baqa’ sinifikanti.

4.4.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

(166)

Il-Kummissjoni stabbiliet ix-xejra tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi abbażi tal-istatistika tal-Eurostat. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjoni

 

2015/2016

2016/2017

2017/2018

PIR

Prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi (EUR/tunnellata)

968

994

1 025

1 123

Indiċi (2015/2016 = 100) = 100)

100

103

106

116

Sors: Eurostat

(167)

Kif jidher fit-tabella ta’ hawn fuq, matul il-perjodu kkunsidrat il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’mod stabbli, u b’mod ġenerali b’16 %.

(168)

Peress li l-volum tal-importazzjoni tal-uniku esportatur li kkoopera rrappreżenta biss madwar 45-65 % (firxa mogħtija għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità) tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, l-eżistenza tat-twaqqigħ tal-prezz ġiet eżaminata għall-esportazzjonijiet Ċiniżi globali wkoll, abbażi tal-istatistika tal-importazzjoni.

(169)

Għal dan l-għan, il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni tqabblu mal-prezzijiet CIF (kost, assigurazzjoni u nol) medji ponderati korrispondenti tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kif irrappurtati mill-Eurostat. Dawn il-prezzijiet CIF (kost, assigurazzjoni u nol) ġew aġġustati biex ikopru l-kostijiet marbuta mal-approvazzjoni doganali, jiġifieri t-tariffa doganali u l-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni. Bi tweġiba għall-Kumment riċeviet mis-CCC dwar ir-rivelazzjoni finali, il-Kummissjoni kkonfermat li għall-analiżi ta’ twaqqigħ tal-prezz dan id-dazju anti-dumping applikabbli ma żdiedx mal-valuri tal-medja peżata tas-CIF.

(170)

Fuq dik il-bażi, it-tqabbil wera li matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’9-11 % meta l-prezzijiet tal-importazzjoni jitqiesu mingħajr dazji anti-dumping. Meta qieset id-dazji anti-dumping, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(171)

Meta wieħed iqis il-prezzijiet tal-importazzjoni rrappurtati mill-esportatur Ċiniż li kkoopera, aġġustati kif xieraq, marġni ta’ tnaqqis ta’ bejn 9-11 % jista’ jiġi stabbilit matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, mingħajr ma jitqiesu d-dazji anti-dumping fis-seħħ. Għal darb’oħra, meta jitqiesu d-dazji anti-dumping, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda twaqqigħ tal-prezzijiet.

4.5.   L-importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiżi terzi oħra

(172)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kiber b’mod sinifikanti. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-importazzjonijiet (82 % matul il-perjodu kkunsidrat) kienu mit-Turkija.

Tabella 5

L-Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

 

2015/2016

2016/2017

2017/2018

PIR

Volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (tunnellati)

9 416

12 660

15 552

21 827

Indiċi (2015/2016 = 100)

100

134

165

232

Sehem mis-suq (%)

20-15

23-17

35-26

46-35

Indiċi (2015/2016 = 100)

100

114

175

233

Sors: Eurostat

(173)

Il-bejgħ tal-esportaturi u l-produtturi Torok fis-suq tal-Unjoni żdied matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, minkejja dan it-tkabbir, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jibqgħu l-akbar fornitur tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

4.6.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.6.1.   Kummenti ġenerali

(174)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kienu jinfluwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(175)

L-indikaturi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, it-tkabbir, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġnijiet ta’ dumping) ġew determinati fil-livell tal-industrija sħiħa tal-Unjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni pprovduta fl-ilment, id-data miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, u t-tweġibiet tal-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni. Kif imsemmi fil-premessa (156), fil-każ tat-tielet produttur li waqaf jopera fi tmiem l-istaġun tal-2017/2018, il-Kummissjoni kkunsidrat id-data pprovduta minn Fenaval fl-ilment.

(176)

L-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi (il-prezzijiet tal-bejgħ, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, il-possibbiltà li jiġi ġġenerat kapital, l-inventarji, il-pagi u l-kostijiet tal-produzzjoni) twettqet fil-livell taż-żewġ produtturi tal-Unjoni li kkooperaw fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

4.6.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.6.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(177)

Il-produzzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità totali tal-Unjoni għat-tliet produtturi tal-Unjoni attivi matul il-perjodu kkunsidrat, żviluppaw kif ġej:

Tabella 6

Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2015/2016

2016/2017

2017/2018

PIR

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

18 000 -25 000

25 000 -34 000

12 000 -16 000

18 000 -24 000

Indiċi (2015/2016 = 100)

100

137

67

97

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

66 000 -88 000

66 000 -88 000

66 000 -88 000

46 000 -62 000

Indiċi (2015/2016 = 100)

100

100

100

71

Użu tal-kapaċità (%)

28,3

38,8

19,1

38,9

Sors: L-ilment u r-risposti għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni

(178)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni aggregat tal-Unjoni baqa’, bħala medja, stabbli, b’varjazzjonijiet relatati mal-kwalità tal-ħsad (l-2016/2017 kellha ħsad partikolarment tajjeb u ta’ wara kellha wieħed ħażin) u l-fatt li t-tielet produttur tal-Unjoni waqqaf il-produzzjoni fi tmiem l-istaġun tal-2017/2018. Għalhekk, fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami ż-żewġ produtturi tal-Unjoni li kkooperaw biss ipproduċew il-prodott ikkonċernat.

(179)

Ir-rata tal-użu tal-kapaċità baqgħet b’mod sistematiku taħt il-50 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din ir-rata relattivament baxxa hija spjegata mill-fatt li l-materja prima ewlenija użata mill-produtturi tal-mandolin tal-bott hija frott frisk, li jiddeterjora malajr. Konsegwentement, il-kapaċità għandha tkun disponibbli fl-ogħla livell tal-ħsad sabiex il-frott frisk ikun jista’ jiġi pproċessat f’perjodu ta’ żmien relattivament qasir.

4.6.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(180)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni għat-tliet produtturi tal-Unjoni attivi matul il-perjodu kkunsidrat, żviluppaw kif ġej:

Tabella 7

Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2015/2016

2016/2017

2017/2018

PIR

Volum tal-bejgħ (tunnellati)

15 000 -20 000

22 000 -30 000

12 000 -16 000

13 000 -17 000

Indiċi (2015/2016 = 100)

100

146

81

86

Sehem mis-suq (%)

32

40

28

28

(181)

Il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni ġeneralment segwa xejra simili bħall-produzzjoni tal-Unjoni. B’mod ġenerali, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’14 % bejn l-istaġun 2015/2016 u l-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, anki jekk il-konsum baqa’ relattivament stabbli matul dak l-istess perjodu. Barra minn hekk, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqar b’erba’ punti perċentwali.

4.6.2.3.   Impjiegi u produttività

(182)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej:

Tabella 8

Impjiegi u produttività

 

2015/2016

2016/2017

2017/2018

PIR

Indiċi (2015/2016 = 100)

100

120

106

118

Produttività (tunnellatI kull impjegat)

60-80

60-90

30-50

50-60

Indiċi (2015/2016 = 100)

100

114

64

83

Sors: L-ilment u r-risposti għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni

(183)

L-impjiegi kumplessivi żdiedu bi 18 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produttività espressa skont il-volum tal-produzzjoni għal kull impjegat naqset matul il-perjodu kkunsidrat u kompliet nieżla sal-aktar punt baxx fl-istaġun 2017/2018 meta wieħed mill-produtturi tal-Unjoni waqqaf l-attività. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li l-produttività ta’ din l-industrija hija influwenzata mill-kwalità u l-kwantità tal-frott frisk disponibbli jiġifieri f’sena meta l-ħsad ikun tajjeb il-produttività togħla u meta l-ħsad ikun ħażin il-produttività tonqos. L-istaġun 2016/2017 kien wieħed partikolarment tajjeb għall-frott taċ-ċitru, għalhekk il-produttività kienet l-ogħla f’dak l-istaġun.

4.6.2.4.   Tkabbir

(184)

Il-konsum tal-Unjoni varja matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b’14 %, parzjalment minħabba li produttur wieħed għalaq matul il-perjodu kkunsidrat. L-industrija tal-Unjoni għalhekk tilfet sehem mis-suq (4 punti perċentwali), kif għamel is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (17-il punt perċentwali).

4.6.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.6.3.1.   Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(185)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet unitarji medji ta’ bejgħ (EUR/tunnellata) tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 9

Prezzijiet tal-bejgħ fis-suq ħieles fl-Unjoni

 

2015/2016

2016/2017

2017/2018

PIR

Prezz tal-bejgħ (EUR/tunnellata)

1 340 -1 450

1 330 -1 450

1 390 -1 510

1 410 -1 530

Indiċi (2015/2016 = 100)

100

99

103

104

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

1 310 -1 420

1 300 -1 410

1 580 -1 710

1 320 -1 430

Indiċi (2015/2016 = 100)

100

99

120

100

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni

(186)

It-tabella ta’ hawn fuq turi wkoll l-evoluzzjoni tal-prezz unitarju medju tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni meta mqabbel mal-kostijiet tal-produzzjoni korrispondenti. Il-prezz tal-bejgħ żdied b’4 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-kost tal-produzzjoni baqgħet relattivament stabbli matul l-istess perjodu. Il-kost tal-produzzjoni eċċezzjonalment laħaq il-quċċata tiegħu fl-istaġun tal-2017/2018 minħabba ħsad ħażin.

(187)

B’mod ġenerali, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha trażżan il-kostijiet tal-produzzjoni u żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha matul il-perjodu kkunsidrat b’4 %, u b’hekk żgurat li l-profittabbiltà tagħhom tjiebet b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat.

4.6.3.2.   Kostijiet tal-manodopera

(188)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kost lavorattiv medju tal-produtturi tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 10

Kost lavorattiv medju għal kull impjegat

 

2015/2016

2016/2017

2017/2018

PIR

Kost medju tal-manodopera għal kull impjegat (EUR)

21 380 -23 200

21 450 -23 270

20 850 -22 630

21 680 -23 530

Indiċi (2015/2016 = 100)

100

100

97

101

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni

(189)

Il-kost medju tax-xogħol għal kull impjegat baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, u fil-biċċa l-kbira evita l-avversitajiet relatati mal-istaġun 2017/2018.

4.6.3.3.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(190)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-profitabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 11

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redittu fuq l-investimenti

 

2015/2016

2016/2017

2017/2018

PIR

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni fis-suq ħieles (% tal-fatturat tal-bejgħ)

1,6-2,2

1,8-2,4

-11,7-

-12,9

4,2-5,8

Indiċi (2015/2016 = 100)

100

109

-583

262

Fluss tal-flus

550 000 -600 000

780 000 -850 000

-1 440 000

-

-1 320 000

1 590 000 -1 730 000

Indiċi (2015/2016 = 100)

100

141

-238

287

Investimenti

920 000 -1 140 000

1 260 000 -1 550 000

430 000 -530 000

1 500 000 -1 840 000

Indiċi (2015/2016 = 100)

100

137

47

161

Redditu fuq l-investiment

100

119

-460

280

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni

(191)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

(192)

Il-profittabbiltà kibret sostanzjalment matul il-perjodu kkunsidrat. Iċ-ċifri tal-profittabbiltà juru tnaqqis kbir fl-istaġun 2017/2018. B’konformità ma’ dak li ġie spjegat qabel, matul l-istaġun tal-2017/2018 sar telf l-aktar minħabba kundizzjonijiet tat-temp partikolarment ħorox, u l-kostijiet ogħla korrispondenti mġarrba. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni reġgħet lura għall-profittabbiltà matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, u kważi laħqet il-profitt immirat tagħha ta’ 6,8 %.

(193)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-evoluzzjoni tal-fluss tal-flus kienet tikkorrispondi l-aktar mal-iżvilupp tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni għall-prodott ikkonċernat.

(194)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni għamlet investimenti għall-manutenzjoni u l-ottimizzazzjoni tal-makkinarju tal-produzzjoni eżistenti sabiex trażżan il-kostijiet. Il-livell ta’ investiment żdied speċjalment fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, li wisq probabbli kien vantaġġat mil-livell ta’ profitt mistenni matul dak l-istaġun, antiċipat mill-prospetti bikrija ta’ ħsad tajjeb. Saru wkoll investimenti biex titjieb il-konformità mar-regolamenti ambjentali.

(195)

Ir-redditu fuq l-investimenti matul il-perjodu kkunsidrat segwa mill-qrib ix-xejra tal-profittabbiltà.

4.6.3.4.   Inventarji

(196)

Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Inventarji

 

2015/2016

2016/2017

2017/2018

PIR

Stokks tal-għeluq (tunnellati)

2 300 -2 700

3 100 -3 610

1 800 -2 110

4 400 -5 060

Indiċi (2015/2016 = 100)

100

133

78

187

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni

(197)

Il-produtturi tal-Unjoni żiedu l-istokk tagħhom b’mod sinifikanti matul il-PIR. Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni bniet stokk sinifikanti matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, huwa nnotat ukoll li laħqet profitt b’saħħtu fl-istess ħin. Iż-żamma ta’ ċertu livell ta’ stokk hija meħtieġa sabiex jiġi kopert il-bejgħ eżatt qabel ma tibda l-produzzjoni mill-ħsad il-ġdid. Għalhekk, ma tistax titqies bħala sinjal ta’ sitwazzjoni ta’ dannu.

4.6.3.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping tal-passat

(198)

Il-marġnijiet ta’ dumping instabu li kienu ferm ogħla l-livell de minimis u l-livell attwali tal-miżuri (ara l-premessa (137) aktar ’il fuq). Barra minn hekk, meta jitqiesu l-kapaċità ta’ riżerva u l-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ (ara l-premessi (147) u (167)), l-impatt tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni ma jistax jitqies negliġibbli.

(199)

Il-miżuri oriġinali ġew imposti f’Diċembru 2008. Fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, l-industrija tal-Unjoni kisbet għall-ewwel darba minn dak iż-żmien rendiment qrib il-mira ta’ profitt ta’ 6,8 % kif determinat fl-investigazzjoni oriġinali. Meta titqies is-sitwazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll il-volumi ta’ importazzjonijiet li għadhom sinifikanti mir-RPĊ f’dawn l-aħħar snin, jista’ jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni għadha fraġli u vulnerabbli.

4.6.4.   Konklużjoni dwar id-dannu materjali

(200)

L-industrija tal-Unjoni rkuprat mill-effetti ta’ dumping dannuż fil-passat. Il-miżuri fis-seħħ għenu biex irażżnu l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, u b’dak it-tħassib ikkunsidrat bħala kkontrollat, l-industrija tal-Unjoni qiegħda terġa’ tħares ’il quddiem. Bħala tali, il-miżuri għenu wkoll lill-industrija tal-Unjoni biex tiffoka fuq kompetizzjoni ġusta f’ambjent fejn l-għadd ta’ parteċipanti ġodda internazzjonali qed jikber b’mod rapidu. Fl-aħħar nett, id-dazji fis-seħħ kienu fattur fid-deċiżjonijiet tal-investimenti magħmula matul il-perjodu kkunsidrat.

(201)

Madankollu, ma jistax jiġi konkluż li l-qagħda tal-industrija tal-Unjoni hija waħda soda. Filwaqt li ċerti indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni – b’mod partikolari l-profittabbiltà, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti u l-fluss ta’ flus – jindikaw stampa aktar stabbli, dawn mhumiex kisbiet konsolidati. Indikaturi oħra ta’ dannu - b’mod partikolari volum tal-bejgħ, sehem mis-suq u produzzjoni - ftit li xejn inbiddlu. L-indikaturi vvalutati globalment juru biċ-ċar li hemm sinjali ta’ titjib iżda l-industrija għadha pjuttost fraġli.

(202)

Meta wieħed iqis dak li ntqal hawn fuq, huwa konkluż li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu kkunsidrat fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

(203)

Fil-preżentazzjoni tagħha għar-rivelazzjoni finali s-CCC ressqet bosta kummenti dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni u indikat fatturi, bħall-klima ġenerali, l-importazzjonijiet mit-Turkija, li setgħu kkontribwew għas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, kif iddikjarat hawn fuq fil-premessa (202) il-Kummissjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni ma sofrietx dannu materjali. Għalhekk, dawn il-kummenti huma irrilevanti.

5.   IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

(204)

Peress li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni vvalutat jekk hemmx il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjoni oġġett ta’ dumping mir-RPĊ jekk il-miżuri kontra r-RPĊ jitħallew jiskadu skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(205)

Is-suq tal-Unjoni għall-frott tal-bott bħalissa huwa stabbli u kompetittiv. L-investigazzjoni wriet li ma jidher li hemm l-ebda fattur li jhedded l-industrija domestika bħal tnaqqis fid-domanda, bidliet fix-xejra tal-konsum, żviluppi fit-teknoloġija jew il-prestazzjoni tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni ddikjarat li ma tibżax miż-żieda reċenti fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ minħabba li l-produtturi minn pajjiżi terzi jikkompetu bi prezzijiet ġusti u l-kapaċità tagħhom hija limitata.

(206)

Biex tiddetermina jekk din il-biża’ hijiex ġenwina, il-Kummissjoni eżaminat il-volumi tal-produzzjoni u l-kapaċitajiet ta’ riżerva fir-RPĊ, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-impatt possibbli tal-iżvilupp fil-prezzijiet tal-volumi u tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kif ukoll l-impatt ta’ tali żvilupp fuq il-volumi ta’ bejgħ, il-prezzijiet u l-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni.

5.1.   Il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ

(207)

Kif diġà spjegat fil-premessi (146) sa (147) hawn fuq, kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti huma disponibbli fir-RPĊ. Ir-RPĊ hija l-akbar produttur tal-mandolin frisk fid-dinja, u l-produtturi esportaturi tagħha huma kapaċi jfornu lil swieq li huma diversi drabi d-daqs tal-Unjoni. Dawn il-produtturi għandhom orjentazzjoni qawwija u inċentiv biex ibigħu l-prodotti tagħhom f’volumi kbar fis-swieq tal-esportazzjoni. Il-passat reċenti juri wkoll li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jistgħu jadattaw malajr għall-provvista tas-suq tal-Unjoni b’importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Ta’ min ifakkar li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ żdiedu b’mod esponenzjali wara s-sentenza ta’ annullament li għamlet ir-Regolament oriġinali invalidu f’Marzu 2012 (72).

5.2.   Impatt tad-dumping Ċiniż fuq l-industrija tal-Unjoni

(208)

Rigward il-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjoni, l-investigazzjoni wriet li f’każ ta’ revoka tal-miżuri fis-seħħ u jekk wieħed kellu jassumi li l-prezz tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat u l-prezz tal-industrija tal-Unjoni jibqgħu l-istess bħalma kienu matul il-PIR, il-prezzijiet tal-importazzjoni jispiċċaw iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’9-11 % (kull tip ta’ prodott ikkonċernat). Minħabba f’hekk, hemm il-probabbiltà li l-industrija tal-Unjoni titlef mill-volum tal-bejgħ kif ukoll mis-sehem tas-suq fis-suq tal-Unjoni.

(209)

Il-Kummissjoni wettqet simulazzjoni biex tivvaluta l-impatt probabbli ta’ żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq l-industrija tal-Unjoni. Hekk kif il-bejgħ u l-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni jonqsu b’6 200 tunnellata b’riżultat ta’ żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi tal-mandolin tal-bott, il-kost unitarju ta’ produzzjoni jiżdied b’7,1 %, li jiddeterjora s-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni u jwassalhom biex jagħmlu t-telf. Din iż-żieda fil-volum tista’ tinkiseb faċilment mill-produtturi esportaturi Ċiniżi minħabba l-kapaċità ta’ riżerva kbira tagħhom, kif stabbilit fit-Taqsima 3.7.1 hawn fuq.

(210)

Minħabba li 82 % tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra r-RPĊ jiġu mit-Turkija, ma jistax jiġi eskluż li l-mandolin tal-bott Ċiniż li huwa l-oġġett ta’ dumping jissostitwixxi xi wħud minn dawn il-volumi ta’ importazzjoni. Fl-istess waqt, il-prezz medju tal-bejgħ ta’ importazzjonijiet mit-Turkija lejn l-Unjoni huwa inqas mill-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, li jfisser li jekk il-mandolin tal-bott Ċiniż oġġett ta’ dumping jiżdied fis-suq tal-Unjoni, x’aktarx li l-ewwel iżid is-sehem mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni, qabel ma jieħu s-sehem mis-suq tal-esportazzjonijiet mill-produtturi Torok lejn l-Unjoni. Madankollu, fi kwalunkwe każ, fid-dawl tal-kapaċità ta’ riżerva tal-produtturi Ċiniżi huma setgħu faċilment jaqbżu kemm is-sehem mis-suq tal-pajjiż tersi l-oħra (inkluż it-Turkija) u l-produtturi tal-Unjoni.

5.3.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(211)

Huwa ċar li d-daqs tas-suq tal-Unjoni – li huwa t-tielet l-akbar fid-dinja – huwa fattur importanti li jikkontribwixxi għall-attraenza tiegħu. Barra minn hekk, il-fatt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ komplew minkejja l-miżuri fis-seħħ juri li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jsibu li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti u huma ħerqana li jkomplu jbigħu fih. Barra minn hekk kif ġie osservat wara s-sentenza ta’ annullament li għamlet ir-Regolament oriġinali invalidu f’Marzu 2012, hemm inċentiv għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li jmexxu l-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra lejn is-suq tal-Unjoni bi prezz ogħla f’każ ta’ revoka tal-miżuri fis-seħħ. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi Ċiniżi issa huma soġġetti għal tariffi addizzjonali ta’ 25 % fuq il-konsenji bil-baħar lejn l-akbar suq tal-esportazzjoni tagħhom, l-Istati Uniti (73). Dawn it-tariffi ġodda huma r-riżultat tat-tensjonijiet kummerċjali li għaddejjin bejn ir-RPĊ u l-Istati Uniti. Dawn huma parti mill-azzjonijiet tariffarji meħuda mill-Istati Uniti taħt l-investigazzjoni attwali tagħha tat-Taqsima 301 dwar iċ-Ċina (74).

(212)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, hemm probabilità kbira li r-revoka tal-miżuri tirriżulta fi pressjoni immedjata u drastika fuq il-prezzijiet mir-RPĊ, appoġġjata minn ħażniet u kapaċitajiet sinifikanti disponibbli. Dan iġiegħel lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-prezzijiet jew il-volumi tagħha. Jekk l-industrija tnaqqas il-prezzijiet tagħha, tara l-profitti tagħha jinbidlu f’telf fuq medda qasira ta’ żmien. Jekk l-industrija titlef il-volumi tal-bejgħ, il-kostijiet unitarji tagħha jiżdiedu u tonqos aktar il-profittabbiltà. Fit-tul, l-industrija tal-Unjoni jkollha tadatta (tnaqqas) il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tagħha.

(213)

Minħabba s-sitwazzjoni relattivament fraġli tal-industrija tal-Unjoni kif spjegat fil-premessa (201) hawn fuq, flimkien maż-żieda fil-volumi attwali tal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping b’rata għolja, x’aktarx li dawn ikollhom impatt dannuż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni, li jwassal għal deterjorament rapidu tas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu.

5.4.   Konklużjoni

(214)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, hemm probabilità kbira li r-revoka tal-miżuri tirriżulta fi pressjoni immedjata u drastika fuq il-prezzijiet mir-RPĊ, minħabba kapaċitajiet sinifikanti disponibbli b’xejn. Dan iġiegħel lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-prezzijiet jew il-volumi tagħha. Jekk l-industrija tnaqqas il-prezzijiet tagħha, il-profitti tagħha jinbidlu f’telf fuq medda qasira ta’ żmien. Jekk l-industrija titlef il-volumi tal-bejgħ, titlef is-sehem mis-suq u l-kostijiet unitarji tagħha jiżdiedu u titnaqqas jew titħassar il-profittabbiltà tagħha.

(215)

Minħabba s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kif deskritta, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-industrija tal-Unjoni hija probabbli li ssofri deterjorament rapidu tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha – irrispettivament minn jekk jagħżlux li jikkompetu fuq il-volum jew fuq il-prezz. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-revoka tal-miżuri x’aktarx li tirriżulta fir-rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni.

6.   L-INTERESS TAL-UNJONI

6.1.   Kummenti preliminari

(216)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri eżistenti kontra r-RPĊ tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

6.2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(217)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi terġa’ lura għal ċifri profittabbli. Jekk il-miżuri jitħassru, l-industrija tal-Unjoni tkun f’qagħda ħafna agħar, kif deskritt fit-taqsima 5 hawn fuq (probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu). Tabilħaqq, meta jitqiesu l-volumi u l-prezzijiet mistennija tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ, l-industrija tal-Unjoni titqiegħed f’riskju serju f’termini ta’ prezzijiet tal-bejgħ aktar baxxi (tnaqqis fil-prezzijiet) u ritorn probabbli għal telf (ara l-premessa (212)). Investimenti ġodda li għandhom l-għan li jsaħħu l-kumpaniji u jtejbu l-kompetittività tagħhom fis-suq tal-prodott simili jkunu mxekkla wkoll.

(218)

Għaldaqstant, it-tkomplija tal-miżuri tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni, li f’dan il-każ tkun tista’ tirkupra aktar mill-effett tad-dumping kontinwu. B’kuntrast, il-waqfien tal-miżuri jġib fi tmiem l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni u b’hekk jhedded serjament il-vijabbiltà tagħha, u, minħabba f’hekk, ipoġġi l-eżistenza tagħha fil-periklu, biex b’hekk tonqos il-provvista u l-kompetizzjoni fis-suq.

6.3.   L-interess ta’ importaturi/kummerċjanti mhux relatati

(219)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil erba’ importaturi/kummerċjanti li mhumiex relatati. Waħda biss minn dawn il-kumpaniji wieġbet parzjalment.

(220)

Abbażi ta’ dan, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri kien se jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-importaturi li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni.

6.4.   Interess tal-utenti

(221)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil żewġ utenti tal-prodott ikkonċernat. Wieħed biss minn dawn l-utenti bagħat lura kwestjonarju mhux komplut.

(222)

Abbażi ta’ dan, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri kien se jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni.

6.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(223)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali fuq importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri mandolin, eċċ.) li joriġina mir-RPĊ.

(224)

Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kellha l-ħsieb li żżomm il-miżuri eżistenti tal-miżuri anti-dumping attwali fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri l-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-RPĊ.

7.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(225)

Minn dak li qed jintqal hawn fuq jirriżulta li l-miżuri anti-dumping applikabbli għal ċertu frott taċ-ċitru preparat jew preservat (jiġifieri mandolin, eċċ.) li joriġina fiċ-Ċina jenħtieġ li jinżammu.

(226)

Biex ikun minimizzat ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tal-imgħax, huma meħtieġa miżuri speċjali biex jiżguraw l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji bid-dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’d an ir-Regolament. Importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b’dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(227)

Waqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija neċessarja biex l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru japplikaw ir-rati individwali tad-dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet, mhix l-unika element li għandu jkun ikkunsidrat mill-awtoritajiet doganali. Fil-fatt, anki jekk ippreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3)) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jitolbu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) bil-għan li jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni, u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(228)

Jekk il volum tal-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati individwali aktar baxxi tad-dazju jiżdied b’mod sinifikanti wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, [skont il-każ, jista’ jkun introdott persentaġġ] minħabba li tali żieda tista’ fiha nfisha tkun ikkunsidrata bħala bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri fit-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’tali ċirkostanzi u sakemm il-kundizzjonijiet ikunu sodisfatti, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. L-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa li titneħħa/jitneħħew r-rata/i individwali tad-dazju u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(229)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (75). It-talba irid ikun fiha l-informazzjoni kollha rilevanti li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha.

(230)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (76), meta ammont għandu jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rata tal-imgħax li jenħtieġ li titħallas għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(231)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ mandolin ippreparat jew ippriżervat (inklużi t-tanġerini u s-satsuma), il-klementin, il-wilkings u frott taċ-ċitru ibridu ieħor simili, li mhux miżjud bi spirtu, kemm jekk fih zokkor jew materja ta’ ħlewwa oħra u kemm jekk le, u kif definit bħalissa fl-intestatura HS 2008, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 2008 30 55, 2008 30 75 u ex 2008 30 90 (il-kodiċijiet TARIC 2008309061, 2008309063, 2008309065, 2008309067 u 2008309069) u li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej.

Kumpanija

EUR/Tunnellata ta’ piż nett tal-prodott

Kodiċi addizzjonali tat-TARIC

Yichang Rosen Foods Co., Ltd, Yichang, Zhejiang

531,2

A886

Zhejiang Taizhou Yiguan Food Co. Ltd, Huangyan, Zhejiang

361,4

A887

Hubei Xinshiji Foods Co., Ltd, Dangyang City, Hubei Province

489,7

A888

Zhejiang Juzhou Foods Co., Ltd, Sanmen, Zhejiang

499,9

C528

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun kif imniżżel fl-Anness

499,6

A889

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

531,2

A999

3.   L-applikazzjoni tar-rata individwali tad-dazju speċifikata għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha jkun hemm dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li tkun ħarġet din il-fattura, identifikat minn ismu u l-funzjoni, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-[prodott ikkonċernat] mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn [isem il-kumpanija u l-indirizz] [kodiċi addizzjonali TARIC] fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli gћall-“kumpaniji l-oћra kollha”.

Artikolu 2

1.   F’każijiet fejn l-oġġetti jkunu ġarrbu dannu qabel ma jkunu daħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz li jkun tħallas realment jew li għandu jitħallas huwa aġġustat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 132 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 (77), l-ammont tad-dazju anti-dumping, maħdum abbażi tal-Artikolu 1 hawn fuq, jitnaqqas b’perċentwal li jikkorrispondi mal-aġġustament tal-prezz imħallas realment jew li għandu jitħallas.

2.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 3

L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat billi jiżdied produttur esportatur ġdid mal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u għalhekk soġġetti għar-rata tad-dazju medja peżata ta’ 499,6 EUR/Tunnellata ta’ piż nett tal-prodott fejn kull produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li huwa:

(a)

ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali (mill-1 ta’ Ottubru 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007);

(b)

mhu relatat mal-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u

(c)

huwa jew effettivament esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni jew daħal f’obbligu kuntrattwali rrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2018/825 (ĠU L 143, 7.6.2018, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 35).

(3)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE tat-22 ta’ Marzu 2012 fil-kawża C-338/10, Grünwald Logistik Service GmbH (GLS) vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 158/2013 tat-18 ta’ Frar 2013 li jimponi mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 49, 22.2.2013, p. 29).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1313/2014 tal-10 ta’ Diċembru 2014 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreservat (jiġifieri mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 354, 11.12.2014, p. 17).

(6)  L-Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping (ĠU C 104, 19.3.2019, p. 10).

(7)  In-Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli fuq l-importazzjoni ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreżervat (jiġifieri mandolin, eċċ) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 414, 10.12.2019, p. 14).

(8)  Jekk jogħġbok irreferi għall-Anness 3 tal-Ilment.

(9)  Disponibbli fuq http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2425.

(10)  Disponibbli fuq http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2425.

(11)  Avviż dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6-8).

(12)  Numru tal-każ tal-fajl t20.000686.

(13)  Global Trade Atlas – GTA (https://www.gtis.com/gta/secure/htscty_wta.cfm).

(14)  https://orbis4.bvdinfo.com/version-201866/orbis/Companies.

(15)  Nota għall-fajl – Numru tal-kawża tal-fajl t20.000629.

(16)  Frucom tirrappreżenta l-interess tal-importaturi Ewropej ta’ prodotti tal-ikel inkluż frott imnixxef, ġewż li jittiekel u frott u ħxejjex ipproċessati, inkluż il-mandolin tal-bott.

(17)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet dwar id-Difiża tal-Kummerċ, 20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2 (minn hawn ’il quddiem “ir-Rapport”).

(18)  Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 6-7.

(19)  Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 10.

(20)  Disponibbli fuq http://www.fdi.gov.cn/1800000121_39_4866_0_7.html (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019).

(21)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 20-21.

(22)  Ir-Rapport – Il-Kapitolu 3, p. 41, 73-74.

(23)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 120-121.

(24)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 122-135.

(25)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 7, p. 167-168.

(26)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.

(27)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 15-16, Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 50, p. 84, Ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 108-9.

(28)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 22-24 u l-Kapitolu 5, 97-108.

(29)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 104-9.

(30)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 100-1.

(31)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 26

(32)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 31-2.

(33)  Disponibbli fuq https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019).

(34)  Ir-Rapport– il-Kapitolu 14, p. 358.

(35)  It-test sħiħ tal-pjan huwa disponibbli fuq is-sit web tal-MIIT: http://www.miit.gov.cn/n1146295/n1652858/n1652930/n3757016/ c5353943/content.html (ikkonsultat l-aħħar fit-8 ta’ Ġunju 2020).

(36)  Ir-Rapport – il-Kapitoli minn 14.1 sa 14.3.

(37)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 41-42, 83.

(38)  Ir-Rapport, Parti III, il-Kapitolu 14, p. 346 ff.

(39)  Introduzzjoni għall-Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar.

(40)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 14, p. 347.

(41)  Il-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (il-Verżjoni tal-2011) (l-Emenda tal-2013) maħruġ bl-Ordni Nru 9 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-27 ta’ Marzu 2011, u emendat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma dwar l-Emendar tal-Klawżoli Rilevanti tal-Katalogu għall-Iggwidar tar-Ristrutturar tal-Industrija (il-Verżjoni tal-2011) maħruġa bl-Ordni Nru 21 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma fis-16 ta’ Frar 2013.

(42)  Ara l-Premessa (56) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17).

(43)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 14, pp. 375 – 376.

(44)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 138-149.

(45)  Ir-Rapport – Kapitolu 9, p. 216.

(46)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 213-215.

(47)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 209-211.

(48)  Ara wkoll Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 9-10

(49)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 332-337.

(50)  Ir-Rapport – Kapitolu 13, p. 336.

(51)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 337-341.

(52)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 114-117.

(53)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 119.

(54)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 120.

(55)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(56)  Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-IMF “Resolving China’s Corporate Debt Problem”, ta’ Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W.Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203

(57)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(58)  https://connect.ihs.com/gta/standardreports

(59)  L-Istitut tal-Istatistika tat-Turkija,http://www.turkstat.gov.tr

(60)  https://orbis4.bvdinfo.com/version-201866/orbis/Companies

(61)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33) u r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/749 tal-24 ta’ Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tneħħija tal-Każakistan mil-lista ta’ pajjiżi fl-Anness I tagħha (ĠU L 113, 29.4.2017, p. 11).

(62)  http://www.turkstat.gov.tr/PreIstatistikTablo.do?istab_id=2090, kif ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ Marzu 2020.

(63)  Din hija klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi użata mill-Eurostat, https://ec.europa.eu/eurostat/web/nace-rev2, kif ikkonsultata l-aħħar fl-24 ta’ Marzu 2020.

(64)  http://www.turkstat.gov.tr/PreIstatistikTablo.do?istab_id=2104, kif ikkonsultat l-aħħar fl-24 ta’ Marzu 2020.

(65)  http://www.turkstat.gov.tr => Stqarrijiet għall-istampa => agħżel il-prezzijiet tal-Elettriku u tal-Gass Naturali kif ikkonsultati l-aħħar fl-24 ta’ Marzu 2020.

(66)  FRİGO-PAK GIDA MADDELERİ SANAYİ VE TİCARET A.Ş.

(67)  Informazzjoni pprovduta mill-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża tal-Importazzjoni u l-Esportazzjoni għall-Oġġetti tal-Ikel, prodotti Nattivi u l-prodotti sekondarji tal-Annimali ddikjarat li ċ-Ċina hija l-akbar manifattur u esportatur tal-mandolin tal-bott bi produzzjoni annwali ta’ madwar 600 000-700 000 tunnellata filwaqt li Servizz Agrikolu Barrani tal-USDA stima l-konsum għall-ipproċessar fl-2018/2019 għal madwar 540 000 tunnellata. F’April 2020, kien hemm madwar 160 produttur tal-mandolin tal-bott fiċ-Ċina (kienu aktar minn 270 fl-2015).

(68)  Il-bażi tad-data telenka aktar minn 200 destinazzjoni tal-esportazzjoni.

(69)  Https://ustr.gov/issue-areas/enforcement/section-301-investigations/section-301-china/200-billion-trade-action.

(70)  F’Settembru 2018, l-Istati Uniti imponew tariffi addizzjonali ta’ 25 fil-mija fuq iċ-ċitru ppriżervat mir-RPĊ bħala parti minn pakkett akbar ta’ tariffi fuq $200 biljun ta’ importazzjonijiet Ċiniżi.

(71)  COFRUSA

(72)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1313/2014, il-premessa (63).

(73)  Ara “China: Citrus Annual”, FAS (USDA), l-14 ta’ Diċembru 2018, ikkwotat hawn fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 67, p. 9.

(74)  Ara “Section 301 – China”, l-Uffiċċju tar-Rappreżentant tal-Kummerċ tal-Istati Uniti (l-“USTR”); disponibbli fuq is-sit https://ustr.gov/issue-areas/enforcement/section-301-investigations/section-301-china u kkonsultat fl-24 ta’ Lulju 2019.

(75)  Il-Kummissjoni Ewropea, Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.

(76)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(77)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


ANNESS

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:

Hunan Pointer Foods Co., Ltd., Yongzhou, Hunan

Ningbo Pointer Canned Foods Co., Ltd., Xiangshan, Ningbo

Yichang Jiayuan Foodstuffs Co., Ltd., Yichang, Hubei

Ninghai Dongda Foodstuff Co., Ltd., Ningbo, Zhejiang

Huangyan No.2 Canned Food Factory, Huangyan, Zhejiang

Zhejiang Fomdas Foods Co., Ltd., Xinchang, Zhejiang

Toyoshima Share Yidu Foods Co., Ltd., Yidu, Hubei

Guangxi Guiguo Food Co., Ltd., Guilin, Guangxi

Zhejiang Juda Industry Co., Ltd., Quzhou, Zhejiang

Zhejiang Iceman Group Co., Ltd., Jinhua, Zhejiang

Ningbo Guosheng Foods Co., Ltd., Ninghai

Yi Chang Yin He Food Co., Ltd., Yidu, Hubei

Yongzhou Quanhui Canned Food Co., Ltd., Yongzhou, Hunan

Ningbo Orient Jiuzhou Food Trade & Industry Co., Ltd., Yinzhou, Ningbo

Guangxi Guilin Huangguan Food Co., Ltd., Guilin, Guangxi

Ningbo Wuzhouxing Group Co., Ltd., Mingzhou, Ningbo


Top