EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1231

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 tas-27 ta’ Awwissu 2020 dwar il-format u l-istruzzjonijiet għar-rapporti annwali rigward ir-riżultati tal-istħarriġ u dwar il-format tal-programmi ta’ stħarriġ pluriennali u l-arranġamenti prattiċi, previsti rispettivament fl-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2020/5770

ĠU L 280, 28.8.2020, p. 1–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1231/oj

28.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1231

tas-27 ta’ Awwissu 2020

dwar il-format u l-istruzzjonijiet għar-rapporti annwali rigward ir-riżultati tal-istħarriġ u dwar il-format tal-programmi ta’ stħarriġ pluriennali u l-arranġamenti prattiċi, previsti rispettivament fl-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(3) u l-Artikolu 23(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/2031 jistabbilixxi l-obbligi biex l-Istati Membri jwettqu stħarriġ ibbażat fuq ir-riskju għall-preżenza ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni u sinjali u sintomi ta’ xi pest soġġett għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 29 jew għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1), f’żoni fejn mhux magħruf li l-pesti kkonċernati kienu preżenti, u li kull sena jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra r-riżultati ta’ dan l-istħarriġ.

(2)

Bl-istess mod, l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2016/2031 jistabbilixxi l-obbligu biex kull sena l-Istati Membri jwettqu l-istħarriġ tal-pesti ta’ prijorità kif stabbilit fl-Artikolu 22(1) u 22(2).

(3)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) żviluppat sett ta’ għodod għas-sorveljanza tal-pesti tal-pjanti, b’kards tal-istħarriġ tal-pesti għall-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, u b’linji gwida speċifiċi għal approċċ tal-istħarriġ dwar il-pesti li jkun statistikament sod u bbażat fuq ir-riskju, kif ukoll informazzjoni speċifika dwar l-istħarriġ għal pesti speċifiċi. L-għan ta’ dan is-sett ta’ għodod huwa li jassisti lill-Istati Membri sabiex ifasslu u jimplimentaw l-istħarriġ biex jiġi żgurat approċċ koerenti fit-territorju kollu tal-Unjoni.

(4)

Sabiex tiġi żgurata preżentazzjoni uniformi tar-riżultati tal-istħarriġ tal-Istati Membri, jenħtieġ li jiġi adottat format standard tar-rapport annwali għall-pesti rilevanti kollha, inkluż struzzjonijiet dwar kif għandhom jiddaħħlu r-riżultati. Dak il-format jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-elementi elenkati fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031 u fuq ir-rekwiżiti applikabbli ta’ stħarriġ stabbiliti bl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont ir-Regolament (UE) 2016/2031 għal pesti speċifiċi, kif ukoll fuq il-kards ta’ stħarriġ dwar il-pesti rispettivi u, fejn ikun xieraq, fuq linji gwida speċifiċi, żviluppati mill-Awtorità għal dak l-iskop. Sabiex jiġi żgurat approċċ komprensiv, il-format jenħtieġ li jkopri l-istħarriġ dwar il-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni u dwar il-pesti soġġetti għall-miżuri tal-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament (UE) 2016/2031, f’dawk iż-żoni fejn mhux magħruf li l-pesti huma preżenti fl-Unjoni.

(5)

Madankollu, ikun hemm xi pesti li għalihom ċerti atti ta’ implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 ikunu jirrikjedu li jitwettaq stħarriġ ibbażat fuq l-istatistika. Fil-każ ta’ ċerti pesti, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw l-approċċ ibbażat fuq l-istatistika. Għalhekk jixraq li jiġi stabbilit format speċifiku għall-istħarriġ ibbażat fuq l-istatistika, peress li jkun iktar adattat għall-preżentazzjoni tal-elementi ta’ tali stħarriġ.

(6)

Dak il-format tal-programmi ta’ stħarriġ pluriennali u l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-elementi stabbiliti fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 għal riskji ta’ pesti speċifiċi jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-esperjenza miksuba sa issa mill-Istati Membri fir-rigward tad-disinn, it-tmexxija, ir-rappurtar u l-preżentazzjoni tal-istħarriġ u l-kards tal-istħarriġ tal-pesti tal-Awtorità u, fejn ikun xieraq, il-linji gwida għas-sorveljanza ta’ pesti speċifiċi.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Format u struzzjonijiet għar-rapport annwali dwar ir-riżultati tal-istħarriġ

1.   Il-format u l-istruzzjonijiet għar-rapporti annwali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni li jikkonċernaw ir-riżultati tal-istħarriġ ta’ pesti previsti fl-Artikoli 22 u 24 tar-Regolament (UE) 2016/2031 huma stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   F’konformità mal-format u mal-istruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, ir-rapporti annwali dwar ir-riżultati tal-istħarriġ għandu jkun fihom il-partijiet li ġejjin:

(a)

Parti I: Tagħrif ġenerali dwar ir-riżultati tal-istħarriġ;

(b)

Parti II: Preżentazzjoni tar-riżultati tal-istħarriġ;

(c)

Parti III: Sommarju tar-riżultati tal-istħarriġ u l-aġġornament tal-istatus tal-pesti.

Artikolu 2

Format għall-programmi ta’ stħarriġ pluriennali u l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-elementi li jikkonċernaw riskji ta’ pesti speċifiċi

1.   Il-format għall-programmi ta’ stħarriġ pluriennali u l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-elementi stabbiliti fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 għar-riskji ta’ pesti speċifiċi huma stabbiliti fl-Anness II.

2.   Il-mudell tal-programmi ta’ stħarriġ pluriennali għandu jikkonsisti mill-partijiet li ġejjin:

(a)

Parti I: Tagħrif ġenerali;

(b)

Parti II: Mudelli għall-programmi ta’ stħarriġ pluriennali.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Awwissu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.


ANNESS I

Format u struzzjonijiet għar-rapport annwali tal-istħarriġ previst fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/2031

PARTI I

Informazzjoni ġenerali dwar ir-riżultati tal-istħarriġ kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2)

Il-mudell dwar l-informazzjoni ġenerali rigward ir-riżultati tal-istħarriġ kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) huwa dan li ġej:

Tagħrif ġenerali dwar ir-riżultati tal-istħarriġ ta’ [sena]

Stat Membru:

Awtorità Kompetenti:

Persuna ta’ kuntatt (isem, impjieg miżmum fi ħdan l-awtorità kompetenti, isem l-organizzazzjoni, in-numru tat-telefon u l-kont tal-posta elettronika funzjonali):

Organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fil-programm ta’ stħarriġ, inklużi laboratorji:

Sommarju tar-riżultati disponibbli pubblikament (bejn 500 u 3000 kelma):

Deskrizzjoni qasira tal-ambitu tal-programm għal dik is-sena;

Deskrizzjoni qasira tal-metodoloġija użata għall-istħarriġ, inkluża kwalunkwe teknoloġija ġdida jew innovattiva (jekk rilevanti);

In-numru totali ta’ pesti mistħarrġa dik is-sena fl-ambitu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031;

In-numru ta’ pesti individwati u kkonfermati uffiċjalment, u l-miżuri ta’ segwitu meħuda;

L-objettivi speċifiċi tal-programm milħuqa dik is-sena;

Link għas-sit web nazzjonali b’aktar informazzjoni (jekk disponibbli).

PARTI II

Format u struzzjonijiet għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-istħarriġ, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2)

Il-mudelli u l-istruzzjonijiet dwar il-preżentazzjoni tar-riżultati tal-istħarriġ kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2) huma dawn li ġejjin:

1.   Elementi tar-rapport annwali li jikkonċernaw pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni u pesti soġġetti għall-miżuri tal-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament (UE) 2016/2031, f’żoni fejn mhux magħruf li dawk il-pesti huma preżenti

1.1.   Mudell

“Rapport tar-riżultati annwali tal-istħarriġ ta’ [sena] għall-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni u l-pesti soġġetti għall-miżuri tal-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament (UE) 2016/2031, f’żoni fejn mhux magħruf li dawk il-pesti huma preżenti

1. Pesti mistħarrġa fi gruppi

2. Pesti

3. Pożizzjoni ġeografika

4. Siti ta’ stħarriġ

5. Żoni ta’ riskju

6. Żona tal-popolazzjoni fil-mira

7. Żona mistħarrġa tal-popolazzjoni fil-mira (%)

8. Materjal tal-pjanti/Prodott bażiku

9. Lista ta’ speċijiet ta’ pjanti

10. Ħin

11. Dettalji tal-istħarriġ:

A) Numru ta’ eżamijiet viżwali, għal kull grupp meta applikabbli

B) Numru totali ta’ kampjuni

C) Numru ta’ kampjuni asintomatiċi, fejn applikabbli

D) Tip ta’ nases (jew metodu alternattiv ieħor (eż. sweep nets))

E) Numru ta’ nases (jew metodu alternattiv ieħor)

F) Numru ta’ siti ta’ nsib (meta jkun differenti min-numru ta’ nases jew metodu alternattiv)

G) Tip ta’ testijiet (eż. identifikazzjoni mikroskopika, PCR, ELISA, eċċ.)

H) Numru totali ta’ testijiet

I) Miżuri oħra (eż. klieb tat-tfittxija, droni, ħelikopters, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni eċċ.)

J) Numru ta’ miżuri oħra

Sejbiet/Tifqigħat (li għandhom ikunu relatati ma’ Tifqigħat tal-EUROPHYT)

14. Kummenti

12. Numru ta’ riżultati pożittivi għal kull pest

13. Numru/i tan-notifika tat-tifqigħat, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715

Deskrizzjoni

Numru

A

B

C

D

E

F

G

H

I

J

Numru/i

Data/i

Grupp 1 – Postijiet ta’ produzzjoni awtorizzati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Grupp n

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pest 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pest 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pest 3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pest n

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.2.   Struzzjonijiet dwar kif timtela l-formola

Fil-kolonna 1: Bl-eċċezzjoni tal-“Grupp 1 – Postijiet ta’ produzzjoni awtorizzati”, huwa fakultattiv li jsir rapport għal kull grupp ta’ pesti. Fejn applikabbli, indika l-grupp ta’ pesti mistħarrġa flimkien (eż. pesti taċ-ċitru, pesti tal-foresti li jwaqqgħu l-weraq, pesti tal-foresti koniferi, pesti taċ-ċereali, pesti tal-patata, oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)). F’dawk il-każijiet meta pest ikun inkluż f’diversi gruppi, jekk jogħġbok irrapporta l-informazzjoni għal dak il-pest kif xieraq f’kull grupp.

Għall-“Grupp 1 – Postijiet ta’ produzzjoni awtorizzati”, indika l-lista tal-pesti li għalihom sar l-istħarriġ u r-riżultati tal-istħarriġ, billi tuża iktar minn ringiela waħda meta jkun meħtieġ biex tispeċifika siti mistħarrġa differenti tal-Kolonna 4 “Siti mistħarrġa”. F’dan il-grupp, jekk jogħġbok ipprovdi d-data għal kull pest, mingħajr ma taggrega fil-livell tal-grupp. Il-postijiet ta’ produzzjoni awtorizzati huma dawk il-postijiet li fihom l-operatur ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti biex joħroġ passaporti tal-pjanti.

Fil-kolonna 2: Indika l-isem xjentifiku tal-pest (kif elenkat fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jew fi kwalunkwe miżura speċifika għal pest partikolari), billi tuża ringiela waħda għal kull pest.

Fil-kolonna 3: Indika l-postijiet ġeografiċi fejn sar l-istħarriġ, preferibbilment bl-użu tal-livelli aktar baxxi disponibbli tan-NUTS. Fil-każ ta’ pesti rrappurtati għal kull grupp, huwa possibbli li d-data tiġi aggregata għall-pesti kollha fil-grupp f’ringiela waħda. Fil-każ ta’ pesti mhux irrappurtati għal kull grupp, huwa possibbli li d-data tiġi aggregata f’ringiela waħda għal kull pest. Huwa possibbli wkoll li jintużaw daqstant ringieli daqs kemm hemm postijiet rrappurtati, jekk ikun xieraq.

Fil-kolonna 4: Indika s-siti tal-istħarriġ, billi tuża aktar minn ringiela waħda għal kull pest biss meta dan ikun meħtieġ mir-rekwiżiti legali speċifiċi tal-istħarriġ dwar il-pesti u indika n-numru ta’ siti mistħarrġa. Fil-każ ta’ pesti rrappurtati għal kull grupp, huwa possibbli li d-data tiġi aggregata għall-pesti kollha fil-grupp f’ringiela waħda, u indika n-numru totali ta’ siti mistħarrġa. Fil-każ ta’ pesti mhux irrappurtati fi gruppi, huwa possibbli li d-data tiġi aggregata f’ringiela waħda għal kull pest, u jiġi pprovdut in-numru totali ta’ siti mistħarrġa. Meta tuża l-għażla “oħrajn”, jekk jogħġbok speċifika x’inhi:

1.

Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni): 1.1 għalqa (ikkultivata, bur); 1.2. ġnien bis-siġar tal-frott/vinja; 1.3. mixtla; 1.4. foresta;

2.

Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġonna privati; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ, eċċ.);

3.

Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam).

Fil-kolonni 5, 6 u 7: Fakultattiv jew meta applikabbli skont rekwiżiti legali speċifiċi għall-istħarriġ dwar il-pesti.

Fil-kolonna 5: Indika liema huma ż-żoni ta’ riskju identifikat abbażi tal-bijoloġija tal-pest(i), il-preżenza tal-pjanti ospitanti, il-kondizzjonijiet ekoklimatiċi u l-postijiet ta’ riskju.

Fil-kolonna 6: Indika ż-żona totali koperta mill-popolazzjoni fil-mira (ha) fl-Istat Membru.

Fil-kolonna 7: Indika l-proporzjon taż-żona mistħarrġa tal-popolazzjoni fil-mira (iż-żona mistħarrġa/iż-żona tal-popolazzjoni fil-mira) f’perċentwal.

Fil-kolonna 8: Indika l-pjanti, il-frott, iż-żrieragħ, il-ħamrija, il-materjal tal-ippakkjar, l-injam, il-makkinarju, il-vetturi, il-vettur, l-ilma, oħrajn, filwaqt li tispeċifika l-każ speċifiku. Ir-riżultati għandhom jiġu pprovduti bl-użu ta’ ringieli differenti biss meta r-rekwiżit speċifiku ta’ stħarriġ legali dwar il-pesti jispeċifika l-lista ta’ prodotti għall-istħarriġ.

Fil-kolonna 9: Indika l-lista tal-ispeċijiet/ġeneri tal-pjanti li ġew mistħarrġa. Tuża ringiela waħda għal kull speċi/ġeneru tal-pjanti biss meta jkun meħtieġ mir-rekwiżit speċifiku ta’ stħarriġ legali dwar il-pesti.

Fil-kolonna 10: Indika x-xhur tas-sena meta twettaq l-istħarriġ. Fil-każ ta’ pesti rrappurtati għal kull grupp, huwa possibbli li d-data tiġi aggregata għall-pesti kollha fil-grupp f’ringiela waħda. Fil-każ ta’ pesti mhux irrappurtati għal kull grupp, huwa possibbli li d-data tiġi aggregata f’ringiela waħda għal kull pest.

Fil-kolonna 11: Indika d-dettalji tal-istħarriġ, filwaqt li tqis ir-rekwiżiti legali speċifiċi tal-istħarriġ dwar il-pesti ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ ċerta kolonna ma tkunx applikabbli. Bl-eċċezzjoni tan-numru ta’ eżamijiet viżwali, li jistgħu jiġu rrappurtati fi grupp, id-data l-oħra kollha trid tiġi pprovduta għal kull pest sakemm ma tkunx inkluża ġustifikazzjoni għar-rapport fi grupp fil-kolonna 14 (“Kummenti”). Meta meħtieġ mir-rekwiżiti speċifiċi ta’ stħarriġ legali dwar il-pesti, uża ringieli differenti (eż. biex tirrapporta tipi differenti ta’ testijiet u n-numru tagħhom).

Fil-kolonna 12: Indika n-numru ta’ riżultati pożittivi għal kull pest. Dan in-numru jista’ jvarja min-numru ta’ tifqigħat meta jiġu inklużi diversi riżultati pożittivi f’notifika waħda ta’ tifqigħa.

Fil-kolonna 13: Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ.

Fil-kolonna 14: Inkludi kwalunkwe informazzjoni oħra li tqis rilevanti u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar ir-riżultati tal-istħarriġ ta’ pjanti asintomatiċi b’sejbiet pożittivi.

2.   Elementi tar-rapport annwali li jikkonċernaw ir-riżultati tal-istħarriġ ibbażati fuq l-istatistika għall-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, f’żoni fejn mhux magħruf li l-pesti huma preżenti, applikabbli meta twettaq stħarriġ ibbażat fuq l-istatistika

2.1.   Mudell

“Rapport tar-riżultati tal-istħarriġ annwali bbażati fuq l-istatistika għal ċerti pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni u ċerti pesti soġġetti għall-miżuri tal-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament (UE) 2016/2031 ta’ [sena] (fakultattiv, sakemm mhux speċifikament meħtieġ mil-leġiżlazzjoni, u l-użu tiegħu jissostitwixxi l-użu tal-Mudell 1.1)

1. Pest

2. Pożizzjoni ġeografika

3. Siti ta’ stħarriġ

4. Ħin

A. Definizzjoni ta’ stħarriġ (parametri ta’ input għal RiBESS+)

B. Sforz tal-kampjunar

C. Riżultati tal-istħarriġ

22. Kummenti

5. Popolazzjoni fil-mira

6. Unitajiet epidemjoloġiċi

7. Metodi tal-individwazzjoni

8. Effettività tal-kampjunar

9. Sensittività tal-metodu

10. Fatturi ta’ riskju (attivitajiet, postijiet u żoni)

11. Nru ta’ unitajiet epidemjoloġiċi spezzjonati

12. Nru ta’ eżamijiet viżwali

13. Nru ta’ kampjuni

14. Nru ta’ nases

15. Nru ta’ siti ta’ nsib

16. Nru ta’ testijiet

17 Nru ta’ miżuri oħra

18 Riżultati

19. Numru/i tan-notifika tat-tifqigħat innotifikati, kif applikabbli, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715

20. Livell ta’ fiduċja miksub

21. Prevalenza tad-disinn

Speċijiet ospitanti

Żona (ha jew unità oħra aktar rilevanti))

Unità/ajiet ta’ spezzjoni

Deskrizzjoni

Unitajiet

Eżamijiet viżwali

Insib

Ittestjar

Miżuri oħra

Fattur ta’ riskju

Livelli ta’ riskju

Nru ta’ postijiet

Riskji relattivi

Proporzjon tal-popolazzjoni tal-pjanta ospitanti

Pożittiv

Negattiv

Mhux determinat

Numru/i

Data/i

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.2.   Struzzjonijiet dwar kif timtela l-formola

Spjega s-suppożizzjonijiet sottostanti għad-disinn tal-istħarriġ għal kull pest. Ikteb fil-qosor u ġġustifika:

Il-popolazzjoni fil-mira, l-unità epidemjoloġika u l-unitajiet ta’ spezzjoni

Il-metodu tal-individwazzjoni u s-sensittività tal-metodu

Il-fattur(i) tar-riskju, li jindika l-livelli tar-riskju u r-riskji u l-proporzjonijiet relattivi korrispondenti tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti

Fil-kolonna 1: Indika l-isem xjentifiku tal-pest (kif elenkat fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jew fi kwalunkwe miżura speċifika għal pest partikolari).

Fil-kolonna 2: Indika l-postijiet ġeografiċi fejn sar l-istħarriġ, preferibbilment bl-użu tal-livelli aktar baxxi disponibbli tan-NUTS.

Fil-kolonna 3: Indika s-siti tal-istħarriġ, billi tuża aktar minn ringiela waħda għal kull pest meta dan ikun meħtieġ mir-rekwiżiti legali speċifiċi tal-istħarriġ dwar il-pesti. Jekk jogħġbok, dejjem irrapporta l-istħarriġ li sar f’Postijiet ta’ produzzjoni awtorizzati, f’ringiela differenti. Meta tuża l-għażla “oħrajn”, jekk jogħġbok speċifika x’inhi:

1.

Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni): 1.1 għalqa (ikkultivata, bur); 1.2. ġnien bis-siġar tal-frott/vinja; 1.3. mixtla; 1.4. foresta;

2.

Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġonna privati; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ, eċċ.);

3.

Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam).

Fil-kolonna 4: Indika x-xhur tas-sena meta twettqu l-istħarriġiet.

Fil-kolonna 5: Indika l-popolazzjoni fil-mira magħżula billi tipprovdi kif xieraq il-lista tal-ispeċijiet ospitanti u ż-żona koperta. Il-popolazzjoni fil-mira hija definita bħala l-grupp ta’ unitajiet ta’ spezzjoni. Id-daqs tagħha huwa ddefinit tipikament għal żoni agrikoli bl-ettari, iżda jista’ jkun lottijiet, għelieqi, serer eċċ. Jekk jogħġbok iġġustifika l-għażla li saret fis-suppożizzjonijiet sottostanti. Indika l-unitajiet ta’ spezzjoni mistħarrġa. “Unità ta’ spezzjoni” tfisser pjanti, partijiet ta’ pjanti, prodotti bażiċi, materjali, vetturi ta’ pesti li ġew eżaminati bir-reqqa għall-identifikazzjoni u għall-individwazzjoni tal-pesti. Jekk iż-żona tal-popolazzjoni fil-mira ma tkunx disponibbli, indika M/A u inkludi n-numru ta’ unitajiet ta’ spezzjoni li jiffurmaw il-popolazzjoni fil-mira.

Fil-kolonna 6: Indika l-unitajiet epidemjoloġiċi mistħarrġa, filwaqt li tindika d-deskrizzjoni u l-unità ta’ kejl tagħha. “Unità epidemjoloġika” tfisser żona omoġenja fejn l-interazzjonijiet bejn il-pest, il-pjanti ospitanti u l-fatturi u l-kundizzjonijiet abijotiċi u bijotiċi jirriżultaw fl-istess epidemjoloġija, jekk il-pest ikun preżenti. L-unitajiet epidemjoloġiċi huma suddiviżjoni tal-popolazzjoni fil-mira li hija omoġenja f’termini tal-epidemjoloġija b’mill-inqas pjanta ospitanti waħda. F’xi każijiet il-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti kollha f’reġjun/żona/pajjiż tista’ tiġi definita bħala unità epidemjoloġika. Dawn jistgħu jkunu reġjuni tan-NUTS, żoni urbani, foresti, ġonna tal-ward jew irziezet, jew ettari. L-għażla għandha tkun iġġustifikata fis-suppożizzjonijiet sottostanti.

Fil-kolonna 7: Indika l-metodi użati matul l-istħarriġ inkluż in-numru ta’ attivitajiet f’kull każ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi tal-istħarriġ dwar il-pesti ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ ċerta kolonna ma tkunx disponibbli.

Fil-kolonna 8: Indika stima tal-effettività tal-kampjunar. L-effettività tal-kampjunar tfisser il-probabbiltà li jintgħażlu partijiet ta’ pjanti infettati minn pjanta infettata. Għall-vetturi, hija l-effettività tal-metodu li jaqbad vettur pożittiv meta jkun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. Għall-ħamrija, hija l-effettività tal-għażla ta’ kampjun tal-ħamrija li jkun fih il-pest meta l-pest ikun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ.

Fil-kolonna 9: “Sensittività tal-metodu” tfisser il-probabbiltà ta’ metodu biex tiġi individwata b’mod korrett il-preżenza ta’ pesti. Is-sensittività tal-metodu hija definita bħala l-probabbiltà li ospitant verament pożittiv jiġi individwat u kkonfermat bħala pożittiv u mhux identifikat ħażin. Hija l-multiplikazzjoni tal-effettività tal-kampjunar (jiġifieri l-probabbiltà li jintgħażlu partijiet infettati tal-pjanti minn pjanta infettata) bis-sensittività dijanjostika (karatterizzata mill-eżamijiet viżwali u/jew mit-test tal-laboratorju użati fil-proċess ta’ identifikazzjoni).

Fil-kolonna 10: Ipprovdi l-fatturi ta’ riskju f’kolonni differenti, uża daqstant kolonni skont il-bżonn. Għal kull fattur ta’ riskju indika l-livell ta’ riskju u r-riskju relattiv korrispondenti u l-proporzjon tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti.

Għall-kolonna B: Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi tal-istħarriġ dwar il-pesti għal kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ ċerta kolonna ma tkunx applikabbli. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’dawn il-kolonni hija relatata mal-informazzjoni inkluża fil-kolonna 7 “Metodi ta’ individwazzjoni”.

Fil-kolonna 15: Indika n-numru ta’ siti tal-insib f’każ li dan in-numru jkun differenti min-numru ta’ nases (Kolonna 14) (eż. l-istess nassa tintuża f’postijiet differenti).

Fil-kolonna 18: Indika n-numru ta’ kampjuni li nstabu pożittivi, negattivi jew mhux determinati. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ individwazzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik, eċċ.).

Fil-kolonna 19: Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ.

Fil-kolonna 20: Indika s-sensittività tal-istħarriġ, kif definit fl-ISPM 31. Dan il-valur tal-livell ta’ fiduċja miksub tal-ħelsien mill-pesti huwa kkalkulat abbażi tal-eżamijiet (u/jew il-kampjuni) imwettqa minħabba s-sensittività tal-metodu u l-prevalenza tad-disinn.

Fil-kolonna 21: Indika l-prevalenza tad-disinn ibbażata fuq stima ta’ qabel l-istħarriġ tal-probabbiltà ta’ prevalenza attwali tal-pest fl-għalqa. Il-prevalenza tad-disinn hija stabbilita bħala mira tal-istħarriġ u tikkorrispondi mal-kompromess li l-maniġers tar-riskju qed jagħmlu bejn ir-riskju li jkollhom il-pest u r-riżorsi disponibbli għall-istħarriġ. Tipikament, għal stħarriġ ta’ individwazzjoni jiġi stabbilit valur ta’ 1 %.

PARTI III

Elementi tar-rapport annwali li jikkonċernaw is-sommarju tar-riżultati tal-istħarriġ u l-aġġornament tal-istatus tal-pesti mistħarrġa, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2)

Ir-rapport għandu jiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-istħarriġ u jaġġorna l-istatus ta’ kull pest inkluż fl-istħarriġ annwali, f’konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji (ISPM 8) u l-mudell li ġej:

“Aġġornament tal-istatus ta’ pesti għal kull pest inkluż fl-istħarriġ annwali f’konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji (ISPM 8)

 

Pest

Status tal-pest fil-bidu tal-istħarriġ

Status aġġornat tal-pest wara l-istħarriġ annwali

1.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

n

 

 

 


ANNESS II

Format għall-programmi ta’ stħarriġ pluriennali previst fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/2031, u arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-elementi stabbiliti f’dak l-Artikolu

PARTI I

Informazzjoni ġenerali kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2)

1.   Mudell

‘Informazzjoni ġenerali għal [snin]

Stat Membru:

Awtorità Kompetenti:

Persuna ta’ kuntatt (isem, impjieg miżmum fi ħdan l-awtorità kompetenti, isem l-organizzazzjoni, in-numru tat-telefon u l-kont tal-posta elettronika funzjonali):

Objettiv speċifiku ta’ kull sena tal-programm pluriennali tal-istħarriġ (għal aktar dettalji, ara l-punt (a) fit-taqsima ta’ hawn taħt, “Arranġamenti prattiċi”):

Ġustifikazzjoni f’konformità mal-Artikoli 22(1) u 24(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 f’każ ta’ nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, pesti li jikkwalifikaw b’mod provviżorju bħala pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni jew pesti ta’ prijorità (fuq bażi annwali) fil-programm ta’ stħarriġ pluriennali (għal aktar dettalji, ara l-punt (b) fit-taqsima hawn taħt, “Arranġamenti prattiċi”):

Pest

Ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ inklużjoni fil-programm ta’ stħarriġ pluriennali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Metodi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar tal-informazzjoni miġbura (għal aktar dettalji, ara l-punt (c) fit-taqsima ta’ hawn taħt, “Arranġamenti prattiċi”):

Sommarju pprovdut mill-Istat Membru disponibbli għall-pubbliku ġenerali (għall-pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-Kummissjoni, bejn 350 u 2000 kelma) (għal iktar dettalji, ara l-punt (d) fit-taqsima ta’ hawn taħt, “Arranġamenti prattiċi”):’

2.   Arranġamenti prattiċi

(a)

Iddeskrivi fil-qosor u ppreżenta r-raġunament għad-distribuzzjoni tal-pesti matul il-5-7 snin tal-programm pluriennali.

(b)

Skont l-Artikoli 22(1) u 24(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, ipprovdu ġustifikazzjonijiet għal kull pest mhux inkluż fil-programm ta’ stħarriġ pluriennali.

(c)

Fl-informazzjoni li tikkonċerna l-metodi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar, l-informazzjoni miġbura inkludi deskrizzjoni fil-qosor tal-metodi ewlenin użati għat-twettiq u għar-rappurtar tal-istħarriġ fit-territorju tal-Istat Membru.

(d)

Fis-sommarju pprovdut għall-pubbliku ġenerali inkludi dan li ġej:

deskrizzjoni qasira u l-ambitu tal-programm ta’ stħarriġ pluriennali;

deskrizzjoni qasira tal-metodoloġija li għandha tintuża għall-istħarriġ, inkluża kwalunkwe teknoloġija ġdida jew innovattiva (jekk rilevanti);

in-numru totali ta’ pesti koperti;

link għas-sit web tal-awtorità kompetenti nazzjonali b’aktar informazzjoni (jekk disponibbli).

PARTI II

Mudelli għall-programmi ta’ stħarriġ pluriennali kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2)

1.   Elementi tal-programm ta’ stħarriġ pluriennali li jikkonċernaw pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni u pesti soġġetti għal miżuri skont l-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament (UE) 2016/2031 f’żoni fejn mhux magħruf li dawk il-pesti huma preżenti

1.1.   Mudell

‘Programm ta’ stħarriġ pluriennali għal [snin] li jikkonċerna pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni u pesti soġġetti għal miżuri skont l-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament (UE) 2016/2031 f’żoni fejn mhux magħruf li l-pesti huma preżenti

1. Sena

2. Pesti mistħarrġa fi gruppi

3. Pest

4. Pożizzjoni ġeografika

5. Siti ta’ stħarriġ

6. Żoni ta’ riskju

7. Materjal tal-pjanti/Prodott bażiku

8. Lista ta’ speċijiet ta’ pjanti

9. Ħin

10. Dettalji tal-istħarriġ:

A) Numru ta’ eżamijiet viżwali, għal kull grupp

B) Numru totali ta’ kampjuni

C) Numru ta’ kampjuni asintomatiċi, fejn applikabbli

D) Tip ta’ nases (jew metodu alternattiv ieħor (eż. sweep nets))

E) Numru ta’ nases (metodu ta’ ġbir ieħor)

F) Numru ta’ siti ta’ nsib (meta jkun differenti mid-data rrapportata f’(E))

G) Tip ta’ testijiet (eż. identifikazzjoni mikroskopika, PCR, eċċ.)

H) Numru ta’ testijiet

I) Miżuri oħra (eż. klieb tat-tfittxija, droni, ħelikopters, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni eċċ.)

J) Numru ta’ miżuri oħra

11. Kummenti

Deskrizzjoni

Numru

A

B

C

D

E

F

G

H

I

J

Sena 1

Grupp 1 –

Postijiet ta’ produzzjoni awtorizzati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Grupp 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Sena n

Grupp 1 –

Postijiet ta’ produzzjoni awtorizzati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Grupp 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.2.   Arranġamenti prattiċi

Fil-kolonna 2: Bl-eċċezzjoni tal-“Grupp 1 – Postijiet ta’ produzzjoni awtorizzati”, huwa fakultattiv li jiġi ppjanat l-istħarriġ għal kull grupp ta’ pesti. Fejn applikabbli, indika l-grupp ta’ pesti li se jiġu mistħarrġa flimkien (eż. pesti taċ-ċitru, pesti tal-foresta li jwaqqgħu l-weraq, pesti tal-foresti koniferi, pesti taċ-ċereali, pesti tal-patata, oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)). F’dawk il-każijiet meta pest ikun inkluż f’diversi gruppi, jekk jogħġbok inkludi fil-programm l-informazzjoni għal dak il-pest kif xieraq f’kull grupp.

Għall-“Grupp 1 – Postijiet ta’ produzzjoni awtorizzati”, indika l-lista tal-pesti li għalihom se jsir stħarriġ, billi tuża iktar minn ringiela waħda meta jkun meħtieġ biex tispeċifika siti mistħarrġa differenti tal-Kolonna 5 “Siti mistħarrġa”. F’dan il-grupp, jekk jogħġbok ipprovdi d-data għal kull pest, mingħajr ma taggrega fil-livell tal-grupp. Il-postijiet ta’ produzzjoni awtorizzati huma dawk il-postijiet li fihom l-operatur ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti biex joħroġ passaporti tal-pjanti.

Fil-kolonna 3: Indika l-isem xjentifiku tal-pest (kif elenkat fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jew fi kwalunkwe miżura speċifika għal pest partikolari), billi tuża ringiela waħda għal kull pest.

Fil-kolonna 4: Indika l-postijiet ġeografiċi fejn sar l-istħarriġ, preferibbilment billi tuża l-livelli aktar baxxi tan-NUTS li huma disponibbli f’dan l-istadju. Fil-każ ta’ pest irrappurtat għal kull grupp, huwa possibbli li tiġi aggregata d-data għall-pesti kollha fil-grupp f’ringiela waħda. Fil-każ ta’ pesti mhux irrappurtati fi gruppi, huwa possibbli li d-data tiġi aggregata f’ringiela waħda għal kull pest. Huwa possibbli wkoll li jintużaw daqstant ringieli daqs kemm hemm postijiet rrappurtati, jekk ikun xieraq.

Fil-kolonna 5: Indika s-siti tal-istħarriġ, billi tuża aktar minn ringiela waħda għal kull pest meta dan ikun meħtieġ mir-rekwiżiti legali speċifiċi tal-istħarriġ dwar il-pesti u indika n-numru ta’ siti mistħarrġa. Fil-każ ta’ pesti rrappurtati għal kull grupp, huwa possibbli li d-data tiġi aggregata għall-pesti kollha fil-grupp f’ringiela waħda, u indika n-numru ta’ siti mistħarrġa. Fil-każ ta’ pesti mhux irrappurtati fi gruppi, huwa possibbli li d-data tiġi aggregata f’ringiela waħda għal kull pest, u jiġi pprovdut in-numru totali ta’ siti mistħarrġa. Meta tuża l-għażla “oħrajn”, jekk jogħġbok speċifika x’inhi:

1.

Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni): 1.1 għalqa (ikkultivata, bur); 1.2. ġnien bis-siġar tal-frott/vinja; 1.3. mixtla; 1.4. foresta;

2.

Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġonna privati; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ, eċċ.);

3.

Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam).

Fil-kolonna 6: Fakultattiv jew meta applikabbli skont rekwiżiti legali speċifiċi għall-istħarriġ dwar il-pesti. Indika ż-żoni ta’ riskju bbażati fuq il-bijoloġija tal-pest(i), il-preżenza tal-pjanti ospitanti, il-kondizzjonijiet ekoklimatiċi u l-postijiet ta’ riskju.

Fil-kolonna 7: Indika l-pjanti, il-frott, iż-żrieragħ, il-ħamrija, il-materjal tal-ippakkjar, l-injam, il-makkinarju, il-vetturi, il-vettur, l-ilma, oħrajn, filwaqt li tispeċifika l-każ speċifiku. Meta r-rekwiżit speċifiku tal-istħarriġ legali dwar il-pesti jispeċifika l-lista ta’ prodotti bażiċi li għandhom jiġu mistħarrġa, il-programm għandu jinkludi l-attivitajiet ippjanati għal kull prodott billi jintużaw ringieli differenti.

Fil-kolonna 8: Indika l-lista tal-ispeċijiet/ġeneri tal-pjanti li se jiġu mistħarrġa. Meta jkun meħtieġ mir-rekwiżit speċifiku ta’ stħarriġ legali dwar il-pesti, il-programm għandu jinkludi l-lista tal-ispeċijiet/ġeneri tal-pjanti bl-użu ta’ ringiela differenti għal kull speċi/ġeneru tal-pjanti.

Fil-kolonna 9: Indika x-xhur tas-sena meta se jitwettaq l-istħarriġ. Fil-każ ta’ pesti rrappurtati għal kull grupp, huwa possibbli li d-data tiġi aggregata għall-pesti kollha fil-grupp f’ringiela waħda. Fil-każ ta’ pesti mhux irrappurtati fi gruppi, huwa possibbli li d-data tiġi aggregata f’ringiela waħda għal kull pest.

Fil-kolonna 10: Indika d-dettalji tal-istħarriġ, filwaqt li tqis ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ ċerta kolonna ma tkunx disponibbli. Huwa possibbli biss li d-data minn din il-kolonna tinġabar flimkien fl-istess livell tal-grupp ta’ pesti għan-numru ta’ eżamijiet viżwali. Meta meħtieġ mir-rekwiżiti legali speċifiċi tal-istħarriġ dwar il-pesti, uża ringieli differenti (eż. il-pjan tal-użu ta’ tipi differenti ta’ testijiet u n-numru tagħhom).

2.   Elementi tal-programm ta’ stħarriġ pluriennali li jikkonċerna stħarriġ ibbażat fuq l-istatistika għall-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, u pesti soġġetti għal miżuri skont l-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament (UE) 2016/2031, f’żoni fejn mhux magħruf li dawk il-pesti huma preżenti, applikabbli meta jitwettaq stħarriġ ibbażat fuq l-istatistika

Il-programm ta’ stħarriġ pluriennali għandu jiġbor fil-qosor u jiġġustifika l-istħarriġ, inkluż il-parametri tal-input tiegħu, u l-isforz tal-kampjunar ippjanat

2.1.   Mudell

‘Programm tal-istħarriġ ibbażat fuq l-istatistika għal [snin] għall-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni u l-pesti soġġetti għal miżuri skont l-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament (UE) 2016/2031, f’żoni fejn mhux magħruf li huma preżenti l-pesti

1. Sena

2. Pest

3. Pożizzjoni ġeografika

4. Siti ta’ stħarriġ

5. Ħin

A. Definizzjoni ta’ stħarriġ (parametri tal-input għal RiBESS+)

B. Sforz tal-kampjunar ippjanat

19. Livell ta’ fiduċja mistenni

20. Prevalenza tad-disinn

21. Kummenti

6. Popolazzjoni fil-mira

7. Unitajiet epidemjoloġiċi

8. Metodi tal-individwazzjoni ppjanati

9. Effettività tal-kampjunar

10. Sensittività tal-metodu

11. Fatturi ta’ riskju (attivitajiet, postijiet u żoni)

12. Nru ta’ unitajiet epidemjoloġiċi li jridu jiġu spezzjonati

13. Nru ta’ eżamijiet

14. Nru ta’ kampjuni

15. Nru ta’ nases

16. Nru ta’ siti ta’ nsib

17. Nru ta’ testijiet

18. Nru ta’ miżuri oħra

Speċijiet ospitanti

Żona (ha jew unità oħra aktar rilevanti))

Numru ta’ unitajiet ta’ spezzjoni

Deskrizzjoni

Unitajiet

Eżamijiet viżwali

Insib

Ittestjar

Miżuri oħra

Fatturi ta’ riskju

Livelli ta’ riskju

Nru ta’ postijiet

Riskji relattivi

Proporzjon tal-popolazzjoni tal-pjanta ospitanti

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.2.   Arranġamenti prattiċi

Spjega s-suppożizzjonijiet sottostanti għad-disinn tal-istħarriġ għal kull pest. Ikteb fil-qosor u ġġustifika:

Il-popolazzjoni fil-mira, l-unità epidemjoloġika u l-unitajiet ta’ spezzjoni

Il-metodu tal-individwazzjoni u s-sensittività tal-metodu

Il-fattur(i) tar-riskju, li jindika l-livelli tar-riskju u r-riskji u l-proporzjonijiet relattivi korrispondenti tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti

Fil-kolonna 2: Indika l-isem xjentifiku tal-pest (kif elenkat fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jew fi kwalunkwe miżura speċifika għal pest partikolari).

Fil-kolonna 3: Indika l-postijiet ġeografiċi fejn se jsir l-istħarriġ, billi tuża preferibbilment il-livelli aktar baxxi tan-NUTS li huma disponibbli.

Fil-kolonna 4: Indika s-siti tal-istħarriġ, billi tuża aktar minn ringiela waħda għal kull pest meta dan ikun meħtieġ mir-rekwiżiti legali speċifiċi tal-istħarriġ dwar il-pesti. Jekk jogħġbok, dejjem ippjana l-istħarriġ li jridu jsiru f’Postijiet ta’ produzzjoni awtorizzati, f’ringiela differenti. Meta tuża l-għażla “oħrajn”, jekk jogħġbok speċifika x’inhi:

1.

Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni): 1.1 għalqa (ikkultivata, bur); 1.2. ġnien bis-siġar tal-frott/vinja; 1.3. mixtla; 1.4. foresta;

2.

Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġonna privati; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ, eċċ.);

3.

Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam).

Fil-kolonna 5: Indika x-xhur tas-sena meta se jitwettaq l-istħarriġ.

Fil-kolonna 6: Indika l-popolazzjoni fil-mira magħżula billi tipprovdi kif xieraq il-lista tal-ispeċijiet ospitanti u ż-żona koperta. Il-popolazzjoni fil-mira hija definita bħala l-grupp ta’ unitajiet ta’ spezzjoni. Id-daqs tiegħu huwa ddefinit tipikament għal żoni agrikoli bl-ettari, iżda jista’ jkun lottijiet, għelieqi, serer eċċ. Jekk jogħġbok iġġustifika l-għażla li saret fis-suppożizzjonijiet sottostanti fil-kolonna 21 (“Kummenti”). Indika l-unitajiet ta’ spezzjoni mistħarrġa. “Unità ta’ spezzjoni” tfisser pjanti, partijiet ta’ pjanti, prodotti bażiċi, materjali, vetturi ta’ pesti li se jiġu eżaminati bir-reqqa għall-identifikazzjoni u għall-individwazzjoni tal-pesti. Jekk iż-żona tal-popolazzjoni fil-mira ma tkunx disponibbli, indika M/A u inkludi n-numru ta’ unitajiet ta’ spezzjoni li jiffurmaw il-popolazzjoni fil-mira.

Fil-kolonna 7: Indika l-unitajiet epidemjoloġiċi li għandhom jiġu mistħarrġa, filwaqt li tindika d-deskrizzjoni u l-unità tal-kejl tagħha. L-unità epidemjoloġika hija definita bħala żona omoġenja fejn l-interazzjonijiet bejn il-pest, il-pjanti ospitanti u l-fatturi u l-kundizzjonijiet abijotiċi u bijotiċi jirriżultaw fl-istess epidemjoloġija, jekk il-pest ikun preżenti. L-unitajiet epidemjoloġiċi huma suddiviżjoni tal-popolazzjoni fil-mira li hija omoġenja f’termini tal-epidemjoloġija b’mill-inqas pjanta ospitanti waħda. F’xi każijiet il-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti kollha f’reġjun/żona/pajjiż tista’ tiġi definita bħala unità epidemjoloġika. Dawn jistgħu jkunu reġjuni tan-NUTS, żoni urbani, foresti, ġonna tal-ward jew irziezet, jew ettari. L-għażla għandha tkun iġġustifikata fis-suppożizzjonijiet sottostanti.

Fil-kolonna 8: Indika l-metodi li se jintużaw matul l-istħarriġ inkluż in-numru ta’ attivitajiet f’kull każ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi tal-istħarriġ dwar il-pesti ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ ċerta kolonna ma tkunx disponibbli. Indika iva/le f’Eżamijiet viżwali u pprovdi d-dettalji tal-metodi għall-Insib, għall-Ittestjar u għal Miżuri oħra.

Fil-kolonna 9: Indika stima tal-effettività tal-kampjunar. L-effettività tal-kampjunar tfisser il-probabbiltà li jintgħażlu partijiet ta’ pjanti infettati minn pjanta infettata. Għall-vetturi, hija l-effettività tal-metodu li jaqbad vettur pożittiv meta jkun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. Għall-ħamrija, hija l-effettività tal-għażla ta’ kampjun tal-ħamrija li jkun fih il-pest meta l-pest ikun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ.

Fil-kolonna 10: “Sensittività tal-metodu” tfisser il-probabbiltà ta’ metodu biex tiġi individwata b’mod korrett il-preżenza ta’ pesti. Is-sensittività tal-metodu hija definita bħala l-probabbiltà li ospitant verament pożittiv jiġi individwat u kkonfermat bħala pożittiv u mhux identifikat ħażin. Hija l-multiplikazzjoni tal-effettività tal-kampjunar (jiġifieri l-probabbiltà li jintgħażlu partijiet infettati tal-pjanti minn pjanta infettata) bis-sensittività dijanjostika (karatterizzata mill-eżami viżwali u/jew mit-test tal-laboratorju użati fil-proċess ta’ identifikazzjoni).

Fil-kolonna 11: Ipprovdi l-fatturi ta’ riskju f’kolonni differenti, uża daqstant kolonni skont il-bżonn. Għal kull fattur ta’ riskju indika l-livell ta’ riskju u r-riskju relattiv korrispondenti u l-proporzjon tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti.

Għall-kolonna B: Indika n-numru ta’ attivitajiet ippjanati, billi tispeċifika t-tip ta’ attività. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ ċerta kolonna ma tkunx disponibbli. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’dawn il-kolonni hija relatata mal-informazzjoni inkluża fil-kolonna 8 “Metodi ta’ individwazzjoni ppjanati”.

Fil-kolonna 16: Indika n-numru ta’ siti tal-insib f’każ li dan in-numru jkun differenti min-numru ta’ nases (Kolonna 15) (eż. l-istess nassa tintuża f’postijiet differenti).

Fil-kolonna 20: Indika s-sensittività tal-istħarriġ, kif definit fl-ISPM 31. Dan il-valur tal-livell ta’ fiduċja miksub tal-ħelsien mill-pesti huwa kkalkulat abbażi tal-eżamijiet (u/jew il-kampjuni) imwettqa minħabba s-sensittività tal-metodu u l-prevalenza tad-disinn.

Fil-kolonna 21: Indika l-prevalenza tad-disinn ibbażata fuq stima ta’ qabel l-istħarriġ tal-probabbiltà ta’ prevalenza attwali tal-pest fl-għalqa. Il-prevalenza tad-disinn hija stabbilita bħala mira tal-istħarriġ u tikkorrispondi mal-kompromess li l-maniġers tar-riskju qed jagħmlu bejn ir-riskju li jkollhom il-pest u r-riżorsi disponibbli għall-istħarriġ. Tipikament, għal stħarriġ ta’ individwazzjoni jiġi stabbilit valur ta’ 1 %.


Top