Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1194

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1194 tat-12 ta’ Awwissu 2020 li jimplimenta l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

    ST/10092/2020/INIT

    ĠU L 266I, 13.8.2020, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1194/oj

    13.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 266/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1194

    tat-12 ta’ Awwissu 2020

    li jimplimenta l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 tal-10 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl-10 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 224/2014.

    (2)

    Fil-5 ta’ Awwissu 2020, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2127 (2013) tal-KSNU, żied persuna waħda mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

    (3)

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 224/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 224/2014 huwa b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Awwissu 2020.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. ROTH


    (1)  ĠU L 70, 11.3.2014, p. 1.


    ANNESS

    Il-persuna li ġejja tiżdied mal-lista li tinsab fil-Parti A (Persuni) tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 224/2014:

    A.

    Persuni

    "14. Bi Sidi SOULEMAN (magħruf ukoll bħala: a) Sidiki b) 'General' Sidiki c) Sidiki Abbas d) Souleymane Bi Sidi e) Bi Sidi Soulemane)

    Deżinjazzjoni: Il-President u l-'ġeneral' awtoproklamat ta' Retour, Réclamation et Réhabilitation (3R)

    Data tat-twelid:20 ta' Lulju, 1962

    Post tat-twelid: Bocaranga, Repubblika Ċentru-Afrikana

    Nazzjonalità: Repubblika Ċentru-Afrikana

    Nru tal-passaport: Laissez-passer Nru 235/MISPAT/DIRCAB/DGPC/DGAEI/SI/SP, maħruġ fil-15 ta' Marzu 2019 (maħruġ mill-Ministru għall-Intern tar-Repubblika Ċentru-Afrikana)

    Indirizz: Koui, prefettura ta' Ouham-Pendé prefecture, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU:5 ta' Awwissu 2020

    Informazzjoni oħra: Bi Sidi Souleman imexxi l-grupp ta' milizzja Retour, Réclamation et Réhabilitation (3R) ibbażat fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) li qatel, ittortura, u sposta lil persuni ċivili u li kien involut fit-traffikar tal-armi, attivitajiet ta' tassazzjoni illegali, u gwerra ma' milizzji oħrajn minn mindu nħoloq fl-2015. Bi Sidi Souleman innifsu pparteċipa wkoll fit-tortura. Fis-6 ta' Frar 2019, 3R iffirma l-Ftehim Politiku għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fir-RĊA iżda involva ruħu f'atti li jiksru l-Ftehim u jibqa' ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RĊA. Pereżempju, fil-21 ta' Mejju 2019, 3R qatel 34 persuna ċivili mhux armati fi tliet villaġġi, qatel b'mod sommarju irġiel adulti. Bi Sidi Souleman kkonferma b'mod miftuħ lil Entità tan-NU li huwa kien ordna elementi li jagħmlu parti minn 3R biex jidħlu fil-villaġġi fid-data tal-attakki, iżda ma ammettiex li ta l-ordnijiet lil 3R biex joqtlu.

    Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Bi Sidi Souleman ġie elenkat fil-5 ta' Awwissu 2020 skont il-paragrafu 20 u l-paragrafu 21(b) tar-Riżoluzzjoni 2399 (2018), estiża mill-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 2507 (2020), billi kien involut jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, inkluż atti li jheddu jew ifixklu l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u rikonċiljazzjoni jew li jinstigaw il-vjolenza; u billi kien involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti fir-Repubblika Ċentru-Afrikana li jiksru d-dritt internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż dawk li jinvolvu attakki fuq il-persuni ċivili, attakki fuq bażi etnika jew reliġjuża, attakki fuq objettivi ċivili, inkluż ċentri amministrattivi, qrati, skejjel u sptarijiet, u l-ħtif u ċ-ċaqliq sfurzat.

    Informazzjoni addizzjonali:

    President u 'ġeneral' awtoproklamat tal-grupp armat Retour, Réclamation et Réhabilitation (3R), Bi Sidi Souleman kien involut f'atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RĊA u, b'mod partikolari, li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim Politiku għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fir-RĊA ffirmat fis-6 ta' Frar 2019 f'Bangui.

    Hu u ġellieda taħt il-kmand tiegħu wettqu atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew tad-dritt umanitarju internazzjonali. Fil-21 ta' Mejju 2019, 3R qatel 34 persuna ċivili mhux armati fi tliet villaġġi (Koundjili, Lemouna u Bohong), qatel b'mod sommarju irġiel adulti.

    Taħt it-tmexxija tiegħu, elementi li jagħmlu parti minn 3R wettqu atti li jinvolvu vjolenza sesswali u sessista. F'Settembru 2017, matul attakk kontra Bocaranga, elementi li jagħmlu parti minn 3R stupraw bosta nisa u bniet. Bejn Marzu u April 2020, elementi li jagħmlu parti minn 3R kienu involuti f'seba' każijiet ta' vjolenza sesswali fi tliet villaġġi fil-prefettura ta' Ouham-Pendé.

    Taħt it-tmexxija tiegħu, 3R kompla jimpedixxi r-restawr tal-awtorità tal-istat fiż-żoni ta' operazzjoni tagħha billi żamm sistemi ta' tassazzjoni illegali, speċjalment fuq l-attivitajiet ta' transumanza u fuq il-vjaġġaturi, u kien involut fl-isfruttament illegali tad-deheb fil-prefetturi ta' Mambéré-Kadéï u Nana-Mambéré.

    Fl-2019, taħt it-tmexxija tiegħu, 3R wettaq l-ewwel ksur tiegħu tal-Ftehim ta' Paċi. Bi Sidi Souleman għall-bidu rrifjuta li jibda d-diżarm u d-demobilizzazzjoni tal-ġellieda ta' 3R li suppost jipparteċipaw fl-ewwel unità speċjali ta' sigurtà mħallta fil-punent tar-RĊA u 3R kompla wkoll jespandi l-kontroll tiegħu fuq territorji li ġiegħlu lill-MINUSCA tniedi operazzjoni fil-prefetturi ta' Ouham-Pendé, Nana-Mambéré, u Mambéré-Kadéï f'Settembru 2019, kif ukoll fit-traffikar tal-armi sabiex jibnu l-kapaċitajiet militari u fir-reklutaġġ ta' ġellieda minn barra l-pajjiż.

    Fl-2020, taħt it-tmexxija tiegħu, 3R kompla jwettaq ksur tal-ftehim ta' Paċi u jespandi l-kontroll tiegħu fuq it-territorji tal-Punent. F'Mejju 2020, elementi li jagħmlu parti minn 3R okkupaw il-gendarmerie ta' Besson fil-prefettura ta' Nana-Mambéré u elementi li qabel kienu jagħmlu parti minn 3R telqu mill-USMS ta' Bouar. Fil-5 ta' Ġunju 2020, Bi Sidi Souleman ħabbar is-sospensjoni tal-parteċipazzjoni ta' 3R fil-mekkaniżmi ta' segwitu tal-Ftehim sa ma jingħata avviż ieħor. Fid-9 ta' Ġunju 2020, elementi preżunti jagħmlu parti minn 3R attakkaw il-kamp ta' taħriġ tal-USMS ta' Bouar kif ukoll il-punt ta' kontroll konġunt ta' MINUSCA u tal-forzi nazzjonali f'Pougol. Fil-21 ta' Ġunju 2020, elementi li jagħmlu parti minn 3R attakkaw pattulja konġunta ta' MINUSCA u l-forzi nazzjonali ħdejn Besson li wassal għall-mewt ta' tliet suldati Ċentru-Afrikani."


    Top