This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1090
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/1090 of 24 July 2020 concerning the authorisation of L-histidine monohydrochloride monohydrate as a feed additive for all animal species (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1090 tal-24 ta’ Lulju 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-istidina monokloridrat monoidrat bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1090 tal-24 ta’ Lulju 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-istidina monokloridrat monoidrat bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/4958
ĠU L 241, 27.7.2020, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 241/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1090
tal-24 ta’ Lulju 2020
dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-istidina monokloridrat monoidrat bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqu tliet applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-L-istidina monokloridrat monoidrat. Ma’ dawn l-applikazzjonijiet kien hemm ukoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament. |
(3) |
L-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni tal-L-istidina monokloridrat monoidrat prodott mill-Escherichia coli NITE BP-02526, mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80172 jew mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80179 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li jrid jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. Il-L-istidina monokloridrat monoidrat prodott mill-Escherichia coli NITE BP-02526 u mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80179 huwa applikat ukoll għall-kategorija ta’ addittivi “addittivi sensorji”. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fl-opinjoni tagħha tat-2 ta’ Lulju 2019 (2) , (3) , (4) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-L-istidina monokloridrat monoidrat prodott mill-Escherichia coli NITE BP-02526 u mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80172 jew mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80179, meta jkun issupplimentat b’livelli xierqa skont il-ħtiġijiet tal-ispeċi fil-mira, ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumatur jew fuq l-ambjent. Din il-konklużjoni tkopri wkoll l-użu tal-L-istidina monokloridrat monoidrat prodott mill-Escherichia coli NITE BP-02526 jew mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80179 bħala addittiv sensorju fil-livell ta’ użu intenzjonat. Fir-rigward tas-sikurezza tal-utent tal-addittiv, l-Awtorità ddikjarat biss riskju ta’ irritazzjoni ħafifa lill-għajnejn għal-L-istidina monokloridrat monoidrat prodott mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80172 jew mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80179. Għal-L-istidina monokloridrat monoidrat prodott permezz tal-fermentazzjoni bl-Escherichia coli NITE BP-02526, l-Awtorità ddikjarat li hemm riskju mill-inalazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jipprevjenu effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, partikolarment għall-utenti tal-addittiv. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li l-L-istidina monokloridrat monoidrat prodott mill-Escherichia coli NITE BP-02526, mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80172 jew mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80179 huwa sors effikaċi ta’ aċidu amminiku essenzjali L-istidina għall-għalf tal-annimali u li sabiex ikun effikaċi fir-ruminanti, l-addittiv jenħtieġ li jiġi protett mid-degradazzjoni fil-kirxa. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li l-L-istidina monokloridrat monoidrat prodott mill-Escherichia coli NITE BP-02526 jew mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80179 huwa effikaċi bħala kompost tat-togħma fl-għalf. |
(5) |
L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Jenħtieġ li jiġu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet biex ikun hemm kontroll aħjar għal dawk l-addittivi meta jintużaw bħala sustanzi li jagħtu t-togħma. Għal dawn l-addittivi użati bħala sustanzi li jagħtu t-togħma jenħtieġ li il-kontenut rakkomandat ikun indikat fuq it-tikketta. Meta tali kontenut jinqabeż, jenħtieġ li ċertu informazzjoni tiġi indikata fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel. L-użu tal-L-istidina monokloridrat monoidrat bħala kompost tat-togħma mhuwiex awtorizzat fl-ilma għax-xorb. Il-fatt li l-L-istidina monokloridrat monoidrat mhuwiex awtorizzat għall-użu bħala sustanza għat-togħma fl-ilma għax-xorb, ma jipprekludix l-użu tiegħu fl-għalf kompost, li jiġi amministrat permezz tal-ilma. |
(7) |
Il-valutazzjoni ta’ dik is-sustanza turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dik is-sustanza kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-L-istidina monokloridrat monoidrat prodott mill-Escherichia coli NITE BP-02526, mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80172 jew mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80179 speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom” huwa awtorizzat bħala addittiv tal-għalf fl-għalf tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
2. Il-L-istidina monokloridrat monoidrat prodott mill-Escherichia coli NITE BP-02526 jew mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80179 speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti tat-togħma”, huwa awtorizzat bħala addittiv tal-għalf fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2019; 17(7):5783.
(3) EFSA Journal 2019; 17(7):5784.
(4) EFSA Journal 2019; 17(8):5785.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: amminoaċidi, l-imluħ u l-analogi tagħhom. |
|||||||||||||||||||||||||
3c352 |
— |
L-istidina monokloridrat monoidrat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Trab b’kontenut minimu ta’ 98 % ta’ L-istidina monokloridrat monoidrat u 72 % ta’ istidina u kontenut massimu ta’ 100 ppm ta’ istamina |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
16.8.2030 |
||||||||||||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva L-istidina monokloridrat monoidrat prodott mill-fermentazzjoni permezz tal-Corynebacterium glutamicum KCCM 80172 jew tal-Corynebacterium glutamicum KCCM 80179 jew tal-Escherichia coli NITE BP-02526 Formula kimika: C3H3N2-CH2-CH(NH2)-COΟΗ· HCl· H2O Numru CAS: 5934-29-2 |
|||||||||||||||||||||||||
Metodu analitiku (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-istidina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-istidina fit-taħlitiet lesti minn qabel, fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
Għall-kwantifikazzjoni tal-istidina fl-ilma:
|
|||||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Komposti tat-togħma |
|||||||||||||||||||||||||
3c352 |
— |
L-istidina monokloridrat monoidrat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Trab b’kontenut minimu ta’ 98 % ta’ L-istidina monokloridrat monoidrat u 72 % ta’ istidina u kontenut massimu ta’ 100 ppm ta’ istamina- |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
16.8.2030 |
||||||||||||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva L-istidina monokloridrat monoidrat prodott mill-fermentazzjoni permezz tal-Corynebacterium glutamicum KCCM 80179 jew tal-Escherichia coli NITE BP-02526. Formula kimika: C3H3N2-CH2-CH(NH2-COΟΗ· HCl· H2O Numru CAS: 5934-29-2 |
|||||||||||||||||||||||||
Metodu analitiku (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-istidina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-istidina fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tal-istidina fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(2) L-esponiment jinħadem abbażi tal-livell tal-endotossini u l-potenzjal tal-addittiv li jarmi t-trab skont il-metodu użat mill-EFSA (EFSA Journal 2017;15(3):4705); metodu analitiku: European Pharmacopoeia 2.6.14. (endotossini batterjali).
(3) L-esponiment jinħadem abbażi tal-livell tal-endotossini u l-potenzjal tal-addittiv li jarmi t-trab skont il-metodu użat mill-EFSA (EFSA Journal 2017;15(3):4705); metodu analitiku: European Pharmacopoeia 2.6.14. (endotossini batterjali).