Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0875

Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/875 tal-15 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

ST/7813/2020/INIT

ĠU L 204, 26.6.2020, p. 34–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2283

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/875/oj

26.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/34


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/875

tal-15 ta’ Ġunju 2020

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-provvista suffiċjenti u mingħajr interruzzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli u industrijali li huma prodotti fi kwantitajiet insuffiċjenti fl-Unjoni, u b’hekk jiġi evitat kull tfixkil fis-suq għal dawk il-prodotti, infetħu kwoti tariffarji awtonomi bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 (1). Fil-qafas ta’ dawn il-kwoti tariffarji, il-prodotti jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b’rati ta’ dazju mnaqqsa jew żero.

(2)

Peress li huwa fl-interess tal-Unjoni li tiżgura provvista adegwata ta’ ċerti prodotti industrijali u wara li tqies il-fatt li prodotti identiċi, ekwivalenti jew sostituti mhumiex prodotti fi kwantitajiet suffiċjenti fl-Unjoni, huwa neċessarju li jinfetħu kwoti tariffarji ġodda bin-numri tal-ordni 09.2580, 09.2581 u 09.2583 b’rati tad-dazju żero għal kwantitajiet xierqa ta’ dawk il-prodotti.

(3)

Peress li huwa fl-interess tal-Unjoni li tiżgura provvista adegwata ta’ ċerti prodotti industrijali, l-ammonti għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2634 u 09.2668 jenħtieġ li jiżdiedu.

(4)

Peress li l-ambitu tal-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2652 ma għadux adegwat biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni, jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-prodott kopert minn dik il-kwota tariffarja tiġi emendata.

(5)

Għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2588, il-perijodu tal-kwota jenħtieġ li jiġi estiż tal-31 ta’ Diċembru 2020, minħabba li dik il-kwota tariffarja nfetħet għal perijodu ta’ sitt xhur biss u għadu fl-interess tal-Unjoni li tinżamm.

(6)

Is-sustanzi Sulfat tad-Dimetil (CAS RN 77-78-1) b’purità ta’ mill-anqas 99 %, it-2-Metilanilina (CAS RN 95-53-4) b’purità skont il-piż ta’ mill-anqas 99 % u l-4,4’-Metandiildianilina (CAS RN 101-77-9) b’purità skont il-piż ta’ mill-anqas 97 % huma inklużi fil-lista ta’ kandidati msemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u s-sustanza bir-referenza CAS RN 101-77-9 hija inkluża fl-Anness XIV għal dak ir-Regolament. Għal dik ir-raġuni, il-kwoti tariffarji eżistenti għal dawk is-sustanzi jenħtieġ li jingħalqu progressivament u l-kwoti tariffarji li għadhom kif infetħu jenħtieġ li japplikaw għal perijodu limitat. Għalhekk, jenħtieġ li l-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2648 u 09.2730 japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2020 b’rata ta’ dazju konvenzjonali ta’ 2 %. Barra minn hekk, il-kwoti tariffarji bin-numru tal-ordni 09.2590 jenħtieġ li jingħalqu u jenħtieġ li tinfetaħ kwota tariffarja ġdida b’numru tal-ordni 09.2582 sal-31 ta’ Diċembru 2020 b’rata ta’ dazju konvenzjonali ta’ 2 %.

(7)

Filwaqt li jitqiesu l-emendi li għandhom isiru u għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1388/2013 jiġi sostitwit.

(8)

Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-applikazzjoni tal-iskema tal-kwoti tariffarji u biex ikun hemm konformità mal-linji gwida fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2011 rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi, il-bidliet previsti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-kwoti tariffarji għall-prodotti kkonċernati jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2020. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1388/2013 huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 7/2010 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 319).

(2)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

“ANNESS

Nru tal-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perijodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

09.2637

ex 0710 40 00

ex 2005 80 00

20

30

Qamħirrum miċ-ċfaċagħ (Zea Mays var. Saccharata) imqatta’ jew le, b’dijametru ta’ mill-anqas 10 mm, iżda mhux aktar minn 20 mm, biex jintuża fil-manifattura ta’ prodotti tal-industrija tal-ikel għal trattament għajr għall-ippakkjar mill-ġdid sempliċi  (1)  (2)  (3)

1.1.-31.12.

550 tunnellata

0 %  (3)

09.2849

ex 0710 80 69

10

Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel (1)  (2)

1.1.-31.12.

700 tunnellata

0 %

09.2664

ex 2008 60 39

30

Ċirasa ħelwa li fiha spirtu miżjud, b’kontenut ta’ zokkor ta’ mhux aktar minn 9 % skont il-piż, ta’ dijametru ta’ mhux aktar minn 19,9 mm bl-għadma, għall-użu fi prodotti taċ-ċikkulata (2)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

10 %

09.2740

ex 2309 90 31

87

Konċentrat tal-proteina tal-fażola tas-sojja skont il-piż:

60 % (± 10 %) ta’ proteina mhux raffinata,

5 % (± 3 %) ta’ fibra mhux raffinata,

5 % (± 3 %) ta’ rmied mhux raffinat, u

mill-anqas 3 % iżda mhux aktar minn 6,9 % ta’ lamtu

għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-għalf tal-annimali  (2)

1.1.-31.12.

30 000 tunnellata

0 %

09.2913

ex 2401 10 35

ex 2401 10 70

ex 2401 10 95

ex 2401 10 95

ex 2401 10 95

ex 2401 20 35

ex 2401 20 70

ex 2401 20 95

ex 2401 20 95

ex 2401 20 95

91

10

11

21

91

91

10

11

21

91

Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mill-anqas 450 EUR kull 100 kg ta’ piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-subintestatura 2402 10 00  (2)

1.1.-31.12.

6 000 tunnellata

0 %

09.2587

ex 2710 19 81

ex 2710 19 99

20

40

Żejt ta’ bażi idroisomerizzat b’mod katalitiku u mingħajr xama’ magħmul minn idrokarburi idroġenati u isoparaffiniċi ħafna, li fihom:

mill-anqas 90 % skont il-piż ta’ saturati, u

mhux aktar minn 0,03 % skont il-piż ta’ kubrit,

u

b’indiċi ta’ viskosità ta’ mill-anqas 80, iżda anqas minn 120, u

viskożità kinematika ta’ mill-anqas 5,0 cSt f’100 °C, iżda mhux aktar minn 13,0-il cSt f’100 °C

1.7.-31.12.

200 000 tunnellata

0 %

09.2828

2712 20 90

 

Xema’ bajda (tal-parafina) li fiha skont il-piż anqas minn 0,75 % żejt

1.4.-31.10.

60 000 tunnellata

0 %

09.2600

ex 2712 90 39

10

Xema’ ratba (slack wax) (CAS RN 64742-61-6)

1.1.-31.12.

100 000 tunnellata

0 %

09.2928

ex 2811 22 00

40

Materjal tal-mili tas-silika, f’forma ta’ granuli, b’purità skont il-piż ta’ mill-anqas 97 % ta’ diossidu tas-silikonju

1.1.-31.12.

1 700 tunnellata

0 %

09.2806

ex 2825 90 40

30

Trijossidu tat-tangsten, inkl. ossidu tat-tangst. blu (CAS RN 1314-35-8 jew CAS RN 39318-18-8)

1.1.-31.12.

12 000 tunnellata

0 %

09.2872

ex 2833 29 80

40

Sulfat taċ-ċesju (CAS RN 10294-54-9) f’forma solida jew bħala soluzzjoni milwiema li fiha skont il-piż ta’ mill-anqas 48 % ta’ sulfat taċ-ċesju iżda mhux aktar minn 52 %

1.1.-31.12.

200 tunnellata

0 %

09.2837

ex 2903 79 30

20

Bromoklorometanu (CAS RN 74-97-5)

1.1.-31.12.

600 tunnellata

0 %

09.2933

ex 2903 99 80

30

1,3-Diklorobenżen (CAS RN 541-73-1)

1.1.-31.12.

2 600 tunnellata

0 %

09.2700

ex 2905 12 00

10

Propan-1-ol (alkoħol propiliku) (CAS RN 71-23-8)

1.1.-31.12.

15 000 tunnellata

0 %

09.2830

ex 2906 19 00

40

Ċiklopropilmetanol (CAS RN 2516-33-8)

1.1.-31.12.

20 tunnellata

0 %

09.2851

ex 2907 12 00

10

o-Cresol (CAS RN 95-48-7) b’purità skont il-piż ta’ mill-anqas 98.5 %

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0 %

09.2704

ex 2909 49 80

20

2,2,2’,2’- tetrakis(idrossimetil)-3,3’- ossidipropan-1-ol (CAS RN 126-58-9)

1.1.-31.12.

500 tunnellata

0 %

09.2624

2912 42 00

 

Etilvanillina (3-etossi-4-idrossibenżaldeid) (CAS RN 121-32-4)

1.1.-31.12.

1 950 tunnellata

0 %

09.2683

ex 2914 19 90

50

Aċetilaċetonat tal-kalċju (CAS RN 19372-44-2) għall-użu fil-manifattura tas-sistemi ta’ stabilizzaturi fil-forma ta’ pilloli (2)

1.1.-31.12.

200 tunnellata

0 %

09.2852

ex 2914 29 00

60

Ċikclopropilmetilketon (CAS RN 765-43-5)

1.1.-31.12.

300 tunnellata

0 %

09.2638

ex 2915 21 00

10

Aċtu aċetiku (CAS RN 64-19-7) b’purità skont il-piż ta’ mill-anqas 99 %

1.1.-31.12.

1 000 000 tunnellata

0 %

09.2972

2915 24 00

 

Anidride aċetiku (CAS RN 108-24-7)

1.1.-31.12.

50 000 tunnellata

0 %

09.2679

2915 32 00

 

Aċetat tal-Vinil (CAS RN 108-05-4)

1.1.-31.12.

400 000 tunnellata

0 %

09.2728

ex 2915 90 70

85

Etil trifluworoaċetat (CAS RN 383-63-1)

1.1.-31.12.

400 tunnellata

0 %

09.2665

ex 2916 19 95

30

(E,E)-Eża-2,4-dienoat tal-potassju (CAS RN 24634-61-5)

1.1.-31.12.

8 250 tunnellata

0 %

09.2684

ex 2916 39 90

28

Klorur ta’ 2,5-Dimetilfenilaċetil (CAS RN 55312-97-5)

1.1.-31.12.

400 tunnellata

0 %

09.2599

ex 2917 11 00

40

Ossalat tad-dietil (CAS RN 95-92-1)

1.1.-31.12.

500 tunnellata

0 %

09.2769

ex 2917 13 90

10

Sebakat tad-dimetil (CAS RN 106-79-6)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0 %

09.2634

ex 2917 19 80

40

Aċidu dodekandiojku (CAS RN 693-23-2), b’purità skont il-piż ta’ aktar minn 98,5 %

1.7.-31.12.

4 000 tunnellata

0 %

09.2808

ex 2918 22 00

10

Aċtu o-Aċetisaliċiliku (CAS RN 50-78-2)

1.1.-31.12.

120 tunnellata

0 %

09.2646

ex 2918 29 00

75

Ottadeċil 3-(3,5-di-terz-butil-4-idrossifenil)propjonat (CAS RN 2082-79-3):

bi frazzjoni ta’ mogħdija minn għarbiel b’malji ta’ 500 μm ta’ aktar minn 99 % skont il-piż, u

b’temperatura tat-tidwib ta’ mill-anqas 49 °C, iżda mhux aktar minn 54 °C,

biex jintuża fil-manifattura ta’ pakketti singoli ta’ stabilizzaturi għall-ipproċessar tal-PVC abbażi ta’ taħlitiet tat-trab (trabijiet jew granuli)  (2)

1.1.-31.12.

380 tunnellata

0 %

09.2647

ex 2918 29 00

80

Tetrakis(3-(3,5-di-tert-butil-4-idrossifenil)propjonat) tal-pentaeritritol (CAS RN 6683-19-8):

bi frazzjoni ta’ mogħdija minn għarbiel b’malji ta’ 250 μm ta’ aktar minn 75 % skont il-piż u b’malji ta’ 500 μm ta’ mhux aktar minn 99 % skont il-piż, u

b’temperatura tat-tidwib ta’ mill-anqas 110 °C, iżda mhux aktar minn 125 °C,

biex jintuża fil-manifattura ta’ pakketti ta’ stabilizzatur wieħed għall-ipproċessar tal-PVC ibbażati fuq taħlitiet tat-trab (trabijiet jew granuli) (2)

1.1.-31.12.

140 tunnellata

0 %

09.2975

ex 2918 30 00

10

Dianidrid benżofenon-3,3’,4,4’-tetrakarbossiliku (CAS RN 2421-28-5)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0 %

09.2688

ex 2920 29 00

70

Tris(2,4-di-terz-butilfenil)fosfit (CAS RN 31570-04-4)

1.1.-31.12.

6 000 tunnellata

0 %

09.2648

ex 2920 90 10

75

Sulfat tad-Dimetil (CAS RN 77-78-1) b’purità skont il-piż ta’ mill-anqas 99 %

1.7.-31.12.

9 000 tunnellata

2 %

09.2598

ex 2921 19 99

75

Ottadeċilammina (CAS RN 124-30-1)

1.1.-31.12.

400 tunnellata

0 %

09.2649

ex 2921 29 00

60

Bis(2-dimetilamminoetil)(metil)ammina (CAS RN 3030-47-5)

1.1.-31.12.

1 700 tunnellata

0 %

09.2682

ex 2921 41 00

10

Anilina (CAS RN 62-53-3) b’purità skont il-piż ta’ mill-anqas 99 %

1.1.-31.12.

150 000 tunnellata

0 %

09.2617

ex 2921 42 00

89

4-Fluworo-N-(1-metilletil)benżeneammina (CAS RN 70441-63-3)

1.1.-31.12.

500 tunnellata

0 %

09.2582

ex 2921 43 00

80

2-Metilanilina (CAS RN 95-53-4) b’purità skont il-piż ta’ mill-anqas 99 %

1.7.-31.12.

1 999 tunnellata

2 %

09.2602

ex 2921 51 19

10

o-Fenilendiammina (CAS RN 95-54-5)

1.1.-31.12.

1 800 tunnellata

0 %

09.2730

ex 2921 59 90

85

4,4’-Metanedildianilina (CAS RN 101-77-9) b’purità skont il-piż ta’ mill-anqas 97 %, fil-forma ta’ bċejjeċ żgħar, biex jintużaw fil-manifattura ta’ prepolimeri (2)

1.7.-31.12.

100 tunnellata

2 %

09.2591

ex 2922 41 00

10

L-Liżina kloridrat (CAS RN 657-27-2)

1.1.-31.12.

445 000 tunnellata

0 %

09.2592

ex 2922 50 00

25

L-Treonina (CAS RN 72-19-5)

1.1.-31.12.

166 000 tunnellata

0 %

09.2854

ex 2924 19 00

85

3-jodoprop-2-in-1-ilbutilkarbamat (CAS RN 55406-53-6)

1.1.-31.12.

250 tunnellata

0 %

09.2874

ex 2924 29 70

87

Paracetamol (INN) (CAS RN 103-90-2)

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0 %

09.2742

ex 2926 10 00

10

Akrilonitril (CAS RN 107-13-1), għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti tal-Kapitolu 55 u l-Intestatura 6815 (2)

1.1.-31.12.

60 000 tunnellata

0 %

09.2583

ex 2926 10 00

20

Akrilonitril (CAS RN 107-13-1), għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti tal-Intestaturi 2921, 2924, 3906 u 4002 (2)

1.7.-31.12.

20 000 tunnellata

0 %

09.2856

ex 2926 90 70

84

2-Nitro-4-(trifluworometil)benżonitril (CAS RN 778-94-9)

1.1.-31.12.

900 tunnellata

0 %

09.2708

ex 2928 00 90

15

Monometilidrażina (CAS RN 60-34-4) fil-forma ta’ soluzzjoni milwiema b’kontenut skont il-piż tal-monometilidrażina ta’ 40 (± 5 %)

1.1.-31.12.

900 tunnellata

0 %

09.2581

ex 2929 10 00

25

Diisoċjanat ta’ 1,5-naftilen (CAS RN 3173-72-6) b’purità skont il-piż ta’ mill-anqas 90 %

1.7.-31.12.

205 tunnellata

0 %

09.2685

ex 2929 90 00

30

Nitrogwanidina (CAS RN 556-88-7)

1.1.-31.12.

6 500 tunnellata

0 %

09.2597

ex 2930 90 98

94

Bis[3-(trietossisilil)propil]disulfur (CAS RN 56706-10-6)

1.1.-31.12.

6 000 tunnellata

0 %

09.2596

ex 2930 90 98

96

Aċidu 2-kloro-4-(metilsulfonil)-3-((2,2,2-trifluworoetossi)metil) benżojku (CAS RN 120100-77-8)

1.1.-31.12.

300 tunnellata

0 %

09.2580

ex 2931 90 00

75

Eżadeċiltrimetossisilan (CAS RN 16415-12-6) b’purità skont il-piż ta’ mill-anqas 95 %, għall-użu fil-manifattura tal-polietilen (2)

1.7.-31.12.

83 tunnellata

0 %

09.2842

2932 12 00

 

2-Furaldeid (furfuraldeid)

1.1.-31.12.

10 000 tunnellata

0 %

09.2955

ex 2932 19 00

60

Flurtamone (ISO) (CAS RN 96525-23-4)

1.1.-31.12.

300 tunnellata

0 %

09.2696

ex 2932 20 90

25

Dekan-5-olid (CAS RN 705-86-2)

1.1.-31.12.

6 000 kilogramma

0 %

09.2697

ex 2932 20 90

30

Dodekan-5-olid (CAS RN 713-95-1)

1.1.-31.12.

6 000 kilogramma

0 %

09.2812

ex 2932 20 90

77

Hexan-6-olide (CAS RN 502-44-3)

1.1.-31.12.

4 000 tunnellata

0 %

09.2858

2932 93 00

 

Piperonal (CAS RN 120-57-0)

1.1.-31.12.

220 tunnellata

0 %

09.2673

ex 2933 39 99

43

2,2,6,6-tetrametilpiperidin-4-ol (CAS RN 2403-88-5)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0 %

09.2674

ex 2933 39 99

44

Klorpirifos (ISO) (CAS RN 2921-88-2)

1.1.-31.12.

9 000 tunnellata

0 %

09.2880

ex 2933 59 95

39

Ibrutinib (INN) (CAS RN 936563-96-1)

1.1.-31.12.

5 tunnellata

0 %

09.2860

ex 2933 69 80

30

1,3,5-Tris[3-(dimetilammino)propil]eżaidro-1,3,5-triażina (CAS RN 15875-13-5)

1.1.-31.12.

600 tunnellata

0 %

09.2595

ex 2933 99 80

49

1,4,7,10-Tetraażaċiklododekan (CAS RN 294-90-6)

1.1.-31.12.

40 tunnellata

0 %

09.2658

ex 2933 99 80

73

5-(Aċetoaċetilammino)benżimidażolon (CAS RN 26576-46-5) (CAS RN 26576-46-5)

1.1.-31.12.

400 tunnellata

0 %

09.2593

ex 2934 99 90

67

5-Klorotijofen-2-aċidu karbossiliku (CAS RN 24065-33-6)

1.1.-31.12.

45 000 kilogramma

0 %

09.2675

ex 2935 90 90

79

4-[[(2-metossibenżojl)ammino]sulfonil]-klorurtal-benżojl (CAS RN 816431-72-8)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0 %

09.2710

ex 2935 90 90

91

2,4,4-Trimetilpentan-2-amminju (3R,5S,6E)-7-{2-[(etilsulfonil)ammino]-4-(4-fluworofenil)-6-(propan-2-il)pirimidin-5-il}-3,5-diidrossiett-6-enoat (CAS RN 917805-85-7)

1.1.-31.12.

5 000 kilogramma

0 %

09.2945

ex 2940 00 00

20

D-Xylose (CAS RN 58-86-6)

1.1.-31.12.

400 tunnellata

0 %

09.2686

ex 3204 11 00

75

Koloranti C.I. Disperse Yellow 54 (CAS RN 7576-65-0) u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom ma’ kolorant C.I. Disperse Yellow 54 kontenut ta’ mill-anqas 99 % skont il-piż

1.1.-31.12.

250 tunnellata

0 %

09.2676

ex 3204 17 00

14

Preparazzjonijiet ibbażati fuq Koloranti C.I. Pigment Red 48:2 (CAS RN 7023-61-2) b’kontenut ta’ 60 % jew aktar, iżda b’anqas minn 85 % skont il-piż

1.1.-31.12.

50 tunnellata

0 %

09.2698

ex 3204 17 00

30

Kolorant C.I. Pigment Red 4 (CAS RN 2814-77-9) u preparazzjonijiet ibbażati fuqu b’kontenut ta’ mill-anqas 60 % tal-Kolorant C.I. Pigment Red 4 skont il-piż

1.1.-31.12.

150 tunnellata

0 %

09.2659

ex 3802 90 00

19

Trab tad-dijatomi kalċinat fil-fluss tas-soda

1.1.-31.12.

35 000 tunnellata

0 %

09.2908

ex 3804 00 00

10

Linjosulfonat tas-sodju (CAS RN 8061-51-6)

1.1.-31.12.

40 000 tunnellata

0 %

09.2889

3805 10 90

 

Termentina tas-sulfat

1.1.-31.12.

25 000 tunnellata

0 %

09.2935

ex 3806 10 00

10

Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski

1.1.-31.12.

280 000 tunnellata

0 %

09.2832

ex 3808 92 90

40

Taħlita li jkollha ta’ mill-anqas 38 % iżda mhux aktar minn 50 % skont il-piż taż-żingu piritijon (INN) (CAS RN 13463-41-7) f’dispersjoni milwiema

1.1.-31.12.

500 tunnellata

0 %

09.2876

ex 3811 29 00

55

Additivi li jikkonsistu fi prodotti tar-reazzjoni ta’ difenilammina unoneni ramifikati li fihom skont il-piż:

mill-anqas 28 % iżda mhux aktar minn 55 % 4-monononildifenilammina,

mill-anqas 45 % iżda mhux aktar minn 65 % 4,4’-dinonildifenilammina, u

mhux aktar minn 5 % ta’ 2,4-dinonildifenilammina u 2,4’-dinonildifenilammina li ma jaqbiżx 5 %,

użati għall-manifattura taż-żjut lubrifikanti  (2)

1.1.-31.12.

900 tunnellata

0 %

09.2814

ex 3815 90 90

76

Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju

1.1.-31.12.

3 000 tunnellata

0 %

09.2820

ex 3824 79 00

10

Taħlitiet li fihom skont il-piż:

mill-anqas 60 % iżda mhux aktar minn 90 % ta’ 2-kloropropen (CAS RN 557-98-2),

mill-anqas 8 % iżda mhux aktar minn 14 % ta’ (Z)-1-kloropropen (CAS RN 16136-84-8),

Mill-anqas 5 % iżda mhux aktar minn 23 % ta’ 2-kloropropan (CAS RN 75-29-6),

mhux aktar minn 6 % ta’ 3-kloropropen (CAS RN 107-05-1), u

mhux aktar minn 1 % ta’ klorur tal-etil (CAS RN 75-00-3)

1.1.-31.12.

6 000 tunnellata

0 %

09.2644

ex 3824 99 92

77

Preparat li jkun fih skont il-piż:

mill-anqas 55 % iżda mhux aktar minn 78 % ta’ Glutarat Dimetiliku (CAS RN 1119-40-0)

mill-anqas 10 % iżda mhux aktar minn 30 % ta’ Adipat Dimetiliku u (CAS RN 627-93-0)

mhux aktar minn 35 % ta’ Suċċinat Dimetiliku (CAS RN 106-65-0)

1.1.-31.12.

10 000 tunnellata

0 %

09.2681

ex 3824 99 92

85

Taħlita ta’ sulfuri ta’ bis [3-(trietossisilil)propil] (CAS RN 211519-85-6)

1.1.-31.12.

9 000 tunnellata

0 %

09.2650

ex 3824 99 92

87

Aċetofenon (CAS RN 98-86-2) b’purità skont il-piż ta’ mill-anqas 60 % iżda mhux aktar minn 90 %

1.1.-31.12.

2 000 tunnellata

0 %

09.2888

ex 3824 99 92

89

Taħlita ta’ ammini terzjarji tal-alkildimetil li fiha, skont il-piż:

mill-anqas 60 % iżda mhux aktar minn 80 %, ta’ dodekildimetilammina (CAS RN 112-18-5), u

mill-anqas 20 % iżda mhux aktar minn 30 % ta’ dimetil(tetradeċil)ammina (CAS RN 112-75-4)

1.1.-31.12.

25 000 tunnellata

0 %

09.2829

ex 3824 99 93

43

Estratt solidu ta’ materjal residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba matul l-estrazzjoni tar-resin mill-injam, bil-karatteristiċi li ġejjin:

kontenut tal-aċidu tar-reżin li ma jaqbiżx it-30 % skont il-piż,

numru tal-aċidu li ma jaqbiżx il-110, u

punt tat-tidwib ta’ mill-anqas 100 °C

1.1.-31.12.

1 600 tunnellata

0 %

09.2907

ex 3824 99 93

67

Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom skont il-piż:

mill-anqas 75 % ta steroli,

mhux aktar minn 25 % ta’ stanoli,

għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew stanoli/steroli esters  (2)

1.1.-31.12.

2 500 tunnellata

0 %

09.2639

3905 30 00

 

Poli(alkoħol tal-vinil), kemm jekk fihom gruppi aċetat unhydrolysed

1.1.-31.12.

15 000 tunnellata

0 %

09.2671

ex 3905 99 90

81

Poli(butiral tal-vinil) (CAS RN 63148-65-2):

li jkun fih skont il-piż mill-anqas 17,5 % iżda mhux aktar minn 20 % ta’ gruppi idrossiliu

li d-daqs medju ta’ kull partiċella tiegħu (D50) teċċedi 0,6 mm

1.1.-31.12.

12 500 tunnellata

0 %

09.2846

ex 3907 40 00

25

Taħlita ta’ polimeri ta’ polikarbonat u poli(metilmetakrilat) b’kontenut ta’ polikarbonat ta’ mill-anqas 98,5 % skont il-piż, f’forma ta’ gerbub jew granuli, bi trażmittanza luminuża ta’ mill-anqas 88,5 %, imkejla bl-użu ta’ kampjun għall-ittestjar ta’ ħxuna ta’ 4 mm b’tul tal-mewġa ta’ λ = 400 nm (skont ISO 13468-2)

1.1.-31.12.

2 000 tunnellata

0 %

09.2723

ex 3911 90 19

10

Poli(ossi-1,4-fenilensulfonil-1,4-fenilenossi-4,4’-bifenilen)

1.1.-31.12.

5 000 tunnellata

0 %

09.2816

ex 3912 11 00

20

Frak tal-aċetat taċ-ċellulożju

1.1.-31.12.

75 000 tunnellata

0 %

09.2864

ex 3913 10 00

10

Alġinat tas-sodju, estratt minnalgi kannella(CAS RN 9005-38-3)

1.1.-31.12.

10 000 tunnellata

0 %

09.2641

ex 3913 90 00

87

Ijaluronat tas-sodju, mhux sterili:

b’piż medju tal-piż molekulari (Mw) li ma jaqbiżx 900 000 ,

b’livell ta’ endotossin li ma jaqbiżx 0,008 unitajiet ta’ Endotossin (EU)/mg,

b’kontenut ta’ etanol li ma jaqbiżx 1 % skont il-piż,

b’kontenut ta’ isopropanol li ma jaqbiżx 0,5 % skont il-piż

1.1.-31.12.

200 kilogramma

0 %

09.2661

ex 3920 51 00

50

Folji ta’ polimetilmetakrilat konformi mal-istandards:

EN 4364 (MIL-P-5425E) u DTD5592 A, jew

EN 4365 (MIL-P-8184) u DTD5592 A

1.1.-31.12.

100 tunnellata

0 %

09.2645

ex 3921 14 00

20

Blokka ċellulari ta’ ċelluloża riġenerata, mimlija bl-ilma li jkun fih klorur tal-manjeżju u kompost tal-ammonju kwaternarju tad-daqs ta’ 100 cm (± 10 cm) x 100 cm (± 10 cm) x 40 cm (± 5 cm)

1.1.-31.12.

1 700 tunnellata

0 %

09.2848

ex 5505 10 10

10

Fdal ta’ fibri sintetiċi (li jinkludi fibri li jibqgħu fil-moxt, fdal tal-ħjut u materjal “garnetted”) ta’ najlon jew ta’ poliammidi oħra (PA6 u PA66)

1.1.-31.12.

10 000 tunnellata

0 %

09.2721

ex 5906 99 90

20

Drapp tat-tessut bil-lastiku minsuġ u laminat bil-karatteristiċi li ġejjin:

tliet saffi,

saff wieħed ta’ barra magħmul minn drapp tal-akrilik,

is-saff l-ieħor ta’ barra magħmul minn drapp tal-poliester,

is-saff tan-nofs huwa magħmul mil-lastiku tal-klorobutil,

is-saff tan-nofs għandu piż ta’mill-anqas 452 g/m2 iżda mhux aktar minn 569 g/m2,

id-drapp tat-tessut għandu piż totali ta’ mill-anqas 952 g/m2 iżda mhux aktar minn 1159 g/m2, u

id-drapp tat-tessut għandu ħxuna totali ta’ mill-anqas 0,8 mm iżda mhux aktar minn 4 mm,

użat għall-manifattura tas-saqaf li jitla’ u jinżel tal-vetturi bil-mutur  (2)

1.1.-31.12.

375 000 m2

0 %

09.2594

ex 6909 19 00

55

Skrataċ tal-assorbiment biċ-ċeramika u l-karbonju bil-karatteristiċi li ġejjin:

struttura ċilindrika multiċellulari estruża mgħaqqda biċ-ċeramika moħmija,

mill-anqas 10 % skont il-piż iżda mhux aktar minn 30 % skont il-piż ta’ karbonju attiv,

mill-anqas 70 % skont il-piż iżda mhux aktar minn 90 % skont il-piż ta’ legant taċ-ċeramika,

dijametru ta’ mill-anqas 29 mm iżda mhux aktar minn 41 mm,

tul ta’ mhux aktar minn 150 mm,

moħmija f’temperatura ta’ mill-anqas 800 °C, u

għall-adsorbiment tal-fwar

ta’ tip użat għall-montatura fl-assorbituri tal-fwar tal-fjuwil fis-sistemi tal-fjuwil tal-vetturi bil-mutur

1.1.-31.12.

1 000 000 biċċa

0 %

09.2866

ex 7019 12 00

ex 7019 12 00

06

26

Stratifils (rovings/fibri) tal-ħġieġ-S:

magħmulin minn filamenti kontinwi tal-ħġieġ ta’ 9 μm (±0,5 μm),

b’kejl ta’ mill-anqas 200 tex iżda mhux aktar minn 680 tex,

li ma jkunx fihom xi ossidu tal-kalċju, u

b’reżistenza meta jinqasmu ta’ aktar minn 3 550 Mpa determinat minn ASTM D2343-09

għall-użu fil-manifattura tal-ajrunawtiċi  (2)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0 %

09.2628

ex 7019 52 00

10

Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m2(± 10 g/m2), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss

1.1.-31.12.

3 000 000 m2

0 %

09.2799

ex 7202 49 90

10

Ferro-kromju li fih mill-anqas 1.5 % iżda mhux aktar minn 4 % skont il-piż f’karbonju u mhux aktar minn 70 % ta’ kromju

1.1.-31.12.

50 000 tunnellata

0 %

09.2652

ex 7409 11 00

ex 7410 11 00

30

40

Fojl u strixxi tar-ram raffinat, manifatturati permezz tal-elettroliżi, bi ħxuna ta’ mill-anqas 0,015-il mm

1.1.-31.12.

1 020 tunnellata

0 %

09.2734

ex 7409 19 00

20

Pjanċi jew folji li jikkonsistu minn:

saff ta’ nitrur taċ-ċeramika tas-silikon bi ħxuna ta’ mill-anqas 0,32 mm (±0,1 mm) iżda mhux aktar minn 1,0 mm (±0,1 mm),

miksija fuq iż-żewġ naħat b’fojl ta’ ram irfinut bi ħxuna ta’ 0,8 mm (±0,1 mm) u

fuq naħa waħda parzjalment mgħottijin b’kisja tal-fidda

1.1.-31.12.

7 000 000 biċċa

0 %

09.2662

ex 7410 21 00

55

Pjanċi:

magħmulin minn tal-anqas saff wieħed ta’ tessut tal-fibra tal-ħġieġ mimli bir-reżina tal-epossidu,

miksija fuq naħa waħda jew iż-żewġ naħat bil-fojl tar-ram bi ħxuna ta’ mhux aktar minn 0,15 mm,

b’kostant dielettriku (DK) ta’ anqas minn 5,4 f’1 MHz, kif imkejjel skont IPC-TM-650 2.5.5.2,

b’tanġenti tat-telf ta’ anqas minn 0,035 f’1 MHz, kif imkejjel skont IPC-TM-650 2.5.5.2,

b’indiċi komparattiv ta’ trekkjar (CTI) ta’ mill-anqas 600

1.1.-31.12.

80 000 m2

0 %

09.2834

ex 7604 29 10

20

Folji jew vireg tal-alojs ta’ aluminju-litjuta’ diametru ta’ mill-anqas 200 mm, iżda mhux aktar minn 300 mm

1.1.-31.12.

2 000 tunnellata

0 %

09.2835

ex 7604 29 10

30

Folji jew vireg tal-alojs ta’ aluminju-litjuta’ diametru ta’ mill-anqas 300,1 mm, iżda mhux aktar minn 533,4 mm

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0 %

09.2736

ex 7607 11 90

83

Strixxa jew fojl illigati tal-aluminju u tal-manjeżju:

ta’ liga li tikkonforma mal-istandards 5182-H19 jew 5052-H19,

f’rombli b’dijametru estern ta’ mill-anqas 1 250 mm iżda mhux aktar minn 1 350 mm,

ta’ ħxuna (tolleranza -0,006 mm) ta’ 0,15 mm, 0,16 mm, 0,18 mm jew 0,20 mm,

ta’ wisa’ (tolleranza ±0,3 mm) ta’ 12,5 mm, 15,0 mm, 16,0 mm, 25,0 mm, 35,0 mm, 50,0 mm jew 356 mm,

b’tolleranza kamber ta’ mhux aktar minn 0,4 mm/750 mm,

ta’ kejl tal-pjan: I-unità ± 4,

b’reżistenza għat-tensjoni ta’ aktar minn (5182-H19) 365 MPa jew (5052-H19) 320 MPa, u

ta’ elongazzjoni A50 ta’ aktar minn (5182-H19) 3 % jew (5052-H19) 2,5 %

għall-użu fil-manifattura tal-paletti għall-blinds  (2)

1.1.-31.12.

600 tunnellata

0 %

09.2722

8104 11 00

 

Manjeżju mhux maħdum, li fih talanqas 99,8 % skont il-piż tal-manjeżju

1.1.-31.12.

120 000 tunnellata

0 %

09.2840

ex 8104 30 00

20

Trab tal-manjeżju:

ta’ purità skont il-piż ta’ mill-anqas 98 % iżda mhux aktar minn 99,5 %, u

b’daqs tal-partiċella ta’ mill-anqas 0,2 mm iżda mhux aktar minn 0,8 mm

1.1.-31.12.

2 000 tunnellata

0 %

09.2629

ex 8302 49 00

91

Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (2)

1.1.-31.12.

1 500 000 biċċa

0 %

09.2720

ex 8413 91 00

50

Pump head għal pompa bi pressjoni għolja b’żewġ ċilindri magħmula mill-azzar maħdum b’:

fittings bil-kamin imħaffer b’dijametru ta’ mill-anqas 10 mm iżda mhux aktar minn 36,8 mm, u

kanali tal-fjuwil imtaqqbin b’dijametru ta’ mill-anqas 3,5 mm iżda mhux aktar minn 10 mm

tat-tip użat fis-sistemi tal-injezzjoni tad-diżil

1.1.-31.12.

65 000 biċċa

0 %

09.2738

ex 8482 99 00

30

Gaġeġ tar-ram bil-karatteristiċi li ġejjin:

ikkastjati bis-sistema kontinwa jew b’mod ċentrifugu,

itturnjati,

li skont il-piż fihom mill-anqas 35 % iżda mhux aktar minn 38 % ta’ żingu,

li skont il-piż fihom mill-anqas 0,75 % iżda mhux aktar minn 1,25 % ta’ ċomb,

li fihom skont il-piż mill-anqas 1,0 % iżda mhux aktar minn 1,4 % ta’ aluminju, u

b’reżistenza għat-tensjoni ta’ mill-anqas 415 Pa,

tat-tip użat għall-manifattura tal-ball bearings

1.1.-31.12.

50 000 biċċa

0 %

09.2763

ex 8501 40 20

ex 8501 40 80

40

30

Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ mill-anqas 250 W, input enerġetiku ta’ mill-anqas 700 W imma mhux aktar minn 2 700 W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (±0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (±0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-arja, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners  (2)

1.1.-31.12.

2 000 000 biċċa

0 %

09.2588

ex 8529 90 92

56

Display LCD b’:

pannell tattili,

mill-anqas bord ta’ ċirkwit stampat wieħed għall-indirizzar tal-pixels għall-apparat “simple slave” (funzjoni ta’ Kontrollur tal-Ħin) u kontroll tattili, bl-EEPROM (Electrically Erasable Programmable Read-Only Memory - Memorja tinqara biss, kanċellabbli u programmabbli bl-elettriku) għall-konfigurazzjonijiet tad-display,

kejl djagonali tal-iskrin ta’ mill-anqas 15-il cm iżda mhux aktar minn 21 cm,

dawl minn wara,

LVDS (Low Voltage Differential Signalling - Sinjalar Differenzjali b’Vultaġġ Baxx) u konnettur għall-provvista tal-enerġija,

angolu ta’ viżwalizzazzjoni ta’ mill-anqas 70 grad u

luminanza ta’ mill-anqas 715-il cd/m2,

għall-użu fil-manifattura ta’ vetturi bil-mutur tal-Kapitolu 87  (2)

1.7.-31.12.

450 000 biċċa

0 %

09.2672

ex 8529 90 92

ex 9405 40 39

75

70

Bord ta’ ċirkwit stampat b’diodes LED:

kemm jekk mgħammra b’priżmi/lenti kif ukoll jekk le, u

kemm jekk mgħammra b’konnettur(i) kif ukoll jekk le,

għall-manifattura ta’ unitajiet tar-retroluminazjzoni għal oġġetti taħt l-Intestatura 8528  (2)

1.1.-31.12.

115 000 000 biċċa

0 %

09.2003

ex 8543 70 90

63

Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f’elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat miżmum ġewwa qafas li d-dimensjonijiet ta’ barra tiegħu mhux aktar minn 30 mm x 30 mm

1.1.-31.12.

1 400 000 biċċa

0 %

09.2910

ex 8708 99 97

75

Brekit ta’ appoġġ tal-ħadid jew tal-azzar, b’toqob tal-immuntar, bi skorfini ta’ twaħħil jew mingħajrhom, maħsuba biex twaħħal il-gearbox mal-karozzerija għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti tal-Kapitolu 87 (2)

1.1.-31.12.

200 000 biċċa

0 %

09.2694

ex 8714 10 90

30

Klamps tal-fusijiet, housings, fork bridges u aċċessorji għall-ikklampjar, magħmulin minn liga tal-aluminju tat-tip li jintuża fil-muturi

1.1.-31.12.

1 000 000 biċċa

0 %

09.2668

ex 8714 91 10

ex 8714 91 10

ex 8714 91 10

21

31

75

Qafas ta’ rota, mibni mill-fibri tal-karbonju u mir-reżina artifiċjali, għall-użu fil-manifattura tar-roti (inklużi r-roti elettriċi)  (2)

1.7.-31.12.

250 000 biċċa

0 %

09.2589

ex 8714 91 10

ex 8714 91 10

ex 8714 91 10

23

33

70

Frejm, maħdum mill-aluminju jew minn fibri tal-aluminju u tal-karbonju, għall-użu fil-manifattura tar-roti (inklużi roti elettriċi)  (2)

1.1.-31.12.

8 000 000 biċċa

0 %

09.2631

ex 9001 90 00

80

Lentijiet mhux iffrejmjati, prismi u elementi ssimentjati għall-użu fil-manifattura jew it-tiswija ta’ oħħetti tal-kodiċijiet tan-NM 9002, 9005, 9013 10 u 9015  (2)

1.1.-31.12.

5 000 000 biċċa

0 %


(1)  Madankollu, is-sospensjoni tat-tariffi doganali ma tapplikax meta l-ipproċessar isir minn impriżi tal-forniment tal-ikel jew li jbiegħu bl-imnut.

(2)  Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(3)  Id-dazju ad valorem biss huwa sospiż. Id-dazju speċifiku jkompli japplika.


Top