Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0706

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/706 tas-26 ta’ Mejju 2020 li jemenda għat-tliet mija u erbatax-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjonijiet Al-Qaida

    C/2020/3550

    ĠU L 164, 27.5.2020, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/706/oj

    27.5.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 164/49


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/706

    tas-26 ta’ Mejju 2020

    li jemenda għat-tliet mija u erbatax-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjonijiet Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjonijiet Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fil-21 ta' Mejju 2020, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid annotazzjoni waħda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Biex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2020.

    Għall-Kummissjoni

    F’isem il-President

    Id-Direttur Ġenerali

    Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, tiddaħħal l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

    “Amir Muhammad Sa’id Abdal-Rahman al-Mawla (skritt oriġinali: أمیر محمد سعید عبد الرحمن المولى) (kwalità tajba alias (a) Abu Ibrahim al-Hashimi al-Qurashi, (b) Hajji Abdallah, (c) Abu ‘Umar al-Turkmani, (d) Abdullah Qardash, (e) Abu ‘Abdullah Qardash, (f) al-Hajj Abdullah Qardash, (g) Hajji Abdullah Al-Afari, (h) `Abdul Amir Muhammad Sa’id Salbi, (i) Muhammad Sa’id `Abd-al-Rahman al-Mawla, (j) Amir Muhammad Sa’id ‘Abd-al-Rahman Muhammad al-Mula; kwalità baxxa alias (a) Al-Ustadh, (b) Ustadh Ahmad). Data tat-twelid: (a) 5.10.1976, (b) 1.10.1976. Post tat-twelid: (a) Tall’Afar, l-Iraq, (b) Mosul, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqqin. Tagħrif ieħor: Mexxej tal-Istat Islamiku fl-Iraq u l-Levant, elenkat bħala l-Al-Qaida fl-Iraq. Data tan-nomina kif imsemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 21.5.2020.”


    Top