EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0704

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/704 tas-26 ta’ Mejju 2020 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “INSECTICIDES FOR HOME USE” (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/3322

ĠU L 164, 27.5.2020, p. 19–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/12/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/704/oj

27.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/704

tas-26 ta’ Mejju 2020

li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “INSECTICIDES FOR HOME USE”

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir- Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-6 ta’ Ottubru 2016, Agrobiothers Laboratoire ppreżenta applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-awtorizzazzjoni ta’ familja ta’ prodotti bijoċidali bl-isem “INSECTICIDES FOR HOME USE” tat-tip ta’ prodotti 18, kif deskritt fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament, u pprovdiet konferma bil-miktub li l-awtorità kompetenti ta’ Franza aċċettat li tevalwa l-applikazzjoni. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-TW023858-93 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali.

(2)

L-“INSECTICIDES FOR HOME USE” fihom il-permethrin u l-S-Methoprene, bħala s-sustanzi attivi, u dawn huma elenkati fil-lista tal-Unjoni tas-sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Fl-10 ta’ Diċembru 2018, f’konformità mal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ppreżentat rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tagħha lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”).

(4)

Fil-11 ta’ Lulju 2019, f’konformità mal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-Aġenzija ppreżentat opinjoni (2) lill-Kummissjoni, li kienet tinkludi l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali (“SPC”) tal-“INSECTICIDES FOR HOME USE” u r-rapport finali ta’ valutazzjoni dwar din il-familja ta’ prodotti bijoċidali.

(5)

L-opinjoni kkonkludiet li l-“INSECTICIDES FOR HOME USE” jidħlu fid-definizzjoni ta’ “familja ta’ prodotti bijoċidali” stabbilita fl-Artikolu 3(1)(s) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li huma eliġibbli għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament u li, soġġett li jibqgħu jikkonformaw mal-abbozz tal-SPC, jissodisfaw l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) u (6) ta’ dak ir-Regolament.

(6)

Fil-25 ta’ Lulju 2019, f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-Aġenzija bagħtet l-abbozz tal-SPC bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni lill-Kummissjoni.

(7)

Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk tqis li jixraq li tagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-“INSECTICIDES FOR HOME USE”.

(8)

Fl-opinjoni, l-Aġenzija tirrakkomanda li, bħala kundizzjoni tal-awtorizzazzjoni, id-detentur tal-awtorizzazzjoni jwettaq studju ġdid dwar iż-żmien tal-ħżin tal-INSECTICIDE HOUSEHOLD SPRAY fil-pakki li fihom il-prodott se jkun disponibbli fis-suq. Jenħtieġ li l-istudju jiddetermina l-kontenut tas-sustanza attiva, il-proporzjon cis/trans tal-permethrin u l-proprjetajiet tekniċi tal-INSECTICIDE HOUSEHOLD SPRAY qabel il-ħżin u wara l-ħżin. Il-Kummissjoni taqbel ma’ dik ir-rakkomandazzjoni u tqis li l-preżentazzjoni tar-riżultati ta’ dak l-istudju jenħtieġ li tkun kundizzjoni marbuta mat-tqegħid fis-suq u mal-użu tal-familja ta’ prodotti bijoċidali skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-fatt li d-data trid tiġi pprovduta wara li tingħata l-awtorizzazzjoni ma jaffettwax il-konklużjoni dwar l-issodisfar tal-kundizzjoni skont l-Artikolu 19(1)(d) ta’ dak ir-Regolament abbażi tad-data eżistenti.

(9)

Skont l-opinjoni tal-Aġenzija, fir-rigward tas-sustanza mhux attiva nitrometan li tinsab fil-familja tal-prodotti bijoċidali “INSECTICIDES FOR HOME USE”, ma kienx possibbli li wieħed jikkonkludi jekk tissodisfax il-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2100 (3) fil-perjodu għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni. Għalhekk jenħtieġ li jsir eżami ulterjuri tan-nitrometan. Jekk eventwalment jiġi konkluż li n-nitrometan jitqies li għandu proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali, il-Kummissjoni se tikkunsidra jekk l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “INSECTICIDES FOR HOME USE” għandhiex tiġi kkanċellata jew emendata f’konformità mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0021035-0000 lil Agrobiothers Laboratoire għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “INSECTICIDES FOR HOME USE”, soġġett għall-konformità mal-patti u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I u skont is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbiliti fl-Anness II.

L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mis-16 ta’ Ġunju 2020 sal-31 ta’ Mejju 2030.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  L-opinjoni tal-ECHA tas-26 ta’ Ġunju 2019 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-“INSECTICIDES FOR HOME USE” (ECHA/BPC/228/2019), https://echa.europa.eu/bpc-opinions-on-union-authorisation.

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2100 tal-4 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 301, 17.11.2017, p. 1).


ANNESS I

Patti u kundizzjonijiet (EU-0021035-0000)

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jwettaq studju dwar iż-żmien tal-ħżin tal-INSECTICIDE HOUSEHOLD SPRAY fil-pakki li fihom il-prodott se jkun disponibbli fis-suq. L-istudju għandu jiddetermina l-kontenut tas-sustanza attiva, il-proporzjon cis/trans tal-permethrin, il-firxa tal-isprej, il-funzjonament tal-apparat skattatur, ir-rata tar-rilaxx u d-dijametru ajrudinamiku medjan tal-massa qabel il-ħżin u wara l-ħżin.

Sas-16 ta’ Diċembru 2022 id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat ir-riżultati tal-istudju lill-Aġenzija.


ANNESS II

Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal familja ta ‘prodotti bijoċidali

INSECTICIDES FOR HOME USE

Prodott tip 18 — Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra (Kontroll tal-pesti)

Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0021035-0000

Numru tal-ass R4BP: EU-0021035-0000

PARTI I

L-EWWEL LIVELL TA’ INFORMAZZJONI

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.1.   Kunjom

Isem

INSECTICIDES FOR HOME USE

1.2.   Tip(i) ta’ prodott

Tip(i) ta’ prodott

TP 18 - Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra

1.3.   Detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni

Isem

Agrobiothers Laboratoire

Indirizz

ZI Route des Platières, 71290 CUISERY, Franza

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0021035-0000

Numru tal-ass R4BP

EU-0021035-0000

Data tal-awtorizzazzjoni

Is-16 ta’ Ġunju 2020

Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni

Il-31 ta’ Mejju 2030

1.4.   Manifattur(i) tal-prodotti bijoċidali

L-isem tal-manifattur

Agrobiothers Laboratoire

L-indirizz tal-manifattur

ZI Route des Platières, 71290 CUISERY Franza

Post ta ‘siti ta’ manifattura

AF3 16 rue de l’Oberwald, 68360 Soultz Franza

1.5.   Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)

Sustanza attiva

m-Fenossibenżil (1RS,3RS;1RS,3SR)-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat (Permetrin)

L-isem tal-manifattur

Tagros Chemicals India Ltd. (Art.95 List: LIMARU NV (Acting for Tagros Chemicals India Private Limited)

L-indirizz tal-manifattur

Jhaver Centre, Rajah Annamalai Bldg., IV floor 72 Marshal’s road Egmore, 600008 Chennai Indja

Post ta ‘siti ta’ manifattura

A-4/1&2, Sipcot Industrial Complex, Pachayankuppam Cuddalore, 607 005 Tamilnadu Indja


Sustanza attiva

S-metopren

L-isem tal-manifattur

Babolna bio Ltd.

L-indirizz tal-manifattur

Szallas u.6 H-, 1107 Budapest Ungerija

Post ta ‘siti ta’ manifattura

Szallas u.6 H-, 1107 Budapest Ungerija

2.   IL-KOMPOŻIZZJONI TAL-FAMILJA TAL-PRODOTT U L-FORMULAZZJONI

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-familja

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Min

Mass

m-Fenossibenżil (1RS,3RS;1RS,3SR)-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat (Permetrin)

 

Sustanza attiva

52645-53-1

258-067-9

0,177

0,177

S-metopren

 

Sustanza attiva

65733-16-6

 

0,00225

0,00225

Propan-2-ol

Propan-2-ol

Mħux sustanza attiva

67-63-0

200-661-7

3,33475

3,33475

n-butan

n-butan

Mħux sustanza attiva

106-97-8

203-448-7

63,458

63,458

propan

propan

Mħux sustanza attiva

74-98-6

200-827-9

16,271

16,271

isobutan

isobutan

Mħux sustanza attiva

75-28-5

200-857-2

4,068

4,068

2.2.   Tip(i) ta’ formulazzjoni

Formulazzjoni/Formulazzjonijiet

Aerosol dispenser - AE

PARTI II

IT-TIENI LIVELL TA’ INFORMAZZJONI - META SPC(S)

Meta SPC 1

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA TAL-META SPC 1

1.1.   Identifikatur tal-Meta SPC 1

Identifikatur

INSETTIĊIDA SPREJ DOMESTIKU

1.2.   Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni

Numru

1-1

1.3.   Tip(i) ta’ prodott

Tip(i) ta’ prodott

TP 18 - Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra

2.   KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 1

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 1

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Min

Mass

m-Fenossibenżil (1RS,3RS;1RS,3SR)-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat (Permetrin)

 

Sustanza attiva

52645-53-1

258-067-9

0,177

0,177

S-metopren

 

Sustanza attiva

65733-16-6

 

0,00225

0,00225

Propan-2-ol

Propan-2-ol

Mħux sustanza attiva

67-63-0

200-661-7

3,33475

3,33475

n-butan

n-butan

Mħux sustanza attiva

106-97-8

203-448-7

63,458

63,458

propan

propan

Mħux sustanza attiva

74-98-6

200-827-9

16,271

16,271

isobutan

isobutan

Mħux sustanza attiva

75-28-5

200-857-2

4,068

4,068

2.2.   Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 1

Formulazzjoni/Formulazzjonijiet

Aerosol dispenser - AE

3.   DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 1

Dikjarazzjonijiet dwar Periklu

Aerosol li jaqbad malajr ħafna.

Kontenitur taħt pressjoni. Jista jinfaqa meta jissaħħan

Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs.

Jagħmel irritazzjoni serja lill-għajnejn.

Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema.

Fih PERMETHRIN. Jista’ jagħmel reazzjoni allerġika.

Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni

Jekk ikun meħtieġ parir mediku, ara li jkollok il-kontenitur jew it-tikketta tal-prodott fil-qrib.

Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal.

Aqra sew u segwi l-istruzzjonijiet kollha.

Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. — Tpejjipx.

Tisprejjax fuq fjamma mikxufa jew sors ieħor li jaqbad.

Ittaqqbux u taħarqux, anki wara li tużah.

Aħsel idejk sew wara li timmaniġġjah.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ.

Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tibqa’:Ikkonsulta tabib.

Ipproteġi mid-dawl tax-xemx.Tesponix għal temperaturi li jeċċedu l-50 °C/122 °F.

Aħżen f’temperaturi li ma jeċċedux 40 °C/104 °F.

Evita r-rilaxx fl-ambjent.

Iġbor it-tixrid.

Armi l-kontenut fi skont ir-regoli lokali..Armi il-kontenitur fi skont ir-regoli lokali.

4.   UŻU AWTORIZZAT TAL-META SPC 1

4.1.   Deskrizzjoni tal-użu

Tabella 1. Uża # 1 — Insecticide household spray

Tip ta’ Prodott

TP 18 - Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

-

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Fleas Larva Insetti Adulti Insetti,

Ctenocephalides felis

Ticks

Ixodes ricinus

Rhipicephalus sanguineus

Qasam tal-użu

Indoor

Trattament fil-mira ta’ għamara li ma tinħasilx u tessuti domestiċi bħal twapet, twapet żgħar, pultruni

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

sprejjar

Wara li tivvakumja l-wiċċ li trid tittratta, sprejja l-prodott b’distanza ta’ 30 cm.

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

1,3 sekondi trattament bl-isprej għal madwar 1 m2 (2,1 g/m2) -

L-intervall ta’ ħin minimu bejn żewġ trattamenti hu ta’ 6 xhur.

Kategorija(i) tal-utenti

Pubbliku ġenerali (mhux professjonali)

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Landa aerosol b’kisja ta’ verniċ ta’ eposside fenolidu protettiv (250mL jew 500 mL) minn ġewwa

Landa aerosol mingħajr kisja interna (300mL)

4.1.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.1.2.   Miżuri ta ‘mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.1.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta ‘emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.1.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.1.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu

5.   STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1) TAL-META SPC 1

5.1.   Istruzzjonijiet għall-użu

Il-prodott irid jintuża għal trattament fil-mira ta’ għamara li ma tinħasilx u tessuti domestiċi bħal twapet, twapet żgħar, pultruni

Dejjem aqra t-tiketta jew il-fuljett qabel l-użu u segwi l-istruzzjonijiet kollha pprovduti.

Segwi d-dożi ta’ applikazzjoni rakkomandati.

Effikaċja residwa sa’ 6 xhur li jistgħu jitnaqqsu f’każ ta’ tindif normali (pereżempju vacuum fuq it-twapet) jew użu estensiv tal-uċuħ (pereżempju mixi, frizzjoni...)

Jekk ikun hemm infestazzjoni kontinwa, uża prodotti sostituti li jkollhom sustanzi attivi b’mod differenti ta’ azzjoni sabiex tevita li jkun hemm reżistenza. Dan sabiex tneħħi l-individwi reżistenti minn fost il-popolazzjoni.

Jekk l-infestazzjoni tippersisti minkejja li ssegwi l-istruzzjonijiet tat-tikketta/fuljett, ikkuntattja professjonista tal-kontroll tal-pesti.

Tużax fuq qtates u annimali oħra jew f’basktijiet għal qtates domestiċi.

Informa d-detentur tal-awtorizzazzjoni jekk it-trattament ma jkunx effettiv.

5.2.   Miżuri ta ‘mitigazzjoni ta’ riskju

Tużax fuq uċuħ mxarrba li jinħaslu u tessut.

Taħsilx għamara bi ċraret tal-imsieħ mxarrba u xxarrabx twapet nodfa jew twapet żgħar biex tevita skariki fis-sistema ta’ drenaġġ.

Neħħi l-ikel, għalf u xorb kollu qabel it-trattament.

Tużax fuq uċuħ u faċilitajiet li jkunu fil-viċinanza jew li jista’ jkollhom kuntatt ma’ ikel, għalf u xorb.

Evita kuntatt mal-għajnejn.

Wara li tisprejja, itlaq mill-kamra u ħallih jaħdem għal siegħa qabel ma tperreċ.

Neħħi jew għatti terrarji, akkwarji u gaġeġ tal-annimali qabel tapplika

Itfi l-filtru tal-arja tal-akkwarju waqt li tisprejja.

Żomm il-qtates ’il bogħod minn superfiċji ttrattati. Minħabba s-sensittività partikolari tagħhom għal permethrin, il-prodott jista’ jikkawża reazzjonijiet avversi serji fi qtates.

Żomm it-tfal u l-annimali domestiċi ’l bogħod waqt it-trattament.

5.3.   Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta ‘emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Inalazzjoni: Poġġi l-vittma fl-arja friska u ħalliha tistrieħ nofsha bilqiegħda. Fittex parir mediku fil-pront jekk ikun hemm sintomi u/jew jekk tkun ħadet kwantitajiet kbar.

Kuntatt mal-għajnejn: -Laħlaħ fil-pront b’ħafna ilma u kultant għolli l-kpiepel tal-għajn ta’ fuq u niżżel t’isfel. Iċċekkja u neħħi l-lentijiet tal-kuntatt jekk faċli tagħmel hekk. Kompli laħlaħ b’ilma fietel għal 10 minuti mill-inqas. Fittex parir mediku jekk ikun hemm irritazzjoni jew jekk il-vista tibda tbati.

Kuntatt mal-ġilda: Neħħi l-ħwejjeġ u żraben ikkontaminati. Aħsel il-ġilda kkontaminata b’ilma. Ikkuntattja speċjalista tat-trattament tal-velenu jekk ikun hemm sintomi.

Kuntatt mal-ħalq: Aħsel il-ħalq bl-ilma. Ikkuntattja speċjalista tat-trattament tal-velenu fil-pront jekk ikun hemm sintomi u/jew f’każ ta’ kuntatt mal-ħalq bi kwantitaijiet kbar.

Tagħtix fluwidi u tipprovokax rimettar f’każ li l-persuna tibda tintilef minn sensiha; poġġi f’pożizzjoni ta’ rkupru u fittex parir mediku fil-pront.

Żomm il-kontenitur jew it-tikketta disponibbli.

Permethrin jista’ jkun perikoluż għal qtates. Jekk ikun hemm sinjali ta’ avvelenament, fittex parir ta’ veterinarju fil-pront u uri l-ippakkjar lil xi veterinarju.

Piretrojde jistgħu jikkawżaw paraesthesia (ħruq u sensazzjoni ta’ tingiż fil-ġilda mingħajr irritazzjoni). Jekk is-sintomi jippersistu: Ikkonsulta tabib.

5.4.   Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Tarmix prodott mhux użat fl-art, f’korsijiet tal-ilma, pajpijiet (sink, toilets...) u lanqas fid-drains

Armi l-prodott mhux użat, l-ippakkjar tiegħu u kull skart ieħor skont ir-regolamenti lokali

5.5.   Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ħajja fuq l-ixkaffa: 24 xahar

Taħżinx f’temperatura ogħla minn 40 °C

Tħallix fix-xemx diretta

Ipproteġi minn ġlata

6.   INFORMAZZJONI OĦRA

7.   IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 1

7.1.   Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali

Isem kummerċjali

FRONTLINE PET CARE SPRAY INSECTICIDE ET ACARICIDE POUR L’HABITAT

SPRAY ANTIPARASITAIRE POUR L’HABITAT 300 ML FRISKIES

INSECTICIDE HABITAT/HOME VETOCANIS

FRONTLINE HOMEGARD SPRAY INSECTICIDE ET ACARICIDE POUR L’HABITAT

INSECTICIDE HABITAT/HOME VITALVETO

SPRAY INSECTICIDE POUR L’HABITAT VITALVETO/INSECTICIDE HOUSEHOLD

SPRAY VITALVETO

SPRAY INSECTICIDE POUR L’HABITAT VETOCANIS/INSECTICIDE HOUSEHOLD

SPRAY VETOCANIS

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0021035-0001 1-1

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

m-Fenossibenżil (1RS,3RS;1RS,3SR)-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat (Permetrin)

 

Sustanza attiva

52645-53-1

258-067-9

0,177

S-metopren

 

Sustanza attiva

65733-16-6

 

0,00225

Propan-2-ol

Propan-2-ol

Mħux sustanza attiva

67-63-0

200-661-7

3,33475

n-butan

n-butan

Mħux sustanza attiva

106-97-8

203-448-7

63,458

propan

propan

Mħux sustanza attiva

74-98-6

200-827-9

16,271

isobutan

isobutan

Mħux sustanza attiva

75-28-5

200-857-2

4,068


(1)  L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat fi ħdan il-meta SPC 1.


Top