Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0565

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/565 tat-13 ta’ Frar 2020 li jirrettifika r-Regolament Delegat (UE) 2019/934 fir-rigward tal-arranġamenti tranżizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ stokkijiet tal-prodotti tad-dielja

C/2020/672

ĠU L 129, 24.4.2020, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/565/oj

24.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/565

tat-13 ta’ Frar 2020

li jirrettifika r-Regolament Delegat (UE) 2019/934 fir-rigward tal-arranġamenti tranżizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ stokkijiet tal-prodotti tad-dielja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 75(2) u l-Artikolu 80(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 (2)jissostitwixxi u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 (3). Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2019/934, instab żball fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha tat-test.

(2)

L-iżball jikkonċerna l-arranġamenti tranżizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ stokkijiet ta’ prodotti tad-dielja stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/934. Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 kien japplika sas-6 ta’ Diċembru 2019. Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/934 daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Ġunju 2019. Sabiex l-operaturi jingħataw żmien biżżejjed biex jadattaw għar-regoli l-ġodda, ġie deċiż li d-data tal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament tiġi stabbilita s-7 ta’ Diċembru 2019.

(3)

Għalhekk, l-arranġamenti tranżizzjonali previsti fl-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/934 kienu maħsuba biex jippermettu li jitqiegħdu fis-suq prodotti tad-dielja manifatturati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 606/2009 qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2019/934. Madankollu, l-Artikolu 15 jirreferi għad-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Delegat (UE) 2019/934 minflok ma jirreferi għad-data tal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Dan iġib miegħu konsegwenza imprevista, dik li l-prodotti tad-dielja tal-ħsad il-ġdid tal-2019, li ġew manifatturati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 606/2009, ma jistgħux jiġu kkummerċjalizzati jekk ġew manifatturati fid-data tad-dħul fis-seħħ jew wara.

(4)

Sabiex jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tad-dielja manifatturati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 606/2009 bejn is-27 ta’ Ġunju u s-6 ta’ Diċembru 2019, jenħtieġ li l-arranġamenti tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/934 jiġu rrettifikati sabiex ikopru dak il-perjodu.

(5)

Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament Delegat (UE) 2019/934 jiġi rettifikat skont dan.

(6)

L-iżball fir-Regolament Delegat (UE) 2019/934 jeħtieġ rettifika li tippermetti l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tad-dielja manifatturati bejn is-27 ta’ Ġunju u s-6 ta’ Diċembru 2019. Għal din ir-raġuni, dan ir-Regolament Rettifikattiv jeħtieġ li japplika b’mod retroattiv mis-27 ta’ Ġunju 2019,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/934 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 15

Arranġamenti tranżizzjonali

L-istokkijiet tal-prodotti tad-dielja manifatturati qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-regoli fis-seħħ qabel dik id-data jistgħu jiġu rilaxxati għall-konsum mill-bniedem.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-27 ta’ Ġunju 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda ż-żoni ta’ vitikultura li fihom tista’ tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV (ĠU L 149, 7.6.2019, p. 1)

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1).


Top