EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0478

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/478 tal-1 ta’ April 2020 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/1905

ĠU L 102, 2.4.2020, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/478/oj

2.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/478

tal-1 ta’ April 2020

li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, sal-1 ta' Jannar 2018 il-Kummissjoni kellha tistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat jew notifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(2)

Il-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat jew notifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 ġiet stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (3).

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1023 (4) ikkoreġa r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 u ssostitwixxa l-Anness tiegħu sabiex jinkludi għadd ta' ikel ġdid awtorizzat jew notifikat mhux inkluż fil-lista tal-Unjoni inizjali.

(4)

Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1023, l-operaturi tan-negozju tal-ikel identifikaw żball addizzjonali fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 u nnotifikaw lill-Kummissjoni dwaru.

(5)

Il-korrezzjoni hija meħtieġa biex tiġi pprovduta ċarezza u ċertezza tad-dritt għall-operaturi tan-negozju tal-ikel u għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, u b’hekk ikun hemm lok għall-implimentazzjoni u għall-użu kif suppost tal-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid.

(6)

Iż-żejt tas-Schizochytrium sp. (T18) ġie awtorizzat bħala ikel ġdid permezz tal-proċedura ta’ notifika skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97. Fl-ispeċifikazzjonijiet taż-żejt tas-Schizochytrium sp. (T18), il-valur tal-aċidu indikat huwa b’mod żbaljat ≤ 0,5 mg KOH/g minflok il-valur korrett ta’ ≤ 0,8 mg KOH/g. Il-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 indikat l-istess valur żbaljat.

(7)

Għaldaqstant, l-ispeċifikazzjonijiet taż-żejt tas-Schizochytrium sp. (T18) relatati mal-valur tal-aċidu fit-Tabella 2 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jenħtieġ li jiġu kkoreġuti kif xieraq.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1023 tat-23 ta’ Lulju 2018 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid (ĠU L 187, 24.7.2018, p. 1).


ANNESS

Fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, l-entrata għaż-żejt tas-Schizochytrium sp. (T18) hija sostitwita b’dan li ġej:

Ikel ġdid awtorizzat

Speċifikazzjoni

“Żejt tas-Schizochytrium sp. (T18)

Valur tal-aċidu: ≤ 0,8 mg KOH/g

Valur tal-perossidu (PV): ≤ 5,0 meq/kg żejt

Ndewwa u volatili: ≤ 0,05 %

Materjal insaponifikabbli: ≤ 3,5 %

Aċidi xaħmin trans: ≤ 2,0 %

Aċidi xaħmin liberi: ≤ 0,4 %

Kontenut ta’ DHA: ≥ 35 %”


Top