This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0351
Commission Regulation (EU) 2020/351 of 28 February 2020 amending Annex II to Regulation (EC) No 1333/2008 of the European Parliament and of the Council as regards the use of citric acid (E 330) in cocoa and chocolate products (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/351 tat-28 ta’ Frar 2020 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-aċidu ċitriku (E 330) fil-prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/351 tat-28 ta’ Frar 2020 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-aċidu ċitriku (E 330) fil-prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/1105
ĠU L 65, 4.3.2020, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R1333 | Żieda | anness II parti E Test | 24/03/2020 |
4.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/351
tat-28 ta’ Frar 2020
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-aċidu ċitriku (E 330) fil-prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Din il-lista tista’ tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni. |
(3) |
Skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, l-aċidu ċitriku (E 330) huwa addittiv tal-ikel awtorizzat tal-kategorija 05.1 “Prodotti tal-Kawkaw u taċ-Ċikkulata kif koperti mid-Direttiva 2000/36/KE” b’livell massimu ta’ 5 000 mg/kg. |
(4) |
Fis-6 ta’ Marzu 2018 tressqet applikazzjoni biex issir emenda tal-kundizzjonijiet tal-użu tal-aċidu ċitriku (E330) fil-kategorija tal-ikel 05.1 “Prodotti tal-Kawkaw u taċ-Ċikkulata kif koperti mid-Direttiva 2000/36/KE” billi jiżdied il-livell massimu tal-użu tiegħu għal 10 000 mg/kg fiċ-ċikkulata tal-ħalib. Wara dan, l-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(5) |
Meta jintuża bħala stabbizzatur fil-massa tal-kawkaw li jkun fiha livelli għoljin ta’ polifenoli, l-aċidu ċitriku (E 330) jnaqqas il-pH u jirreaġixxi ma’ parti mill-polifenoli biex jintensifika l-kulur tal-massa tal-kawkaw għall-ilwien karatteristiċi roża u jagħti t-togħma ta’ frott artab qares. Dawn iż-żewġ karatteristiki, jiġifieri l-ilwien roża u t-togħma ta’ frott artab qares jibqgħu jinħassu fil-prodott finali li hu ċ-ċikkulata. L-applikazzjoni turi li l-livell massimu ta’ 5 000 mg/kg, li hu awtorizzat bħalissa mhuwiex biżżejjed biex jinkisbu l-ilwien roża u t-togħma ta’ frott artab qares mixtieqa, dawn jinkisbu bil-livell massimu ta’ 10 000 mg/kg. Rigward ir-reazzjoni bejn l-aċidu ċitriku (E 330) u l-polifenoli, din teħtieġ proporzjon kostanti ta’ aċidu ċitriku (E 330) relattiv għall-massa tal-kawkaw, b’hekk l-użu tal-livell iżjed għoli ta’ aċidu ċitriku (E 330) jimplika żieda fit-total tas-solidi niexfa tal-kawkaw fil-prodott finali. B’hekk, dan il-prodott finali jkun jikkonforma mad-definizzjoni taċ-ċikkulata tal-ħalib stabbilita fl-Anness I tad-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(6) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni trid titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni x’aktarx ma jkollux effett fuq is-saħħa tal-bniedem. |
(7) |
Fl-1990 il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel kien evalwa s-sikurezza tal-aċidu ċitriku (E 330), u stabbilixxa l-konsum aċċettabbli ta’ kuljum bħala “mhux speċifikat” (4). It-terminu “mhux speċifikat” jintuża meta, abbażi tad-data tossikoloġika, bijokimika u klinika disponibbli, il-konsum aċċettabbli ta’ kuljum tas-sustanza, li jittieħed mill-preżenza naturali tagħha fl-ikel, jew mill-użi tagħha fl-ikel fil-livelli meħtieġa biex jinkiseb l-effett teknoloġiku mixtieq, ma jipperikolax is-saħħa. |
(8) |
L-aċidu ċitriku (E 330) huwa addittiv tal-ikel awtorizzat f’diversi oġġetti tal-ikel f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Mhuwiex mistenni li ż-żieda tal-livell massimu tiegħu għal 10 000 mg/kg għaċ-ċikkulata tal-ħalib ikollu impatt sinifikanti fuq l-esponiment globali. |
(9) |
Billi l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-aċidu ċitriku (E 330) fiċ-ċikkulata tal-ħalib fil-livell ta’ 10 000 mg/kg teħtieġ aġġornament tal-lista tal-Unjoni ta’ livelli ta’ sustanzi li x’aktarx ma jkollhomx effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhuwiex meħtieġ li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità. |
(10) |
Għaldaqstant jixraq li l-użu tal-aċidu ċitriku (E 330) fiċ-ċikkulata tal-ħalib fil-livell ta’ 10 000 mg/kg jiġi awtorizzat. |
(11) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġi emendat skont dan. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 197, 3.8.2000, p. 19).
(4) Reports of the Scientific Committee for Food, Twenty-fifth series, 1991, p. 13 (https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/safety/docs/sci-com_scf_reports_25.pdf)
ANNESS
Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, fil-kategorija tal-ikel 05.1 “Prodotti tal-Kawkaw u taċ-Ċikkulata kif koperti mid-Direttiva 2000/36/KE”, l-entrata ġdida li ġejja tiddaħħal taħt l-entrata għall-E 330:
|
“E 330 |
Aċidu ċitriku |
10 000 |
|
fiċ-ċikkulata tal-ħalib biss” |